WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti...

27
1 WHITE PAPER L-Emendi tal-2016 all-Att dwar l- Organizzazzjonijiet Volontarji, 2007 Datata 26 ta’ April, 2016 Kontenuti A. Emendi ghall-Att dwar l-Organizazzjonijiet Voluntarji ................................................................ 4 1. Skop u Summarju Eżekuttiv...................................................................................................................... 4 2. Karatteristiċi tal-Organizzazzjonijiet Volontarji ........................................................................................ 4 2.1 Skop Leġittimu.................................................................................................................................... 4 2.2 Li Ma Tagħmilx Profitt ....................................................................................................................... 5 2.2.1 L-Iskeda Ġdida:............................................................................................................................ 6 2.2.2 Interess Privat Permess: ............................................................................................................... 6

Transcript of WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti...

Page 1: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

1

WHITE PAPER

L-Emendi tal-2016 għall-Att dwar l-

Organizzazzjonijiet Volontarji, 2007

Datata 26 ta’ April, 2016

Kontenuti A. Emendi ghall-Att dwar l-Organizazzjonijiet Voluntarji ................................................................ 4

1. Skop u Summarju Eżekuttiv ...................................................................................................................... 4

2. Karatteristiċi tal-Organizzazzjonijiet Volontarji ........................................................................................ 4

2.1 Skop Leġittimu .................................................................................................................................... 4

2.2 Li Ma Tagħmilx Profitt ....................................................................................................................... 5

2.2.1 L-Iskeda Ġdida:............................................................................................................................ 6

2.2.2 Interess Privat Permess: ............................................................................................................... 6

Page 2: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

2

2.2.3 Rimunerazzjoni ............................................................................................................................ 6

2.3 Volontarja ........................................................................................................................................... 7

3. l-Indipendenza u l-Awtonomija tal-Amministraturi .................................................................................. 8

4. Iskrizzjoni ................................................................................................................................................... 9

4.1 Iskrizzjoni Volontarja ......................................................................................................................... 9

4.2 Iskrizzjoni Mandatorja ........................................................................................................................ 9

4.2.1 Dispożizzjonijiet Kontra l-Abbuż ................................................................................................ 9

4.3 Eżenzjoni mill-Iskrizzjoni ................................................................................................................. 10

4.4 Notifika ta’ Organizzazzjoni Volontarja ........................................................................................... 10

4.5 Kjarifiki ............................................................................................................................................. 10

5. Benefiċċji, Privileġġi u Fondi ................................................................................................................... 10

6. Il-Kummissarju ........................................................................................................................................ 11

6.1 Ordnijiet ta’ Sospenzjoni u Tħassir ta’ Iskrizzjoni ........................................................................... 11

7. Kummerċ ................................................................................................................................................. 12

8. Il-Ħasil ta’ Flus u L-Iffinanzjar Tat-Terroriżmu ......................................................................................... 12

9. Organizzazzjonijiet Temporanji ............................................................................................................... 12

10. Emendi Oħra ......................................................................................................................................... 13

10.1 IL-Kunsill Malti Għas-Settur Tal-Volontarjat ................................................................................ 13

10.1.1 L-Istruttura Tal-Kunsill: ........................................................................................................... 13

10.1.2 Riżenja u Skwalifika Tal-Membri:........................................................................................... 14

10.1.3 I-Irwol Tal-Kunsill: .................................................................................................................. 14

10.2 Reati ................................................................................................................................................ 14

10.3 It-Tħassir ta’ Artiklu 39 .................................................................................................................. 14

L-Emendi Għall-Kodiċi Civili ......................................................................................................................... 14

l-Emendi Għat-Tieni Skeda tal-Kodiċi Civili ................................................................................................. 15

11. Il-Kategorija tal-Organizzazzjoni ................................................................................................... 15

12. Organizzazzjonijiet Barranin u Internazzjonali .............................................................................. 16

12.1 Personalità Ġuridika u Liġi Applikabli ........................................................................................... 16

12.2 Reġistrazzjoni ................................................................................................................................. 16

13. Ir-Reġistru Pubbliku u R-Reġistratur Tal-Persuni Ġuridiċi ............................................................. 17

14. L-Amministraturi ............................................................................................................................. 17

15. Rappreżentant Lokali ............................................................................................................................ 18

Page 3: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

3

16. Fondazzjonijiet Eżistenti ................................................................................................................. 18

16.1 Il-Formalità Għat-Twaqqif .............................................................................................................. 18

16.2 Responsabbiltà ................................................................................................................................ 18

17. Fondazzjonijiet ................................................................................................................................ 19

17.1 Tibdil fl-Abbozzar Minn Fondazzjoni ‘Privata’ Għal Fondazzjoni ‘Benefiċjarja’ ......................... 19

17.2 Disposizzjonijiet Kontra L-Abbuż .................................................................................................. 19

17.3 Il-Kontenut Tal-Istatut .................................................................................................................... 20

17.4 Dotazzjonijiet .................................................................................................................................. 20

17.5 Emendi Għall-Istatut ta’ Fondazzjoni ............................................................................................. 21

17.6 Aċċessibiltà ta’ Dokumenti Reġistrati ............................................................................................ 21

17.7 Emenda Għall-Iskop Tal-Fondazzjoni ............................................................................................ 21

17.8 Terminazzjoni ................................................................................................................................. 21

18. Assoċjazzjonijiet .............................................................................................................................. 22

18.1 L-Istatut: .......................................................................................................................................... 22

18.2 Liġi Applikabbli u R-Responsabilta’ Tal-Membri .......................................................................... 22

18.3 Ir-Reġistru Tal-Membri .................................................................................................................. 23

19. Organizzazzjonijiet Ibridi ....................................................................................................................... 23

20. Organizzazzjonijiet Mhux Reġistrati ...................................................................................................... 23

21. Il-Kontinwazzjoni Tal-Organizzazzjonijiet .............................................................................................. 24

22. Amalgamazzjoni ta’ Organizzazzjonijiet ................................................................................................ 24

23. Organizzazzjonijiet li Mhumiex Effettivi ................................................................................................ 24

24. Ċelluli Segregati ..................................................................................................................................... 24

24.1 Amministrazzjoni ............................................................................................................................ 24

24.2 Trasferiment ta’ Ċelluli ................................................................................................................... 25

24.3 It-Twaqqif ta’ Ċellula F’Organizzazzjoni Ġdida ............................................................................ 25

25. Emendi Oħra ......................................................................................................................................... 25

25.1 Tifsiriet ............................................................................................................................................ 25

25.2 Responsabilità ................................................................................................................................. 26

25.3 Kontijiet .......................................................................................................................................... 26

D. Emendi Għal Liġijiet Oħra ....................................................................................................................... 26

Page 4: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

4

WHITE PAPER

L-Emendi tal-2015 ghall-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Voluntarji, 2007

Emendi ghall-Att dwar l-Organizazzjonijiet Voluntarji

1. Skop u Summarju Eżekuttiv

L-iskop tal-emendi għall-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji (il-“VOA") u leġislazzjoni relatata

huwa prinċipalment li jindirizza d-diffikultajiet li nqalgħu fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Att u

leġislazzjoni anċillari fid-dawl tal-prattika minn mindu daħal fis-seħħ fl-2007. Emendi importanti

jikkonċernaw is-sejbien ta’ soluzzjoni għall-kwistjonijiet li nqalgħu mal-Awtoritajiet Ekkleġżjastiċi

f’Malta fil-każ ta’ organizzazzjonjiet reliġjuzi, l-introduzzjoni ta’ benefiċċju pubbliku bħala wieħed mir-

rekwiżiti li jridu jiġu sodisfatti sabiex organizzazzjoni titqies li hija organizzazzjoni volontarja (“VO”),

definizzjoni aktar dettaljata ta’ “li ma tagħmilx profitt”, regoli dwar iskrizzjoni u notifiki mandatorji,

regoli dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fis-settur mhux għall-profitt,

regoli aktar ċari dwar il-possibilità li l-VOs jintużaw għal skopijiet kummerċjali u t-tisħiħ tas-setgħat tal-

Kummissarju fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet li jiksru l-liġi. Dawn l-emendi huma supplimentati

b’emendi konsegwenzjali għal liġijiet oħra inklużi l-Kodiċi ~ivili, b’mod partikolari t-Tieni Skeda tal-

imsemmi Kodiċi ~ivili u l-Att dwar il-Ġbir Pubbliku.

