RM2014-06-June July

36
Fejn se ssib il-paci Maħruġ mill‐Ġiżwiti Maltin • Ġunju/Lulju 2014 • Sena 65 • Numru 6 • 78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067 NEWSPAPER POST

description

Maltese Jesuit Magazine

Transcript of RM2014-06-June July

Page 1: RM2014-06-June July

Fejn se ssib il-paciMaħ

ruġ

mill‐

Ġiżw

iti M

altin

• Ġu

nju/

Lulju

201

4 • S

ena

65 •

Num

ru 6

• 78

, Triq

il-M

arki

ż Sc

iclu

na, N

axxa

r NXR

206

7N

EW

SPA

PE

R P

OS

T

Page 2: RM2014-06-June July

2 • Ġunju/LuLju 2014 • RM2000

Page 3: RM2014-06-June July

Fejn se ssib il-paciDarba raġel għaref, kien miexi lejn raħal ieħor ma’ ftit mis-segwaċi tiegħu. Għaddew minn ħdejn xmara. Waqfu ftit qribha u l-għaref qal lil wieħed mis-segwaċi: “Għandi l-għatx. Jimporta ġġibli ftit ilma minn din ix-xmara?” Id-dixxiplu mexa lejn ix-xmara u hekk kif tbaxxa biex jimla ftit ilma, induna li dan kien imdardar b’ħafna tajn.

Id-dixxiplu qal bejnu u bejn ruħu: “jien mhux se nagħti dan l-ilma maħmuġ lill-imgħallem…” Għalhekk mar lura u qallu: “L-ilma mdardar wisq, mimli tajn. Mhux tajjeb biex tixorbu.”

L-għaref wieġbu, “Mur imla l-bieqja bl-ilma mdardar u gibuli xorta waħda.” Dak mar u għamel kif qallu. Ġieb bieqja mimlija ilma mdardar. L-għaref qabadha u qegħedha maġenbu filwaqt li kompla bid-diskors li kien qed jagħmel ma’ ta’ madwaru.

Wara nofs siegħa, talab lid-dixxiplu inewwillu l-bieqja bl-ilma tax-xmara. Id-dixxiplu obda u newwilhielu. Issa l-ilma kien iċċara. It-tajn kien niżel fil-qiegħ tal-bieqja u l-ilma sar safi kristall. L-għaref seta jixrob l-ilma u jħalli t-tajn fil-qiegħ.

L-għaref ħares lejn l-ilma, dar fuq id-dixxiplu u qallu: “Rajt x‘kellek tagħmel biex l-ilma jindaf? Tħallih joqgħod…u t-tajn niżel waħdu. Hekk ukoll il-moħħ u l-qalb tal-bniedem! Meta jkun inkwetat, ħallih joqgħod ftit. Agħtih ftit tal-ħin u meta jasal il-waqt jikkwieta waħdu. Il-ħajja ma tistax tikkalmaha meta trid int. Trid tagħraf tistenna l-mument li tkun ikkalmat hi. Tgħallem stenna u ssib li anke fl-aktar mumenti mħawdin u tqal, iż-żmien se jaħdem hu.

Tgħallem ilqa’ l-paċi meta u kif tagħtihielek il-ħajja. jekk tipprova tneħħi l-ħama mill-ilma tal-ħajja, jirnexxilek biss iddardu aktar!

Ħallih jgħallmek hu meta. M’hemmx bżonn tagħmel xi sforz biex tipprova tikkalmah malajr kemm jista’ jkun. jikkalma waħdu, bla sforz ta’ xejn.

jekk tkun taf tistenna l-paċi tiġi, ifisser li l-paċi diġa’ tkun sibtha fik! Għax il-vera paċi la se ssibha fl-ilma u anqas fix-xmara. Se ssibha biss ġo fik!”

jgħidu li darba x-xjaten għamlu konferenza bejniethom biex isibu post fejn jaħbu l-paċi. Riedu jaħbuha

tant tajjeb li l-bnedmin ma jsibuhiex u jibqgħu iddisprati. Min semma l-ogħla muntanja, min l-aktar oċean fond, min semma ġungla mbegħda u folta fejn il-bniedem ma jidħolx, min taħt l-art jew fil-qalba taħraq ta’ vulkan qalil. Ma setgħux jaqblu u qamet konfużjoni sħiha.

Wieħed xitan xiħ fl-aħħar għamel sinjal li xtaq jitkellem. Qalilhom, “Ejja naħbu l-paċi f’rokna ċkejkna, f’qalb il-bniedem stess. Hemm żgur li ħadd ma jsibha. Tant huma ffissati li jfittxuha fil-ħwienet, fid-divertiment, fix-xiri, l-infiq u l-ġiri, fil-karriera, fix-xogħol, il-flus u l-pjaċir li żgur ma jfittxux ġo qalbhom stess. L-aktar moħba tajba hija qalb imdallma mid-dwejjaq tagħha stess!”

Ix-xjaten stagħġbu b’dan il-għerf. Hekk għamlu. u, jaħasra, f’tant bnedmin jidhru li rnexxielhom, għax il-ħwienet, il-fabbriki, l-uffiċċji, il-vilel, il-postijiet ta’ divertiment, il-boats u l-karozzi lussużi huma kollha mimlijin. Imma qlub il-bnedmin għadhom battala, jiġġerrew f’ħajja bla rażan ifittxu l-paċi siekta, tistenna ċ-ċans li xi ħadd jinduna biha.

jekk ma tkunx sibt l-paċi fik innifsek m’intix se ssibha barra minnek!

RM2000 • Ġunju/LuLju 2014 • 3

Page 4: RM2014-06-June July

I L K O L L

BILJUNARJI4 • Ġunju/LuLju 2014 • RM2000

Page 5: RM2014-06-June July

Immaġina li ħadt sehem f’kompetizzjoni u rbaħt dan il-premju: Kull filgħodu, il-bank jiddepożitalek €86,400 fil-kont tal-bank tiegħek, b’dawn il-kundizzjonijiet:• Dak li ma tonfoqx matul il-ġurnata

jitnaqqaslek mill-kont xorta waħda. • Ma tistax tistax titrasferixxi l-flus

f’kont ta’ xi ħadd ieħor. Int biss tista’ tonfoq il-flus.

• Il-bank jista’ jwaqqaf il-logħba bla ma javżak. Għandu l-awtorità li jgħidlek, “Il-logħba tieqaf hawn!”

• jekk jingħalaqlek il-kont, ma tistax tiftaħ wieħed ġdid. Kieku kellek din l-opportunità,

x’tagħmel? M’għandix dubju li tibda tonfoq il-flus fuq dak kollu li dejjem xtaqt tixtri jew dak li xtaqt tagħmel, kemm għalik u anke għall-għeżież tiegħek. Probabbli li tonfoq dawn il-flus anke fuq persuni li int ma tafx peress li jkollok abbundanza ta’ flus. Dawk il-flus kollha x’se tagħmel bihom, aktar u aktar meta tkun taf li jekk ma tużahomx, se jintilfu?

Qatt ħsibt li din mhix logħba u anqas fantasija? Qatt ħsibt li din hi eżattament ir-realtà li qed tgħix fil-ħajja ta’ kuljum? Kull wieħed u waħda minna għandna kont bħal dan.

Id-differenza hi li flok mimli bil-flus huwa mimli bil-ħin. Kull filgħodu, nirċievu 86,400 sekondi bħala rigal, li waqa’ mis-sema, għax m’għamilna xejn biex nitwieldu u nirċievu l-ħajja u r-rigal taż-żmien. Kull sekonda li nitilfu, nitilfuha għal dejjem. Kull ġurnata li ngħixu, ngħixuha darba biss u titnaqqsilna mill-kont totali tal-ġranet li għandna x’ngħixu f’din id-dinja. Ebda minuta, siegħa jew ġurnata ma nistgħu nġibuha lura. u, l-verità hi li ż-żmien tiegħek fid-dinja jista’ jiqaflek ħesrem u jispiċċalek mingħajr ebda avviż.

Allura x’se tagħmel b’dawn il-86,400 sekonda? Id-deċiżjoni hi f’idejk! Int responsabbli għal dan ir-rigal taż-żmien tiegħek fuq din id-dinja.

X’se tagħmel biż-żmien li għandek? Hemm min iqatta’ ż-żmien li għandu. Hemm oħrajn li sempliċiment jgħadduh. Oħrajn jipprovaw iġemmgħuh u oħrajn jitilfuh. Hemm min jużah, min igawdih, min jimlieh u min jaħlih. Xi wħud jippruvaw iwaqqfuh, xi wħud dejjem jistennewh. Min ifittxu u min isibu, min jieħdu u min jagħtih. Int x’qed tagħmel bih?

Qatt ħsibt li meta tagħti mqar minuta lil xi ħadd, tkun tajtu

rigal prezzjuż, għax dik il-minuta m’għandekx ħliefha?

Qatt ħsibt li jekk iż-żmien trid tgawdih tassew, l-aħjar ħaġa hi li tagħtih lil xi ħadd li tħobb? Staqsi lil omm jew missier li jgħaddu l-aħjar żmien ta’ ħajjithom irabbu, iħobbu u jgawdu lil uliedhom u lil xulxin. X’jgħid missier li jasal fi żmien xjuħitu, imdawwar b’uliedu u l-familji tagħhom kuntenti u ferħanin madwaru: “Ara għal min ħlejt ħajti?” jew “Ara l-frott ta’ ħajti!”

jekk trid ma taħlix ħinek u żmienek, iftaħ qalbek u kull filgħodu tistaqsix lilek innifsek: “X’se nieħu minn dil-ġurnata?” Staqsi lilek innifsek: “X’se nagħti f’dil-ġurnata?”

Darba kien hemm raġel ta’ 33 sena. Kulħadd ħaseb li kien ħela ħajtu u żgħożitu, għax ħabb u ssallab għal min ħabb. Meta tbattal il-kont kollu tiegħu u ħajtu waslet biex tintemm, qal bla ma laqlaq: “M’hemmx imħabba akbar minn din, li wieħed jagħti ħajtu għal min iħobb!”

jekk trid titlef ħinek, żommu għalik. jekk tgħożż ħinek, agħtih lil min tixtieq tħobb! Malli jagħlaqlek il-kont, tinduna xi jfisser li tkun sirt biljunarju ta’ veru!

€86,400 KULJUM

RM2000 • Ġunju/LuLju 2014 • 5

Page 6: RM2014-06-June July

Ftit li xejn kelli idea tal-Amerika Ċentrali u wisq anqas tal-Guatemala, pajjiż meqjus żgħir imgeddes bejn il-Messiku, il-Honduras u El Salvador. Talbuni nagħti rtir lill-Brothers ta’ M. Teresa li qed jaħdmu f’diversi pajjiżi f’dawk in-naħat tad-dinja. Xtaqt naqsam magħkom ftit minn din l-esperjenza.

