Il-Karta Alternattiva 2 IL-MALTI (Il-Kitba) Il-Ħin: Siegħa ...€¦ · Lejlet il-Milied...

11
Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018 Paġna 1 minn 11 ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU, TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA U IMPJEGABILITÀ Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Primarji 2019 Il-Karta Alternattiva 2 IL-MALTI (Il-Kitba) Il-Ħin: Siegħa u kwart L-Isem: ___________________________ Il-Klassi: _________ Il-Marki Il-Fehim mill-Qari Il-Kitba _______ 20 marka _______ 40 marka Aqra sew dan li ġej: Ikteb ismek u kunjomok, u l-isem tal-klassi. Qabel tikteb it-tweġiba, ifhem sewwa l-mistoqsija. Jekk ma tkunx taf tagħti xi tweġiba, ħalliha vojta u kompli l-oħrajn. Imbagħad erġa’ ppruvaha fl-aħħar. Jekk tieħu żball, ingassah pulit u erġa’ ikteb. Meta tlesti, irrevedi l-karta kollha mill-bidu biex tirranġa xi żbalji li jista’ jkollok u timla dak li tkun ħallejt barra.

Transcript of Il-Karta Alternattiva 2 IL-MALTI (Il-Kitba) Il-Ħin: Siegħa ...€¦ · Lejlet il-Milied...

Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018 Paġna 1 minn 11

ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU, TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA U IMPJEGABILITÀ

Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Primarji 2019

Il-Karta Alternattiva 2 IL-MALTI (Il-Kitba) Il-Ħin: Siegħa u kwart

L-Isem: ___________________________ Il-Klassi: _________

Il-Marki

Il-Fehim mill-Qari

Il-Kitba

_______ 20 marka

_______ 40 marka

Aqra sew dan li ġej:

Ikteb ismek u kunjomok, u l-isem tal-klassi. Qabel tikteb it-tweġiba, ifhem sewwa l-mistoqsija. Jekk ma tkunx taf tagħti xi tweġiba, ħalliha vojta u kompli l-oħrajn. Imbagħad

erġa’ ppruvaha fl-aħħar. Jekk tieħu żball, ingassah pulit u erġa’ ikteb. Meta tlesti, irrevedi l-karta kollha mill-bidu biex tirranġa xi żbalji li jista’

jkollok u timla dak li tkun ħallejt barra.

Paġna 2 minn 11 Il-Malti – Il-Fehim Mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018

IL-FEHIM MILL-QARI A: Aqra dan l-avviż.

Il-grupp ‘Ngħożżu l-Passat’ jistiednek għal Fejn: Il-Pjazza tal-Mosta Meta: It-13 ta’ Mejju 2019 Ħin: Mis-6.00pm ’il quddiem Attivitajiet: Ikel tradizzjonali Malti: Bigilla, bebbux moqli fit-tewm, stuffat tal-fenek, pastizzi, kirxa, aljoli, ġbejniet friski, ħelwa tat-Tork, imqaret tat-tamal u pudina tal-ħobż Malti. Żfin tradizzjonali Malti: Mill-kumpanija Żifnotta Daqq tradizzjonali Malti: Mill-kumpanija Tanburina Snajja’ tradizzjonali Maltin: Is-sengħa tal-bizzilla, is-sengħa tal-qfief u kannestri bil-qasab u ħafna oħrajn. Logħob tradizzjonali Malti: Logħob bħall-Passju, Dawra Durella, Iż-Żunżana Ddur Ddur, Bumm Bumm il-Bieb, il-ħabel, il-boċċi u ħafna oħrajn. Reċta: It-Tieġ tal-Imgħoddi

Id-dħul għal din l-attività huwa b’xejn

Lejla Folkloristika

Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018 Paġna 3 minn 11

Wieġeb il-mistoqsijiet fuq is-silta li qrajt.

1. Agħmel sing taħt it-tweġiba t-tajba. (3 marki)

a. Il-lejla folkloristika se ssir

il-Ħamrun. il-Mosta. il-Mellieħa.

b. Fil-lejla folkloristika tista’ tiekol stuffat

tal-laħam. tat-tiġieġ. tal-fenek.

