RM2014-04 April

36
JIEN MA NAĦDIMX Maħruġ mill‐Ġiżwiti Maltin • April 2014 • Sena 65 • Numru 4 • 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067 NEWSPAPER POST

description

Maltese Jesuit Magazine

Transcript of RM2014-04 April

JIEN MA NAĦDIMXMaħ

ruġ

mill‐

Ġiżw

iti M

altin

• Ap

ril 2

014

• Sen

a 65

• Nu

mru

4 •

78, T

riq il

-Mar

kiż

Scic

luna

, Nax

xar N

XR 2

067

NE

WS

PAP

ER

PO

ST

JIEN MA NAĦDIMXIllum tisma’ ħafna opinjonijiet, imma donnu l-aktar li tagħmel ħoss qed issir il-fehma li l-mara tal-lum m’għandhiex aktar tibqa’ d-dar trabbi l-uliedha. Biex tilħaq l-iżvilupp tagħha nfisha jeħtieġ li ma tibqax magħluqa fil-kċina, jew imwaħħla mal-benniena, imma trid toħroġ taħdem u ssegwi karriera li tagħtiha post u rispett fis-soċjetà. Fejn hi l-verità?

Qabel xejn wieħed ma jistax jiġġeneraliżża. Kull mara hija wkoll persuna unika. Dak li jgħodd għal waħda, mhux bilfors jgħodd għal oħra. Bħal kull persuna oħra, kull mara jeħtieġ li tagħrbel sewwa fejn u kif tista’ tilħaq il-veru potenzjal tagħha.

Wieħed irid jirrispetta tassew l-għażla li kull mara tagħmel. Fl-istess

ħin kull mara għandha l-jedd li tkun ħielsa tassew biex tagħżel it-triq li tixtieq taqbad biex tkabbar is-sejħa u d-doni li għandha.

Iva, kienet ħaġa ħażina meta l-mara kienet meqjusa bħala seftura tar-raġel jew tad-dar, meta ħadd ma kien iqis li hi wkoll, bħar-raġel, jixirqilha tiżviluppa l-kapaċitajiet kollha tagħha, għall-ġid tagħha u tas-soċjetà. Hi ħaġa ħażina meta l-oriżżonti tal-mara jaslu biss sal-kċina u t-tindif tad-dar. Ħaġa ħażina li mara tħoss li qed tagħmel xi dnub jekk tħalli lil uliedha imqar għal mument wieħed biex tieħu ħsieb tagħha nnifisha.

Imma hija daqshekk ieħor ħaġa ħażina li mmorru l-estrem l-ieħor u naħsbu li jekk il-mara tieħu karriera,

Il-MARA… fEjN SE SSIb Il-vERA

dINjITà TAgħhA? fId-dAR, fIl-fAMIljA,

fIX-XOgħOl, fIl-kARRIERA?

2 • AprIl 2014 • rM2000

toħroġ taħdem biex taqla’ l-flus, allura tkun laħqet il-quċċata tas-suċċess f’ħajjitha. Mhux sewwa li biex ma tibqax skjava tad-dar, il-mara ssir skjava tal-produzzjoni fil-fabbriki jew tal-ekonomija fl-uffiċċji.

Daqskemm hi ħaġa kerha li l-irġiel jew ċerti tradizzjonijiet jagħmlu pressjoni biex mara tingħalaq fid-dar, daqshekk ieħor hi ħaġa inaċċettabbli li s-soċjetà tagħmel pressjoni biex il-mara toħroġ bilfors taħdem u terħi t-trobbija ta’ uliedha f’idejn il-barranin qabel iż-żmien.

lanqas hu sew li nilgħabuha li qed nippromovu d-dinjità tal-mara, meta fil-fatt inkunu rridu nippromovu l-ekonomija biex ikollna aktar flus fil-but. Il-kultura ewropea u oċċidentali ilha li qabdet din it-triq. U llum għandna soċjetà xieħa, għajjiena u falluta. Ippreferejna l-flus u l-kumdità għat-tfal. Il-konsegwenzi nafuhom.

X’inhu l-isbaħ u x’inhu tal-akbar ġid għas-soċjetà: li jiżdiedu l-ġid materjali, l-flus u l-kumdità, jew li t-tfal jitrabbew fl-għożża ta’ familji ferħana minn ommijiethom stess?

Allura x’għandna npoġġu l-ewwel, il-flus u s-suċċess materjali jew it-trobbija tat-tfal f’familji magħqudin, kuntenti u moralment b’saħħithom? Fejn l-aktar jaqbel li n-nisa jużaw id-doni u l-kapaċitajiet tagħhom, fil-fabbrika u fl-uffiċċju jew fil-familja u fit-trobbija tat-tfal?

Dan ma jfissierx li m’għandhomx jiżviluppaw lilhom infushom. Ifisser

biss li l-vokazzjoni ta’ omm hija dinjituża biżżejjed u għandha tiġi rikonoxxuta. Meta t-tfal ikunu kibru biżżejjed li jistgħu jaqbdu triqthom fil-ħajja, imbaghad il-mara tista’ tkompli tagħni s-soċjetà bit-talenti l-oħra tagħha.

X’se jibqa’ wara ħajja ta’ sagrifiċċji, stinkar u tbatija fil-ħajja tal-mara – u tar-raġel? Il-flus imrekknin fil-banek? Il-vilel lussużi u vojta? Xjuħija waħdek mingħajr il-wens ta’ uliedek u ulied uliedek? Jew il-fatt li fi tmiem ħajtek taf li ħallejt warajk bniedem ieħor li kapaċi jħobb u jagħmel lilek u li ħutu l-bnedmin aktar ferħanin u fil-paċi? Xi trid tħalli warajk, wirt biex jiġġieldu fuqu, jew familja magħquda ta’ nies ferħanin b’xulxin?

Anke min-naħa tas-soċjetà. liema hu l-akbar kontribut li tista’ tagħti l-mara kif ukoll ir-raġel: li tkun ipproduċiet aktar flus u żvilupp materjali, jew li jew li tkun rabbiet tifel jew tifla oħra li jkunu kapaċi jgħixu kuntenti u jibnu soċjetà b’saħħitha u ta’ fibra? It-trobbija ta’ tfal hienja u f’saħħithom fil-karattru, wara kollox, huwa l-akbar investiment li pajjiż jista’ jagħmel biex ikun pajjiż tassew hieni u żviluppat.

Importanti ngħidu li dan li qed ngħidu għan-nisa jgħodd ukoll għall-irġiel. Imma, nkunu tassew għomja jekk ma narawx li dak li tista’ tagħti l-omm lit-tarbija tagħha fl-ewwel snin tagħha ma jista’ jagħtihulha ħadd, anqas il-missier. Dan ngħiduh għall-

ħalib tal-omm li tixrob it-tarbija, allura għaliex ma ngħiduhx ukoll għall-imħabba, l-valuri, l-kliem, is-sentimenti li tixrob tarbija mingħand ommha?

Iva, li mara tagħżel li trabbi lil uliedha f’familja hienja ma’ żewġha hija triq li twassal għall-veru żvilupp tagħha personali u tas-soċjetà in ġenerali. Għalhekk is-soċjetà trid tinkuraġġiha biex tista’ tagħmel din l-għażla bl-akbar libertà, mingħajr ma tnaqqas l-opportunità u d-dinjita’ ta’ xogħol jew karriera li fihom tħaddem id-doni l-oħrajn kollha li jista’ jkollha kull mara.

Imbierka dik is-soċjetà li taċċetta li hemm żmien għal kollox fil-ħajja tal-mara – żmien biex trabbi u żmien biex tagħti l-kontribut tagħha fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Żmien biex tħobb u taqdi fid-dar u żmien biex tħobb u taqdi fis-soċjetà.

Dawn il-ftit ħsibijiet tesprimihom b’mod tassew sabiħ u qawwi din l-għanja ta’ rita pace u Mark Scicluna li rebħet il-Festival l-Għanja tal-poplu ta’ din is-sena. Qed inġibu hawn il-kliem ta’ din l-għanja. Min jixtieq jisma’ din id-diska, li tkanta b’mod tassew li jsaħħrek Karen DeBattista, jista’ jsibha fuq dan is-sit: https://www.youtube.com/watch?v=gPNciOqu8R4

Jalla n-nisa u l-irġiel kollha jagħrfu kemm hu isbaħ li wieħed jagħti ħajtu għal xi ħadd li jħobb, milli jgħaddi ħajtu irekken il-flus u jġemma’ l-unuri! fr Paul

rM2000 • AprIl 2014 • 3

Psikoloġija jien qatt ma studjajtbiss meta mdejjaq issibni warajk.Ċertifikat ta’ tabiba m’għandix,biss meta timrad tarani ndur bik.

jien ma naħdimx, imma ma nieqaf qatt.festi m’għandix, lanqas is-Sibt u l-ħadd.M’għandix karriera għax ħadt dan l-irwol.jien ma naħdimx imma nagħmel elf xogħol.

jien ma naħdimx imma kollox nagħtikjekk ma jien xejn, jiena kollox għalik.bejn dal-ħitan ngħix għalik u għaż-żgħar.jien ma naħdimx għax jien mara tad-dar.

Leave m’għandi qatt,Nibqa’ għaddejja marida u m’inhix.jekk bla aptit, qatt ma nistrajkjagħax union m’għandix.

jien ma naħdimx, xogħol mhux infittex,U mpieg ma għandix.għax ħin ma nsibx,Imma hemm min lili ma jifhimnix.

Ma nieqaf qatt,Imma għal xogħli m’hemmx ħlas.X’nilbes hawn ġewAnqas biss nagħti kas.

Mal-mejda l-aħħar li npoġġi nkun jien,Imma nitgħaxxaq narana flimkien.Ma ngerger qatt,Inlesti l-qadi minn qalbi kuljum.Ma nafx x’int tgħid,Wisq anqas naf kemm fadalli indur.

JIEN MA NAĦDIMXIl-kanzunetta rebbIeħa tal-FestIval l-Għanja tal-PoPlu 2014

bonus m’għandix u ma nipprotestax.Qatt ma navvanza, biss ma jimpurtax.Xogħli bla ebda kundizzjonijiet,U jekk għajjejt nibqa’ għaddejja fis-skiet.

jien ma naħdimx, imma ma nieqaf qatt.festi m’għandix, lanqas is-Sibt u l-ħadd.M’għandix karriera għax ħadt dan l-irwol.jien ma naħdimx imma nagħmel elf xogħol.

jien ma naħdimx imma kollox nagħtikjekk ma jien xejn, jiena kollox għalik.bejn dal-ħitan ngħix għalik u għaż-żgħar.jien ma naħdimx għax jien mara tad-dar.

jien ma naħdimx, imma nixtieq, li tapprezzawni aħjar.Ma jimpurtax, l-aqwa li nafIlli tinsabu kuntenti f’did-dar.

4 • AprIl 2014 • rM2000

Kien jismu Fleming u kien bidwi Skoċċiż vera fqir. Darba, waqt li kien qed jipprova jaqla’ ftit flus

għall-familja, sema’ karba ġejja minn foresta. Tefa’ l-għodda mal-art u ġera lejn il-foresta. Hemmhekk sab tifel mwerwer, li kien nofsu f’għadira fonda ta’ tajn, iwerżaq biex ifittex jeħles lilu nnifsu. Il-bidwi salva lit-tifel minn xi mewta tal-biża’.

l-għada, ġiet karozzella ħdejn fejn kien dan il-bidwi. raġel pulit ħareġ mill-karozzella u introduċa lilu nnifsu bħala missier dak it-tifel li kien salva l-ġurnata ta’ qabel. “Nixtieq inħallsek talli salvajtli lil ibni.”