Dawn l-emendi ġew meqjusa bħala dejjem aktar neċessarji mill-Kummissarju għal Organizzazzjonijiet

Volontarji u mill-Kunsill għas-Settur tal-Volontarjat minħabba l-esperjenzi prattiċi f’dawn l-aħħar snin,

kif ukoll mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) in vista tar-reviżjoni ta’ Malta li

saret minn Moneyval u l-importanza li tittieħed azzjoni fl-interess nazzjonali sabiex jiġi evitat li Malta tiġi

evalwata b’mod negattiv.

Dawn l-emendi jirriflettu temi varji u jindirizzaw diversi kwistjonijiet kif spjegat hawn taħt.

Barraminnhekk huma naturalment ta’ interess għas-settur tal-volontarjat b’mod ġenerali.

2. Karatteristiċi tal-Organizzazzjonijiet Volontarji

Waħda mill-emendi ewlenin li qed tiġi proposta tikkonċerna l-elementi kostituttivi ta’ kwalunkwe VO.

Bħalissa, VO hija waħda li tkun ġiet stabbilità jew twaqqfet (a) għal skop leġittimu; (b) bħala li ma

tagħmilx profitt; u (ċ) li hija volontarja.

2.1 Skop Leġittimu

Sar l-użu tal-kelma leġittimu fil-VOA sabiex jinżammu l-għażliet kollha miftuħa u sabiex jiġi evitat dak l-

element restrittiv li naraw ħafna drabi f’liġijiet barranin. Hemm valur oggettiv fi kwalunkwe grupp socjali

li jrid jikseb skop permezz tal-volontarjat minghajr ebda interess privat. Madankollu huwa evidenti li l-

użu ta’ din il-kelma jista’ jwassal ghal interpretazzjoni wiesa wisq peress li tistà tfisser li organizzazzjoni

bi skop leġittimu biss izda li ma ghandiex skop socjali hija eliġibbli għall-iskrizzjoni, meta fil-verità l-

għan kien dejjem li għandu jkun hemm xi element soċjali pożittiv fl-organizzazzjoni li qed tiġi mgħejuna

u appoġġjata mil-liġi. Il-kliem użat fil-liġi bħalissa huwa wiesgħa wisq u jinkludi wkoll

organizzazzjonijiet li jipprovdu ftit benefiċċji lill-pubbliku jew lill-kommunità in ġenerali jew li jkunu ta’

benefiċċju lill-grupp limitat ta’ nies. Dan jistà jwassal għal inqas rieda min-naħa tal-Gvern, inkluz l-

awtoritajiet tat-taxxa li jipprovdu benefiċċji wiesa, bħal eżenzjonijiet mit-taxxa għal VOs kollha, it-

Page 5: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

5

tnaqqis fl-importanza tal-VOs u l-possibilta’ li l-pubbliku jiġi espost għal talbiet minn organizzazzjonijet

inqas meritevoli li jistgħu jwasslu għall-abbuż ta’ privileġġi.

Illum l-emendi jagħmluha ċara li organizzazzjoni tistà tiġi iskritta biss jekk hi mwaqqfa għal kwalunkwe

skop soċjali li jikkwalifika bhala skop pubbliku jew għall-benefiċċju pubbliku (u mhijiex imwaqqfa għal

kwalunkwe interess jew benefiċċju privat). Dawn l-emendi huma restrittivi peress li jmorru oltre minn

sempliċi skop leġittimu biss. Dan ifisser li ser ikun hemm każijiet ta’ organizzazzjonijiet li mhumiex

għall-profitt li mhux ser ikunu eliġibbli u lanqas meħtiega li jiġu iskritti.1 Ta’ min jinnota li għalkemm il-

maġġoranza kbira tal-organizzazzjonijiet li huma mwaqqfa għall-finijiet soċjali tibbenefika minnhom il-

komunità in ġenerali, benefiċċju pubbliku (terminu definit) huwa kunċett konsistenti ma’ dak ta’ skop

soċjali kif inhu definit fil-VOA. Għalhekk, l-impatt ta’ din il-bidla mhux ser ikun daqstant kbir. Dan,

madankollu, ibiddel l-enfasi ta’ din il-ligi.

Aktar ‘il quddiem ser nindirizzaw kunċetti f’liġijiet oħra li għandhom x’jaqsmu mal-VOA u nkunu

nistgħu nassumu li jekk VO hija iskritta, din tkun ta’ benefiċċju pubbliku, li mhuwiex il-każ fil-ġurnata

tal-lum.2

Skop politiku ġie SPEĊIFIKAMENT ESKLUŻ mid-definizzjoni ta’ skop soċjali fil-VOA. Skop politiku

huwa definit bħala l-promozzjoni tal-interessi ta’ partit politiku jew kandidat politiku. Il-partiti politiċi

huma regolati bl-Att dwar il-Finanzjament ta’ Partiti Politiċi. Dan għandu jevita li żewg liġijiet jirregolaw

l-istess organizzazzjoniet, li jista’ jwassal għall-kunflitt u ghall-ambigwità.

2.2 Li Ma Tagħmilx Profitt

Il-VOA kien maħsub sabiex jistabbilixxi l-istandard nazzjonali u jagħti definizzjoni għal dan il-kunċett ta’

“li ma jagħmilx profitt" li japplika hawnhekk u f’liġijiet oħra għal raġunijiet oħra, anke mhux relatati mal-

VOs.. Qed tiġi proposta Skeda ġdida li għandha l-istess funzjoni u li issa tapplika b’modi differenti għal

organizzazzjonijiet differenti skont jekk dawn humiex:

VOs iskritti (ir-regoli fl-Iskeda li japplikaw għalihom huma regoli VINKOLANTI); jew

VOs mhux iskritti (li għandhom iservu bħal prinċipji li l-amministratturi huma mistennija li

jsegwu).

Ir-regoli fl-Iskeda ser jgħinu fl-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ liġijiet oħra meta dawn jagħmlu

użu mill-kunċett ta’ li ma tagħmilx profitt3 għall-iskopijiet ta’ dawn l-istess liġijiet u fi kwalunkwe każ

1 Bażikament minħabba l-fatt li dawn jaqg]u ‘l barra mill-iskop ta’ benefiċċju soċjali. Il-liġi tat-taxxa topera ukoll b’dan il-mod.