ċ. Il-kumpanija taż-żfin jisimha

Tamburina. Żifnotta. Dawra Durella. 2. Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel fil-kaxxa. (4 marki)

a. Il-lejla folkloristika hi organizzata mill-grupp ‘Ngħożżu l-Preżent’.

Veru Falz

b. Il-lejla folkloristika ma tibdiex fil-5.00pm.

Veru Falz

ċ. Fil-lejla folkloristika tista’ tiekol pudina tat-tamal.

Veru Falz

d. Logħba folkloristika jisimha n-Nemusa Ddur Ddur.

Veru Falz 3. Imla l-vojt bil-kliem it-tajjeb. (3 marki)

Waqt il-lejla folkloristika se tkun tista’ tara _______________ tradizzjonali

Maltin bħas-sengħa tal-bizzilla u s-sengħa tal-qfief bil-_______________.

Se jkun hemm ukoll reċta ta’ _______________ tal-imgħoddi.

Paġna 4 minn 11 Il-Malti – Il-Fehim Mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018

B. Aqra l-informazzjoni u wieġeb il-mistoqsijiet dwarha. L-Ewwel Parti Id-daqq fit-toroq Maltin kien isir fil-festi bi strumenti tradizzjonali skont il-festa jew

l-okkażjoni. Fl-imgħoddi f’lejlet il-Milied daqqaqa taż-żaqq u t-tanbur kien jduru

t-toroq, jidħlu fil-ħwienet u wara jmorru jdoqqu ħdejn il-knejjes sakemm tibda

l-funzjoni tal-Milied. (par. 1)

1. Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel fil-kaxxa. (3 marki) a. Is-silta hi dwar iż-żfin tradizzjonali Malti.

Veru Falz b. Lejlet il-Milied id-daqqaqa tal-pjanu u t-tanbur kienu jduru fit-toroq.

Veru Falz ċ. Lejlet il-Milied id-daqqaqa kienu jdoqqu viċin il-knejjes qabel tibda l-funzjoni tal-Milied.

Veru Falz

Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018 Paġna 5 minn 11

It-Tieni Parti Fi żmien il-Karnival kont tisma’ daqq ta’ strumenti li jagħmlu ħafna ħoss. L-iżjed li

kont tisma’ kienu t-tanbur u ż-żafżafa. Fil-Ġimgħa l-Kbira kont tisma’ biss iċ-ċaqċiq

taċ-ċuqlajti. Id-daqq kien isir ukoll f’festi tradizzjonali bħal ta’ San Girgor

f’Marsaxlokk. L-istess kien isir fil-festa tal-Imnarja fil-Buskett fejn gruppi ta’

għannejja u daqqaqa kienu jinġabru jgħannu u jdoqqu taħt is-siġar. (par. 2)

2. Mis-silta wieġeb. (2 marki) Semmi żewġ strumenti tradizzjonali.

_______________________ _______________________

3. Imla l-vojt bil-kliem it-tajjeb. (2 marki) Fil-Ġimgħa l-Kbira ma kienx isir ______________ ħlief taċ-ċuqlajta. L-għana u

d-daqq kien isir f’_____________ tradizzjonali bħal ta’ San Girgor u tal-Imnarja.

Paġna 6 minn 11 Il-Malti – Il-Fehim Mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018

It-Tielet Parti Id-daqq kien isir f’okkażjonijiet familjari oħra ta’ ferħ bħal xi tieġ jew magħmudija.