AGĦTI U TIRĊIEVI

“le, ma nistax nieħu flus għal dak li għamilt. Dak li kont żgur nagħmel biex insalva lil ibni, għamiltu ma’ ibnek.” wieġeb il-bidwi. Dak il-ħin ir-raġel pulit ra lit-tifel tal-bidwi u staqsieh: “Dak ibnek?” “Iva” wieġeb il-bidwi. “Mela ħalli ngħidlek x’nagħmlu. Ħallini nieħu t-tifel biex ntih edukazzjoni tajba. Jekk dan it-tifel jixbah tassew lil missieru, għandu jikber u jsirraġel ta’ min jiftaħar bih.”

U hekk għamel. Wara ftit taż-żmien, it-tifel iggradwa minn St. Mary’s Hospital Medical School f’londra, u sar maghruf madwar id-dinja bħala Sir Alexander Fleming,

dak li skopra l-penicillin, il-mediċina famuża li kellha tfejjaq miljuni ta’ morda.

Snin wara, iben ir-raġel sinjur, qabditu infezzjoni qawwija fil-pulmun. X’kien li salvah? Il-penicillin. Isem ir-raġel sinjur kien lord randolph Churchill u ibnu kien l-istess Sir Winston Churchill, il-prim ministru li mexxa l-Ingiltera tul it-tieni gwerra dinjija.

Ġesù kien jafha din il-verità meta qalilna: “Agħmlu mal-oħrajn kif tixtiequ li jagħmlu magħkom… għaliex bl-istess kejl li tkejjel, hekk ikun imkejjel lilek.” (luqa 6:38)

rM2000 • AprIl 2014 • 5

Alla telaqni

6 • APRIl 2014 • rM2000

Kienet titimgħu, tlibbsu, tnaddfu, jum wara jum. It-tifel kiber u bil-għajnuna ta’ din l-imħabba kollha seta’ jaffaċċja l-ħajja. Imma bla jdejn x’tista’ tagħmel għalik innifsek? Kien jiddependi kważi għal kollox fuq ommu.

Darba, meta kien tfarfar sew u daħal fl-adolexxenza, ommu marret ħdejh f’kamartu, tefgħetlu l-ħwejjeġ fuq is-sodda u qaltlu: “Ilbes waħdek”. It-tifel inħasad u kien pront wieġeb: “Imma mhux dejjem int libbistni, ma? Jien ma nistax nilbes waħdi għax m’għandix idejn!” Imma l-omm żammet soda: “Ara int kif se tlibbes lilek innifsek!”…u ħarġet malajr malajr mill-kamra.

Għamel siegħa jgħajjat: “Int m’għadekx tħobbni. Kieku għadek tħobbni, tiġi tgħinni! Ma, fejn int? Ejja għinni!” Imma l-għajjat tiegħu kien fil-vojt – ommu ma tfaċċatx. Fl-aħħar irrealizza li jrid jew ma jridx se jkollu jilbes waħdu. Dam iktar minn siegħa biex jilbes ftit tal-ħwejjeġ, imma tajjeb jew ħażin irnexxielu jilbes waħdu. Mur għidlu li sakemm kien qed jilbes, ommu kienet qed tibki fil-kamra ta’ ħdejh!

Alla l-istess jagħmel magħna. Jippermetti li ngħaddu mid-dlam,

sabiex nistgħu insibu forza ġo fina li tgħinna nikkumbattu l-ikrah. Huwa naturali għalina li ma nkunux irridu ngħaddu mit-tbatija, li nkunu rridu lil xi ħadd li jġorrilna s-salib. Imma bis-silenzju tiegħu, Alla jurina li aħna għandna potenzjal ikbar milli naħsbu.

Kultant il-bniedem iħossu kompletament waħdu, bla ħadd min jifhem it-taqbida li tkun qed isseħħ fih. Ħaġa tal-biża’ tħossok waħdek quddiem sfidi enormi li ġġib magħha l-ħajja. U meta nħossuna qed negħrqu, aħna wkoll inħarsu lejn is-sema u, bħal dak it-tifel, nibdew inwerżqu, “Imma fejn int, Mulej? Għaliex sparixxejt minn ħajti, għaliex tlaqtni?”

Dal-biża’ għadda minnu Ġesù stess. Fuq is-salib qal lill-Missier: “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?” Dak il-ħin, il-Missier ma kienx abbandunah. Kien l-aktar qrib tiegħu, imma moħbi taħt il-kefrija u l-ħruxija ta’ ħażen il-bnedmin li ċaħdu u biċċru lil Ibnu.

Bħal dik l-omm tal-istorja, Alla mhux biss ma kienx abbandunah, imma kien hemm qrib is-salib t’Ibnu, jibki! U l-Iben emmen u ntelaq f’idejh bl-akbar fiduċja, “Missier, f’idejk nerħi ruħi!” Minn dakinhar ebda bniedem qatt ma spiċċa waħdu.

Iż-żaGħżuGħ kIen twIeled mInGħajr Idejn mIll-mInkeb ’l IsFel. ommu kIenet Ilha tIeħu ħsIebu b’Għożża u mħabba lIema bħalha sa mInn twelIdu

rM2000 • AprIl 2014 • 7

ĠERĦA FIL-FORESTA8 • APRIl 2014 • rM2000

Meta kont imsiefer, iltqajt ma’ ħabib li jħobb in-natura. Kien forestier – jifhem ħafna fil-foresti u s-siġar.

Darba minnhom ħadni fuq għolja u hemm taħtna urieni l-firxa bla tmiem ta’ foresta enormi. Ħdura u ħdura sa fejn tara għajnejk. Ħin minnhom staqsejtu, “X’inhi dik id-dabra skura f’nofs il-foresta, ftit ’l isfel mix-xefaq? Dawk xi siġar differenti mill-oħrajn?” Ħabibi malajr spjegali. “le. Dik hi roqgħa enormi ta’ siġar li nqerdu wara ħruq ikkawżat minn xi sajjetta. Dawk siġar maħruqin u meqrudin.”

Jien bħal tnikkitt, u għedtlu: “X’ħasra! Eluf ta’ siġar meqrudin. Qisha xi ġerħa kbira fil-qalb tal-foresta. Kemm tista’ tkun kiefra n-natura, hux!” Huwa dar fuqi u bi tbissima ta’ għaref li kien, qalli: “le. In-natura ħanina. Allaħares ma jinħarqux irqajja’ ta’ siġar fil-foresta. Is-siġar li jmutu joħolqu fetħa fost is-siġar ħajjin biex dawn ikunu jistgħu

jieħdu n-nifs. Jekk foresta tkun wisq iffullata, jonqos l-ossiġnu u s-siġar kollha jsofru jew imutu. Dawk is-siġar mietu biex ikunu jistgħu jgħixu l-oħrajn.”

Imbagħad kompla jispjegali: “In-Natura ma taħli xejn. Tinqeda b’kollox, anke b’dak li jitfarrak, jitmermer jew

imut. Kollox tuża biex jitwieldu u jinbtu ħwejjeġ ġodda. Ara, dawk il-muntanji t’hemm. Dawk twieldu għax it-terremoti farrku u qasmu l-blat li kien hemm qabel. Dik ix-xmara, frott ta’ sħab li donnu jintgħasar u jisparixxi, qegħda tħaffer u tiekol il-blat biex jitwieldu l-widien u l-ilma ma jinħeliex

fil-baħar. Kull pjanta u ħaxixa hi frott ta’ żerriegħa li tmermret u mietet taħt il-ħamrija. Saħansitra l-ħobż li nieklu hu qamħ mitħun u mkisser taħt il-ħruxija tal-mitħna. Kull inbid hu frott l-għaraq tat-tbatija li tgħaddi minnha kull għenba li titgħaffeġ u tinsaħaq fil-magħsar.”

Dħalt f’qoxorti u ħsibt kemm hu veru dan f’ħajti. Kull ħaġa sabiħa li nibtet f’ħajti dejjem kienet frott ta’ tbatija tiegħi jew ta’ min ħabbni. Forsi, wara kollox, it-tbatija mhix daqshekk kastig daqskemm naħsbuha meta nkunu għaddejjin minnha. Imma biex twelled il-ħajja, it-tbatija rridu nilqgħuha u ngħixuha bl-imħabba.

Hekk għamel Ġesù. Bħal dik ir-roqgħa siġar maħruqa, huwa wkoll aċċetta li jmut biex il-bnedmin kollha jkunu jistgħu jieħdu n-nifs u jgħixu. Jekk irnexxielu hu, mhux ta’ min nippruvaw aħna wkoll miegħu?

kull InbId hu Frott l-Għaraq tat-tbatIja lI tGħaddI mInnha kull

Għenba lI tItGħaFFeġ u tInsaħaq FIl-maGħsar

rM2000 • APRIl 2014 • 9

Żagħżugħ xtaq li jikseb l-għerf tal-ħajja u mar għand eremit li kien magħruf għall-għerf u l-qdusija tiegħu. Talbu jgħallmu l-għerf tal-ħajja. Dak, bla ma refa’ għajnejh mill-art, qallu, “Mur fuq l-għolja, issib blata kbira u ibda imbuttaha lejn il-quċċata. Itlob u mbotta… Itlob u mbotta…!”

Iż-żagħżugħ obda. Imma jimbotta kemm jimbotta l-blata enormi anqas tqanqlet. Baqgħet imsammra mal-art. Iż-żagħżugħ mar lura mfarrak u ddisprat għand l-għaref. Dak wieġbu, “Erġa’ mur, u kompli itlob u mbotta…!” U hekk iż-żagħżugħ għadda ġranet u ġimgħat jitlob u jimbotta. Imma l-blata ma tqanqlet qatt.

Wara bosta ġimgħat, l-eremita mar ħdejn iż-żagħżugħ waqt li kien jitlob u jimbotta. “Ieqaf ftit,” qallu. Iċċaqalqet il-blata?” staqsieh. “Fejn kienet baqgħet!” wieġbu ż-żagħżugħ. “Issa ħares lejk innifsek. Kif int?” U ż-żagħżugħ ra li driegħu u sidru u ġismu kollu kien issaħħaħ, żviluppa u sar ġisem ta’ atleta mill-aqwa. Minn żagħżugħ dgħajjef u mitluf, kien sar żagħżugħ b’saħħtu u determinat.

Qallu l-eremita, “Fil-ħajja ebda sitwazzjoni mhi bla tama… Hemm biss bnedmin li tilfu t-tama! M’hemmx talb li ma jinstemax… Hemm biss bnedmin li ma jisimgħux!”

Idejk ‘il fuq jew imdendlin ‘l isfel?

10 • AprIl 2014 • rM2000

Fil-Bibbja nsibu l-parabbola tal-armla rasha iebsa u l-imħallef bla kuxjenza. Xi wħud jaħsbu li l-imħallef jirrappreżenta lil Alla. Jekk niffittawh biżżejjed, fl-aħħar jagħtina dak li nitolbuh biex jeħles minna. Allaħares Alla tagħna kien hekk. Kien ikun imħallef diżonest, kif isejjaħlu l-Vanġelu.

l-imħallef diżonest jirrappreżenta l-ħajja, bl-inġustizzji kollha tagħha. Il-ħajja m’għandhiex rispetti. Kbar u żgħar, sinjuri u fqar, romol u miżżewġin, kulħadd fil-bżonn, kulħadd jokrob għal ftit mistrieħ. X’se jinbidel bit-talb: il-ħajja jew il-bniedem?