Il-Guatemala, bħal El Salvador u bosta pajjiżi oħra tal-Amerika Ċentrali għaddew u għadhom għaddejjin minn sitwazzjonijiet koroh. Faqar, gvernijiet dittatorjali, vjolenza, traffikar ta’ droga u qtil bl-addoċċ. Tbatijiet bla qies. Il-paċi reġgħet tfaċċat fil-pajjiż bil-ftehim li sar bejn il-gvern u l-guerilli fl-1996.

L-akbar żewġ problemi tal-pajjiż huma l-vjolenza u l-korruzzjoni. Minkejja dan, in-nies huma tassew twajbin. Il-Brothers marru joqogħdu f’naħa l-aktar fqira tal-belt kapitali Guatemala City. Fetħu dar żgħira biex jilqgħu anzjani li jispiċċaw weħidhom jew fit-toroq. Filgħaxijiet imorru jqassmu l-ikel u xi ftit kafè sħun billejl lil dawk li m’għandhomx dar fil-qalba tal-belt. Iżuru l-ħabsin u jiftħu darhom darba fil-ġimgħa biex min m’għandux dar jista’ jiġi jaħsel ħwejġu, jieħu doċċa u jsib platt sħun. Dedikazzjoni kbira.

Fl-istess ħin jgħixu dejjem f’ambjent diffiċli u perikoluż. Il-ħwienet

t’hemm huma kollha mbarrati b’rixtelli tal-ħadid. Ma tistax tidħol fil-ħanut. Trid tordna dak li għandek bżonn minn wara grada msakkra, qisek qed tixtri mingħand xi ħadd magħluq f’ħabs. Ma jissugrawx iħallu miftuħ minħabba s-serq u vjolenza.

Kont nibqa’ msaħħar u mmeraviljat mill-kuraġġ ta’ dawn il-Brothers sempliċi, bosta minnhom mill-Indja jew mill-Amerika Latina. Fosthom iltqajt ma’ żewġ Brothers Maltin – Br Tony Mercieca u Br Karmenu Duca.

Waqt l-irtir li kont qed nagħti stajt nisma’ ħafna stejjer ta’ kuraġġ u mħabba bla qies lejn il-fqar. Irrakkontawli kif, f’pajjiż ieħor tal-

Il-vjagg tieghi fil-guatemalaL-isptar ta' Fr Joe Cam

illeri

6 • ĠuNJu/LuLJu 2014 • RM2000

Page 7: RM2014-06-June July

Amerika t’Isfel, il-Brothers spiċċaw imdawrin bil-gangs vjolenti li jisparaw u joqtlu bl-addoċċ madwar id-dar tagħhom. Tant saret diffiċli s-sitwazzjoni li l-fqar stess ma baqgħux jersqu lejn id-dar tal-Brothers biex jitolbuhom l-għajnuna. Mhux l-ewwel darba li minkejja r-rispett li jgawdu l-Brothers, daħlu fuqhom bl-armi u heddewhom biex jagħtuhom xi flus u ħwejjeġ oħra. u l-Brothers jibqgħu hemm, fl-istess post, għax jemmnu li dik hi l-vokazzjoni tagħhom li jibqgħu qrib tal-aktar fqar.

Kemm kont inħossni nistħi minnhom. Mort biex nipprietka lilhom, imma b’dak li kienu jgħiduli, kienu huma li jippritkaw lili, mhux tant

bil-kliem daqskemm bl-eżempju ta’ kemm iħobbu u lesti jingħataw bla kundizzjoni għal dawn il-fqar.

L-irtir għamilnieh f’dar tas-sorijiet imwaqqfin minn qaddis popolari ferm fil-Guatemala – il-Beatu Hermano Pedro Betancur. Dan kien jgħix fil-kapitali l-antika, ħalla l-ġid kollu li kellu u ta ruħu biex jgħin lill-fqar tal-belt. Waqqaf kongregazzjoni ta’ sorijiet li llum għandhom madwar l-4,000 membru mxerrdin mad-dinja. Fejn kont jien kellhom dar tal-irtiri (il-monasteru antik tagħhom stess), skola għall-fqar u hostel għal tfajliet fqar ġejjin mill-kampanja.

Wara l-irtir mort inżur missjunarju Għawdxi li qed jaħdem xi sagħtejn karozza ’l bogħod minn Guatemala

City. Dun Ġużepp Camilleri qed jagħmel xogħol tassew tad-deheb. Ilu hemm xi 22 sena. Illum għandu 81 sena u, allajbierku, għadu għaddej qisu mhux hu. Fil-parroċċa fejn iservi, għandhom 32 raħal imxerrdin fuq il-muntanji.

jum minnhom, kien il-Ħadd, akkumpanjajtu f’diversi quddisiet li kellu fi rħula differenti. In-nies tarahom jistennew is-saċerdot jasal għall-quddiesa. jimlew il-knejjes sempliċi tagħhom – irġiel, nisa u tfal b’xhieda ta’ twemmin u tjubija liema bħalhom. Bosta minnhom m’għandhom kważi xejn. Kullimkien imorru bil-mixi.

L-ambjent huwa wieħed muntanjuż ħafna. Allura stajt nimmaġina xi jfisser tgħix hemm fuq, f’raħal, ġo għarix jew

Fr Paul ma' Br Tony Mercica u Br Karmenu Duca

RM2000 • Ġunju/LuLju 2014 • 7

Page 8: RM2014-06-June July

Fr Paul jagħmel l-Ewwel Tqarbina lil tifel b'diżabilità

dar fqira ħafna, maqtugħ minn kollox. jgħixu bi ftit xogħol tar-raba’. Min hu xxurtjat ikollu lil xi ħadd imsiefer l-Amerika li jibgħatlu xi ftit flus. Skejjel ftit u mbegħda. Tara lil kulħadd jimxi għal sigħat twal.

Dun Ġużepp ħass il-bżonn kbir ta’ sptar għal dawn in-nies u, bil-għajnuna ta’ ħafna benefatturi, irnexxielu jibni sptar imdaqqas u mgħammar tajjeb ħafna, b’tobba u nurses kompetenti ħafna. F’raħal fil-muntanji ltqajna ma’ omm żagħżugħa li kienet tqila. Qaltilna li kienet għadha kif tilfet lil żewġha f’inċident u li kellha bżonn ċesarja. Meta Dun Ġużepp qalli li fl-isptar tal-gvern hemm ħafna riskji għax il-kura mhix daqshekk tajba, issuġġerejtlu li nħallsulha l-operazzjoni biex twelled fl-isptar tiegħu stess.

B’somma żgħira, ħdejn dik li kieku nħallsu aħna fi sptar privat, stajna nagħtuha dar-rigal li twelled b’moħħha mistrieħ. Ħriġt il-flus minn dak li kienu tawni xi benefatturi qabel mort hemm.

Dun Ġużepp stess kien qed iżomm miegħu tifla u tifel li prattikament ġabar mill-għelieqi wara li kienu abbandunati hemm ftit sigħat wara t-twelid tagħhom. Qed tieħu ħsiebhom il-koka tiegħu li adottathom bħala ommhom. Stejjer ma jieqfu qatt.

Iltqajt ma’ qassis ieħor Għawdxi li qed jagħmel xogħol tad-deheb f’naħa oħra tal-Guatemala, Dun Anton Grech. B’entużjażmu u enerġija kbira qiegħed imexxi opri kbar biex jgħin lin-nies t’hemm jintrefgħu mill-faqar kemm tal-ġisem u kemm tar-ruħ. Xogħol kbir li qed isir fis-skiet u s-satra imma li

l-Mulej qed jinqeda bih biex is-Saltna tiegħu tinbet f’aktar qlub ferm ’il bogħod mill-gżejjer tagħna.

Stajt immur ukoll fil-pajjiż qrib ta’ El Salvador. Dan hu pajjiż fejn il-gwerer u l-ġlied tal-guerilli kontra d-dittatorjat ta’ gvern militari korrott kien għamel ħafna vittmi. Fit-tmeninijiet l-Arċisqof ta’ San Salvador, Oscar Romero, kien ħareġ bis-saħħa kollha biex jiddefendi l-fqar kontra gvern korrott u inġust. Qatluh billi sparawlu meta kien qed iqaddes fuq l-artal minħabba l-prietki qawwijin tiegħu.

Ftit snin wara, fl-1989, kien imiss lil komunità ta’ sitt Ġiżwiti, kollha għalliema u studjużi fl-università Kattolika tal-Ġiżwiti f’El Salvador. Il-ħtija tagħhom, f’għajnejn il-gvern militari ta’ dak iż-żmien, kien li kienu qed jippritkaw il-ġustizzja u jiftħu l-università tagħhom għall-fqar. Għalhekk ittimbrawhom bħala komunisti. Attakkawhom is-suldati ftit qabel is-sebħ. Ħarġuhom minn darhom u qatluhom fil-ġnien tagħhom stess, flimkien mal-koka u bintha li kienu reqdin fil-qrib, biex ma jkun hemm ħadd li jixhed kontrihom.

Waqaft fuq il-post fejn qatluhom u tlabt mill-qalb biex xi darba tinbet il-ġustizzja vera fid-dinja tagħna. Fhimt b’mod aktar profond is-sejħa tagħna l-Ġiżwiti li niżirgħu fidi li tagħmel il-ġustizzja. X’jiswa li nippritkaw lil Kristu jekk inħalluh mgħakkes u mżeblah bil-moħqrija u l-inġustizzja kontra l-fqir u l-batut? Kien mument qawwi

8 • Ġunju/LuLju 2014 • RM2000

Page 9: RM2014-06-June July

għalija niltaqa’ mal-Ġiżwiti li llum qed jgħixu fl-istess komunità, ikomplu l-missjoni li mietu għaliha dawn is-sitta minn ħutna u ż-żewġ nisa li kienu jgħinuhom.

L-għada qbadt it-triq lura għal Malta. Il-vjaġġ lejn il-Guatemala u lura ma kienx nieqes minn avventuri, sigħat twal ta’ stennija fl-ajruporti, diżappunti meta ajruplani jittardjaw u jiżdiedu s-sigħat tal-vjaġġ u l-għeja u n-nuqqas ta’ rqad jibdew jagħmlu

tagħhom. Ma stajtx inneħħi minn quddiem għajnejja kemm eluf ta’ rifuġjati u immigranti llegali jagħmlu vjaġġi twal u perikolużi, f’kundizzjonijiet impossibbli u tbatijiet tal-waħx biex jiksbu ftit ħelsien jew ħajja aħjar. Kif stajt ngerger li kont għajjien mejjet jew għaddejt ġranet u ljieli bla rqad?