Ġieli d-daqqaqa kienu jmorru minn rajhom jdoqqu wara xi bieb. F’dan il-każ kienu

jibqgħu jdoqqu bit-tama li jaqilgħu xi ħaġa tal-flus. Iżda mhux l-ewwel darba li kienu

jaqilgħu xi ħasla ta’ xi barmil ilma! (par. 3)

4. Semmi okkażjoni familjari fejn kien isir id-daqq. (marka)

____________________________________________________________

5. Għalfejn kienu jmorru jdoqqu wara l-bibien tan-nies id-daqqaqa? (marka)

____________________________________________________________

6. Meta kienu jispiċċaw ħażin id-daqqaqa? (marka)

____________________________________________________________

Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018 Paġna 7 minn 11

Il-KITBA

A. IL-GRAMMATIKA

1. Sib u ikteb nom propju bħall-eżempju. (6 marki)

Eżempju: Belt Kapitali = Valletta

L-Eġittu Frans Ħal Balzan Muxu Diċembru Il-Baħar Mediterran

a. Isem ta’ raġel = ______________________________________________

b. Isem l-aħħar xahar tas-sena = ___________________________________

ċ. Raħal f’Malta = ______________________________________________

d. Pajjiż = ____________________________________________________

e. Isem ta’ baħar = _____________________________________________

f. Isem ta’ qattus = _____________________________________________

2. Imla l-vojt bil-komparattiv tal-kelma skura. Segwi l-eżempju. (4 marki)

Eżempju: Il-minestra t’ommi hija tajba imma tan-nanna hija itjeb.

a. Il-qalziet tiegħi qasir imma tiegħek _______________ minnu.

b. Ħuk twil imma jiena _______________.

ċ. Karl pinġa stampa sabiħa imma ħuh pinġa waħda _______________.

d. Ilbieraħ kilt ikla kbira imma llum se niekol waħda _______________ għax

għandi l-ġuħ.

Paġna 8 minn 11 Il-Malti – Il-Fehim Mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018

3. Kompli l-vojt skont dak li qed jiġri fl-istampi. Segwi l-eżempju. (3 marki)

Eżempju: Karla taħsel il-platti.

a. Lara _______________ il-ħabel.

b. Il-kelb _______________ wara l-qattus.

ċ. Aldo _______________ kmieni għax ikun għajjien.

4. Imla l-vojt bil-plural. Segwi l-eżempju. (4 marki)

Eżempju: kelb = klieb

a. platt = _____________________

b. lapes = _____________________

ċ. ktieb = _____________________

d. tazza = _____________________

5. Imla l-vojt bil-maskil tal-kelma skura. Segwi l-eżempju. (3 marki)

Eżempju: Il-mara u r-raġel qamu kmieni.

a. In-nanna tat rigal lin-_______________ f’għeluq sninu.

b. Ir-reġina u r-_______________ xejru lin-nies mill-gallarija.

ċ. Oħti u _______________ ikbar minni.

Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018 Paġna 9 minn 11

B. Ikteb erba’ oġġetti li jidhru fl-istampa u mmarkahom bi vleġġa.

Ara l-eżempju. (4 marki)

_______________ _______________

Eżempju: skrivanija

________________ _______________

Ċ. Il-Kitba ta’ Slowgan.

Imla l-vojt f’dan l-islowgan billi tkompli kull kelma. (4 marki)

Paġna 10 minn 11 Il-Malti – Il-Fehim Mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018

D. Il-Kitba ta’ Storja Qasira.

Ħares lejn l-istampa u ikteb ftit sentenzi dwarha. Ikteb bejn 50 u 70 kelma.

Il-Bandli

Dan il-kliem jista’ jkun ta’ għajnuna:

żurżieqa, bandla, missier, rota, ħarba, ballun, ktieb, bank

1. IL-PJAN (2 marki)

Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018 Paġna 11 minn 11

2. Uża l-pjan tiegħek biex tikteb l-istorja. (10 marki)

____________________________________________________________

____________________________________________________________

____________________________________________________________

____________________________________________________________

____________________________________________________________

____________________________________________________________

____________________________________________________________

____________________________________________________________

____________________________________________________________

____________________________________________________________

____________________________________________________________

____________________________________________________________

____________________________________________________________

____________________________________________________________

____________________________________________________________

____________________________________________________________

____________________________________________________________

____________________________________________________________

____________________________________________________________

____________________________________________________________

____________________________________________________________