Tfakkarni f’dawk iż-żewġ nisa’ żgħażagħ li romlu kmieni, it-tnejn bi tfal żgħar xi jrabbu. Waħda ddeċidiet li l-ħajja trid tibqa’ miexja. Irranġat biex toħroġ flus żewġha mill-bank, tgħallmet issuq il-karozza li żewġha qatt ma kien iħalliha tmiss, bdiet taħdem u kompliet trabbi l-familja b’kuraġġ u suċċess. l-oħra indifnet fid-dulur, intelqet, dejjem tibki xortiha. Uliedha kellhom jieħdu ħsiebhom il-ġirien. Ma dametx ma spiċċat iddur minn dirgħajn raġel għal ieħor. l-ewwel armla kienet titlob, imma baqgħet timbotta. It-tieni armla, kienet titlob u baqgħet tokrob. Ma indenjatx ruħha tibda timbotta.

Fil-parabbola Kristu mhux qed ifaħħar il-fittaġni tal-armla imma d-determinazzjoni tagħha li tegħleb l-inġustizzja tal-ħajja, rappreżentata mill-imħallef inġust. Il-fittaġni mhix xi virtù li ġġagħal lil Alla jippremja lil min ikun l-aktar fitt. Alla ma jippremja lil ħadd u ma jikkastiga lil ħadd. li jrid hi biss ħaġa waħda: li kull waħda u kull wieħed minn uliedu jkollhom il-kuraġġ, il-perseveranza u d-determinazzjoni li jaffaċċjaw l-isfidi tal-ħajja b’mod li huma stess jissaħħu u jisbieħu fl-imħabba u t-tjubija.

It-talb ma jbiddilx il-qalb t’Alla. It-talb ibiddel il-qalb tal-bniedem u jġibha tixbah dejjem aktar il-qalb tal-Ħallieq. Biex dan isir mhux biżżejjed ngħidu lil Alla x’għandna bżonn biex il-ħajja tkun anqas tqila u iebsa. Il-veru talb irridu nagħġnuh ma’ determinazzjoni sħiħa li ngħixu b’mod fidil dak li jitlob minna Alla f’kull ċirkustanza.

Jekk nibqgħu nimbuttaw, anke meta donnu ma jidher ebda riżultat, inkunu aħna stess li ninbidlu. Is-salib jibqa’ hemm, imma jsir ‘ħelu’ u t-toqol jibqa’ hemm, imma jsir ‘ħafif’. It-tbatija tkun għamlitna bnedmin tal-azzar fir-rieda u taz-zokkor fl-imġiba. X’rebħa akbar jista’ jkollu bniedem fuq l-inġustizzji u s-slaleb tal-ħajja?

Idejk ‘il fuq jew imdendlin ‘l isfel?Dan jgħinna nifhmu aħjar xi jfisser il-

ġest ta’ Mosè, fil-ktieb tal-Eżodu. Meta jdejh kienu merfugħa, il-poplu t’Alla kien jirbaħ. Meta jdejh iniżżilhom, il-poplu kien jitlef. Għalhekk l-ewwel ġabulu ġebla biex iserraħ fuqha u mbagħad żewġt irġiel kienu jerfgħulu jdejh biex ma jniżżilhomx. U l-poplu rebaħ il-battalja.

Kemm hi xbiha realistika din. Biex tibqa’ titlob u timbotta trid iżżomm idejk merfugħa ‘l fuq. Tniżżilhom ifisser li taqta’ qalbek u ċċedi l-armi. Mosè wkoll, kbir kemm kien kbir, qaddis kemm kien qaddis, kien jegħja, bħalek u bħali. Kulħadd jegħja, kulħadd iċedi fl-aħħar. Imma mbierek min, meta jegħja, jaċċetta l-għajnuna tal-oħrajn, biex qatt ma jgħid, “Din gwerra mitlufa.” Imbierek min imur quddiem il-Mulej jitlob, mhux meta jkun tilef il-battalja, imma biex isib il-forza li qatt ma jgħid li l-battalja mitlufa.

Kristu wkoll fetaħ idejh fuq is-salib. Ħalliena nsammruhomlu biex qatt ma jniżżilhom aktar. Min jaf kieku nintrabtu mal-imsallab u miegħu ngħidu “F’idejk nerħi l-ispirtu tiegħi!” Min jaf, forsi jdejna wkoll jibqgħu merfugħa ‘l fuq. Dakinhar inkunu rbaħna mhux biss il-battalja imma l-gwerra kollha.

rM2000 • AprIl 2014 • 11

12 • AprIl 2014 • rM2000

Il-GarIGorKollha tgħarrasna u jien ukoll ħallejt dik id-dar u miegħi ħadt attitudni u qalb kollha mħabba u ġenerożità. It-tnejn ġibna l-bagalja tagħna u xi drabi huwa diffiċli li tibqa’ żżomm il-fjamma tal-imħabba tixgħel.

Erbat itfal. Kemm qed issir iebsa Mulej! Qed inħossni nogħtor. Anke l-fjamma ta’ ħajti bdiet tnin…sa waqajt għal wiċċi! U kollox deher iswed, mudlam. Ħassejtni mitlufa, mimlija b’taqtigħ il-qalb u diqa. Imma sibt lilu, ħassejtu jerfagħni, kien jaf kif jaħsilli wiċċi u jnaddafli l-konfużjoni kollha. Quddiemu, il-muntanji jdubu bħas-silġ. Hu reġa’ bnieni, għaqqad il-frak tal-personalità tiegħi, f’persuna

sħiħa mill-ġdid. Erġajt bdejt napprezza l-ħajja u erġajt stajt nifraħ…sakemm…

Binti, binti infniet fil-ħajja u tilfet kollox…kollox fix-xejn. Ħassejtni nerġa’ ninfena u naqta’ qalbi. Din id-darba donni ma rajtu mkien… imkien. Kont spiss nitlob: ‘Fejn int Mulej? Urini wiċċek, nitolbok!’ U ġieli ħassejt rabja kbira, ġieli ssuppervjajt, u ġieli ħassejt sens ta’ telfa, bla mkien fejn nagħti rasi.

Imma bil-mod bdejt inħossu iktar viċin, jgħinni nġorr is-salib, iweżinni għax jaf li m’iniex kapaċi nġorr dan it-toqol waħdi. Ħallejt ix-xogħol ta’ barra d-dar biex insegwi lill-familja aħjar. Issa qiegħda fuq l-għatba tal-

anzjanità. Inħares lura: vjaġġ twil u iebes. Imma ħej! X’ferħ ħalla: tfal u anke neputijiet mimlija saħħa.

Baqagħli x’nagħti u xi nħobb, imma naf li Alla se jgħinni f’din il-biċċa wkoll. Veru li l-ġisem għajjien, imma l-qalb kollha fervur, imħabba u ġenerożità. Hu dejjem kien hemm, anke meta ma stajtx narah, meta ma fhimtx u meta rrabjajt għalih.

Għax il-fidi qisha garigor…tħallik tara biss il-ftit tarġiet ta’ quddiemek. Imma int u tiela’ tkun taf li xi darba se ssib il-bejt, il-beraħ, id-dawl, il-paċi.

Grazzi tal-imħabba kontinwa Mulej, u nitolbok maħfra ta’ meta ma fdajtx f’idejk.

Mb

IrrIskjat lI tmut bIex welldItnI. Il-ħames tarbIja. kont Inħoss lI bIex nItrabba kIen hemm nIes Ibatu kontInwament. omm ommI ġIet tGħIx maGħna FId-dar. x’Ferħ! Imma aktar tbatIja u Għotja ta’ ġenerożItà. u n-nanna mIetet

14 • APRIl 2014 • rM2000

Tħejji kemm tħejji lilek inniffsek, timmaġina kemm timmaġina x’ħa ssib, tfittex kemm tfittex minn qabel, l-esperjenza tal-volontarjat tmiss qalb kull individwu b’mod tant personali, b’mod li qatt ma tista’ tobsor! Hekk ġara lil tnax-il żagħżugħ u żagħżugħa, akkumpanjati minn qassis, meta f’lulju li għadda qabdu t-triq lejn l-art tal-Albanija!

Helen Keller, awtriċi Amerikana, kienet tgħid, li l-isbaħ u l-aqwa affarijiet fid-dinja ma tistax tarahom jew saħansitra tmisshom, tista’ biss tħosshom f’qalbek. U dan aħna lkoll nistgħu nixhduh.

Konna nafu lil xulxin minn qabel, minħabba li kollha nattendu YouthReach – grupp soċjo-reliġjuż taż-żgħażagħ, ġewwa l-parroċċa ta’ Ħ’Attard. Bħala grupp, fost attivitajiet oħra, konna għamilna diversi esperjenzi ta’ volontarjat hawn Malta, però kien wasal iż-żmien biex il-grupp jagħmel pass ieħor. B’hekk wasalna għall-ħsieb li mmorru ngħinu lill-komunità Albaniża. Numru minna qatt m’għaddielna minn moħħna li kien ser jirnexxilna nagħmlu esperjenza bħal din, u ta’ dan grati ħafna lejn il-grupp, li serva bħala familja għalina hemmhekk.

l-esperjenza tagħna kienet mibnija fuq tliet għanijiet prinċipali: il-volontarjat, l-ispiritwalità u l-komunità.

It-tema li għażilna kienet “Jini të gëzueshëm në Krishtin” li tfisser “Kun ferħan fi Kristu.” Biha ridna nwasslu l-messaġġ li, sakemm kulma nagħmlu nagħmluh bil-ferħ, kemm fuq livell personali, kif ukoll bħala komunità, jirnexxilna negħlbu kull ostaklu.

Ma nafx tifhmuniex meta ngħidulkom li hemmhekk tgħallimna nitkellmu l-lingwa tal-ħajja. X’inhi l-lingwa tal-ħajja? l-imħabba! Għalkemm konna ninqdew b’xi kelma jew tnejn bl-Albaniż, il-lingwa mhux daqshekk faċli li titgħallimha malajr. Imma mingħajr ma rrealizzajna, irnexxilna nikkomunikaw xorta waħda mat-tfal u man-nies li ltqajna u ħdimna magħhom.

l-imħabba hija l-lingwa universali, il-lingwa li jifhem kulħadd, jew għallinqas hekk għandha tkun. Fl-ewwel ftit ġranet, lejliet l-ewwel kamp mat-tfal, kien hemm soru Taljana u qaltilna, “Ser tkun diffiċli biex tikkomunikaw, imma tinkwetaw xejn, sakemm titkellmu l-lingwa tal-qalb, jirnexxilkom!” Wara ġimagħtejn u nofs, indunajna kemm hi vera din il-frażi.

l-Albanija pajjiż sabiħ minn kull aspett, pajjiż li lkoll sirna nħobbu. Qed jaqdef u jiġġieled għal ħajja aħjar. Ħareġ mill-komuniżmu ftit tas-snin ilu, però fl-opinjoni tagħna qed jagħmel passi ta’ ġgant. Ninsabu ċerti li xi darba jasal ukoll.

Waħda mill-memorji li tibqa’ f’qalbna hija d-dedikazzjoni tal-patrijiet Dumnikani Maltin kif ukoll tas-sorjiet ta’ Madre Tereża, li ħdimna magħhom mill-qrib. Ifakkruna f’vers mill-Bibbja, fejn Kristu qalilna, li min irid jimxi warajh, irid jiċħad lilu innifsu, jerfa’ salibu kuljum u jimxi warajh. Dawn il-patrijiet u s-sorijiet verament obdew din il-frażi, iċċaħħdu mill-kumditajiet li kellhom f’pajjiżhom, marru f’post fejn hemm bżonn li Kristu jkun magħruf biex ixandruh permezz tal-ħidma tagħhom. Biex ma nsemmux it-tbissima kontinwa tagħhom, li biha jimlew lil ħaddieħor bl-imħabba u l-kuraġġ.