Imma qalbi kienet tfur b’radd il-ħajr li l-Mulej kien reġa’ tani rigal ieħor li niltaqa’ ma’ nies li b’ħajjithom u bis-sempliċità tagħhom urewni kemm hu

ħaj u kbir il-Mulej tagħna, li kapaċi jagħmel għeġubijiet ta’ mħabba bil-qaddejja ċkejknin u dgħajfin tiegħu.

Kemm aħna xxurtjati li aħna wkoll, kulħadd skont is-sejħa u ċ-ċirkustanzi tiegħu, jista’ jiżra’ u jkabbar is-Saltna tal-Imħabba bil-fedeltà lejn dak li l-Mulej jitlob minna fil-ħajja ordinarja ta’ kuljum!

Iva, aħna wkoll, fid-djar, fil-postijiet tax-xogħol u f’pajjiżna stess imsejħin inkunu missjunarji!

Flimkien ma' Dun Ġużepp Camilleri ma' grupp tfal minn familji fqar f'raħal fil-muntanji

Page 10: RM2014-06-June July

10 • Ġunju/LuLju 2014 • RM2000

Page 11: RM2014-06-June July

Bidwi xiħ kellu żiemel biex jaħratlu l-għelieqi. Darba dan iż-żiemel ħarab qalb l-għoljiet u l-povru bidwi spiċċa jaħdem l-art b’idejh. Ġew il-ġirien biex jikkunslawh. “jiddispjaċina, ħabib,” qalulu. “Kemm int xortik ħażina!” Il-bidwi wieġeb: “Xorti ħażina, xorti tajba? Min jaf?”

Ġimgħa wara, iż-żiemel irritorna fir-raħal u ġab miegħu merħla żwiemel mill-għoljiet u din id-darba l-ġirien daru mal-bidwi jifirħulu. “Kemm int xortik tajba!” qalulu. Il-bidwi wieġeb: “Xorti ħażina, xorti tajba? Min jaf?”

It-tifel tal-bidwi beda jimmansa wieħed miż-żwiemel selvaġġi mill-merħla. Ma kienx faċli u, meta

fl-aħħar irnexxielu jirkbu, iż-żiemel irmieh minn fuqu, u t-tifel weġġa’ sewwa. Kiser saqajh it-tnejn. Mill-ġdid ir-raħħala tħassru lill-bidwi xiħ għal din l-iżventura. “Imma x’xorti ħażina għandek, qalulu. Għax għandek iż-żwiemel, kellu jweġġagħlek ibnek!” “Xorti ħażina, xorti tajba? Min jaf?” tenna l-bidwi.

Xi ġimgħat wara, l-armata ġiet ġol-villaġġ biex jiġbru ż-żgħażagħ bil-lieva, għax fil-pajjiż kienet faqqgħet gwerra. Meta raw lill-iben b’saqajh miksura, raw li mhux tajjeb għas-servizz u ma ġabruhx maż-żgħażagħ l-oħrajn tar-raħal. Ir-raħħala malajr qalu kemm kien xortih tajba x-xiħ.

Xorti tajbajew ˙aΩina?

Imma hu reġa’ qalilhom: “Xorti ħażina, xorti tajba? Min jaf?”

Min hu xortih tajba? Min hu xortih ħażina fil-ħajja? Kulħadd bl-istorja tiegħu. Kulħadd ikollu l-mumenti sbieħ u l-mumenti koroh fil-ħajja. Hemm żmien biex tifraħ u żmien biex titnikket. Kull ħaġa li tiġri fil-ħajja hi bħal xabla taqta’ minn żewġ naħat – iġġib magħha t-tajjeb u l-ħażin.

Imbierek dak li jkun kapaċi jislet it-tajjeb mill-mumenti sbieħ u mill-mumenti koroh. Il-ħajja hi magħmula 10% minn dak li jiġrilek u 90% minn dak li tagħmel bih. Int x’qed tagħmel b’dak li ġralek jew qed jiġrilek?

RM2000 • Ġunju/LuLju 2014 • 11

Page 12: RM2014-06-June July

X’TAGĦMEL BIEXTIĠIK IL-LIBSA?

12 • ĠuNJu/LuLJu 2014 • RM2000

Page 13: RM2014-06-June July

Imma dal-ħajjat famuż kien għamillu l-ġlekk b’komma minnhom iqsar mill-oħra. “Tinkwetax,” qallu l-ħajjat, meta l-povru raġel qarras wiċċu għal difett ikrah bħal dan. “Kull m’għandek tagħmel hu li terfa’ spalltek ftit biex idejk tiffittja l-komma u ma tidhirx li hi iqsar mill-oħra!”

Ir-raġel obda. Meta libes il-ġlekk beda jżomm spalltu waħda merfugħa ’l fuq biex il-komma ma tidhirx qasira. Imma, kif għamel hekk, il-pavru tal-ġlekk ġie qisu mxattar u l-ġlekk donnu żżerżaq għal fuq l-ispalla l-oħra. Il-ħajjat xejn ma nfixel. “Tinkwieta xejn,” qallu, “mejjel rasek la ġenba, biex għonqok jieħu l-pożizzjoni tal-pavru mxattar.” Il-povru klient obda, imma spiċċa mgħawweġ ganċ fil-ġlekk il-ġdid.

Dakinhar tat-tieġ, trid tara l-klijent fuq l-artal, mgħawweġ ganċ, ħdejn l-għarusa sbejħa tiegħu, ma jissugrax jiddritta jew joqgħod komdu, inkella kulħadd jinduna kemm kien imxattar u żmerċ il-ġlekk li ħietlu George.

Il-mistednin li ma kinux jafu lill-għarus u li kienu jafu min kien il-ħajjat kollha qalu, “Allajbierek, kemm hu bravu dal-ħajjat. Hu biss kapaċi jħit ġlekk li joqgħod sewwa fuq raġel

b’difetti fiżiċi kbar daqs ta’ dan l-għarus!”

Kemm nies fis-soċjetà tagħna huma eżattament bħal dak l-għarus. joqogħdu kif tgħid il-moda, s-soċjetà, ir-riklami, l-kummerċanti… Il-make-up hekk irid ikun, ix-xagħar, l-ilbies, il-ħajja trid tkun hekk u hekk… u tara lil kulħadd jitkgħawweġ biex jiffittja f’dak li jgħidu r-reklami. Biex tieħu gost, trid tmur cruise… Ftit jimporta li jġorruk minn port għal ieħor f’ġirja sfrenata biex taparsi tara l-belt, jisolħulek flusek f’hekk imsejħa excursions ta’ sagħtejn, kemm tittawwal gol-pjazez u xi knisja bil-ġirja u, isa, suq ħa mmorru, għax sar il-ħin. Imbagħad għandek nofs siegħa għax-shopping. Ixtri, ixtri, għax minn hawn bl-irħis… u kulħadd jixtri dak li m’għandux bżonn… basta bl-irħis!

u kemm nagħmlu l-istess f’affarijiet ferm aktar serji. jekk se tiżżewweġ trid tagħmel tieġ mill-aqwa. u tinsiex il-hens’ party u l-bachelor’s party, u il-pre-wedding u il-post-wedding, u r-ritratti jridu jkunu hekk, u nixxabbtu mal-blat biex nidhru ħelwin aktar, u nbiddlu l-ilbiesi ‘għar-ritratt’, u l-ikel u x-xorb u l-after party biex indumu aktar wara li jkunu telqu

l-anzjani… u, jaħasra, dan ifisser flus, flus, flus… Meta ma jiġrix ukoll li t-tieġ kważi kważi idum aktar miż-żwieġ, għax ftit wara jibda t-tilwim u l-firda!

Imma, għal min ma jarax aktar ’il bogħod minn imnieħru, l-aqwa li nidher pulit f’għajnejn in-nies. Mhux ta’ b’xejn li nispiċċaw nies bl-agħar diżabiltà – li nkunu nies bla sinsla. Kulħadd isegwi dak li jgħid ħaddieħor, kollox għal wiċċ in-nies, kollox biex insalvaw id-dehra tal-qoxra.

u l-akbar gwaj huwa meta dak li hu mgħawweġ nibdew narawh qisu xi opra t’arti, narawh pulit, l-ikrah nibdew insejħulu sabiħ u l-ħażin insejħulu tajjeb. Imsieken aħna! Tant nidħlu f’din id-dinja li ninsew għalkollox x’inhu prinċipju, x’inhu sabiħ, x’inhu sewwa u dritt.

Tgħid, int u jien għandna l-kuraġġ li naqtgħu libsa li tiġina għal dak li aħna, flok nitgħawġu u nitkgħawġu biex nidħlu f’libsa li vvintalna ħaddieħor għall-iskopijiet tiegħu? Għandna l-kuraġġ inżommu mal-verità u l-prinċipji, bla ma ngħawġuhom u nbiddluhom kif u meta jaqblilna, skont l-interessi tagħna jew ta’ soċjetà għamja u mitlufa?

Raġel xtaq jagħmel libsa pulita u speċjali. Kellha tKun il-libsa tat-tieġ tiegħu. maR għand geoRge - ħajjat famuż mal-pajjiż Kollu – biex jagħmillu din il-libsa. WaRa li għażillu l-mateRjal, ħadlu l-qisien u WaRa xi żmien sejjaħlu biex imuR jippRuvaha.

RM2000 • Ġunju/LuLju 2014 • 13

Page 14: RM2014-06-June July

14 • Ġunju/LuLju 2014 • RM2000

Page 15: RM2014-06-June July

Kien hemm iljun li ltaqa’ ma’ merħla nagħaġ. Ħa qatgħa hekk kif ra li waħda min-nagħaġ kien proprju ljun! Dan l-iljun kien kiber man-nagħaġ minn età żgħira, allura kien jagħmel il-ħsejjes ta’ nagħġa u jimxi bħall-bqija tan-nagħaġ. L-iljun li kien qed josserva, mar dritt fuq l-iljun/nagħġa. Dan tal-aħħar tkexkex hekk kif ra lill-iljun proprja… Beda jirtgħod.

u l-iljun staqsieh: “Għalxiex qiegħed qalb in-nagħaġ?” “Għax jien nagħġa bħalhom” wieġeb

se ndumu nkejlu lilna nfusna bil-kejl ta’ ħaddieħor, nikkupjaw dak li jagħmlu l-oħrajn u nħallu lil ħaddieħor jiddeċiedi l-għażliet tagħna? Ħażin tħares lejn il-mera biex tadura lilek innifsek. Imma daqstant ieħor ħażin li tadura lill-oħrajn u tkażbar lilek innifsek.

Tgħallem ħares lejn il-mera u apprezza dak li int. Tgħallem ħares lejn l-oħrajn u apprezza dak li huma. Basta ma titħawwadx u tagħhom trid tagħmlu tiegħek u tiegħek titilfu f’tagħhom!