Sakemm ma jkunx hemm benefiċċju jew natura pubblika f’organizzazzjoni li ma tag]milx profitt, l-Istat ma joffrix sostenn

permezz ta’ regoli favorevoli tat-taxxa. Per eżempju l-artiklu 12(1)(e) tal-Att dwar it-Taxxa fuq l-In`ome (Kap. 123, Liġijiet ta’

Malta) jipprovdi g]all-eżenzjoni mit-taxxa fuq “l-in`ome ta’ kull istituzzjoni, trust, tħollija jew fondazzjoni, ta’ karattru pubbliku,

u ta’ kull organizzazzjoni jew korp ta’ persuni oħra bħal dawn, ukoll ta’ karattru pubbliku, li jkun jagħmel xogħol filantropiku u

li jew jikkwalifika għal eżenzjoni skont dan il-paragrafu skont regoli magħmula għal hekk mill-Ministru responsabbli għall-

finanzi skont lartikolu 96 jew ikun imsemmi mill-Ministru bħala li jkun jagħmel xogħol filantropiku għall-finijiet ta’ dan il-

paragrafu u ma jkunx hemm dwaru dikjarazzjoni mill-Ministru li ma għadux hekk imsemmi.”; 2 Ovvjament, dan l-argument isaħħaħ id-dibattitu dwar jekk organizzazzjoni, li tiddikjara li ma tagħmilx profitt (iżda li mhijiex

g]all-benefiċċju pubbliku) tistax tagħmel ġbir pubbliku mingħajr ebda awtorizzazzjoni oħra. Ir-risposta hija li peress li l-

organizzazzjoni mhux ser tkun tista ti[i iskritta, mhijiex ser tgawdi mill-eżenzjoni tar-rekwiżiti msemmija fl-Att dwar il-ġbir

Pubbliku, u għalhekk, ikollha tapplika mal-Kummissarju tal-Pulizija sabiex tottjeni permess biex tag]mel ġbir pubbliku – kif inhu

l-każ għal kwalunkwe organizzazzjoni oħra – li mhijiex iskritta b]ala organizzazzjoni volontarja – li tixtieq li tagħmel dan; il-

ligijiet fiskali jigu emendati gia la darba dawn l-emendi jigu adottati skont il-politika ddikjarata fid-dokumenti tal-Bagit f’dawn l-

ahhar snin. 3 Per eżempju – l-Att dwar l-Edukazzjoni (Kap. 327, Liġijiet ta’ Malta); l-Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni (Kap. 337, Li[ijiet

ta’ Malta);

Page 6: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

6

dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l-

interpretazzjoni.

2.2.1 L-Iskeda Ġdida:

Il-prinċipji, il-linji gwida u r-regoli li jirregolaw l-element ta’ li ma tagħmilx profitt huma issa deskritti fl-

Ewwel Skeda tal-Att. Dan il-kunċett tant għandu aspetti li huwa tassew diffiċli li jiġi indirizzat b’sempliċi

definizzjoni kif isir illum.

Din l-Iskeda ma tapplikax retrospettivament u VOs iskritti għandhom sentejn sabiex jikkonformaw mad-

dispożizzjonijiet tagħha. Dan m’għandux ikun problema peress li t-termini wżati fl-Iskeda huma aktar ċari

u wiesgħa minn dawk użati fil-preżent. F’każ li jkun hemm kwalunkwe dubju, huma jistgħu jitolbu wkoll

deċizjoni mingħand il-Kummissarju.

2.2.2 Interess Privat Permess:

L-għan prinċipali ta’ din l-Iskeda huwa li jiġi assigurat li kwalunkwe interess privat materjali4 fi

kwalunkwe VO jiġi evitat in vista tal-appoġġ pubbliku u l-fiduċja mogħtija lil dawn l-organizzazzjonijiet

fuq il-bażi li huma ġew imwaqqfa għal skop pubbliku u li ma humiex għall-profitt. Minkejja dan, qiegħed

jiġi propost li VO ikollha fl-għanijiet u fis-setgħat tagħha l-għoti (li jkun tassew anċillari għall-iskop

prinċipali tal-organizzazzjoni) ta’ interess privat jew iż-żamma ta’ ċerti interessi – bħall-użufrutt fuq il-

fondi mogħtija għall-karità tul il-ħajja tad-donatur. Iż-żamma ta’ dan l-interess privat hija normalment

kundizzjoni magħmula mid-donatur u din il-flessibilità għandha tħeġġeġ lid-donatur sabiex jipproċedi

bid-donazzjoni. Minkejja dan, id-donazzjoni ser tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet speċifiċi, per eżempju

waħda minnhom hi li l-fondi li jiġu użati għall-interess privat mhumiex iffinanzjati mill-ġbir pubbliku jew

mill-pubbliku in ġenerali iżda huma mogħtija mill-fundatur innifsu.

L-interpretazzjoni riġida tad-definizzjoni attwali wasslet għal sitwazzjoni fejn, per eżempju, il-fundaturi

jew l-amministraturi ta’ fondazzjoni edukattiva, li jagħtu lezzjoni fil-kompetenza professjonali tagħhom

waqt wieħed mill-avvenimenti tal-fondazzjoni, ma jistgħux jiġu mħallsa għal din il-lezzjoni peress li dan

il-kumpens jistà jitqies bħala ksur tar-regola li ma tagħmilx profitt. Barra minn hekk, jekk il-VO tinkludi

interess privat limitat ħafna (irrispettivament jekk dan huwiex interess ekonomiku), bħall-kapacità li

jingħata sostenn limitat lid-donatur jew lill-familja jew l-impjegati tiegħu, fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux

prevedibbli bħal mard serju, aċċident jew falliment finanzjarju, l-organizzazzjoni bħalissa ma tistax tiġi

iskritta. Inħass li dawn ir-regoli kienu qed jiġu interpretati b’mod strett wisq, u wieħed mill-għanijiet ta’

din l-Iskeda l-ġdida huwa li jintlaħaq bilanċ prattiku.

Dawk li fasslu l-liġi assiguraw ruhhom li peress li dawn huma każijiet eċċezzjonali, il-Kummissarju irid

japprova tali interess privat bil-miktub qabel l-iskrizzjoni u jistà anke jimponi kundizzjonijiet sabiex

jissalvagwardja n-natura tal-benefiċċju pubbliku tal-organizzazzjoni. Dan għandu wkoll jipproteġi persuni

li huma ġenwinament involuti f’organizzazzjonijiet volontarji minn kummenti qarrieqa li mhumiex

sostanzjati bil-fatti.

2.2.3 Rimunerazzjoni

Din l-Iskeda fiha ukoll prinċipji ġodda rigward rimunerazzjoni, li sabiex issir referenza b’mod faċli

għalihom, qegħdin jiġu identifikati bħal dawk li japplikaw għad-donaturi, fundaturi, promoturi, membri,

voluntiera u dawk li japplikaw għall-amministraturi.

4 Ara l-Ewwel Skeda g]all-VOA, Klawsola 9: Ir-riżerva mill-fundatur ta’ kwalunkwe dritt kemm għalih innifsu u, jew għall-

familja immedjata tiegħu fuq l-assi tal-organizzazzjoni volontarja għandha tkun valida sakemm din tkun raġonevoli u ma

tippreġudikax l-istatus li ma tagħmilx profitt tal-organizzazzjoni.

Page 7: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

7

(a) Donaturi, fundaturi, promoturi, membri, voluntiera: dawn jistgħu jiġi mħallsa meta jiġu mqabbda jew

impjegati b’kuntratt bil-miktub jew meta jipprovdu servizzi jew oġġetti lill-organizzazzjoni. Iżda anke

f’dawn l-każijiet japplikaw kundizzjonijiet u limitazzjonijiet stretti u dawn ġew inklużi fl-emendi proposti

sabiex jiġi assigurat li ma jkun hemm ebda ksur tar-regola li ma tagħmilx profitt. Għalhekk, per eżempju,

din ir-remunerazzjoni ma għandiex tkun sostanzjali u għandha tkun in konformità mal-kundizzjonijiet tas-

suq, u fi kwalunkwe każ, ma tkunx sostanzjali meta imqabbla mad-dħul u l-infiq globali tal-

organizzazzjoni.

(b) Amministraturi: dawn jistgħu ukoll jiġu mħallsa meta jiġu mqabbda jew impjegati b’kuntratt bil-

miktub. Iżda jekk ma jkunux imqabbda jew impjegati, dawn l-amministraturi jistgħu jirċievu

remunerazzjoni raġjonevoli (issa definita bħala li tinkludi onoraria sabiex jiġu indirizzati problemi ta’

interpretazzjoni li qamu fil-passat).