Dawn in-nies serqulna qalbna! Kienu jiġu sitwazzjonijiet fejn aħna ta’ żgħażagħ li aħna, ma konniex nifhmu minn fejn ġejja dik il-pożittività u mħabba kollha fuq wiċċhom. Biex ma nsemmux l-emozzjoni li ħassejna, meta jlissnu l-kelma “Grazzi”. lilna qed tirringrazzjaw? Frażi sempliċi ħafna, li tfakkarna biex jien u int, inkunu r-raġuni li persuna titbissem illum.

Hekk kienet tħobb tgħid Madre Teresa: “Dak li nista’ nagħmel jien, ma tistax tagħmlu int. Dak li tista’ tagħmel int, ma nistax nagħmlu jien. Imma flimkien, nistgħu nagħmlu xi ħaġa sabiħa għal Kristu.”

YouthReach – Albania ‘13

Minħabba fik TBISSIMT!

rM2000 • AprIl 2014 • 15

Esperjenza ta’ omm li wara l-ewwel tarbija, kellha tlieta oħra f’daqqa – triplets.

Kelli 25 sena meta kelli l-ewwel tarbija. Wara l-ewwel waħda, xtaqna li ma jkunx hemm distakk kbir fl-età kemm bejn l-ulied u kemm bejnhom u aħna l-ġenituri, għalhekk ippjanajna t-tieni wild.

Fit-tieni tqala, kont qed inġorr triplets! Meta qalulna li għandna triplets, ħassejna taħlita ta’ emozzjonijiet. l-ewwel ħadna xokk, imma fl-istess ħin, peress li t-tnejn li aħna ġejjin minn familji fejn hemm tewmin, dejjem kienet f’moħħna li hu possibbli li jkollna tewmin... Imma qatt ma bsarna li se jkollna triplets! Fil-bidu nħsadna, imma bil-mod aċċettajnieha. Nista’ ngħid li jien aċċettajtha iktar malajr minn żewġi. Hu kien iktar anzjuż, imma b’kelma ta’ kuraġġ minn hemm u kelma ta’ wens minn hawn, wasal biex aċċettaha hu wkoll.

Wara esperjenza ta’ snin twal trabbi, tinduna li ħajtek ma baqgħetx tiegħek: anke meta sempliċiment ħa toħroġ, trid tħalli kollox issetiljat qabel toħroġ inti. It-tfal huma kollox fil-ħajja tiegħi. Ħajti ma baqgħetx tiegħi u tajtha lilhom.

Jien

16 • AprIl 2014 • rM2000

Il-ħAjjA TINbIdEl Il-ħajja tinbidel ta’ taħt fuq b’esperjenza bħal din, speċjalment għall-mara. Fil-bidu kelli nieqaf mix-xogħol għax ma ridtx li l-ġenituri tagħna jrabbu lil uliedi. Aħna, bħala ġenituri, ridna nibqgħu fid-dar tagħna u nrabbuhom aħna. Waqaft mix-xogħol sakemm huma daħlu l-iskola. Billi kont naħdem fi skola tal-Knisja, dak iż-żmien kellna sena biss maternity leave. Allura kelli nirriżenja u nerġa’ nibda mill-bidu nett. Minn ħajti maż-żgħażagħ, bdejt ħajja kompletament ġdida, ħajja oħra...ħajja mat-tfal: l-erbat itfal tiegħi u l-iskola primarja fejn ilni ngħallem tmien snin issa.

lit-tfal rabbejthom indipendenti kemm jista’ jkun biex nibqa’ ommhom u ma nsirx seftura tagħhom. ridt intihom l-attenzjoni tagħhom u naħdmu bħala tim.

Ir-raġel jiġi flgħaxija u jitkellem magħhom, jagħtihom il-ħin tiegħu. Minkejja l-ħin qasir li jqatta’ magħhom, jagħtihom ħin ta’ kwalità. Jien differenti għax inqatta’ iktar sigħat mat-tfal

ommhomfilwaqt li nibqa’ għaddejja bix-xogħol tiegħi. Hu jarahom ħafna inqas minni, imma jkellimhom u jgħinhom fil-problemi tal-iskola. Bħal ħafna familji Maltin, it-tnejn naħdmu. Imma t-tnejn nagħtu s-sehem tagħna b’mod differenti, it-tnejn bil-mod tagħna.

Ma sibt l-ebda għajnuna. Kontra pajjiżi oħra, il-gvern ma joffrix għajnuna għal min għandu tewmin jew triplets. Kont inħossni qed ngħum waħdi. Il-verità hi din: li int tirnexxi skont kemm ikollok coping u survival skills, iġifieri kemm tkun kapaċi tlaħħaq mal-isfida u ssib mod kif ma tegħreqx. Din il-ħaġa dejqitni ħafna. Żogħżiti qattajtha norganizza attivitajiet differenti ma’ għaqdiet differenti. Jiġifieri l-leadership skills li kelli, sibthom jgħinuni ħafna fis-sitwazzjoni li sibt ruħi fiha. Ingħaqadt mal-Moviment ta’ Kana u waqqaft Support Group ta’ twins, triplets u quads.

WAQQAfT Support Group Miż-żjajjar li kien ikolli l-isptar kont nisma’ lil min jgħidli: “it-talija sa jkollha

triplets” u “l-oħra se jkollha tewmin”... Jew kont immur il-bandli bit-tfal u xi ħadd jgħidli “naf lil xi ħadd għandu triplets. Jisimha...”  Kont immur infittex fid-direttorju tat-telefon u noqgħod inċempel lil nies li għandhom tewmin jew triplets.

Hekk irnexxieli ngħaqqad tim sakemm eventwalment sar Support Group. Fil-bidu konna ħamsa biss, imma iktar tard tlajna għal mitejn ruħ – ġenituri ta’ twins, triplets u quads. Iltqajna għal tliet snin sħaħ. Imma mbagħad meta ġejt biex nerġa’ nibda xogħol, ma stajtx insib ċans għalih. Għalhekk kelli nieqaf. Illum il-ġurnata ġieli jċempluli nies, imma vera ftit fejn li kienu jċempluli qabel.

Fil-ġenn tal-ħajja li ngħixu fiha, irridu nieħdu ħsieb tar-relazzjoni tagħna billi niddedikaw ħin ta’ kwalità għal xulxin u niġbdu ħabel wieħed. l-unika ħaġa li tgħaqqadna flimkien huwa l-element spiritwali għax huwa proprju l-ħin tal-Quddiesa tal-Ħadd u ż-żjara lill-ġenituri tagħna wara l-quddies li jġibna flimkien. It-tfal tiegħi qegħdin sekondarja u qed jistudjaw.

mhux seftura tagĦhom!

rM2000 • AprIl 2014 • 17

Ikun hemm mumenti sbieħ:  tarahom jikbru, jitgħallmu, jagħtuk l-affezzjoni, kapaċi jgħidulek “Grazzi ta’ kulma tagħmel għalina”. F’mumenti bħal dawn tibda tgħid ‘is-sagrifiċċju huwa worth it’. Anke l-fatt li jkollna iktar ħin ta’ kwalità fis-sajf. però, jkun hemm mumenti meta l-għeja tibda tagħmel tagħha u jinġema’ l-istress... F’mumenti bħal dawn tipprova tiftakar f’mumenti isbaħ u taċċetta li l-ħajja mhux dejjem ward u zahar.

EffETTWAT Il-fIdI TIEgħI Din is-sitwazzjoni kellha effett kbir fuq il-fidi tiegħi. Jien qabel kont immur il-quddiesa kuljum. Meta t-tfal kienu primarja, konna mmorru quddiesa qabel l-iskola. Imma meta daħlu sekondarja, il-folja nqalbet. Għalhekk il-ħin ta’ talb tiegħi naqas sew. Ġieli għaddew ġranet li qas ngħid talba waħda jew kulma ngħid huwa: grazzi u aħfirli tan-nuqqas ta’ paċenzja. Tant inkun bi ngħas li nistabat mas-sodda u norqod ħesrem.

Illum il-ġurnata, għalkemm m’għadnix nitlob daqs qabel, qed

nagħmel ħilti biex nipprattika l-fidi tiegħi: inħobb lill-proxxmu, ma ngħaddix minn quddiem xi ħadd b’ħarsa indifferenti anke jekk ma tantx inkun inniżżlu. Dawn sirt nagħti iktar kashom.

lil Alla narah fil-proxxmu tiegħi iktar minn qatt qabel. Speċjalment fit-trobbija tat-tfal. Kollha bil-karattru differenti tagħhom. Qabel kont ngħid “Meta jkolli t-tfal nagħmlu rokna fil-kċina u noqgħod inkellimhom fuq Alla u nrabbihom bil-mod ta’ kif trabbejt jien.” Imma llum ma nagħmilx dak li

18 • AprIl 2014 • rM2000

ppjanajt li nagħmel. Mhix faċli biex tkellimhom dwar Alla għax jgħiduli “Kemm int reliġjuża u antikwata... Għadek lura ma!” Allura għidt la din mhix it-triq tagħhom, allura aħjar nimxi mod ieħor.

Biex għada pitgħada jagħrfu li Alla hu missier li jħobbhom, l-ewwel iridu jifhmu x’inhi l-imħabba. Inutli tgħidilhom li Alla hu missier li jħobb jekk qatt ma tkun urejthom imħabba. Allura nurihom ċertu affezzjoni u nismagħhom u ntihom ħini. Meta ’l quddiem jikbru u jibdew jistaqsu dwar l-eżistenza t’Alla, jien ngħidilhom: ‘tiftakru meta kontu żgħar kif konna nħobbukom? Jien u l-papà ħdimna ħafna għalikom, lgħabna magħkom u kien hemm drabi meta ħsibtu li se ngħajtu magħkom u ma għajjatniex... aħna fid-dgħufija u d-difetti tagħna, ippruvajna nħobbukom b’farka mill-imħabba kbira t’Alla.” Għalissa għadhom wisq żgħar biex jistaqsu – għadhom ħerġin mill-Mużew – imma ’l quddiem, l-imħabba li qed nagħtuhom għad isservi fil-bini tal-karattru tagħhom.

l-AħjAR żMIENKieku xi ħadd jistaqsini meta kien l-aħjar żmien tat-tfal ngħidilhom: meta kienu għadhom trabi! Dan għaliex titmagħhom u tnaddfilhom imma meta traqqadhom int tkun tista’ tistrieħ. Iktar ma jikbru, iktar l-isfidi ħa jikbru. l-isfida hi sakemm tadatta għal kull stadju. Eżempju fil-primarja

beda l-homework u l-ġiri tal-mużew. Sakemm drajt bdejt ngħid “Bilkemm għandi ħin insajjar.” Kienu jgħinuni l-ġenituri sakemm eventwalment drajt u bdejt inlaħħaq waħdi.

Issa dħalna fi stadju ieħor: is-sekondarja. Il-preċettijiet u l-griżma lestejnihom. Dak il-ġiri tal-Mużew waqaf. Imma issa beda l-istudju. Xi ħadd għandu bżonn għajnuna f’lingwa barranija li jien qatt ma tgħallimtha –

allura nibagħtuh il-lezzjoni tal-privat. Xi ħadd irid jitgħallem strument mużikali – ġiri ’l hemm u ġiri ’l hawn. Tibda tgħid ‘kif se nlaħħaq?’

Il-kultura tal-Maltin (li bil-mod qed tinbidel) hija waħda fejn il-missier għadu ma jħossx li hu dmiru li jnaddaf id-dar jew jagħmel ix-xirja. Meta nisma’ min igerger bil-piż tal-familja ngħid: ‘mhux waħdi, din bħali’. Fl-istaff room b’nofs ċajta ngħidu: “Aħjar ġejt

rM2000 • AprIl 2014 • 19

raġel, għax kont inkun nista’ mmur għax-xogħol u mbagħad insib kollox lest!”

