DIĊEMBRU (Milied) JANNARkitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/lehha_13.pdf · Il-Milied...

1
leħħ il-Malti Folja eleronika b’tagħrif lingwisku, ortografiku, grammakali u kulturali dwar il-lingwa Malja maħruġa mid-Diparment tal-Mal fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju sabiex il-lingwa tagħna ngħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment u/jew diffikultà huma ġenlment milqugħa fuq [email protected] [email protected] LEĦĦ IL-MALTI [email protected] DIĊEMBRU (Milied) Bejn il-Qala u l-Milied erfa’ l-moħriet minn ħalq il-wied. Bejn il-Kunċizzjoni (it-8 ta’ Diċembru) u l-Milied ma jkunx tajjeb għall-ħrit. Il-Milied bil-kappell, l-Għid bil-mantar: in-nies ekol tajjeb u l-bhejjem xtarr. Meta fil-Milied jagħmel il-bnazzi u fl-Għid tagħmel ix-xita, l-uċuh tar-raba’ jirnexxu u kulħadd igawdi. F’Diċembru fis-sala jidħol membru. Kif jintemm Diċembru bda sena ġdida. Il-Milied nofs il-ħobż; l-Għid nofs l-inbid. Għall-ħabta ta’ Diċembru, xi prodo tar-raba’ jkunu fl-aqwa tagħhom u għall-ħabta tal-Għid id-dwieli. Milied taħt il-bejt, il-Għid fuq il-bejt. Milied bix-xita, l-Għid fil-bnazzi. JANNAR Aħjar il-bard ta’ Jananr mix-xemx li ma ssaħħanx. Jekk ħaġa ma swielek xejn, m’għandekx xi tridha. Dehxa ta’ Jannar fawra minn lewn in-nar. Min ikun ħa jibża’ li jinqabad. F’Jannar agħlaq in-nagħaġ fil-għar. F’Jannar oqgħod ġewwa minħabba l-maltemp. F’Jannar ix-xiħ jew fis-sodda jew l-isptar. Jannar hu xahar kiefer għax-xjuħ. F’Jannar stenna xita, ksieħ u nar (beraq). F’Jannar stenna l-maltemp. Ġidra ta’ Jannar agħha l-ħmar. Il-ġdur ta’ Jannar ikunu xierfa u ma jkunux tajbin. Is-sajf ta’ Jannar: għana tal-bidwi u tal-fqar. Il-bnazzi li jagħmel f’Jannar huwa ta’ ġid għar- raba’ u għall-bidwi. Ninni, ninni, Ġesù egħi, Ninni, ninni, ħa strieħ. Ninni, ninni, ħalli nsa Tinsa d-dwejjaq u l-uġigħ. O jaħasra kemm batejna Minn xħin tlaqna minn ġod-dar, Kemm batejna in u jiena Sa wasalna f’dan il-għar! Ninni, ninni, serraħ moħħok, Orqod sewwa, la bżax, Jindukrak hawn l-għarus egħi, Issib bħalu ma stax. O Ġużeppi, ara xi ħlewwa, Għoġbu jna il-Mulej, Dan jgħiduh il-Kotba Mqaddsa, Hu ta’ ġensna il-Feddej. Ninni, ninni, ara hawn ir-rgħajja, Kollha jridu ibusuk Iżda in ibqa’ ninni, Xorta waħda l-ħrief jgħauk. Twajba ragħajja, ersqu, ersqu, Ħa jagħkom il-barkiet, Dan iċ-ċkejken waqt li jninni, Kollox jara mis-smewwiet. Għanja tal-Milied tas-seklu 19

Transcript of DIĊEMBRU (Milied) JANNARkitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/lehha_13.pdf · Il-Milied...

Page 1: DIĊEMBRU (Milied) JANNARkitbietna.weebly.com/uploads/5/7/3/7/5737040/lehha_13.pdf · Il-Milied bil-kappell, l-Għid bil-mantar: in-nies tiekol tajjeb u l-bhejjem tixtarr. Meta fil-Milied

leħħ

il-Malti

Folja elettronika b’tagħrif lingwistiku, ortografiku, grammatikali u kulturali

dwar il-lingwa Maltija maħruġa mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Kulleġġ San

Injazju sabiex il-lingwa tagħna tingħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment

u/jew diffikultà huma ġentilment milqugħa fuq [email protected]

leħħ[email protected] [email protected] [email protected] [email protected] LEĦĦ IL -MALTI [email protected]

DIĊEMBRU (Milied)

Bejn il-Qala u l-Milied erfa’ l-moħriet minn ħalq il-wied. Bejn il-Kunċizzjoni (it-8 ta’ Diċembru) u l-Milied ma jkunx tajjeb għall-ħrit.

Il-Milied bil-kappell, l-Għid bil-mantar: in-nies tiekol tajjeb u l-bhejjem tixtarr. Meta fil-Milied jagħmel il-bnazzi u fl-Għid tagħmel ix-xita, l-uċuh tar-raba’ jirnexxu u kulħadd igawdi.

F’Diċembru fis-sala jidħol membru. Kif jintemm Diċembru tibda sena ġdida.

Il-Milied nofs il-ħobż; l-Għid nofs l-inbid. Għall-ħabta ta’ Diċembru, xi prodotti tar-raba’ jkunu fl-aqwa tagħhom u għall-ħabta tal-Għid id-dwieli.

Milied taħt il-bejt, il-Għid fuq il-bejt. Milied bix-xita, l-Għid fil-bnazzi.

JANNAR

Aħjar il-bard ta’ Jananr mix-xemx li ma ssaħħanx. Jekk ħaġa ma tiswielek xejn, m’għandekx xi tridha.

Dehxa ta’ Jannar fawra minn lewn in-nar. Min ikun ħati jibża’ li jinqabad.

F’Jannar agħlaq in-nagħaġ fil-għar. F’Jannar oqgħod ġewwa minħabba l-maltemp.

F’Jannar ix-xiħ jew fis-sodda jew l-isptar. Jannar hu xahar kiefer għax-xjuħ.

F’Jannar stenna xita, ksieħ u nar (beraq). F’Jannar stenna l-maltemp.

Ġidra ta’ Jannar agħtiha l-ħmar. Il-ġdur ta’ Jannar ikunu xierfa u ma jkunux tajbin.

Is-sajf ta’ Jannar: għana tal-bidwi u tal-fqar. Il-bnazzi li jagħmel f’Jannar huwa ta’ ġid għar- raba’ u għall-bidwi.

Ninni, ninni, Ġesù tiegħi,

Ninni, ninni, ħa tistrieħ.

Ninni, ninni, ħalli tinsa

Tinsa d-dwejjaq u l-uġigħ.

O jaħasra kemm batejna

Minn xħin tlaqna minn ġod-dar,

Kemm batejna inti u jiena

Sa wasalna f’dan il-għar!

Ninni, ninni, serraħ moħħok,

Orqod sewwa, la tibżax,

Jindukrak hawn l-għarus tiegħi,

Issib bħalu ma tistax.

O Ġużeppi, ara xi ħlewwa,

Għoġbu jtina il-Mulej,

Dan jgħiduh il-Kotba Mqaddsa,

Hu ta’ ġensna il-Feddej.

Ninni, ninni, ara hawn ir-rgħajja,

Kollha jridu ibusuk

Iżda inti ibqa’ ninni,

Xorta waħda l-ħrief jgħattuk.

Twajba ragħajja, ersqu, ersqu,

Ħa jagħtikom il-barkiet,

Dan iċ-ċkejken waqt li jninni,

Kollox jara mis-smewwiet.

Għanja tal-Milied tas-seklu 19