Ġie inkluż test ġdid - li ser jirrifletti kunċett wiesgħa - li jirrelata għall-kundizzjonijiet tas-suq kif ukoll

għal-livelli tas-suq. Dan għandu iservi bħala l-benchmark meta jiġi evalwat il-prezz mħallas mill-VOs

għax-xiri ta’ servizzi u oġġetti. Persuni involuti fil-VOs ma jistgħux jiġu mħallsa għas-servizzi provduti

minnhom b’rati eżorbitanti b’mod li tiġi evitata r-regola li ma tagħmilx profitt. Huma l-amministraturi

jew il-laqgħat ġenerali tal-VOs li għandhom jassiguraw li dawn il-kundizzjonijiet u l-livelli jiġu mħarsa u

għandha tiġi mniżżla fil-minuti, f’biżżejjed dettal, il-bażi li fuqha huma sodisfatti ta’ tali konformità.

Ir-restrizzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq jew tal-livelli tas-suq ma tapplikax kemm-il darba jiddeċiedu

mod ieħor il-fundatur, id-donatur (fl-istatut jew fi kwalunkwe strument ieħor bil-miktub), il-membri

(b’riżoluzzjoni f’laqgħa ġenerali) jew il-Qorti (fuq applikazzjoni tal-amministraturi) u din id-deċizjoni tiġi

mniżżla u jingħataw ir-raġunijiet kif fuq imsemmi sabiex jintlaħaq it-test ta’ trasparenza u fl-istess ħin

tingħata flessibilità, speċjalment fejn huma involuti organizzazzjonijiet internazzjonali fejn jiġu mpjegati

persuni minn pajjizi oħra fejn il-kundizzjonijiet tas-suq huma ferm ogħla minn dawk ta’ Malta5.

Amministraturi li ma josservawx id-disposizzjonijiet tal-Iskeda jkunu ħatja ta’ ksur ta’ dmirijiet u f’ċerti

każijiet jistgħu jkunu responsabbli għar-rifuzjoni lill-VO ta’ kwalunkwe remunerazzjoni li jkunu rċevew

li tkun taqbeż il-livell permess.6

2.3 Volontarja

Id-definizzjoni volontarja ġiet emendata sabiex jiġi enfasizzat li jekk il-ħidma tal-VO hija appoġġjata

minn servizzi mogħtija fuq bażi volontarja, dawn is-servizzi għandhom ikunu verament mogħtija fuq bażi

volontarja. Għalhekk, per eżempju, jekk membru ta’ ordni ekkleżjastika jwettaq funzjonijiet skont il-

vokazzjoni tiegħu/tagħha bħala parti mid-dmirijiet vokazzjonali tiegħu/tagħha, mingħajr ma jiġi mħallas,

dawn is-servizzi mhumiex meqjusa bħala volontarji li mbagħad jimplika li membri ta’ Ordni jew

5 Ara l-Ewwel Skeda, VOA, Klawsola 13; 6 Ara l-Artiklu 19 tal-Ewwel Skeda. “Kull amministratur li jonqos milli josserva d-dispożizzjonijiet ta’ din l-Iskeda għandu jkun

ħati bi ksur ta’ dmir u għandu jkun responsabbli sabiex jirrifondi l-organizzazzjoni: (a) jekk tkun permessa li tirċievi

rimunerazzjoni, kwalunkwe rimunerazzjoni bħal din riċevuta minn kwalunkwe amministratur ogħla mil-livell permess; (b) jekk

mhux permessa li tirċievu rimunerazzjoni, l-ammonti kollha rċevuti minbarra l-ispejjeż.” Ara ukoll l-Artiklu 20 tal-Ewwel Skeda.

“Meta xi amministratur jaqbel li jħallas xi ammonti lil persuni oħra li ma għandhomx permess li jitħallsu jew li huma b’eċċess

tal-livelli permessi kif iddikjarat hawnhekk, huwa għandu jkun responsabbli flimkien u separatament magħhom biex jirrifondi

dawn l-ammonti lill-organizzazzjoni volontarja.”;

Page 8: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

8

Komunità li jiffurmaw fondazzjoni reliġjuża ma jikkwalifikawx l-organizzazzjoni bħala organizzazzjoni

volontarja.

3. l-Indipendenza u l-Awtonomija tal-Amministraturi

Il-VOs ma għandhomx biss ikunu indipendenti u awtonomi mill-Gvern - l-amministraturi m’għandhomx

ikunu suġġetti għall-kontroll jew direzzjoni ta’ kwalunkwe persuna jew jaġixxu fl-interess ta’ kwalunkwe

persuna meta jwettqu l-funzjonijiet tagħhom taħt il-VOA. Dawn għandhom jimxu biss skont l-iskop tal-

organizzazzjoni msemmi fl-istatut.

Ir-rekwiżit li l-VOs għandhom ikunu indipendenti u awtonomi ġie kkjarifikat peress li dan kien wassal

għal interpretazzjoni restrittiva żżejjed. Ir-regola ma tfissirx li kwalunkwe suġġeriment jew anke

direzzjoni mogħtija lill-amministratur jaffettwa l-indipendenza jew l-awtorità tiegħu. L-emendi

jikkjarifikaw liema direzzjonijiet huma aċċettabbli. Il-fatt li, per eżempju, l-amministraturi ta’ fondazzjoni

reliġjuża jew entità ekkleżjastika huma taħt wiegħda ta' ubbidjenza ma jaffettwax l-indipendenza jew l-

awtonomija tagħhom. Dan it-tip ta’ kontroll mhuwiex u ma għandux ikun ta’ problema sabiex l-

organizzazzjoni tkun VO. Fi kwalunkwe organizzazzjoni, l-amministraturi għandhom id-dmirijiet, is-

setgħat u r-responsabiltajiet tagħhom, u jkun hemm ukoll il-kontroll u s-superviżjoni fuqhom, u dawn

jaffettwaw il-mod kif l-organizzazzjoni topera iżda ma jaffettwawx l-awtonomija u l-indipendenza. L-

istess jingħad għas-setgħat riżervati mill-fundatur fil-fondazzjoni. Madankollu dan il-kontroll, li huwa

possibbli skont il-liġi, ma għandux ikun tali li jikkontradixxi l-iskop pubbliku tal-organizzazzjoni.

Organizzazzjonijiet li huma taħt il-kontroll tal-Gvern jew organizzazzjonijiet reliġjuzi mhumiex VOs.

Dawn it-tnejn ġew definiti, u għalhekk issa hemm testijiet oġġettivi li jridu jiġu sodisfatti. L-emendi

jikkjarifikaw dawk is-sitwazzjonijiet li ma jwasslux sabiex l-organizzazzjoni titqies li hija taħt il-kontroll

tal-Gvern - per eżempju meta persuna li għandha uffiċċju pubbliku tokkupa ukoll il-kariga ta’

amministratur fil-kapaċita personali tagħha fi ħdan VO, minkejja l-fatt li tiġi appuntata u tibqa’ marbuta li

tipproteġi l-interess pubbliku, anke f’konsultazzjoni mal-Gvern, jew jekk VO tidħol fi ftehim ta’

finanzjament jew ftehim għal joint venture mal-Gvern, li ma jagħtix kontroll effettiv tal-organizzazzjoni

lill-Gvern, iżda kuntrattwalment jippermetti lill-Gvern li jara li hemm konformità mar-regoli. Jekk skont

l-istatut ta’ organizzazzjoni, is-suċċessur tal-persuna li tokkupa l-uffiċċju pubbliku, tkun tokkupa wkoll il-

kariga ta’ amministratur, l-amministratur ma jkunx qed jokkupa l-kariga ta’ amministratur fil-kapaċità

personali tiegħu, li jfisser li l-iskop ikun qiegħed jiġi mdaħħan mill-uffiċċju u mhux mill-individwu

involut, li jikkontradixxi l-awtonomija neċessarja.