It-tfal huma barka fihom infushom. Il-ħin ta’ kwalità magħhom u l-influwenza li tkun qed tħalli fuqhom, jagħtik sodisfazzjon liema bħalu. Tibda tarahom jitkellmu u jirraġunaw bħalek imma fl-istess ħin jikkuntlarjawk u jisfidawk. Tibda tara lilek innifsek fihom kemm fl-apparenza u kemm fil-karattru.

Biex inkun għidt kollox, ikun hemm mumenti fejn inħossni waħdi, magħsura, bla ħadd min jagħti kasi. Imma għalkemm ikun hemm dawk il-waqtiet, ikun hemm mumenti oħra – meta, pereżempju, nkun marida – fejn jibdew jieħdu ħsiebi huma. Tinduna li tkun attenzjoni ġenwina mhux sempliċiment ikunu qed jagħmlu hekk għall-apparenza. Dik hi barka fiha nfisha – li hemm xi ħadd min iħobbok u tista’ tħobbu lura.

jEkk MA NIEħUX ħSIEb TIEgħI INNIfSI, WjbATU UlIEdIKieku xi ħadd jistaqsini ‘X’tagħmel kieku jerġa jkollok erbat itfal?’ ngħidlu ‘Iva – u rrid lilhom partikolari – la iktar u lanqas inqas’.

Il-mod ta’ kif jien u żewġi nkellmu lil xulxin jaffettwahom żgur mhux forsi. Bl-attitudni tagħna lejn xulxin inkunu qed niddeterminaw jekk huma fil-futur ikunux jixtiequ jiżżewġu jew le. Il-mod ta’ kif nirrelataw flimkien, jaffetwa – anke l-kunflitti li jkollna.

Min-naħa tagħna noqogħdu attenti li ma nużawx kliem li jweġġa’. Eżempju nagħmlu sforz konxju biex ma niksrux u ma ngiddbux lil xulxin quddiemhom. Importanti li t-tnejn li aħna niġbdu ħabel wieħed. Ħalli mbagħad meta nkunu waħedna, insolvu l-problemi bejnietna.

Il-messaġġ tiegħi għal min qiegħed f’xi sitwazzjoni simili hu dan: Jekk inti tħoss li tlift il-kontroll, fittex l-għajnuna. Ma tistax tkampa waħdek. Ġieli fittixt għajnuna jien stess. Naħseb il-Mulej jagħtik sitwazzjonijiet li jemmen li int kapaċi għalihom. Irid ikollok ċerta stima tiegħek innifsek fejn tgħid “Jien kapaċi naffaċċjaha”.

Trid tkun tħobb lilek innifsek l-ewwel u tkun ġentili miegħek innifsek. Din domt ħafna biex fhimtha. Qattajt nofs ħajti ngħin lil ħaddieħor u ninsa lili nnifsi u n-nies kienu jgħiduli trid tagħti iktar kas tiegħek innifsek. Imma jekk ma tgħallimt xejn, infetaħ moħħi u rrealizajt li jekk ma niħux ħsieb tiegħi nnifsi ħa jbatu uliedi. M’għandix għażla. Speċjalment issa li t-tfal jibdew jikkummentawli: ‘ma, isma’ int hekk ħierġa? Qisek xiħa!’

Dak hu l-messaġġ li nagħti: sitwazzjonijiet ġodda u diffiċli huma ġodda diffiċli għal kulħadd. Daqskemm tista’ tgħallem lilek innifsek inti, ħadd ma jista’ jgħallmek. Imma trid tkun taf ukoll tieqaf u fejn ma tasalx waħdek tkun umli biżżejjed li tfittex l-għajnuna. diane

fOST IN-NUMRU kbIR TA’ RISTORANTI fIR-RAħAl TA’ ħAl bUżbIEż, kIEN hEMM żEWĠ RISTORANTI jIkkOMPETU għAll-ISTESS klIjENTI. IT-TNEjN kEllhOM IkEl TAjjEb ħAfNA U kOkIjIET PRIMI fIl-kĊEjjEN TAgħhOM.

Ghandek werqa randa?

20 • AprIl 2014 • rM2000

Appostolat tat-Talb

Grupp Appostolat tat-Talb

INTENzjONIjIET għAl APRIlĠenerali: Biex il-gvernijiet jieħdu ħsieb tal-ħarsien tal-ħolqien u tat-tqassim ġust tar-riżorsi naturali.Missjoni: Biex Kristu rxoxt jimla bit-tama dawk il-qlub imġarrbin bl-uġigħ u bil-mard.

Isqfijiet: Biex tikber fina l-fidi u t-tama fil-ħajja ta’ dejjem.

Appostolat Tat-Talb

għalkemm id-dekor kien ivarja minn ristorant għall-ieħor, iż-żewġ binjiet kienu mgħammra b’għamara mill-ifjen. Is-sidien, għalkemm ma kinux miġġildin u kienu jsellmu lil xulxin fit-triq, ma kinux l-akbar ħbieb.

darba fost l-oħrajn, f’ġurnata fejn ġew ħafna nies, ristorant minnhom spiċċalu l-weraq tar-rand. kienet problema kbira meta tqis li r-rand kien il-bażi tal-iktar platt popolari f’dan ir-ristorant. Is-sid tgħidx kemm ikkonfonda, l-iktar meta induna li l-ħwienet kienu ġa għalqu kollha. Malajr bagħat lill-kok biex isaqsi lil xi ristorant ieħor biex forsi jagħtuh ftit rand. Però, it-tfittxija kienet inutli għax l-ebda ristorant ma kien juża r-rand fil-platti tiegħu. l-unika tama li kien baqa’ kienet fir-ristorant li kien jikkompetilu.

Meta wasal, daħal dritt biex ikellem lil sid ir-ristorant. Sfortunatament, l-aħbar kienet

waħda ħażina, għax is-sid qallu li r-rand li kien baqagħlu kellu jservih biss għal dik il-lejla. b’hekk, lura fir-ristorant tiegħu, il-kok għadda lejla sħiħa jaffaċċja lill-klijenti biex jgħidilhom li l-platt bir-rand ma kienx fil-menù dakinhar.

Iżda fir-ristorant l-ieħor, is-sid tbissem mhux ftit meta l-kok telaq. fil-verità, kellu ħażna ta’ rand għal xi xahar sħiħ, li ma kellux bżonn; u anke jekk kellha tispiċċalu, seta’ jġib kemm ried mill-ġnien tad-dar tiegħu. hekk kien se jkollu lejla tajba minn fuq dar ir-ristorant l-ieħor!

hekk sew, din ġustizzja? Wieħed jegħreq fil-ġid u l-ieħor imut bil-ġuħ…!

fid-dinja hawn ġid għal kulħadd. Il-problema hi li l-bnedmin għadhom ma ddeċidewx li l-ġid jinqasam bejn kulħadd!

grupp Appostolat tat-Talb

Ghandek werqa randa?

rM2000 • APRIl 2014 • 21

22 • APRIl 2014 • rM2000

Kien hemm tliet siġriet fuq għolja ġo bosk. Kienu qed jiddiskutu t-tamiet u l-ħolm tagħhom. l-ewwel siġra qalet: “Jien nixtieq inkun kaxxa li fiha jpoġġu t-teżori – deheb, fidda u ħaġar prezzjużi. Insir kaxxa mżejna bl-isbaħ mod u kull min iħares lejja jissaħħar bija.”

It-tieni siġra qalet: “Jien nixtieq inkun dgħajsa kbira. Fija nġorr l-aqwa rejiet u rġejjen u neħodhom fl-irkejjen kollha tad-dinja. Kulħadd iħossu moħħu mistrieħ fija, imqar fl-agħar maltemp.”

Issa kien imiss lit-tielet siġra biex titkellem. Din qalet, “Meta nikber nixtieq inkun l-ogħla siġra u l-iktar waħda dritta fil-foresta. In-nies jarawni hemm fil-għoli u permezz tiegħi ifaħħru lill-Ħallieq.”

Wara snin jitolbu li l-ħolma tagħhom isseħħ, fil-masġar ġew grupp ta’ rġiel biex jaqtgħu is-siġar, kull waħda għal skop partikolari. Bdew bl-ewwel waħda u qalu: “Din sigra li tiflaħ. Ejjew naqtgħuha ħalli nbigħuha lil xi mastrudaxxa.” Kif bdew jaqtgħuha, is-siġra ferħet għax emmnet li dan seta’ jkun l-ewwel pass fit-twettiq tal-ħolm tagħha – li ssir kaxxa tat-teżori.

Hekk kif waslu għat-tieni siġra, l-irġiel qalu: “Din nistgħu nbigħuha lil xi tarzna.” U t-tieni siġra kienet ferħana għax ħasbet li issa se ssir dgħajsa kbira kif dejjem xtaqet.

Kif qorbu bil-mannara lejn it-tielet

siġra din, miskina, twerwret għax kienet taf li jekk jaqtgħuha, il-ħolma tagħha żgur ma sseħħx. Imma l-irġiel ma damux ma xejru l-mannara lejn għeruqha u qatgħuha.

Il-mastrudaxxa wasallu l-ewwel zokk biex jibda jaħdmu. Dan flok kaxxa tat-teżori għamel minnha kaxxa minn fejn jieklu l-annimali u mlieha bil-ħuxlief. Iz-zokk kien imdejjaq ħafna għaliex kien ilu s-snin jitlob biex isir kaxxa sabiħa u prezzjuża. Issa spiċċa biss daqsxejn ta’ kaxxa ordinarja minn fejn jieklu l-annimali.

It-tieni zokk għamluh dgħajsa żgħira. Għalhekk il-ħolm li xi darba jkun dgħajsa kbira li ġġorr ir-rejiet, sfaxxat fix-xejn. Minflok sar dgħajsa ta’ sajjied fqajjar.

It-tielet zokk spiċċa mnikket u diżappuntat. Qattgħuh f’biċċiet iżgħar u ħallewh hemm, f’rokna fid-dlam.

Għadda ż-żmien u z-zkuk insew il-ħolm li kellhom darba. Sakemm darba ġiet koppja fl-għalqa fejn kien hemm il-kaxxa bil-ħuxlief għall-annimali. Il-mara welldet u poġġiet lit-tarbija fiha, biex jissaħħan min-nifs tal-annimali. Iz-zokk-kaxxa induna li fil-fatt kien tassew sar kaxxa tat-teżor. Imma t-teżor la kien deheb u anqas ġawhar – kien l-akbar teżor: il-Ħallieq li sar tarbija.

Snin wara, grupp ta’ sajjieda kienu fuq id-dgħajsa magħmula mit-tieni

zokk. Wieħed mill-irġiel kien għajjien u mar jorqod. Hekk kif kienu barra fl-ilmijiet fondi, inqalgħet maltempata kbira u z-zokk beda jibża’ li mhuwiex b’saħħtu biżżejjed biex jeħles lil-irġiel minn dak il-baħar qawwi. Imma meta l-irġiel marru jqajmu lir-raġel rieqed, dan qam u b’kelma waħda waqqaf il-maltemp – “Iskot, kun fil-paċi!”. It-tieni zokk induna li fil-fatt kien sar dgħajsa ġġorr is-Sultan tas-slaten.

Fl-aħħar, xi ħadd ħareġ lit-tielet zokk imqatta’ minn ġod-dlam. Għabba l-biċċtejn imwaħħla flimkien fuq wieħed raġel biex iġorrhom fuq spallejh. Matul it-triq, kemm iddieħku bih lill-povru raġel! Għajruh u sawtuh, it-triq kollha sa ma wasal fuq il-għolja tal-Qurriegħa. Hemm sammruh u refgħuh fuq iż-żewġ zkuk, bejn sema’ u art. Iz-zokk induna li l-ħolma tiegħu seħħet hija wkoll. Wieħed suldat refa’ għajnejh biex iħares lejh, hekk wieqaf, dritt ‘il fuq. Tassew li faħħar lil Alla u stqarr: “Dan tassew kien l-Iben t’Alla!” B’mewtu, dan ir-raġel kien ġibed lil kulħadd lejh.