M I N S E J I D D E Ċ I E D I ?l-iljun/nagħġa kollu mbeżża’. “Le, m’intix!” qallu l-iljun, “Ejja miegħi.” Minkejja l-biża’ li kellu fuqu, l-iljun/nagħġa ma ssugrax jikkuntlarjah lill-iljun. u f’kemm ilni ngħidlek ħadu quddiem għadira u qallu: “Ħares lejn ir-rifless tiegħek!”

u meta l-iljun/nagħġa ra r-rifless tiegħu fl-ilma, ħarġitlu ħanxra ta’ ljun u minnufih inbidel fi ljun proprja. Qatt ma reġa’ lura man-nagħaġ.

Kemm huwa importanti li nkunu nafu tassew min aħna! Kemm

NAGĦĠA? LJUN?

RM2000 • Ġunju/LuLju 2014 • 15

Page 16: RM2014-06-June July

Sa fejn naraw: sal-ponta

ta’ mneħirna!DARbA XI ħADD GħAMEL

kOMPETIzzJONI INTERNAzzJONALI GħALL-IkbAR NuMRu TA’ NIES

MEħTIEĠA bIEX JAGħMLu PuDINA. MIN ĠAb PuDINA fuq TRAkk

ENORMI, MIN fuq kARRETTA, MIN fuq XI kARRu kbIR. MIN SEMMA

MIJIET u MIN SEMMA GħEXIEREN TA’ ħADDIEMA LI kIENu MEħTIEĠA bIEX

TINħEMA L-PuDINA ENORMI LI ĠAbu. TfAJLA żAGħżuGħA ĠAbET PuDINA ċkEJkNA fuq PLATTINA qIShA TAL-

PuPI. kuLħADD bEDA JIDDIEħEk bIhA. kIf SETGħET TIkkOMPETI?

16 • Ġunju/LuLju 2014 • RM2000

Page 17: RM2014-06-June July

fejn iwassluh is-sensi u r-raġuni tiegħu, ikun tassew qed jara biss sal-ponta ta’ mnieħru.

Mhux fir-reliġjon biss, imma fil-ħajja kollha, il-fidi hija l-ħobża ta’ kuljum. Mingħajrha la tista’ titkellem, tiċċaqlaq, tixrob u anqas tgħix ta’ bniedem. Meta tifla ċkejkna tagħti kartolina lil ommha għall-‘Mother’s Day’, fejn se tidher l-imħabba tagħha - fil-card li jaraw l-għajnejn tal-omm jew fil-qalb tagħha tħabbat bil-ferħ? Kif tista’ tifraħ l-omm jekk ma temminx f’bintha u fil-karta li tagħtiha?

Din hi l-isfida li Kristu jaffaċċja fil-mistoqsija tal-Saduċej. Ifakkruni fis-Saduċej tal-lum – dawk li jemmnu biss f’dak li jaraw b’għajnejhom, dawk li għalihom ix-xjenza biss tispjega l-ħajja, dawk li għalihom il-ħajja tibda u tieqaf fi ftit ċelloli li jixjieħu u jinxfu. Għal dawn is-Saduċej moderni d-dinja hija bħal forn imsakkar li fih tinħema l-ħajja sa ma tinħaraq u ssir irmied. Ifakkruni f’dawk li għalihom tgħix ifisser tiekol, tixrob, tistagħna u tisloħ flus kemm tiflaħ biex tkompli tiekol u tixrob sa ma tinfaqa’. Ifakkruni f’dawk li jgħaddu ħajjithom irekknu artijiet, kontijiet tal-bank, xiri bl-addoċċ, ġirja għall-unur u għall-poter, ġlied bla tmiem biex jaħtfu xi ħaġa oħra, għax, imsieken, ma jarawx aktar ’il bogħod minn imneħirhom.

L-armla li jiżżewġuha tant irġiel hija simbolu tal-ħajja li kulħadd jistinka biex jieħu xi ħaga minnha. Iżżewġuha għax riedu t-tfal bilfors minnha. u meta ngħid ‘it-tfal’, ma nifhimx biss l-ulied, imma

nifhem kull ħaġa oħra li jfittxu l-bnedmin biex jissodisfaw l-għatx li għandhom għall-ħajja. Imma s-seba’ rġiel jispiċċaw kollha b’xiber imnieħer. Eżatt kif jispiċċa kull bniedem li jgħaddi ħajtu jiġri wara r-riħ.

Għal min ma jafx jew ma jridx jemmen f’dak li ma jarawx l-għajnejn tal-ġisem, ebda rikkezza, ebda akkwist, anqas jekk l-akkwist ikun tarbija, ma tista’ timla’ l-vojt u l-baħħ tal-qalb. Mhux ta’ b’xejn li s-soċjetà materjalista u egoista tagħna, li mhix kapaċi tara aktar ’il bogħod minn imneħirha, spiċċat iddur u tagħqad fil-vojt u l-baħħ tad-disprament, mgħotti bil-make-up u l-artifiċjalità tal-flus u l-kumdità.

Fil-Vanġelu tal-lum Ġesù jagħtina l-aħbar tajba: “Intom maħluqin biex tkunu bħall-anġli. Ħielsa biex tħobbu bla ma tippossedu lil xulxin. Ħielsa biex taqdu lil xulxin u mhux tinqdew b’xulxin. Din id-dinja hija biss bidu u mhux tmiem. Jekk tkunu kapaċi tiżżewġu għax tħobbu u mhux biex tinqdew bi żwieġkom jew bin-nisa tagħkom; jekk tkunu kapaċi tieklu l-ħobż materjali bla ma tinsew il-ħobż tal-vera ħajja; jekk tkunu kapaċi tgawdu l-ġid tad-dinja billi taqsmuh bejnietkom bħal aħwa mhux billi trekknuh fejn jimmoffalkom – imbagħad tindunaw li dak kollu li jaraw għajnejkom hu biss sinjal ċkejken tas-sbuħija li nħlaqtu għaliha.

Imbagħad tiskopru minn did-dinja stess x’hemm lest għalikom: dak li għajn qatt ma rat u widna qatt ma semgħet… X’ħejja Alla għal dawk li jħobbuh! (1Kor 2:9)”

Meta staqsewha kemm kien hemm bżonn nies biex jagħmlu l-pudina ċkejkna tagħha, wieġbet: “Miljuni…” “Spjegalna ftit”, qal il-kap tal-ġurija, b’daħka sarkastika. It-tfajla xejn ma nfixlet. “Dik il-pudina fiha l-ħobż, iż-żbib, iz-zokkor, ċikkulata u lews. Ħmejtha ġol-forn tal-kċina li jaħdem bl-elettriku. Biex sar il-ħobż kien hemm bżonn bdiewa li żergħu il-qamħ, għodda biex ħadmu l-għelieqi, tħaffru bjar biex ikun hemm l-ilma u l-bqija. L-għodda kien hemm bżonn il-ħadid għaliha. Kien hemm bżonn mijiet ta’ nies fil-minjieri tal-ħadid, eluf ta’ koki biex jitimgħuhom, eluf ta’ ħaddiema li għamlu t-trasport biex wasslu l-ħadid fil-fabbriki. Mijiet ta’ ħaddiema għamlu t-toroq, ħafna tobba biex jikkurawhom, fabbriki biex jistgħu jilbsu ħwejjeġ, żraben u elf ħaġa oħra meħtieġa għall-ħajja. Dan biex ma nsemmix kemm kellhom bżonn nies il-ħaddiema li kabbru ż-żbib, iz-zokkor, iċ-ċikkulata, dawk li pproduċew l-elettriku…” Il-ġurija waqqfuha għax ma kienet se tieqaf qatt issemmi n-nies meħtieġa biex saret il-pudina…

jekk biex tagħmel pudina hemm bżonn daqstant bnedmin, kemm hemm bżonn nies biex bniedem jitwieled u jgħix?

Kemm niżbaljaw meta naħsbu li, kif jgħiduha bl-Ingliż, “What you see is what you get!” Iġifieri li jeżisti biss dak li tara b’għajnejk u tmiss b’idejk. Kif nistgħu ngħixu ta’ bnedmin jekk nafdaw u nemmnu biss f’dak li naraw u mmissu? Min mhux kapaċi jmur lil hemm minn

RM2000 • Ġunju/LuLju 2014 • 17

Page 18: RM2014-06-June July

18 • Ġunju/LuLju 2014 • RM2000

Page 19: RM2014-06-June July

CLAIRE kIENET MIEXJA GħALL-AffARI TAGħhA, META, fID-DAqqA u L-ħIN, SIEqhA TMuR fIL-vOJT u SSIb RuħhA f’ħOfRA fONDA LI MA TkuN TISTA’ TOħROĠ MINNhA b’XEJN. CLAIRE TIbDA TGħAJJAT GħALL-GħAJNuNA.

L-ewwel għadda bniedem studjuż. Semagħha, waqaf u beda jagħtiha parir dwar kif għandha tevita ħofor bħal dawk fil-futur. Imbagħad għadda qassis. Beda jippritkalha u jgħidilha li Alla jħobbha, tkun fejn tkun. Dlonk jgħaddi psikologu. Qalilha li kien lest jesplora magħha kif u għaliex ħalliet lilha nfisha taqa’ f’din il-ħofra u x’seta’ ġara fis-subkonxju tagħha biex tat dak il-pass fatali. Għaddiet mara tad-dar. Waqfet hija wkoll u malajr bdiet tirrakkonta lil Claire kif hi wkoll darba ġralha hekk. Bdiet tgħidilha x’ħasset u x’ħasbet u kemm kienet iebsa l-esperjenza għaliha sa ma sarilha l-ħin u telqet ‘l hemm. Għadda ġurnalist. Waqaf jieħu ritratt tal-ħofra u għamel artiklu ferm interessanti dwar il-perikli tal-ħofra. Imbagħad għadda avukat u malajr ikkwotalha liema liġi

tista’ tinvoka biex tagħmel kawża lill-Kunsill Lokali. Offrielha li jiddefendiha, bil-ħlas, s’intendi. Kulħadd waqaf jgħid li għandu jgħid. Imma kulħadd baqa’ sejjer għal xogħlu u l-povra Claire ħallewha hemm fil-ħofra, tisma’ l-prietki, id-diskorsi u kulma kellu x’jgħid min kien għaddej.

Fl-aħħar tgħaddi ħabiba tagħha, tismagħha tokrob għall-għajnuna. Bla ma ħasbitha darbtejn qabżet ġol-ħofra ħdejha, għannqitha u qagħdet magħha. Claire staqsietha għalfejn għamlet hekk. Weġbitha ħabibtha, “Malli smajtek, l-ewwel ħsieb tiegħi kien, miskina Claire, min jaf kif tħossha weħidha, forsi weġġgħet. Ħa ninżel ħdejha biex ikun hemm xi ħadd magħha. Imbagħad flimkien infittxu x’nistgħu nagħmlu. Flimkien xi soluzzjoni nsibu!”