Dawn l-emendi jidentifikaw dawk l-organizzazzjonijiet reliġjuzi li mhumiex ser jiġu meqjusa bħala VOs,

u li b’konsegwenza ta’ dan ma jaqgħux taħt id-disposizzjonijiet tal-VOA. Dawn jiġu regolati mil-liġijiet

reliġjuzi applikabbli. Il-Knisja għandha l-ethos tagħha u r-regoli interni skont il-Liġi Kanonika u dawn l-

organizzazzjonijet reliġjuzi jobdu l-Kurja, l-Arċisqof, u l-persuni involuti mhumiex voluntiera. Dawn

jinkludu ukoll organizzazzjonijiet li huma kkontrollati minn organizzazzjoni reliġjuża – dawn mhumiex

intitolati u lanqas obbligati li jiġu iskritti skont il-VOA.

Is-sitwazzjoni hi differenti meta l-organizzazzjonijiet jiġu biss imwaqqfa minn organizzazzjonijiet

reliġjuzi (iżda mhux kontrollati minnhom) peress li dawn jistgħu jiġu skritti jew jistgħu jkunu obbligati li

jiġu skritti skont il-VOA, u sabiex ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-istat li jkun allokat għall-VOs,

għandhom ikunu iskritti bħall-VOs l-oħra kollha, u jkunu soġġetti għall-istess regoli.

Il-pożizzjoni ta’ dawk l-organizzazzjonijiet reliġjuzi li huma diġà iskritti mhijiex ser tiġi affettwata. Dawn

ser jibqghu jitqiesu bħala VOs sakemm l-iskrizzjoni tagħhom tibqa’ fis-seħħ. B’hekk iz-żamma tal-

iskrizzjoni hija tassew fil-kontroll tagħhom. Huwa fuq il-bażi li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-

liġi skont il-VOA, li huma eliġibbli għal kwalunkwe benefiċċji skont il-liġi.

Page 9: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

9

4. Iskrizzjoni

Forsi l-ikbar bidla introdotta f’dawn l-emendi hija l-introduzzjoni ta’ kategoriji differenti ta’ iskrizzjoni.

Fil-preżent, il-prinċipju bażiku huwa li kwalunkwe organizzazzjoni għandha d-dritt u l-għazla għall-

iskrizzjoni bħala VO sakemm tikkonforma mar-regoli preskritti fuq il-forma u l-kontenut. Hemm

organizzazzjonijiet li għandhom l-għazla li jiġu iskritti, kif ukoll dawk li għandhom l-obbligu ta’

iskrizzjoni, waqt li hemm oħrajn li huma eżenti mill-iskrizzjoni. L-emendi jidentifikaw ukoll dawk l-

organizzazzjonijiet li ma jistgħux jiġu iskritti. Il-kategoriji differenti ġew imfassla fuq il-bażi ta’ għazliet

ta’ policy li huma konsistenti mal-prinċipji fi ħdan il-VOA.

Għaldaqstant, il-kategoriji differenti ta’ iskrizzjoni huma:

4.1 Iskrizzjoni Volontarja

Meta ma jkunx hemm azzjonijiet relevanti għall-pubbliku, bħal meta per eżempju ma jkunx hemm ġbir

pubbliku u l-impatt soċjali tal-VO jkun zgħir, huwa fid-diskrezzjoni tal-amministraturi jekk l-

organizzazzjoni għandiex tiġi iskritta skont il-VOA. Mandankollu, l-iskrizzjoni tfisser konformità mad-

dispożizzjonijiet kollha tal-Att.

4.2 Iskrizzjoni Mandatorja7

It-trasparenza u r-responsabbiltà huma essenzjali fl-interess pubbliku fil-każ ta’ ċertu organizzazzjonijiet

volontarji. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom l-obbligu li jiġu iskritti. Dawn jistgħu jiġu kategorizzati

b’mod wiesgħa fuq il-bażi tal-azzjonijiet tagħhom (kemm reali kif ukoll maħsuba) jew fuq il-bażi tat-

turnover jew tal-kapital jew fuq il-bażi tal-klawsoli fl-istatut tagħhom jew b’riżoluzzjoni f’laqgħa

ġenerali. L-emendi jinkludu ukoll definizzjonijiet ta’ dħul li jindirizzaw realtajiet prattiċi fl-

organizzazzjonijiet sabiex il-liġi ma ssirx ta’ piż li mhuwiex neċessarju.

L-emendi jintroduċu l-kunċett ta’ reġistrazzjoni mandatorja għall-organizzazzjonijiet barranin li joperaw

f’Malta bi kwalunke mod. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom ikunu mwaqqfa għall-għan pubbliku jew

għall-benefiċċju pubbliku, ma jkunux għall-profitt u volontarji sabiex jaqgħu taħt din ir-regola.

Ir-responsabilità li tiġi assigurata konformità mad-dispożizzjonijiet tal-VOA hija ta’ l-amministraturi.

Madankollu, jekk l-obligazzjoni tal-iskrizzjoni tqum abbażi ta’ turnover, ir-responsabbiltà li jsir rapport

lill-Kummissarju tiġi estiża wkoll għal kwalunkwe accountant, reviżur jew awditur.

4.2.1 Dispożizzjonijiet Kontra l-Abbuż

Proposta interessanti hi dik li organizzazzjoni xorta waħda hija suġġetta għall-iskrizzjoni mandatorja jekk

fis-sustanza hija VO, għandha diversi kwalitajiet ta’ VO kif identifikati fl-Att u tibbenifika minn

kwalunkwe privileġġi, benefiċċji jew eżenzjonijiet mogħtija lill-VOs. Dan jassigura trasparenza u

responsabilità meta dawn it-tip ta’ organizzazzjonijiet ifittxu appoġġ pubbliku. Barra minn hekk, dan

jevita abbuż minħabba li organizzazzjonijiet jistgħu jintroduċu apposta elementi jew iħallu xi element

essenzjali jew klawżola barra mill-istatut tagħhom sabiex ma jkunux jistgħu jew ma jkunux obbligati li

jiġu iskritti.

7 Din ġiet introdotta min]abba r- rapport tal-MONEYVAL li ssu[[erixxa li Malta g]andha tie]u xi azzjonijiet fuq il-kwistjonijiet

tal-]asil tal-flus fis-settur mhux g]all-profitt. Wie]ed jistà jikseb dan ir-Rapport fuq

http://www.fiumalta.org/library/SiteImages/PDF/moneyval/FourthRnd/4thRound-Evaluation%20Report-Report.pdf;

Page 10: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

10

Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jew jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-VOA u jiġu iskritti

mal-Kummissarju jew nkella għandhom jassiguraw li l-istatut u materjal ieħor jagħmluha ċara li l-

organizzazzjoni mhijiex VO (sabiex jiġi evitat kwalunkwe nuqqas ta’ ftehim min-naħa tal-pubbliku). Jekk

mhux possibbli li l-organizzazzjoni tbiddel il-pożizzjoni tagħha, il-Kummissarju jistà jintalab sabiex jieħu

deċizjoni li l-organizzazzjoni:

mhijiex obbligata li tiġi iskritta sakemm tinstab soluzzjoni (il-konsegwenza tkun li l-

organizzazzjoni ma tkunx tistà twettaq ċerti attivitajiet speċifiċi; jew

għandha l-permess li tiġi iskritta mingħajr konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-VOA,

minħabba l-fatt li din hi iskrizzjoni unilaterali mal-prinċipji tal-VOA u turi bona fede min-naħa

tal-organizzazzjoni.

Barra minn hekk, l-emendi jittrattaw ukoll il-perjodi stipulati għall-iskrizzjoni u l-konsegwenzi li

jirriżultaw min-nuqqas ta’ iskrizzjoni mandatorja. Per eżempju, organizzazzjoni li ma tiġix iskritta ma

tkunx tista’ tibbenefika minn kwalunkwe għotja, sponsorjar, jew kwalunkwe għajnuna finanzjarja oħra

jew ta’ policy.