Kultant naħsbu li Alla mhux qed jisma’ talbna, għax nitolbuh ħaġa u naqalgħu oħra, inkella naħsbu li ma nkunu qlajna xejn. Imma triqatu mhux triqatna. Aħna wisq ċkejknin u limitati biex nifhmu ħsibijietu. Imma jekk nintelqu f’idejh, niskopru li l-ħolma tiegħu għalina hija ferm akbar u isbaħ mill-ħolm imsejken tagħna.

il-ħolma tat-tliet siġriet

rM2000 • AprIl 2014 • 23

24 • APRIl 2014 • rM2000

Il-kurżità għelbitu, resaq lejn il-bieb kbir, fetħu u ttawwal fil-knisja. Ma kien hemm ħadd ħlief raġel xiħ, bi skarpell u martell f'idejh, inaqqax biċċa rħama kbira li kellu quddiemu. ħaseb bejnu u bejn ruħu, “din li qed jagħmel, bilfors xi ħaġa importanti, għax lanqas biss induna bija.” għalhekk, ħareġ inkiss inkiss biex ma jtellifx lill-iskultur u kompla triqtu.

Xi ġranet wara, hu u ġej lura mill-istess triq, reġa’ sema’ l-istess ħsejjes u, meta daħal fil-knisja, ra li r-raġel xiħ kien għadu għaddej fuq l-istess biċċa xogħol. Però, din

L-Anglu tal-Katidral WIEħEd żAgħżUgħ kIEN SEjjER fI TRIQTU bIEX IżUR ħAbIb TIEgħU.

bIEX jAgħMEl dAN, kEllU jAQSAM Il-bElT kOllhA. hU U għAddEj, RA kATIdRAl kbIR U SAbIħ lI MINNU kIENU

ĠEjjIN ħSEjjES QAWWIjIN QISU XI ħAdd QEd ISAMMAR XI ħAĠA.

id-darba, flok il-blokka rħam kien hemm statwa ta' anġlu bi ġwenħajh miftuħa qisu se jtir. kien donnu qed jiddi b’raġġ dawl li kien dieħel fuqu mit-twieqi bil-ħġieġ kulurit. Iż-żagħżugħ iddeċieda li jersaq fil-qrib lejn l-iskultur biex jistaqsih ħaġa li kienet tberren f’moħħu. Ma setgħax jifhem kif l-iskultur kien jaf li ġo dik l-irħama, b’xi mod, kien hemm anġlu jistenna lil xi ħadd joħorġu.

“Ibni,” qallu dak, “f'kull wieħed minna hemm anġlu. Meta naqbdu l-iskarpell u l-martell inkunu qed innaqqxu il-biċċiet żejda u iebsa minn fuqna stess u mhux minn fuq

il-blokka rħam. Meta nwarrbu kulma jassar l-anġlu ta’ ġo fina, inkunu nistgħu ngħinuh joħroġ mill-blat l-aktar iebes u kiefer tal-ħajja.”

ħadd ma jista’ jara jew joħloq sbuħija jekk din ma tkunx diġà tinsab f’qalbu u f’ruħu. kulma għandhom bżonn il-bnedmin huwa li jemmnu fis-sbuħija u fit-tjubija li hemm miżrugħa fihom u l-anġli jibdew jidhru fl-irħam u fil-blat, fil-fabbriki u fl-uffiċċji, fil-flus u fid-divertiment, fix-xjuħ u ż-żgħażagħ, fis-sinjuri u l-fqar. U d-dinja ssir katidral meraviljuż!

rM2000 • APRIl 2014 • 25

Kif nidher jew kif jien?

26 • APRIl 2014 • rM2000

Ngħid għalija, tgħallimt minn kmieni kemm in-nies għandhom ħabta jagħtu kas il-qoxra. Meta kelli biss ħames snin, il-kanċer attakkali għajni l-leminija. Qabel l-operazzjoni, kull fejn kienu jeħduni l-ġenituri, in-nies dejjem jieqfu jikkummentaw: “Kemm hi sabiħa din it-tifla! Kemm għandha għajnejha sbieħ!”

Kumplimenti hekk, dejjem skomodawni fi tfuliti. Kont konfuża għax in-nies kienu jitkellmu fuqi imma ma jkellmux lili. Minflok jitkellmu dwari mal-ġenituri. U jien hemm inħares lejn ommi u missieri waqt li jilqgħu il-kumpliment f’ismi. Imbagħad jew ommi jew missieri iduru lejja jgħiduli: “X’għandek tgħid?” U jien minn taħt l-ilsien ngħid: “Grazzi” waqt li nbaxxi rasi bil-mistħija.

Għalija ma kienx ifisser wisq li n-nies jgħiduli kemm jien sabiħa. Għalija ‘sabiħa’ kien kważi insult. Jien ridt xi ħadd li jgħid: “Ara daqsxejn kemm hi kapaċi tixxabbat mas-siġar!” jew “Ara x’ħeffa għandha, tgħum qisha ħuta!”

Hekk kont magħmula. ‘Sabiħa’ għalija hi xi ħaġa tal-bniet, u jien kont iktar irrid inkun bħas-subien.

Wasal mument meta minħabba l-kanċer l-għajn marida kellha titneħħa. Minnufih naqsu l-kumplimenti kollha dwar kemm jien sabiħa. Minflok, in-nies bdew

iħarsu lejja b’dik il-ħarsa stramba u bħal donnhom bdew jibżgħu minni.

Kont narahom iħarsuli minn taħt il-għajn, donnhom biex jistudjawni, qishom raw xi kreatura stramba. Xorta kont iħosshom jinvaduli l-privatezza tiegħi. Minn taħt l-ilsien, qishom biex jaħbu l-kurżità tagħhom kienu jistaqsu lil ommi: “Imma, kif inhi?”

Jien kont inkun irrid inwerżaq f’wiċċhom: “Jien tajba! Jien m’iniex għajni! Jien m’għandi xejn inqas imbilli tlift għajn waħda. Jien għadni l-istess tifla li kont qabel!”

l-operazzjoni kienu għamluhieli fi żmien l-iskola. Allura t-tfal kienu jirreferu għalija bħala ‘Dik ta’ b’għajn waħda’. Ħafna drabi, meta kont nimxiha mid-dar għall-iskola, kont nisma’ kummenti dwar il-mankament tiegħi. Ma kienx jonqos min ifaqqa’ xi daħka jew jagħmel xi mossa li kienet tinfidni.

Kont nagħmel tabirruħi mhux qed nismagħhom waqt li nipprova nżomm id-dmugħ lura. Imbagħad ħalli ninfaqa’ nibki d-dar. Il-mamà kienet tinkoraġġini u tgħidli li t-tfal jistgħu ikunu kattivi u li meta nikber il-folja ghad tinqaleb.

Anke tal-età tenera ta’ ħames snin, kont konvinta li hemm differenza bejn kif kont nidher u dak li kont jien fil-verità. Iġġilidt kontra l-mod ta’ kif jaħsbuha n-nies, li jiġġudikawk skont l-apparenza ta’ wiċċek u ta’ ġismek.

Meta nkunu żgħar, forsi ma nirrealiżżawx x’ikunu qed jgħidu n-nies. Inkunu aktar innoċenti. Imma meta nibdew nikbru, nibdew induqu lsien in-nies, u malajr inkunu influwenzati biex nadattaw irwieħna. Nibdew nagħmlu minn kollox biex ma jikkritkawniex u ma niġux fi lsien in-nies. Naqra naqra din l-imbierka soċjetà tibda issir forza hekk qawwija li ddewweb u tgħawweġ il-karattru, is-sinsla u l-ħsibijiet tagħna kif trid hi. Qisha nar feroċi li jdewweb imqar l-aktar metall iebes u tagħtih il-forma li trid hi. Meta jiksaħ u jibbies mhux lakemm tbiddel il-forma li jkun ħa. Hekk ukoll aħna, meta nikbru, nibbiesu u nibdew inkejlu lilna nfusna u lil dawk ta’ madwarna bil-kejl ta’ din il-forma falza.

Min jaf kieku nisfidaw ilsien in-nies u dak kollu li għaġnu fina minn meta konna żgħar! Min jaf kieku jkollna l-kuraġġ li nemmnu aktar fina nfusna u f’dak li aħna tassew, milli nċedu għall-pressjoni biex ninħbew wara maskri li jiddettawhomlna l-oħrajn!

Sigriet wieħed jagħtik il-forza tagħmel dan. Jekk tibda billi inti stess ma tiġġudika lil ħadd mill-apparenzi u tagħmel sforz biex tifhem tassew min hu jew min hi dik li hemm quddiemek, allura ssib il-forza u l-kuraġġ li tkun dak li tassew int ma’ dak jew dik li hemm quddiemek.

rM2000 • AprIl 2014 • 27

Twieledghax miet28 • AprIl 2014 • rM2000

Aħna trabbejna nammirawh u nħobbuh! Għal snin twal drajnieh u ħadnieh ‘for granted’. Forsi daħal b’tali mod fil-kultura tagħna u ta’ pajjiżna li l-figura tiegħu ma nistgħux ninjorawha, niskartawha, ninsewha. Ir-rakkonti tal-Vanġeli, kitbiet ta’ fidi, aktar milli ta’ storja, jippreżentawh bħala ‘bniedem tal-oħrajn’, speċjalment tan-nies fil-bżonn, tal-‘ħamalli’, tal-morda.

Kien ukoll dejjem ‘mal-oħrajn’. Twieled fqir, għex fqir, miet fqir. Ħadem fuq li ħadem għall-oħrajn u ma kellux ħin għalih innifsu. Ma fittixx l-interessi tiegħu. l-hena tiegħu kienet li jressaq lill-oħrajn lejn il-hena u li jarahom jakkwistawha. Kellu missjoni imma spiċċa fallut. Baqa’ jemmen sal-aħhar li l-għaqda tal-bnedmin flimkien – ibda mil-lhud – għad titwettaq.

Din is-sejħa ħallieha f’idejn il-ħbieb intimi tiegħu (minkejja li wieħed minnhom tilef il-fiduċja fih u ttradih!) u mbagħad f’idejn dawk li ‘joqtlu għalih’, kif ngħidu bil-Malti, u għall-kawża tiegħu. Illum l-insara, jew dawk li ‘jemmnu fih’, – ħafna minnhom lesti

li jmutu għalih – jgħoddu aktar minn biljun ruħ. Jien u inti fosthom.

Ħasra li għallinqas jien, qatt ma ltqajt miegħu, qatt ma ħadtlu b’idejh. Ma nafux sewwa! Bħali, nistħajjel, hawn ħafna! Naħseb, anzi konvint, li ‘worthwhile’ niltaqgħu miegħu… “Imma, kif? X’irrid nagħmel? Fejn insibek?” inħossni ngħidlu.

It-triq mhix għajr waħda. Biex insibuh, irridu naqbdu t-triq li twassal biex insibu lilna nfusna. Imbagħad insibuh, lilu! paradossalment biex insibu lilna nfusna, irridu ‘mmutu’ għalina nfusna. Triq sempliċi, imma twila u iebsa! Biex tmut għalik innifsek trid tingħata għall-oħrajn. Jekk iżżomm dan bħala prinċipju u bażi ta’ ħajtek, tagħmel l-esperjenza personali u profonda tal-mewt. Tintebaħ li tgħix jekk tkun lest tmut!