Fit-triq tal-ħajja kemm niltaqgħu ma’ nies imweġġgħin għax waqgħu f’xi ħofra, f’xi żball, f’xi sitwazzjoni kerha. jokorbu għal ftit għajnuna. u aħna, bir-rieda tajba kollha tagħna, tarana malajr malajr nippruvaw ngħinu bil-pariri, bil-prietki, bl-ispjegazzjonijiet, suġġerimenti jew billi nieħdu l-okkażjoni biex nitkellmu fuq

it-tbatijiet u l-problemi tagħna, flok ma nikkonċentraw fuq dawk ta’ min qed jitlob l-għajnuna.

Int x’tagħmel meta xi ħadd jiftaħ qalbu miegħek dwar tbatija jew problema? Tieqaf fil-pariri u d-diskors sabiħ? Kapaċi tinżel fil-ħofra mal-persuna mweġġgħa u l-ewwel u qabel kollox taqsam magħha dik it-tbatija, dak il-mument ikrah, biex ma tħosshiex weħidha. Dik hi l-vera ħbiberija u l-ewwel għajnuna – tiċċappas, titħammeġ, taqbeż ġol-ħofra miegħu. Hekk taf tagħmel l-imħabba vera.

Imbagħad, s’intendi, tara u tfittex kif twassal il-bniedem għall-għajnuna li jkollu bżonn. Imbagħad ma tikkuntentax bil-paroli u d-diskors. Imma xxammar idek u tagħmel xi ħaġa biex toħrog lil dak li jkun mill-ħofra.

Hekk għamel Kristu meta aħna konna fil-ħofra tad-dnub u l-ħażen. niżel fil-ħofra magħna biex ma nkunux weħidna hemm isfel. Qasam magħna t-tbatijiet tagħna. Anzi ħadhom fuqu. Imbagħad refagħna u tellagħna minn ġol-ħofra miegħu.

RM2000 • Ġunju/LuLju 2014 • 19

Page 20: RM2014-06-June July

SALVATU MARAKienet is-sena 1996 meta, f’michigan, ġiet oRganiżżata laqgħa KbiRa mill-Ku Klux Klan (KKK), oRganizzazzjoni estRemista u Razzista KontRa s-suWed għax tgħid li n-nies il-bojod Kienu l-aqWa Razza. il-belt li Kienu għażlu, ann aRboR, għal din il-laqgħa ma Kinetx ideali għalihom, minħabba li Kienet belt pRogRessiva, libeRali u miftuħa għal nies ta’ Razez diffeRenti.

20 • Ġunju/LuLju 2014 • RM2000

Page 21: RM2014-06-June July

SALVATU MARAli ġiegħel lil Keshia tgħin bniedem b’ideat estremisti li ma jaqblux mal-valuri tagħha? It-twemmin tagħha għinha żgur, imma ftit qabel kienet għaddiet esperjenza xi ftit simili. Hi wkoll kienet sfat vittma ta’ attakk vjolenti.

“naf x›jiġifieri tkun imsawta bl-addoċċ. Kemm xtaqt li xi ħadd qabeż għalija meta kien ġrali hekk.” qalet wara l-inċident. Veru li ċ-ċirkustanzi tagħha kienu differenti, imma l-vjolenza tibqa› dejjem vjolenza. Ħadd ma jistħoqqlu jkun attakkat, speċjalment għall-ideat tiegħu.”

Keshia, li llum għandha fuq it-tletin sena, tippreferi li, minflok li tibqa› tħammem fuq dak l-incident tal-passat, tikkoncentra fuq x›tista› tagħmel fil-futur. Tipprova li tkun dejjem aħjar u, kull ġurnata, taħdem biex jonqos ir-razziżmu, mhux bil-ġlied u l-vjolenza iżda b›azzjonijiet żgħar ta› tjubija.

Kemm hu ikrah ir-razziżmu u kemm hu sabiħ meta wieħed jara lil ħutu l-bnedmin, huma min huma, l-ewwel u qabel kollox bħala bnedmin, ilkoll aħwa, ulied ta’ Missier wieħed.

“M’hEMMXIMħAbbA AkbAR MINN DIN – LI WIEħED JAGħTI

ħAJTu GħAL MIN IħObb!”

Għalhekk, mijiet ta› persuni kienu nġabru hemm ukoll biex juru lill-tal-Ku Klux Klan li ma kinux jaqblu magħhom. Kien hemm mumenti ta’ konfront u atmosfera ta› tensjoni, imma kkontrollata mill-pulizija li kienu lebsin ilbies ta› kontra l-irvellijiet u kellhom ukoll il-gass tad-dmugħ. Minħabba l-prinċipju tal-libertà tal-espressjoni kellhom jpproteġu lill-grupp żgħir tal-KKK, li ġew lebsin bl-ilbies tipiku tagħhom – ilbies twil abjad u barnużi bil-ponta, xi ftit bħal xi konfratija li jużaw fl-purċissjonijiet.

Keshia Thomas, tfajla ta› tmintax-il sena, kienet waħda minn dawk li kienu qed jipprotestaw kontrihom. F›ħin minnhom, leħen ta› mara nstema› jgħajjat fuq magaphone, “Qalb il-folla hemm wieħed tal-Ku Klux Klan!” kulħadd dawwar wiccu biex ifittxu. Fil-fatt, kien hemm raġel pjuttost anzjan, ta’ karnaġġjon bajda, li minn ilbiesu kien jidher wieħed minn tal-KKK. Miskin, ipprova jaħrab iżda l-folla, magħhom ukoll Keshia, bdew jiġru warajh biex ikeċċuh mill-post. Lanqas biss taw cans li jaraw jekk

kienx veru li kien qed jissapportja lill-Ku Klux Klan. Kulma raw kien ilbiesu u t-tpinġija li kellu fuq ġismu. Kellu bandiera razzista, filwaqt li t-tatoo fuq dirgħajh kien juri li kien jemmen fis-supremazija tal-bojod. Il-folla bdiet tgħajjat, “Oqtluh lin-nażi!”. Ir-raġel ġera kemm felaħ imma laħquh u tefgħuh fl-art. Daru miegħu, bdew jagħtuh bis-sieq u bl-injam tal-kartelluni li kienu qed iġorru.

Keshia indunat li l-folla bdiet issir selvaġġa. Meta l-folla titlef rasha ma tafx fejn tista’ tasal. Ħasset li xi ħadd kellu jurihom li dan mhux sew. X›għamlet? Tgħid hi stess li ħasset bħal żewġ anġli jerfgħuha u jpoġġuha fuqu il-povru anzjan li issa kien mixħut fl-art jaqla’ d-daqqiet bl-addoċċ minn kull naħa. Intefgħet minn tulha fuq r-raġel li lanqas biss kienet taf min u biex tilqagħlu d-daqqiet.

Fotografu, li kien hemm dak il-ħin, qal li t-tfajla kienet issugrat ħajjitha għal persuna li, fl-opinjoni tiegħu, żgur ma kienx it-tip li lest jagħmel l-istess ħaġa għaliha. X›kien

RM2000 • Ġunju/LuLju 2014 • 21

Page 22: RM2014-06-June July

22 • Ġunju/LuLju 2014 • RM2000

Page 23: RM2014-06-June July

Robert, tifel żgħir ta’ xi erba’ snin, kien għand nannuh. Issa li kienu waħedhom, Robert ħassu komdu jiftaħ qalbu man-nannu Ġuż...

“Ġieli nwaqqa’ l-imgħarfa,” qal Robert. “Anke lili jiġrili hekk,” wieġbu nannuh. Minn taħt l-ilsien, it-tfajjel lissen: “Xi daqqiet inxarrab il-qalziet”. “jien ukoll” qal b’nofs daħka x-xwejjaħ. Issa Robert ħassu iktar komdu... “Xi drabi jaqbadni l-biki,” qal lil nannuh. Ġużeppi għamel sinjal b’rasu: “Anke jien inħossni hekk kultant.”

“Imma l-agħar”, qal it-tfajjel, “hi li nħoss li l-kbar ma jagħtux kasi biżżejjed u ma jeħdunix bis-serjetà.” Għal dan il-kliem it-tfajjel ħass l-id sħuna u mkemmxa tax-xwejjaħ tagħfaslu tiegħu. “naf x’qed tipprova tgħid, ibni”, qal ix-xwejjaħ, “jien ukoll spiss inħossni hekk!”

Ta’ spiss nitkellmu dwar il-pjaga tal-immigrazzjoni irregolari li b’riskju kbir għalihom u l-għeżież tagħhom jaħarbu mill-ġuħ, mill-gwerra, minn perikli serji oħra biex ifittxu l-kenn u ħajja xierqa għalihom u għall-familji tagħhom.

Imma ftit li xejn naħsbu fuq “eżijati” oħra - eżiljati moħbija, eżiljati

li jinsabu fil-familji u fid-djar tagħhom stess: l-anzjani. Kultant jiġu trattati daqslikieku huma xi piż żejjjed. u forsi mod tajjeb biex tara kif sejra familja hi billi nosservaw kif jiġu trattati t-tfal u l-anzjani li għandha fi ħdanha.

Ħafna mill-anzjani tagħna qed jgħixu f’kundizzjoni mwiegħra. Spiss anzjani li jgħixu weħidhom huma mmarkati mill-biża’, mill-inċertezza u mill-inkwiet dwar il-futur. Mhux l-anzjani kollha jsibu lil min jilqagħhom bil-qalb u bir-rispett u ftit huma dawk li japprezzaw il-valuri li jħaddnu dawn l-anzjani.

Statistika uffiċjali li ħarġet dan l-aħħar tikkonferma din r-realtà: • 18 % tax-xjuħ tagħna li qabżu il-65

sena qegħdin f’riskju ta’ faqar.• 22 % iħossuhom minsija, imwarrba u

midfuna ħajjin mis-soċjetà• Minn dawk li jgħixu fid-dar tagħhom,

38% jgħixu waħedhom. • 8% ammettaw li ma jaffordjawx

jieklu laħam, tiġieġ, ħut jew ħaxix kull jumejn.

• 23% jistqarru li m’għandhomx biex iħallsu u ma jlaħħqux mal-ħajja jekk jinqalgħu xi spejjeż zejda

• 17% ma jistgħux iżommu darhom sħuna fix-xitwa.

• 10% tax-xjuħ ‘il fuq minn 65-il sena qalu li jgħixu fil- biża’ u l-inċertezza għax iħossu li fil-belt jew raħal żdiedu wisq il-kriminalità, il-vjolenza u l-vandaliżmu.

• 43% stqarrew ukoll li fejn jgħixu żdied it-tniġġis u l-isfruttament tal-ambjent.

Ejjew naħsbu ftit kif fil-familja tagħna nistgħu ninkludu lill-anzjani tagħna billi nibnu komunitajiet ta’ mħabba u għaqda; fejn kulħadd, speċjalment dawk l-aktar dgħajfa u vulnerabbli, bħat-tfal u l-anzjani, iduqu l-ħlewwa, r-rispett u l-għajnuna li taf tagħti mħabba ġenwina.