4.3 Eżenzjoni mill-Iskrizzjoni

Dawk l-organizzazzjonijiet li huma eżenti mill-iskrizzjoni (kemm b’mod permanenti kif ukoll b’mod

temporanju) huma identifikati fi Skeda ġdida għall-Att. Dawn jinkludu VOs internazzjonali mwaqqfa

minn trattati internazzjonali jew il-fergħat lokali tal-istess VOs internazzjonali. It-tieni kategorija huma

organizzazzjonijiet li huma reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isport skont l-Att dwar l-Isport. Ir-raġuni

tal-esklużjoni ta’ dawn it-tip ta’ organizzazzjonijiet hi sabiex ma jkunx hemm lok għal xi kunflitt bejn iz-

żewg liġijiet applikabbli fil-każ ta’ organizzazzjonijiet sportivi, waqt li dawn l-organizzazzjoniet xorta

jkunu jistgħu jiġu iskritti b’mod volontarju, u dawn jiġu iskritti jekk jixtiequ jestendu l-benefiċċji

tagħhom taħt l-Att dwar l-Isport għall-benefiċċji skont il-VOA. Din hija s-sitwazzjoni llum u dan kellu

jingħad sabiex is-sitwazzjoni ma tinbidilx meta jiġi introdott r-rekwiżit tal-iskrizzjoni mandatorja.

4.4 Notifika ta’ Organizzazzjoni Volontarja

Dawn l-emendi jintroduċu l-kunċett ta’ notifika mill-VOs u l-Kummissarju llum għandu jzomm Lista ta’

VOs Li Ma ġewx Iskritti. Organizzazzjonijiet identifikati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissarju bl-

eżistenza tagħhom u bl-iskop prinċipali tagħhom. L-għan ta’ din in-notifika mhuwiex li jingħata xi dritt

jew obbligu lill-Kummissarju jew lill-organizzazzjoni, iżda li l-pubbliku jiġi infurmat bl-eżistenza ta’ din

l-organizzazzjoni. Il-Lista ta’ VOs Li Ma ġewx Iskritti hija miftuħa għall-pubbliku. Għal darb’oħra, dan

huwa motivat mix-xewqa li l-VOs jkunu magħrufa mill-pubbliku fid-dawl tal-kummenti dwar il-liġijiet

ta’ Malta li jirregolaw il-VOs u l-possibilta’ li l-VOs jintużaw għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-

terroriżmu.

4.5 Kjarifiki

Saru wkoll kjarifiki rigward l-iskrizzjonijiet. Per eżempju, l-Kummissarju ma jirrifjutax iskrizzjoni ta’

organizzazzjoni minħabba l-potenzjal ta’ duplikazzjoni ta’ sforzi minn organizzazzjonijiet oħra

b’għanijiet simili, peress li dan kien tħassib espress minn diversi organizzazzjonijiet. Il-VOA jirrikonoxxi

l-importanza tal-ko-ordinazzjoni tal-isforzi sabiex VOs b'għanijiet simili jaħdmu id f'id – din il-ko-

ordinazzjoni bl-ebda mod ma żżomm VOs milli jilħqu l-għanijiet tagħhom.

5. Benefiċċji, Privileġġi u Fondi

L-organizzazzjonijiet iskritti biss jistgħu jirċievu jew jibbenifikaw minn għotjiet, sponsorjar jew għajnuna

Page 11: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

11

finanzjarja mill-Gvern u mill-fondi li jiġu allokati lis-settur tal-volontarjat. Illum il-Gvern għandu

jiddistingwi bejn il-fondi li huma allokati lill-VOs Maltin jew barranin b’attivitajiet f'Malta u l-fondi li

huma allokati sabiex jappoġġjaw VOs Maltin jew barranin b’attivitajiet barra minn Malta. Fl-ewwel każ

msemmi, huma biss l-organizzazzjonijiet iskritti li jistgħu jibbenifikaw minn tali fondi. Iżda fit-tieni każ,

l-organizzazzjonijiet li jibbenifikaw għandhom jilħqu livelli ta’ registrazzjoni u trasparenza fl-Istat ta’

registrazzjoni tagħhom bħall-VOs iskritti skont l-Att.

L-emendi jagħtu lill-Avukat ġenerali l-awtorità li jitlob r-revoka ta’ kwalunkwe għotja, sponsorjar jew

għajnuna finanzjarja oħra li tiġi allokata lill-VOs u li ma tingħatax lill-VO li hija iskritta. Dan ir-rwol

ingħata lill-Avukat ġenerali mhux biss minħabba l-indipendenza tiegħu iżda ukoll minħabba r-rwol tiegħu

fit-Tieni Skeda tal-Kodiċi ċivili sabiex jipproteġi l-kisba tal-għanijiet tal-organizzazzjonijiet bi skop

soċjali.8 Mhuwiex aktar possibli li dawn il-benefiċċji, privileġġi u għotjiet jiġu estiżi lill-VOs li mhumiex

iskritti permezz tal-kunsens bil-miktub tal-Ministru, u dan jassigura li ma jkun ebda indħil politiku f’dan

is-settur.

6. Il-Kummissarju

Żdiedet ukoll il-funzjoni ta’ monitoragg tal-Kummissarju. Dan il-monitoraġġ huwa ta’ natura ġenerika u

jfittex li jindirizza l-iżvilupp tas-settur tal-volontarjat b’mod ġenerali kif ukoll it-titjieb tal-istandards li

qegħdin jiġu applikati f’dak is-settur minn organizzazzjonijiet partikolari. Dan hu prinċipalment maħsub

sabiex jassigura li s-settur tal-volontarjat, li hu dominat minn obbligi fiduċjarji lejn għanijiet ta’

benefiċċju pubbliku u bżonnijiet soċjali, ma jiġix abbużat u jsir għodda għall-kriminalità bħall-frodi jew

abbuż ieħor. Dan it-tip ta’ monitoraġġ u regolament hu tollerat fl-interess komuni minħabba l-benefiċċju

li jistà jirriżulta minn aktar superviżjoni u l-protezzjoni ta’ standards. Hu għalhekk li l-Kummissarju jistà

jinvestiga kwalunkwe VO fi kwalunkwe ħin u jistà jitlob bil-miktub kwalunkwe informazzjoni relevanti li

għandha x’taqsam mal-ħidma ta’ VO jew kwalunkwe persuna involuta fl-attivitajiet ta’ VO.

F’każ ta’ abbuż ċar, frodi jew riskju ieħor għall-pubbliku in ġenerali, il-Kummissarju issa jistà jippubblika

informazzjoni dwar VO mingħajr preavviz lill-organizzazzjoni. Il-Kummissarju m’għandux aktar għalfejn

japplika lit-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva sabiex jitlob awtorizzazzjoni biex jippubblika din l-

informazzjoni.

F’każ estrem, huwa possibbli li l-Kummissarju jinvestiga azzjonijiet f’isem il-Gvern sabiex jiġġieled

kontra l-abbuż, u jistà anke jżomm lill-VO milli topera permezz tal-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ sospenzjoni jew

it-tħassir ta’ iskrizzjoni.

6.1 Ordnijiet ta’ Sospenzjoni u Tħassir ta’ Iskrizzjoni

L-artikli li jirregolaw il-ħrug ta’ ordnijiet ta’ sospenzjoni jew it-tħassir ta’ iskrizzjoni ġew emendati. L-

artikli attwali jeħtieġu li l-Kummissarju għall-VOs japplika lit-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva

sabiex jordna s-sospensjoni tal-attivitajiet jew it-tħassir tal-iskrizzjoni ta’ VO. Din l-applikazzjoni fit-

Tribunal hija burokratika u qed tieħu wisq ħin sabiex jiġu indirizzati l-abbużi mill-VOs, u għalhekk

jiżdied il-periklu għall-pubbliku. Bħalissa, il-Kummissarju ma jistax jaġixxi kontra VO li tikser il-VOA

sakemm it-Tribunal jordna s-sospenzjoni tal-attivitajiet ta’ VO iskritta jew it-tħassir tal-iskrizzjoni tagħha.