Tinsa lilek innifsek. Ma jibqax l-ego tiegħek iċ-ċentru, il-preokkupazzjoni waħdanija, ewlenija ta’ ħajtek. Isiru l-oħrajn, il-bżonnijiet, it-tbatijiet, il-ġrieħi, il-krib tagħhom. l-orizzont tiegħek jitwessa’… Issib

li qed tgħix mill-ġdid ħajja iktar mimlija li tbaqbaq ġol-vini tiegħek.

l-oħrajn isiru l-iskop tal-eżistenza tiegħek. Hu possibbli li tgħix hekk? Trid tkun bilfors xi patri jew soru? Nistħajjel li tisma’ ġo fik leħen iqajjem din id-diffikultà ‘realistika’: “Min jgħix ħajja normali għandu ħafna dmirijiet, m’għandux ħin, ma jistax ikun moħħu fl-oħrajn.” Iżda, ħaġa tal-għaġeb, il-bniedem tal-oħrajn, isib ħin għal kollox: għall-familja, għall-ħbieb, għax-xogħol… għax it-triq lejn, ma’ u għall-oħrajn hija t-triq tal-imħabba… U iktar ma titgħallem tħobb, iktar tikber l-imħabba.

l-imħabba trid tgħixha! Forsi ma ssibx kif tfissirha! Tifhimha billi twettaqha. U l-imħabba tittieħed… Meta tibda tħobb, tibda tgħix bħal Ġesù. Tibda tifhem aħjar il-Vanġeli. Tiltaqa’ miegħu. Issir ta’ ġewwa miegħu. Taqsam il-ħobż jiġifieri tkun ‘kum-pann’ tiegħu. F’kull bniedem ieħor, imbagħad, tilmah lilu.

Ħobb, mela, imbagħad, li trid agħmel.

karmenu delia sj

ġesù – twIeled, Għex, mIet. Ix-xortI tIeGħu – bħal dIk ta’ kulħadd, ta’ kull bnIedem, bIn-adam! wIeħed mIn-nIes kbar tal-Istorja.

rM2000 • AprIl 2014 • 29

(Ħsieb ispirat minn diska bil-Malti ta’ Corazon, Għanja tal-Poplu 2006. Biex tisma’ d-diska ara: https://www.youtube.com/watch?v=WSdLIJtPifA)

Kieku taf...Taf li ma kull nifs li inti tieħuHemm xi ħadd li jinsab fgat?Taf li ma kull ikla li int tiekolHemm xi ħadd imut bil-ġuħ?

Kieku taf…Flok tgerger, ma tagħmel xejn,Kieku taf, tfittex tifhem, titlob, tgħin.Kieku taf, mhux tikkundanna,Kieku tħenn u mhux tinganna!

Kieku taf…li meta tarmi ħwejġek għax dejquk jew ma jiġukxHemm xi ħadd imneżża’, mċerċer jew fil-bard.li meta teqred għax imdejjaqXi ħadd jiskot biex jiffranka aktar swat.

Kieku taf…Flok tgergir, ma tagħmel xejn,Kieku taf, tfittex tifhem, titlob, tgħin.Kieku taf, mhux tikkundanna,Kieku tħenn u mhux tinganna!

Kull sena, sitt miljun tifel u tifla jmutu qabel jagħlqu l-ħames snin.Sitt elef imutu bl-AIDS kuljum.Kull minuta mara tqila tmut qabel ma twelled.Kull erba’ sekondi persuna tmut bil-ġuħ.

Kieku taf…Flok tgergir, ma tagħmel xejn,Kieku taf, tfittex tifhem, titlob, tgħin.Kieku taf, mhux tikkundanna,Kieku tħenn u mhux tinganna!

kIEkU TAf…

30 • APRIl 2014 • rM2000

1. SEMINAR: Id-dIXXERNIMENT kOMUNITARjUX’jista’ jsir meta, wara tul ta’ żmien, grupp jew organizzazzjoni jħossu li tilfu l-iskop u l-ħajja li kellhom ġo fihom? Kif jistgħu jiskopru x-xewqat ta’ Alla għalihom? Ispirat mill-Eżercizzi Spiritwali, dan is-seminar jindika mixja dinamika ta’ talb għal grupp li qed ifittex ir-rieda ta’ Alla. Jagħti wkoll għajnuniet biex taqra l-moviment tal-ispirti, tajbin u ħżiena, li jaffettwaw il-progress tal-grupp.

Dati: Mill-Ġimgħa, 9 ta’ Mejju sal-Ħadd, 11 ta’ Mejju, 2014.

Imexxi: Fr. ray pace, SJpost: Mount St. Joseph, Tarġa Gap,

Mosta.

2. IRTIR għAll-fAMIljI bIT-TfAl.Weekend ta’ riflessjoni u mistrieħ għall-koppji żgħar bit-tfal. Filwaqt li nirriflettu u nistrieħu,inqattgħu ħin nimxu u nieħdu gost flimkien. Tkun waqfa mill-ġirja tal-ħajja u ħin prezzjuż mal-maħbubin tiegħek. X’hemm isbaħ minn familja flimkien!

Dati: Mill-Ġimgħa, 9 ta’ Mejju sal-Ħadd, 11 ta’ Mejju.

Imexxi: Fr. Godwin preca, SJpost: Dar Manresa, Victoria.

3. IRTIR/SEMINAR: ‘hEAlINg lIfE’S hURTS’(għar-Reliġjużi biss) “Mulej ara, ħabibek marid.” (Ġw.11.3). Kollha kemm aħna nġorru fina xi weġgħat kawżati minn esperjenzi tal-passat. Ħafna drabi forsi ppruvajna b’diversi modi biex infiqu, imma baqgħu feriti miftuħa, anke jekk forsi għaddew diversi snin minn meta ġraw. Fis-seminar jingħataw għajnuniet biex wieħed jagħraf dak li għadu jikkondizzjonah u ma jħallihx hekk ħieles li jħobb l-aktar ’l Alla u lill-

oħrajn. Flimkien ma’ xi eżercizzji jkun hemm mumenti ta’ talb għall-fejqan.Dan is-seminar se jilqa’ numru limitat ta’ parteċipanti u se jkun miftuħ esklussivament għar-reliġjużi u persuni Kkonsagrati.

Dati: Mill-Ġimgħa, 16 ta’ Mejju sal-Ħadd, 18 ta’ Mejju

Imexxu: rev. Fr. Alex refalo, STl, Dip.Sc.Ed. u Sr. Magdalene Cauchi, USAM

post: Dar Manresa, Victoria.

4. IRTIR TA’ TħEjjIjA għAll-PENTEkOSTE :‘kEbbES lIl QlUbNA bl-IMħAbbA’l-ewwel u l-aqwa rigal li tana Ġesù wara l-Qawmien tiegħu kien l-Ispirtu s-Santu li fih issa ngħixu l-ħajja ta’ Ġesù. Insiru nafu lill-Ispirtu s-Santu aħjar sabiex nikkorrispondu aktar miegħu.

Dati: Mill-Ġimgħa, 30 ta’ Mejju sal-Ħadd, l-1 ta’ Ġunju

Imexxu: Fr. Victor Degabriele, SJ u Ms. Mary Xuereb, M.A.

post: Dar Manresa, Victoria.

għAl dAWN l-ATTIvITAjIET TA’ fORMAzzjONI

IĊ-ĊENTRU TA’ SPIRITWAlITà INjAzjANA jISTIEdNEk...ĊIS

rM2000 • AprIl 2014 • 31

NIfhMU AħjAR Il-kObOR T’AllAIn-numru ta’ tipi differenti ta’ annimali huwa kbir ħafna u żgur li ħadd ma jaf kemm-il speċi jeżistu, iżda Alla jaf. Kull ħlejqa ħalaqha bil-ħsieb u żejjinha b’dak kollu li teħtieġ biex tgħix komda fl-ambjent li għoġbu jpoġġiha fih. Dan jissejjaħ ‘l-istint’, li jgħinha kif għandha taġixxi f’kull sitwazzjoni li tiltaqa’ magħha.

l-IPOPPOTAMU:• ismu jfisser żiemel tax-xmara u jinsab f’diversi pajjiżi fl-Afrika• huwa it-tielet l-akbar mammiferu fuq l-art wara r-rinoċeront u

l-iljunfant• minkejja li jixbah il-ħanżir, dawn mhumiex mill-istess razza• jeżisti f’żewġ speċi u hu meqjus bħala annimal feroċi u perikoluż• jiżen bejn tunnellata u nofs u tlett tunnellati• minkejja li hu oħxon kapaċi jgħaddi bniedem fil-ġiri għax ilaħħaq

it-30 km fis-siegħa filwaqt li taħt l-ilma jlaħħaq it-8 km is-siegħa• jiekol ħaxix u pjanti u jgħix kemm fl-ilma kif ukoll fuq l-art• matul il-jum joqgħod ħafna fl-ilma filwaqt li jitla’ fuq l-art ifittex

x’jiekol meta jibda jidlam• idum jiekol bejn 4 u 5 sigħat u jiekol madwar 68 kilo ħaxix kull lejl• għajnejh, widnejh u mnifsejh qegħdin ‘il fuq ħafna ta’ rasu biex

ikun jista’ jniżżel parti kbira minn ġismu taħt l-ilma• adult jitla’ jieħu n-nifs kull 3 jew 5 minuti filwaqt li ż-żgħir kull 2 jew

3 minuti• meta jorqod fl-ilma jitla’ jieħu n-nifs b’mod awtomatiku bla ma

jqum u kull darba jiftaħ u jagħlaq imnifsejh• għandu ġilda ħoxna 6 pulzier li tipproteġih mill-għedewwa• kapaċi jiftaħ ħalqu 180º• isinn snienu billi jħokkhom ma’ xulxin• jaqbad l-ikel b’xoftejh u jogħmod bid-dras• ma jħobbx jissoċjalizza minkejja li jgħix fi gruppi ta’ 100 membru• mara jista’ jibda jkollha t-tfal fl-eta’ ta’ 5 jew 6 snin• wild idum 8 xhur biex jitwieled u jitwieled fl-ilma• jgħix bejn 40 u 50 sena – bl-aktar wieħed li għex laħaq il-61 sena• l-għadu ewlieni tiegħu hu l-bniedem li jikkaċċjah għal laħmu u għal

avorju ta’ snienu

Paġna maħsuba minn Claudia Cini

U qal Alla: “ħa tnissel l-art ħlejjaq ħajja skont ġenshom: bhejjem tad-dar, annimali li jitkaxkru u bhejjem selvaġġi. U hekk sar. (Ġen. 1:24)

GHAT-TFAL U GHALL-KBAR

kurżità: veru li l-ipopotamu jogħroq għaraq tad-demm?Fil-verità hi l-ipopotamu ma jogħroqx. Mill-ġilda tiegħu joħroġ speċi ta’ żejt trasparenti li jipproteġih kemm mill-mard konness mal-bakterja kif ukoll mir-raġġi qawwija tax-xemx (iservih ta’ sunblock). Dan iż-żejt isir lewn ħamrani appena joħroġ u wara jsir kannella. B’hekk inħoloq l-għajdut li l-ipoppotamu jogħroq għaraq tad-demm!

logħba: għin lill-ipoppotami jaslu fejn sħabhom fl-

għadira billi tibda mill-vleġġa tan-naħa t’isfel u tispiċċa

fil-vleġġa ta’ fuq

Ibgħat is-soluzzjoni tiegħek f’dan l-indirzz: RM 2000, kompetizzjoni tat-Tfal, 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067

32 • AprIl 2014 • rM2000

TORTA MIkXUfA TAl-QARAbAgħlIgħandek bżonn: • 500 gramma għaġina tat-torti lesta• Basla mdaqqsa mqatta’ rqiqa• 400 gramma qarabagħli tawwali• 200 gramma tadam frisk imqaxxar• 250 gramma ġobon edam jew ċedar• 4 bajdiet imħabbta• Dada tal-ħaxix• Mgħarfa marġerina• 100 millilitru ħalib• Ftit bżar