Lil min hu mdaħħal fiż-żmien tiħdux bl-aħrax

imxi man-nisa mdaħħlin fiż-żmien bħallikieku ommijiet,

jekk xi ħadd ma jiħux ħsieb niesu, l-aktar dawk tal-familja tiegħu, dan

ċaħad il-fidi u hu agħar minn wieħed li ma jemminx.

(mill-ewwel ittra ta’ San Pawl lil Timotju 5:1-2,8)

Ix-xjuh taghnaEżILJATI MOħbIJA?

RM2000 • Ġunju/LuLju 2014 • 23

Page 24: RM2014-06-June July

24 • ĠuNJu/LuLJu 2014 • RM2000

Page 25: RM2014-06-June July

kuLħADD kIEN JAfu b’RAĠEL TAJJEb LIL DAvID, MhuX MINN DAk LI JGħID IMMA MINN DAk LI JAGħMEL. kIEN bNIEDEM LI JAGħTI EżEMPJu TAJJEb u DEJJEM LEST bIEX JGħID XI kELMA TA’ ĠID.

Kienet ġurnata sajfija, David kien miexi minn Strada Rjali b’gaġġa vojta f’idu. “Dik il-gaġġa vojta x’qed tagħmel f’idejk?” sema’ leħen jgħidlu. Kien Wenzu, ħabib antik tiegħu. “Ara Wenzu!” feraħ bih David, “Din il-gaġġa? Mela, ħa ngħidlek l-istorja kollha.”

“Kont il-Barrakka ta’ fuq xħin rajt tfajjel b’gaġġa f’idu. Fiha kellu tliet għasafar, jirtgħodu bil-bard u l-biża’. ‘hemm x’għandek?’ staqsejt lit-tfajjel. “Xi għasafar antiki,” wieġeb it-tfajjel. “u dawk x’ħa tagħmel bihom?” staqsejtu fil-pront jien. “neħodhom id-dar u noqgħod niġbdilhom ir-rix ħalli noqgħod nieħu gost narahom jiġġieldu. Aħħ kemm ħa nieħu gost!!”

"Imma dawn l-għasafar se tixba minnhom f’xi ħin. X’tagħmel imbagħad?”

"Imbagħad għandi ftit qtates...jogħġbuhom l-għasafar. Haha!”

jien skitt. "Kemm tixtieq tbigħhom dawn l-għasafar?”

“Xiex? Dawn mhux għall-bejgħ ta! Min iridhom? Dawn għasafar qodma. Qas biss jafu jkantaw u koroh waħx!”

"Kemm ħa ntik tagħhom?» insistejt.

It-tfajjel iċċassa lejja miblugħ, bħallikieku ma setax jifhem għalfejn kont interessat f’dawn l-għasafar...sakemm qalli: “Ħeq, jien naf...€10?”

Daħħalt idi fil-but, ħriġt €10 u tajthielu. Wara li tajtu l-€10, ma rajtux iktar lit-tfajjel. Qbadt il-gaġġa u ħadtha ġo ġnien, ftaħt il-bieba u ħlisthom.

Wenzu, li kien qed jisma’ l-istorja ta’ David, induna li kien baqa’ b’ħalqu miftuħ, mgħaġġeb b’din l-istorja ftakar fi storja oħra li kien sema’...

“Illallu kif bellahtek!” qal David lil Wenzu b’nofs daħka.

“Tassew!” wieġbu Wenzu “Imma dak għax fakkartni fi storja oħra...”

“Għidhieli” talbu David.Darba ix-xitan u Ġesù kienu

qegħdin jitkellmu. Ix-xitan kien għadu kif ġie mill-Ġnien tal-Eden. “

Iva, għadni kif lill-umani, qbadthom f’nassa u waqqajthom għalija. Kont naf li ma kinux se jirreżistuli.”

“u x’ħa tagħmel bihom?” staqsa Ġesù.

Ix-xitan wieġeb, “Aħħ kemm ħa nieħu gost! Se ngħallimhom kif jiżżewġu lil xulxin u jiddivurzjaw, kif jobogħdu lil xulxin u jabbużaw minn xulxin, kif jixorbu l-alkoħol, ipejpju u jidgħu. L-għaxqa tiegħi!”

u x’tagħmel bihom meta tkun lestejt minnhom? “

“Mhux noqtolhom? Haha!”“Kemm tixtieq tagħhom?” staqsa

Ġesù.Ix-xitan iċċassa lejn Ġesù

miblugħ, bħallikieku ma setax jifhem għalfejn kien interessat f’dawn il-bnedmin. “Int żgur m’għandekx xi tridhom ta lil dawn il-qatta’ bnedmin! Ma jiswew għal xejn”

“Għidli kemm trid tagħhom” insista Ġesù.

Ix-xitan kien jaf li jista’ jistaqsi għal ħafna, għalhekk wieġeb: “Demmek kollu, id-dmugħ kollu tiegħek, u ħajtek!”

“Deal” wieġeb Ġesù...u verament ħallas il-prezz.

kemm lest li thallas?

RM2000 • Ġunju/LuLju 2014 • 25

Page 26: RM2014-06-June July

26 • Ġunju/LuLju 2014 • RM2000

Page 27: RM2014-06-June July

f’ħanut fejn jaħslu l-ħwejjeġ:“Washing Machines awtomatiċi: Jekk jogħġbok neħħi l-ħwejjeġ kollha jekk jintefa d-dawl!”

f’supermarket Londra:“Roħs fis-sular t’isfel. Itla’ minn hawn…” barra ħanut ta’ ħwejjeġ użati:“Impartu kollox – roti, fridges, eċċ. Aħtaf l-okkażjoni, ejja u ġib il-mara jew ir-raġel miegħek!”

barra ħanut ta’ healthy food “Magħluq għal raġuni ta’ mard…”

Mal-bieb tal-konferenza fil-parroċċa:“Għall-ġenituri li ma jafux u għandhom it-tfal, il-baby sitting se jsir fl-ewwel sular.”

Avviz mar-rixtellu tal-għalqa:“Tista’ tgħaddi min ġol-għalqa bla ħlas, imma l-barri li hemm fiha jista’ jiċċarġja.”

fuq notice-board tal-kunsill Lokali:“Jekk ma tafx taqra u tikteb, hawn taħt issib miktub fejn għandek tapplika għal-lezzjonijiet!” 

Mal-bieb ta’ ħanut tat-tiswijiet:“Insewwu kollox. Jekk jogħġbok ħabbat fuq il-bieb, għax il-qanpiena ma taħdimx.”

Espert fl-inċidenti tal-ajru:“Marret xi ħaġa ħażina fl-ajruplan li kkraxxja”  Ġo zoo tal-annimali“Il-koppja tal-Panda ma rnexxilhomx ikollhom żgħar. Il-veterinarju solva l-problema hu.”

Ftit ċajtf’gazzetta:“Raġel joqtol lilu nnifsu qabel ma jispara għal martu.”“Ħaddiema jirrifjutaw li jaħdmu wara l-mewt.”“Il-gwerra dgħajfet it-tama li sseħħ il-paċi.”“Jekk l-istrajk ma jintemmx malajr, għandu mnejn itawwal.”“Il-ksieħ ta’ dal-ġranet huwa kkawżat mit-temperatura tal-arja.”“Koppja maqtula. Hemm suspett ta’ delitt.”“Studju dwar il-ħxuna jsir fuq grupp ta’ nies kbar.”“Astronawta jammetti li kkawża gassijiet fl-ispazju.”“Tfal li jfallu l-iskola inqatgħu b’nofs.”“L-uragan jagħmel ħerba fiċ-ċimiterju tal-belt. Mijiet mejtin!”

RM2000 • Ġunju/LuLju 2014 • 27

Page 28: RM2014-06-June July

28 • Ġunju/LuLju 2014 • RM2000

Page 29: RM2014-06-June July

Qalbi tinfena ġewwa fija meta nisma’ ’l min jgħid: “uff! xi dwejjaq għada t-Tnejn, il-bidu ta’ ġimgħa oħra ta’ ħidma!” Forsi m’għandix neħodhom daqshekk bi kbar, iżda d-diqa li kelli fis-sena li kont qiegħed, ħalliet timbru li ma jitħassarx kif ġieb u laħaq! Ma jafux xi tfisser tkun bla xogħol!

nistħi niftakar f’dak iż-żmien. Filgħodu kont inħossni qisni qomt ta’ xejn għax ma kellix fejn immur. Ħajti kienet saret bla skop. Kont ili naħdem mindu kelli ħmistax-il sena, iżda kelli l-biża’ li l-ebda kumpanija ma kienet ser timpjega lil xi ħadd bħali ta’ ħamsin sena meta hawn ruxxmata żgħażagħ mimlija b’tant enerġija. Kif nista’ nikkompeti magħhom għax-xogħol?

Marti kellha żżid is-sigħat tax-xogħol tagħha biex tpatti għan-nuqqas tiegħi. Veru li ma stajniex nagħmlu mod ieħor iżda dan il-fatt kompla tefagħni aktar ’l isfel. Kultant kont nibqa’ bil-piġama l-ġurnata kollha bla ma noħroġ mid-dar. Żgur ma kienx eżempju tajjeb għat-tfal!

Kont inħossha daqqa ta’ stallett meta ta’ madwari kienu jistaqsuni: “Sibt impjieg?” It-tweġiba “le” kienet tiddipremini u kważi tqabbadni

l-biki. Darba kont għaddej f’ċentru kummerċjali fiż-żmien tal-Milied u xħin rajt ħafna nies kuntenti u sodisfatti bix-xirja tar-rigali, bħal telgħet fawra għal rasi, waqgħu fuqi dwejjaq kbar u ħassejt vojt tal-għaġeb f’qalbi. F’daqqa waħda ridt naħrab ’il bogħod minn kulħadd! umiljazzjoni kbira wisq li ma taħdimx!

Dan l-aħħar fil-pajjiż fejn ngħix, l-affarijiet qalbu daqsxejn għall-aħjar. u, b’kumbinazzjoni, sibt xogħol. B’kumbinazzjoni? Aktar naħseb li xi ħadd kien qed jitlob għalija!

M’ilux ġie f’idejja xi partijiet mid-diskors tal-Papa Franġisku f’Sardegna dwar il-qgħad. jien li għaddejt minn dan l-inkubu nħoss li l-Papa laqgħat il-musmar fuq rasu meta qal: “Ix-xogħol ifisser dinjità, ix-xogħol ifisser il-ħobżna ta’ kuljum, ix-xogħol ifisser imħabba.” Tassew li x-xogħol mhux paga biss: jagħtina skop fil-ħajja, jgħinna nħossuna utli, waqt li jlaqqagħna ma’ nies oħra.