Għalhekk, VOs li mhumiex konformi qegħdin jiġu protetti mill-burokrazija.

Illum, il-Kummissarju qed jingħata l-awtorità li joħroġ ordnijiet ta’ sospensjoni u ordnijiet ta’ tħassir ta’

iskrizzjoni, u l-VO qed tingħata d-dritt ta’ appell fit-Tribunal. Il-Kummissarju jistà ukoll – f’każijiet

8 Irreferi g]all-Artikli 38 u 43 tat-Tieni Skeda tal-Kodi`i ~ivili (Kap. 16, Li[ijiet ta’ Malta);

Page 12: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

12

speċifiċi – joħroġ direttament ordnijiet ta’ sospenzjoni (f’ċertu każijiet jistà joħrog sospenzjonijiet

permanenti ta’ attivitajiet speċifiċi) fil-każ ta’ VOs li mhumiex iskritti.

7. Kummerċ

Il-VOs ma jistgħux jwettqu attivitajiet kummerċjali. Madankollu, hemm ftit eċċezzjonijiet li huma

mniżżla fil-VOA li jippermettu VOs li jipparteċipaw fil-kummerċ skont l-għanijiet pubbliċi tagħhom,

bħal, per eżempju, l-bejgħ ta’ biljetti għad-dħul f’mużew jew teatru, il-ġestjoni ta’ ħwienet ta’ karità fil-

qasam soċjali tagħhom, u affarijiet oħra. Il-liġi tniżżel dawn kollha f’Artiklu 38 tal-VOA.

Il-VO tistà twettaq attivitajiet kummerċjali oħra jekk dawn huma biss marġinali għad-dħul tal-VO. Il-

marġinalità ta’ attività tiġi ddeterminata mill-amministraturi, iżda l-Kummissarju jistà jimponi

kundizzjonijiet sabiex jassigura l-ħarsien tal-prinċipji tal-VOA. F’każijiet oħra, l-VO għandha

tistabbilixxi entità legali xierqa sabiex twettaq attività kummerċjali. Emenda important oħra tistabilixxi li

l-entità legali xierqa li tistà tiġi stabbilita minn VO għall-finijiet kummerċjali, issa tistà biss tieħu l-forma

ta’ kumpanija b’responsabilità limitata u din l-emenda saret peress li kien hemm konfużjoni dwar it-tifsira

ta’ dan it-terminu. L-għanijiet u l-iskopijiet tal-kumpanija b’responsabbiltà limitata għandhom ikunu

konsistenti mal-għanijiet tal-VO li waqqfet din l-istess kumpanija, sakemm it-twettieq mill-kumpanija ta’

attività kummerċjali li mhijiex relatata mal-għanijiet tal-VO huwa espressament permess fl-istatut ta’ din

il-VO. Għalhekk, testendi l-għanijiet tagħha għat-twaqqif ta’ organizzazzjonijiet li jistgħu jwettqu

attivitajiet kummerċjali, barra l-għanijiet tagħha, sabiex jiġbru fondi għall-għan soċjali tal-VO.

Madankollu, il-kumpanija għandu jkollha fi ħdan l-istruttura tagħha l-prinċipju li ma tagħmilx profitt

b’konformità mal-VOA peress li jekk dan ma jsirx dawn il-kumpaniji jkunu sempliċi għodda li bihom

jaħarbu mir-restrizzjonijiet ta’ interessi privati li jirriżultaw mid-definizzjoni ta’ li ma tagħmilx profit.

8. Il-Ħasil ta’ Flus u L-Iffinanzjar Tat-Terroriżmu

Osservaturi internazzjonali nsistew li l-liġi Maltija dwar il-VOs għandha tiġi msaħħa sabiex tilqa’ għall-

prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu permezz tal-VOs. Dawn l-emendi jindirizzaw

is-suġġerimenti li saru. Huma l-amministraturi li għandhom jassiguraw li d-dispożizzjonijiet tal-liġi

relatati mal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu jiġu rispettati (u l-monitoraġġ

tagħhom, il-verifiki u l-kontroll, u l-obbligu li jżommu r-reċords ġew identifikati b’mod dettaljat). L-

organizzazzjoni għandu jkollha proċeduri interni xierqa sabiex l-istaff u voluntiera jiġu mħeġġa

jirrappurtaw kriminalità finanzjarja jew abbuż suspettat jew magħruf. L-istaff u l-voluntiera għandhom

jiġu provduti b’taħriġ adegwat.

Il-funzjoni tal-Kummissarju f’dan il-qasam ġiet imsaħħa u issa għandu jirrevedi perjodikament

informazzjoni ġdida dwar il-possibilità li s-settur tal-volontarjat jintuża għall-ħasil ta’ flus u l-iffinanzjar

tat-terroriżmu. Barra minn hekk, ser jassisti ukoll lill-VOs sabiex jipproteġu lilhom infushom minn dan l-

abbuż billi jqajjem kuxjenza dwar dawn ir-riskji u jinfurmahom fuq il-miżuri disponibbli sabiex

jipproteġu lilhom infushom.

Ġew introdotti artikli ġodda relatati mal-Finanċial Intelligenċe Analysis Unit li llum tistà tikseb aċċess

għar-Reġistru tal-Organizzazzjonijiet Volontarji sabiex tissodisfa r-responsabiltajiet tagħha skont l-Att

kontra Money Laundering.

9. Organizzazzjonijiet Temporanji

L-artikli li jirregolaw l-organizzazzjonijiet temporanji fil-VOA ma ġewx apprezzati u mifhuma b’mod

sħiħ u l-emendi llum għandhom l-għan li jissimplifikawhom sabiex jinkoraġġixxu l-użu tagħhom. Fil-fatt,

ġie nkluż specimen tal-istrument kostituttiv ta’ organizzazzjoni temporanja bħala Skeda għall-Att, u dan

Page 13: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

13

ser jagħmilha iktar faċli sabiex tiġi stabbilita organizzazzjoni temporanja peress li issa dan jistà jsir billi

timtela formola biss.

L-organizzazzjonijiet temporanji jistgħu jiġu stabbiliti f’ċerti każijiet speċifiċi, u dan, huwa ta’ benefiċċju

minħabba li ma għandhomx l-implikazzjonijiet kollha ta’ organizzazzjoni normali. Dawn huma pjuttost

eċċezzjoni u ġew mwaqqfa sabiex jiffaċilitaw miri zgħar u li jintlaħqu f’qasir żmien, u dawn it-tip ta’

organizzazzjonijiet ma għandhomx jintużaw b’mod ripetittiv u biex jintlaħqu miri li jieħdu fit-tul.

Fil-fatt, l-artikli jwaqqfu lill-istess persuni, jew uħud minnhom, milli jistabbilixxu ripetutament

organizzazzjoni temporanja li jkollha l-istess skop u għan jew wieħed simili sabiex jaħbu l-estent tal-

attivitajiet tagħhom. Il-Kummissarju għandu biss is-setgħa li jirrifjuta l-iskrizzjoni ta’ organizzazzjoni

temporanja jekk huwa jitlob lill-amministraturi sabiex jistabilixxu organizzazzjoni temporanja bħala

oganizzazzjoni normali, u l-amministraturi jirrifjutaw li jagħmlu dan, peress li, f’dan il-każ, ikun ċar li l-

persuni involuti fit-twaqqif ta’ din l-organizzazzjoni qegħdin jippruvaw espressament jevitaw l-

applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-VOA innifisha.