RIĊETTA 11

AddATTATAMENT MINN

ClAUdIA CINI

Metodu:• Naddaf il-qarabagħli u qattgħu roti rqaq.• Neħħi ż-żerriegħa tat-tadam u qattgħu f’dadi.• Ġo taġen fond qalli l-basla fil-marġerina sa ma tiħmar.• Żid il-qarabagħli, t-tadam u d-dada tal-ħaxix u agħti t-taġen b’għatu.• Ħallih itektek għal madwar kwarta sa ma jsir il-qaabagħli filwaqt li tħawwad kultant

ħin.• Sadanitant ħabbat sew flimkien il-bajd, il-ħalib u l-bżar.• Iftaħ l-għaġina f’turtiera kbira midluka bi ftit żejt.• poġġi t-taħlita ta’ ġot-taġen fit-turtiera u wara t-taħlita tal-bajd fil-wiċċ.• Ferrex il-ġobon maħkuk fil-wiċċ.• Sajjar f’forn sħun (190ºC/375ºF/ Gass marka 5) għal madwar nofs siegħa.

kont taf li: ċ-ċikkulata ilha tintuża’ sa mis-sena 1100 Q.K.? F’dak iż-żmien il-Mesoamerikani kienu jagħmlu xarba miċ-ċikkulata li tissejħa xocolãti li tfisser ilma morr. Minn dil-kelma ħarġet il-kelma li nafu illum chocolate. (U jien kien mingħalija li tfisser cocoa u ħalib !!) Iż- żerrigħa tal-cocoa li għandha tomgħa morra, trid titħalla tiffermenta. Wara titnixxef, titnaddaf u tinxtewa. Wara titneħħa l-qoxra u tintaħan. Wara dan il-proċess pjutost twil, jiżdiedu l-ingredjenti skont it-tip ta’ ċikkulata li tkun ser tiġi manifatturata. l-aktar popolari hija ċ-ċikkulata ħelwa li hija taħlita ta’ cocoa, butir tal-cocoa u zokkor. Għaċ- ċikkulata tal-ħalib jiżdied it-trab tal-ħalib u l-ħalib magħqud filwaqt li għaċ-ċikkulata bajda jeliminaw il-cocoa u jżidu aktar butir tal-cocoa. Iċ-ċikkulata skura hija l-aktar sustanzjuża u li fiha benefiċċji tas-saħħa fosthom li tnaqqas problemi tal-qab u tirrilassak. Is-siġar tal-cocoa jinsabu fil-Messiku, fl-Amerika Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Amerika. Sfortunatament huma ħafna t-tfal li jaħdmu fl-għelieqi tal-cocoa (child labour), saħansitra tfal żgħar ta’ 5 snin! 40% tat-tfal kollha qatt ma marru skola filwaqt li 5% biss huma mħallsa ta’ xogħolhom.

Mingħajr l-abbonament u l-offerta tiegħek il-magażin ma jistax ikompli. Għandna bżonn l-għajnuna tiegħek. Għalhekk IMpOrTANTI li ġġedded l-abbonament

Ibgħat ismek, l-indirizz u n-numru tat-telefon flimkien mal-ħlas għall-abbonament tiegħek fl-indirizz ta’ hawn taħt. Napprezzaw kull offerta flimkien mal-05.00 tal-abbonament regolari. jekk għandek ħlas b’lura ibgħatilna l-ħlas tas-snin mgħoddija.

ĠEDDED l-ABBONAMENT TIEGĦEK

PERMEzz TAl-MObIlEIbgħat SMS fuq dawn in-numri:5061 89165061 9210

jekk tixtieq tagħti offerta ta’ e6.99(li minnhom e0.70 jmorru għall-operaturi tal-mobile)

jekk tixtieq tagħti offerta ta’ e11.66 (li minnhom e1.16 jmorru għall-operaturi tal-mobile.

IMpOrTANTI: Fuq l-SMS ikteb: ismek, kunjomok, l-inidirizz u l-kodiċi postali. Jekk se ġġedded l-abbonament ikteb ir-reference Number li ssib miktub fuq it-tikketta mwaħħla mar-rivista li soltu tirċievi bil-posta.

Biex iġġedded

PERMEzz TAl-INTERNET

mur fuq il-website www.rm2000.org Tista' tħallas permezz tal-paypal

Biex iġġedded

NOTA għAl dAWk lI għANdhOM ħlAS b’lURA:Biex ma ntellfux il-ġid li tagħmel ir-rivista, s’issa bqajna nibgħatuha wkoll lil dawk li jittardjaw biex iħallsu l-abbonament tagħhom. Jiddispjaċina li, minħabba l-ispejjeż li għandna, dan mhux se jkun possibbli nagħmluh aktar. Għalhekk, kontra qalbna jkollna nwaqqfu li nibagħtu ir-rivista lil min idum iżżejjed ma jġedded l-abbonament

gRAzzI MIll-QAlb lIl dAWk kOllhA lI QEd jIbgħATU OffERTI U għAjNUNA

RM2000-lilħbiebna c/o 78, Triq il‐Markiż Scicluna In‐Naxxar NXR 2067Tel: 2142 0610 • Mobile: 7982 6899 • Email: [email protected]

PERMEzz TAT-TElEfONBiex iġġedded

ATTArD 2141 8031BAlZAN 2149 2288BAĦrIJA 2145 9135BIrÛEBBUGIA 2165 4518BOrMlA 2720 6840BUrMArrAD 2158 1122FGUrA 2180 2021FlOrIANA 2124 2230GĦArGĦUr 2143 1177GUDJA 2169 6336lUQA 2189 5174MANIKATA 2157 6769MGArr 2157 4658MOSTA 2143 3769 2141 4336MQABBA 2168 3165MSIDA 2123 8804QOrMI 2149 4097rABAT 2145 6824SAFI 2168 3890SENGlEA 2169 0019SIGGIEWI 2146 8132SAN pAWl Il-BAHAr 2157 1854SAN GIlJAN 21336914STA lUCIJA 2189 6093

TArXIEN 2169 5571XGHAJrA 2169 0769ZABBAr 2166 6267ZEBBIEGH 2157 5652ZEBBUG 21467453 21460651ZEJTUN 2167 5009ZUrrIEQ 2164 7337

ghAWdEXGHASrI 2155 2613GHAJNSIElEM 2155 5518KErCEM 2156 4253MUNXAr 21554621NADUr 2155 2206SAN lAWrENZ 2155 6355SANNAT 2155 4088VICTOrIA 2155 6487XAGHrA 2155 3477XEWKIJA 2155 1329ZEBBUG 2155 4493

Tisliba aprilC

arpe

t Z

on

e ġ

enti

lmen

t jo

ffri

Dir

t C

ontr

olle

r bġ

ala

riga

l gġ

ar-r

ebbi

eġ/a

tal

-Cro

ssw

ord

Puz

zle

Dis

inn

• O

utlo

ok C

oop

Mimdudin: 1. Ġab fix-xejn (6)4. pubblikan qasir fil-Vanġelu (6)7. Din tiegħi u biha naħdem (3)8. l-għan aħħari (6)9. Nidħol f’xi ħadd jew f’xi ħaġa (6)10. Isem popolari li jfakkarna fil-Milied (4)12. Hekk għamel Ġesu qabel ma qajjem

lil lazzru (4)13 Ħofra taħt id-driegħ tal-ġisem(6)15 Idderieġa karozza (3)16 …….. eżempju (3)18. Mur lura u ħu grokk (3)20. Daqqiet bl-idejn jew bi frosta (4)21. Frotta bnina mill-familja tal-farkizzan

(4)24. Ma nħallix għoqod (6)25. Jista’ jkun żveljarin (6)26. Fih naħżnu l-ilma tax-xita (3)27. Sallura bla ras biex nużawha waqt

id-diskors tagħna (6)

IMPORTANTI: Ibagħtu t-tweġibiet tagħkom f’dan l-indirizz: RM2000, 78 Marquis Scicluna Str, Naxxar NXR 2067 It-tweġibiet iridu jaslulna sal-aħħar tax-xahar.Meta ġġedded l-abbonament tiegħek u tibgħat ċekk, agħmlu fuq isem RM2000.REbbIEħA Ir-rebbieħa tat-tisliba ta’ Marzu

28. ............... tax-xita, i.e. meta tkun nieżla bil-mod ħafna (6)

Weqfin: 1. Gorilla, per eżempju (6)2 Jagħżel passaġġ minn qari twil (6)3. Toninu fil-qosor (4)4. Dnub kontra s-sitt Kmandament (4)5. Qabbad in-nar (6)6. Mill-ħsieb għadda għall-fatti (6). 11. Imxew mar-regoli (5)13. Kawża (5)16. Kunjom Dun Kark, il-poeta Malti (6)17. Dan mhux belti (6)18. Imnaqqas, per eżempju f’xi grad (6)19. post bis-siġar (6)22. libsa bajda li jilbes il-qassis taħt

il-pjaneta (4)23. Is-sieħba fiż-żwieġ (4)

TWEĠIbA TAT-TISlIbA MARzUMIMdUdIN: 1. katubi 4. bikkem 7. u 11 Weqfin: konklavi 8. Titwal 9. Iqarar 10. Skop 12. Anon 14 u15. Albino 16. Iva 18. bSS 20. Mina 21. data 24. Eletti 25. duħħan 26. Tau 27. Skossi 28.MqaretWEQfIN: 1. katusa 2. Titlob 3. Ikla 4. bnin 5. kuruni 6. Murano 13. Onest 16. Immens 17. Angelo 18. baħħar 19. Sannat 22. viti 23. Idum

Carpet zone, valley Road, b’kara (opposite Post Office)

Segwi l-esperjenzi u l-avventuri ta’ ħutna l-Maltin u l-Għawdxin fl-artijiet tal-missjoni; esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall-kuraġġ ta’ dawn l-eroj tas-skiet! Kun af bil-proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għall-miljuni ta’ nies fil-bżonn imxerrda fl-erba’ naħat tad-dinja. Issir taf dan kollu u aktar fil-programm VUĊI MISSJUNArJA li jixxandar kull nhar ta’ ġimgħa fid-9:00p.m. fuq rADJU MArIJA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Tlieta f' 6:00am, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ dr. frank Cassar u helena Sammut.

kIf kONT TAgħRAf jIEN MIN jIEN…Kieku qatt ma mradt, kif kont tagħraf li jien il-Fejqan? Kieku qatt ma sibt ruħek bla saħħa, kif kont tagħraf li jien il-Qawwa? Kieku qatt ma kont imdejjaq, kif kont tagħraf li jien il-Ferħ? Kieku kont taf kull tweġiba, kif kont tagħraf li jien il-vera Mistoqsija? Kieku qatt ma dnibt, kif kont tagħraf li jiena l-Maħfra? Kieku qatt ma ntlift, kif kont tagħraf li jien it-Triq? Kieku qatt ma kont imjassar, kif kont tagħraf li jien il-libertà? Kieku qatt ma gdibt, kif kont tagħraf li jien il-Verità?Kieku qatt m’għaddejt mill-kesħa tas-solitudni, kif kont tagħraf li jien qalbi Ħuġġieġa? Kieku qatt ma kkoreġejtek kif kont tagħraf li jien l-Imħabba? Kieku kellek is-setgħat kollha, kif kont tagħraf li jien il-Fiduċja? Kieku kellek kollox, kif kont tagħraf li jien l-uniku Teżor?Kieku kellek ma tmut qatt, kif kont tagħraf li jien il-vera Ħajja?

l-għId IT-TAjjEb!NIfIRħU għAX Il-ħAjjA REbħET Il-MEWT