Kemm ikun aħjar li kieku ngħarfu ngħożżu l-valur tax-xogħol f’ħajjitna u ngħinu lil dawk li qegħdin qiegħda biex huma wkoll igawdu minn dan it-teżor!

Grupp Appostolat tat-Talb

Appostolat tat-Talb

Grupp Appostolat tat-Talb

INTENzJONIJIET GħAL ĠuNJuĠenerali: Ħalli kull min hu qiegħed jingħata l-għajnuna u x-xogħol li għandu bżonn biex jgħix bid-dinjità.Missjoni: Biex l-Ewropa terġa’ tiskopri l-għeruq tagħha nsara permezz tax-xhieda ta’ dawk li jemmnu.Isqfijiet: Biex nisimgħu l-weġgħat tal-proxxmu tagħna, nuruh mogħdrija u ngħinuh.

Appostolat Tat-Talb

Appostolat tat-Talb

Grupp Appostolat tat-Talb

INTENzJONIJIET GħAL ĠuNJu

Ġenerali: Biex l-isport ikun dejjem

okkażjoni ta’ fraternità fejn il-

bnedmin jikbru flimkien.

Missjoni: Biex l-Ispirtu s-Santu

jwieżen il-ħidma tal-lajċi li jħabbru

l-Vanġelu fil-pajjiżi l-aktar fqar.

Isqfijiet: Ħalli fejn hemm it-tilwim

l-Insara jħabirku biex jibnu pontijiet

bejn il-bnedmin.

Appostolat Tat-Talb

RM2000 • Ġunju/LuLju 2014 • 29

Page 30: RM2014-06-June July

nhar San Pietru u San Pawl, 29 ta’ Ġunju 2014, fis-siegħat bikrin ta’ filgħodu l-Mulej sejjaħ għal għandu li Fr Victor jaccarini, Ġiżwita, wara xhur ta’ mard u tbatija.

Victor daħal Ġiżwita ta’ 17-il sena, għamel in-novizzjat in-naxxar, studja l-Ingilterra u l-Amerika u speċjalizza fix-xjenza. Għallem f’universitajiet ta’ Londra, Malta u nairobi fil-Kenya, fejn mar bħala missjunarju fl-1980.

Fr V

ictor

Jacc

arini

waq

t żjar

a minn

Fr P

aul C

hetc

uti fi

l-Ken

ya

Irritorna lura Malta dawn l-aħħar snin minħabba saħħtu. Kienu jgħin ħafna fl-irtiri u direzzjoni spiritwali f’Mt St joseph, il-Mosta.

Kulħadd kien japprezza lil Fr Victor mhux biss għall-intelliġenza tiegħu imma fuq kollox għat-tjubija tiegħu u l-qalb ta’ tifel li baqgħet fih sal-aħħar jiem ta’ ħajtu. Kien jaf jidħak, iferraħ, jinbex xi ftit ukoll. Kien bniedem ta’ fidi kbira u mħabba qawwija għal Ġesù u għall-Knisja.

Moħħ ta’ xjenzjat, qalb ta’ tifel u ruħ ta’ alla

fr victor Jaccarini sj (1931-2014)

nirringrazzjaw lil Alla għal dan ħuna li, bħal ma kien jgħid S. Injazju, fittex dejjem li jħobb u jaqdi, fl-umiltà, fis-sempliċità u b’dedikazzjoni kbira.

nitolbu l-Mulej biex jagħtih il-ferħ li jara l-frott ta’ dak kollu li bata u ħadem għalih tul is-snin ta’ ħajja bħala saċerdot Ġiżwita. nitolbuh jidħol għalina quddiem il-Mulej Ġesù u jibgħatilna aktar vokazzjonijiet Ġiżwiti, li tant kien iħobb.

30 • ĠuNJu/LuLJu 2014 • RM2000

Page 31: RM2014-06-June July

bosta qarrejja jixtiequ jkollhom kollezzjoni bil-ħarġiet kollha tar-Regina et Mater (RM2000). Qed noffru numri mgħoddija (mill-1996 sal-lum) tar-Rivista għal min jixtieq jgħaqqad il-kollezzjoni tiegħu. Kull m’għandek tagħmel hu tagħtina d-dettalji tiegħek u tal-ħarġiet li tixtieq tirċievi billi iċċemplilna l-uffiċċju fuq 21420610 jew tibgħat il-formola t’hawn taħt f’dan l-indirizz:

RM2000 (Ħarġiet mgħoddija)78, Triq il-Markiż Scicluna, naxxar

Nitolbu offerta libera biex inkopru l-ispejjeż u bħala għajnuna għar-rivista.

fondazzjoni Pubblikazzjonijiet Leħen is-SewwaPELLEGRINAĠĠ TA’ ħAMEST IJIEM GħAL LOuRDESMid-29 ta’ Awwissu sal-4 ta’ SettembruInżuru Lourdes, Pau, Gavarnie, St. jean de Luz, Col d’Ibardin, Pont d’Espagne, Parc Animalier des Pyrenees u l-istabbiliment kummerċjali Auchan

Tour Leader Michael CaruanaDirettur Spiritwali fr Paul Chetcuti S.J.

GħAqqAD IL-kOLLEzzJONI TIEGħEk TAL-RM2000

nixtieq ngħaqqad kollezzjoni tal-ħarġiet mgħoddija tal-RM2000.jekk jogħġbok ibgħatli dawn il-ħarġiet:

Sena jew snin ........................................................................

Xahar jew xhur .......................................................................

Isem u Kunjom ......................................................................

Indirizz ...................................................................................

...............................................................................................

...............................................................................................

Telefon ...................................................................................

Mobile ....................................................................................

Email ......................................................................................

Qed nibgħat offerta ta’ .........................................................

Prezz għal kull persuna adulta f’kamra ta’ tliet sodod €539 u tfal minn sentejn sa ħames snin €445 u minn sitt snin sa għaxar snin €485

Il-prezz jinkludi• It-titjira mal-Air Malta għal Lourdes u lura• It-trasferimenti mill-ajruport sal-lukanda u lura• Akkomodazzjoni għal ħames iljieli f’lukanda 3 stars • Il-kolazzjon u l-ikel ta’ nofsinhar u filgħaxija It-taxxi kollha u s-service chargeIs-servizz ta’ Tour Leader u ta’ Direttur Spiritwali

Għal aktar informazzjoni ċempel lil Michael Caruana fuq numru 7923 3264

Page 32: RM2014-06-June July

NIfhMu AħJAR IL-kObOR T’ALLAIn-numru ta’ tipi differenti ta’ annimali huwa kbir ħafna u żgur li ħadd ma jaf kemm-il speċi jeżistu, iżda Alla jaf. Kull ħlejqa ħalaqha bil-ħsieb u żejjinha b’dak kollu li teħtieġ biex tgħix komda fl-ambjent li għoġbu jpoġġiha fih. Dan jissejjaħ ‘l-istint’, li jgħinha kif għandha taġixxi f’kull sitwazzjoni li tiltaqa’ magħha. IL-kukkuDRILL:• jinsab fl-Afrika, fl-Asja, fl-Amerika u fl-Awstralja• jeżistu 14-il speċi differenti u huwa rettilu • l-akbar wieħed hu li jgħix fl-ilma baħar u jikber

sa 7 metri u jiżen tunnellata• l-iżgħar wieħed li jissejjaħ nanu jikber biss 1.9

metri• mara tbid bejn 20 u 80 bajda li huma biss daqs

ta’ wiżgħa • 99% tal-kukkudrilli li jfaqqsu jittieklu, fosthom

minn kukkudrilli stess• għajnejh, widnejh u mnieħru qegħdin ’ilfuq

ħafna ta’ rasu biex ikun jista’ joqgħod kemm jista’ jkun taħt l-ilma filwaqt li jara, jisma’ u jieħu n-nifs xorta waħda

• għandu 24 sinna ppuntata li jużahom biex jaħtaf u jqaċċat

• jibla’ l-ġebel biex ifarraklu l-ikel li jkun kiel sħiħ• jiekol ħut, għasafar u annimali oħra• kapaċi jgħix xhur sħaħ bla ma jiekol xejn• għandu l-akbar gidma b’saħħitha fost

l-annimali kollha• joqgħod ħalqu miftuħ meta jkun qed iħoss is-

sħana għax jogħroq minn ħalqu• qalbu maqsuma f’erbgħa u din tgħinu biex

idum aktar taħt l-ilma• idum taħt l-ilma minn sagħtejn sa tliet sigħat• denbu jgħinu jgħum u jlaħħaq veloċità ta’ 40

kilometru fis-siegħa

Paġna maħsuba minn Claudia Cini

u qal Alla: “ħa tnissel l-art ħlejjaq ħajja skont ġenshom: bhejjem tad-dar, annimali li jitkaxkru u bhejjem selvaġġi. u hekk sar. (Ġen. 1:24)

GHAT-TFAL U GHALL-KBAR• fuq l-art kapaċi jiġri imma jgħajja malajr• hu l-aktar rettilu soċjevoli• jgħix madwar 80 sena• il-ġilda tiegħu hi mfittxija ħafna u tiswa l-flus

kurżità: veru li l-kukkudrill jibki waqt li jkun qed jiekol il-predaturi?Waqt li jkun qed jiekol, għajnejn il-kukkudrill jibdew idemmgħu minħabba li l-arja li tidħol minn

LOGħbA: qabbel l-ittri mal-annimali Ibgħat is-soluzzjoni tiegħek f’dan l-indirzz: RM 2000, kompetizzjoni tat-Tfal,

78, Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar NXR 2067

imnifsejh tinqabad fil-glandoli tad-dmugħ. Dan iwassal li l-arja toħroġ il-barra minn għajnejh flimkien mad-dmugħ. B’hekk inħoloq l-għajdut li l-kukkudrill jibki biki ta’ rimors waqt li jiekol il-predaturi tiegħu. Għalhekk lil kull min jibki biki mqanżaħ ngħidu li qed jibki dmugħ tal-kukkudrilli. Logħba: Liema triq irid jieħu l-kukkudrill biex jasal ħdejn kull annimal?

b

Page 33: RM2014-06-June July

SIDRA TAT-TIĠIEĠA MIMLIJAGħandek bżonn: • 2 sidriet tat-tiġieġ• 4 dawriet perżut tal-koxxa jew bejken• 4 slajsis ġobon (mil-liema tiggosta)

ajew mozzarella• Bajda mħabbta• Frak tal-ħobż (breadcrumbs)• Bott kbir polpa tat-tadam• Ħwawar għal mat-tiġieġ• Ftit bżar u melħ• Żejt taż-żebbuġa• Ftit toothpicks

RIċETTA 13

ADDATTATAMENT MINN

CLAuDIA CINI

Metodu:• Aqsam is-sidriet min-nofs biex ikollok erbgħa.• Iftagħhom forma ta’ pokit.• Gerbeb romblu fuq xulxin dawra perżut u slajs ġobon u poġġihom fis-sidra. • Agħlaq il-qasma b’ żewġ toothpicks.• F’żewġ platti separati poġġi l-bajda u l-frak tal-ħobż.• Ċappas s-sidriet fil-bajda id-dawra kollha u wara fil-frak tal-ħobż.• F’taġen fond qallihom fiż-żejt fuq nar baxx sa ma jiħmaru d-dawra kollha.• Itfa’ l-polpa tat-tadam, il-bżar, il-melħ u l-ħwawar. • Agħtti b’għatu u ħallih itektek sa ma’ ssir is-sidra.• Żid ftit żgħira ilma jekk tarah qed jixxotta. • jekk trid, tista’ tqalli basla fiż-żejt qabel titfa’ s-sidriet.

kont taf li: Fid-dinja jeżistu tiġieġ aktar minn kull speċi oħra ta’ għasafar? u li fuq wiċċ id-dinja hawn aktar tiġieġ milli bnedmin? Il-bniedem fil-bidu kien iddomestika t-tiġieġ biexiġellidhom bla ma kien jagħti kas ta’ laħamhom u l-bajd li jbidu. It-tiġieġ aktarx li oriġinaw fl-Indja, imma malajr ġew impurtati f’diversi pajjiżi fil-viċin. L-Eġizzjani kienu jirreferu għat-tiġieġa bħala l-għasfura li twelled kuljum! L-ixjaħ tiġieġa mietet b’attakk tal-qalb fl-eta’ ta’ 16-il sena skont il-Guinness Book of World Records – dawn normalment jgħixu minn 5 sa 10 snin. L-aktar numru ta’ isfar li nstab f’bajda kien 9 u l-aktar numru ta’ bajd li tiġieġa biedet f’ġurnata kien 7. Tiġieġa tbid bajda kull 25 siegħa, għalhekk il-ħin li fih tbid, dejjem ikun ftit iktar tard mill-jum ta’ qabel. jekk jilħaq jidlam, it-tiġieġa tistenna sa filgħodu biex tbid. It-tiġieġa hija l-unika qariba eżistenti tat-Tyrannossaurus-Rex!

RM2000 • Ġunju/LuLju 2014 • 33

Page 34: RM2014-06-June July

Mingħajr l-abbonament u l-offerta tiegħek il-magażin ma jistax ikompli. Għandna bżonn l-għajnuna tiegħek. Għalhekk IMPORTAnTI li ġġedded l-abbonament

Ibgħat ismek, l-indirizz u n-numru tat-telefon flimkien mal-ħlas għall-abbonament tiegħek fl-indirizz ta’ hawn taħt. Napprezzaw kull offerta flimkien mal-05.00 tal-abbonament regolari. Jekk għandek ħlas b’lura ibgħatilna l-ħlas tas-snin mgħoddija.

ĠEDDED L-ABBOnAMEnT TIEGĦEK

PERMEzz TAL-MObILEIbgħat SMS fuq dawn in-numri:5061 89165061 9210

jekk tixtieq tagħti offerta ta’ e6.99(li minnhom e0.70 jmorru għall-operaturi tal-mobile)

jekk tixtieq tagħti offerta ta’ e11.66 (li minnhom e1.16 jmorru għall-operaturi tal-mobile.

IMPORTAnTI: Fuq l-SMS ikteb: ismek, kunjomok, l-inidirizz u l-kodiċi postali. jekk se ġġedded l-abbonament ikteb ir-Reference number li ssib miktub fuq it-tikketta mwaħħla mar-rivista li soltu tirċievi bil-posta.

Biex iġġedded

PERMEzz TAL-INTERNETmur fuq il-website www.rm2000.org

Tista' tħallas permezz tal-PayPal

Biex iġġedded

NOTA GħAL DAWk LI GħANDhOM ħLAS b’LuRA:Biex ma ntellfux il-ġid li tagħmel ir-rivista, s’issa bqajna nibgħatuha wkoll lil dawk li jittardjaw biex iħallsu l-abbonament tagħhom. jiddispjaċina li, minħabba l-ispejjeż li għandna, dan mhux se jkun possibbli nagħmluh aktar. Għalhekk, kontra qalbna jkollna nwaqqfu li nibagħtu ir-rivista lil min idum iżżejjed ma jġedded l-abbonament

GRAzzI MILL-qALb LIL DAWk kOLLhA LI qED JIbGħATu OffERTI u GħAJNuNA

RM2000-Lilħbiebna c/o 78, Triq il‐Markiż Scicluna In‐Naxxar NXR 2067Tel: 2142 0610 • Mobile: 7982 6899 • Email: [email protected]

PERMEzz TAT-TELEfONBiex iġġedded

ATTARD 2141 8031BALZAn 2149 2288BAĦRIjA 2145 9135BIRÛEBBuGIA 2165 4518BORMLA 2720 6840BuRMARRAD 2158 1122FGuRA 2180 2021FLORIAnA 2124 2230GĦARGĦuR 2143 1177GuDjA 2169 6336KIRKOP 2164 7040 2164 2043LuQA 2189 5174MAnIKATA 2157 6769MGARR 2157 4658MOSTA 2143 3769 2141 4336MQABBA 2168 3165MSIDA 2123 8804QORMI 2149 4097RABAT 2145 6824SAFI 2168 3890SEnGLEA 2169 0019SIGGIEWI 2146 8132SAn PAWL IL-BAHAR 2157 1854SAn GILjAn 21336914

STA LuCIjA 2189 6093TARXIEn 2169 5571XGHAjRA 2169 0769ZABBAR 2166 6267ZEBBIEGH 2157 5652ZEBBuG 21467453 21460651ZEjTun 2167 5009ZuRRIEQ 2164 7337

GhAWDEXGHASRI 2155 2613GHAjnSIELEM 2155 5518KERCEM 2156 4253MunXAR 21554621nADuR 2155 2206SAn LAWREnZ 2155 6355SAnnAT 2155 4088VICTORIA 2155 6487XAGHRA 2155 3477XEWKIjA 2155 1329ZEBBuG 2155 4493

Page 35: RM2014-06-June July

TISLIbA ĠuNJu/LuLJuC

arpe

t Z

on

e ġ

enti

lmen

t jo

ffri

Dir

t C

ontr

olle

r bġ

ala

riga

l gġ

ar-r

ebbi

eġ/a

tal

-Cro

ssw

ord

Puz

zle

Dis

inn

• O

utlo

ok C

oop

Mimdudin: 1. Tjur b’demb imrewħa kulurita (6)4. Aktarx penzjonant (6)7. Sparatura (3)8. Inneħħi l-ħmieġ minn fuqi (6)9. Mgħażżra f’arloġġ kbir (6)10. Ġieħ (4)12. Xellug jew lemin (4)14. Din il-kap tal-bniedem? (3)15. Qormi Athletic Team (1,1,1)16. Lemħet (3)18. Rabba l-ġwienaħ (3) 20. Gzira fejn napuljun kien inżamm

priġunier (4)21. It-tieni ittra Griega (4)24. Spiċċa (6)25. Tħaddnu l-fidi (6)26. Tibqax ħaj fl-għaqda tal-għalliema (3)27. ................. Saudita (6)28. “jorqod” għat-tfal żgħar (6)

IMPORTANTI: Ibagħtu t-tweġibiet tagħkom f’dan l-indirizz: RM2000, 78 Marquis Scicluna Str, Naxxar NXR 2067 It-tweġibiet iridu jaslulna sal-aħħar tax-xahar.Meta ġġedded l-abbonament tiegħek u tibgħat ċekk, agħmlu fuq isem RM2000.REbbIEħA Ir-rebbieħa tat-tisliba ta’ Mejju hija A. Dimech mill-ħamrun

Weqfin: 1. Idur ma’ kull riħ (6)2. Barri (6)3. Tħallix mixgħul (4)4. Strument b’ħafna kordi jew kunjom

(4)5. jisma’ xi ċajta (6)6. Ma jiżgarrax fil-kant (6)11. Insetti beżlin li jdakkru ż-żahar (6)13. Daħal f’xi ħaġa bi żball, forsi

f’karozza (5) 16. Din tirrenja ħdejn ir-re (6)17. ngħeleb, twaqqa’ (6)18. Dawn aktarx ikunu qishom fula

maqsuma (6)19. Għaqal, dehen (6)22. Biss, iżda (4)23. jew tal-Appostli jew fuq il-palk (4)

TWEĠIbA TAT-TISLIbA MEJJuMIMDuDIN: 1. Peduni 4. ftaqar 7.bir 8. Raqqad 9. Ankrat 10. utli12. bata 14. u 18: Twissi 15. Sab 16. Ġes 20. Ottu 21. Ifuħ 24. Ġandar 25. Parnis 26. u 23 Mimdudin: Stampat 27. Latvia 28. TpoġġuWEqfIN: 1. Perżut 2. Daqqli 3. Ibda 4. fran 5. qartas 6. Rattab 11. Twiet13. Tarsu 16.Ġolġol 17. Stunat 18. Sfineġ 19. Iħossu 22. Orsa 23. Ara 26 Mimdudin

Carpet zone, valley Road, b’kara (opposite Post Office)

Segwi l-esperjenzi u l-avventuri ta’ ħutna l-Maltin u l-Għawdxin fl-artijiet tal-missjoni; esperjenzi li jħalluk bla nifs u bla kliem iżda li jimlewk b’ammirazzjoni għall-kuraġġ ta’ dawn l-eroj tas-skiet! Kun af bil-proġetti ta’ fejda li huma qed iwettqu għall-miljuni ta’ nies fil-bżonn imxerrda fl-erba’ naħat tad-dinja. Issir taf dan kollu u aktar fil-programm VuĊI MISSjunARjA li jixxandar kull nhar ta’ ġimgħa fid-9:00p.m. fuq RADju MARIjA (102.3 FM għal Malta u 107.8 FM għal Għawdex) b’ripetizzjoni kull nhar ta’ Tlieta f' 6:00am, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Dr. frank Cassar u helena Sammut.

Mulej, ilqa’ f’Saltnatek il-benefatturiu ħbieb tagħna mejtinXagħra, Gozo Amabile AzzopardiXagħra, Gozo Maria Theuma

Page 36: RM2014-06-June July

• Agħlaq għajn waħda • Immira sewwa• fejn hemm id-dlam, ixgħel ftit dawl• Iffoka fuq dak li hu tassew importanti• Stenna l-mument tajjeb• biex taqbad il-mumenti sbieħ• żviluppa n-negattivi biex isiru pożittivi• Jekk tiżbalja erġa’ pprova• Tbissem• żomm ir-ritratti fl-album ta’ qalbek!

qISEk SE TIEħuRITRATT

biex tgħix tajjeb, għix il-ħajja qisek se tieħu ritratt…