Kwalunkwe persuna li trid tiġbor fondi mill-pubbliku għall-benefiċċju ta’ individwu partikolari li jbati

minn bżonn soċjali partikolari, fiziku jew xi bżonn ieħor, issa trid tistabbilixxi u tiskrivi organizzazzjoni

temporanja. L-introduzzjoni ta’ din ir-regola mandatorja tindirizza l-problema li naraw f’Malta ta’ persuni

li individwalment jagħmlu appell fl-istampa jew f’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku sabiex

jiġbru fondi għall-INDIVIDWI SPEĊIFIĊI mingħajr ma jiġu regolati bl-ebda mod.

Dan mhuwiex għan soċjali u fil-maġġoranza tal-każijiet huwa għan privat li jispiċċa s-suġġett ta’

diskussjoni soċjali relevanti. L-intenzjoni ta’ dawk li jfasslu l-policy hija li ma jħeġġux lill-persuni li

jiġbru l-fondi b’mod formali, u li mhux ser jiġu mħallsa lura, permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni, u

dan għall-bzonnijiet personali. Għandna nimxu ‘l quddiem billi ngħinu lill-individwi speċifiċi permezz ta’

strutturi regolati li għandu ikollhom livell xieraq ta’ formalità, trasparenza, responsabbiltà u superviżjoni

sabiex jiġi żgurat li, wara li jinġabru l-fondi, dawn jintużaw sabiex jintlaħaq l-għan li jkun ġie ddikjarat

fil-bidu tal-ġbir tal-fondi.

Organizzazzjoni temporanja għandha tiġi kkunsidrata li għandha għan soċjali minkejja li jkollha

benefiċjarju wieħed: il-fondi miġbura għandhom jintużaw biss għall-bzonnijiet ta’ dan l-individwu. Issa

huwa meħtieġ li kwalunkwe eċċess ta’ fondi jiġi indirizzat favur VO iskritta oħra li għandha għanijiet

simili. Hemm anki l-possibbilta’ li organizzazzjoni temporanja tinbidel f’VO b’terminu estiż. L-għanijiet

ta’ din il-VO ikunu li jintlaħqu għanijiet soċjali relevanti għall-benefiċċju tal-pubbliku in ġenerali u mhux

speċifikament għal benefiċjarju wieħed. Huwa wkoll meħtieg li jkun hemm mill-anqas tlett

amministraturi li ma għandhomx jinkludu l-individwi fil-bzonn jew, jekk dan ikun minuri, il-genituri

tiegħu.

10. Emendi Oħra

10.1 Il-Kunsill Malti Għas-Settur Tal-Volontarjat

10.1.1 L-Istruttura Tal-Kunsill:

L-istruttura ta’ dan il-Kunsill ġiet modifikata b’membru wieħed jinħatar mill-Ministru sabiex

jirrappreżenta l-Gvern, waqt li ħamsa oħra jinħatru sabiex jirrappreżentaw is-settur tal-volontarjat wara

sejħa pubblika mill-Ministru għan-nominazzjonijiet, u sitta oħra jinħatru direttament mis-settur tal-

volontarjat b’elezzjonijiet sabiex jirrappreżentaw għanijiet pubbliċi jew benefiċċji pubbliċi differenti fi

ħdan dan is-settur. Membri tal-Kunsill issa jinħatru għall-perjodu ta’ tliet snin (u mhux iktar għal sentejn)

u jistgħu jerggħu jinħatru għall-perjodu ieħor ta’ tliet snin.

Page 14: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

14

10.1.2 Riżenja u Skwalifika Tal-Membri:

L-artikli dwar ir-riżenja u l-iskwalifika tal-Membri fuq il-Kunsill ġew emendati u mwessa u llum huwa

speċifikament imniżżel li persuna mhijiex kwalifikata li żżomm il-post tagħha bħala membru tal-Kunsill

jekk għandha interess finanzjarju jew interess ieħor fi kwalunkwe intrapriza jew attività li jistà jaffettwa l-

funzjonijiet tagħha bħala membru tal-Kunsill. Ġie ndirizzat ukoll kwalunkwe interess dirett jew indirett

tal-membru tal-Kunsill f’xi kuntratt, ffirmat jew propost.

10.1.3 I-Irwol Tal-Kunsill:

L-għanijiet u l-funzjonijiet tal-Kunsill ġew msaħħa u l-Kunsill jistà issa jwettaq il-funzjonijiet tiegħu

direttament jew permezz ta’ sotto-kumitati amministrattivi, bordijiet ta’ membri tal-Kunsill jew persuni

maħtura għal dan il-għan. Jistà jinħatar Kap Uffiċjali Ezekuttiv li jingħata dawk is-setgħat u l-funzjonijiet

li jidhirlu l-Kunsill.

10.2 Reati

Ir-reati inklużi fil-VOA ġew emendati u mwessa sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet li qamu f’dawn l-aħħar

snin u li qabel ma kinux ġew indirizzati. Issa huwa speċifikament indikat li huwa reat li wieħed juża’ l-

isem u n-numru ta’ identifikazzjoni ta’ VO mingħajr awtorizzazzjoni, speċjalment fil-kuntest ta’ ġbir

pubbliku.

10.3 It-Tħassir ta’ Artiklu 39

Dan l-artiklu, li ta perjodu ta’ erba’ snin lill-organizzazzjonijiet b’għan soċjali li mhumiex għall-profitt u

li huma kontrollati mill-Gvern, qed jiġi mħassar peress li l-perjodu kontemplat ta’ erba’ snin li fih kellu

japplika dan l-artiklu issa għadda. Il-Gvern ma jistax jitlob aktar l-iskrizzjoni tal-organizzazzjonijiet

tiegħu li għandhom għan soċjali u li mhumiex għall-profitt.

B. L-Emendi Għall-Kodiċi Civili

ġew emendati d-dispożizzjonijiet eżistenti fil-Kodiċi ¬ivili dwar l-obbligi fiduċjarji, jiġifieri l-artikli

1124A u 1124B tal-Kodiċi ¬ivili, u ġew miżjuda wkoll xi dispożizzjonijiet. Dispożizzjonijiet ġodda ġew

proposti sabiex jirriflettu s-sentenzi reċenti tal-Qorti, u oħrajn ġew introdotti sabiex jiġu regolati b’mod

speċifiku l-obbligi fiduċjarji meta jkunu involuti organizzazzjonijiet, bħal VOs, li għandhom skop iżda l-

ebda benefiċċjarju privat.

L-obbligazzjonijiet fiduċjarji li jippromwovu u jirrispettaw l-iskopijiet iddikjarati, u kif dawn jiġu

inforzati, issa huma indirizzati fid-dettal. ġew nklużi ċerti dikjarazzjonijiet importanti ta’ prinċipju fid-

dispożizzjonjiet il-ġodda, bħal dawk relatati man-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-preskrizzjoni f’każijiet fejn

fiduċjarji għandhom proprjetà li tkun tappartjeni lil persuna oħra, inkluż VO, fil-pussess tagħhom. L-ebda

ammont ta’ żmien ma jwassal sabiex il-proprjetà issir tagħhom. F’dan ir-rigward, jiġu trattati bl-istess

mod kif jiġu trattati, fil-Kodiċi ¬ivili, il-persuni li japproprjaw il-proprjetà bla jedd.

Kjarifika oħra ssolvi l-problema ta’ meta jkun hemm kawża illegali meta l-proprjetà tkun qegħda tinżamm

minn fiduċjarju, per eżempju meta ma jinkisibx permess ta’ l-AIP minn fiduċjarju Malti għal xerrej mhux

residenti jew meta, fit-transazzjoni, jkun hemm ksur tal-liġi fiskali. Il-Qorti, għal raġunijiet legali validi

ħafna, u li ilhom jintużaw għal ħafna żmien, tirrifjuta li tagħti rimedji lill-benefiċjarju f’dawn il-każijiet, u

dan wassal għal nuqqas dwar min huwa s-sid tal-proprjetà, li jistà jkun ta’ opportunità għall-fiduċjarju.

Dan imur kontra l-prinċipji legali kollha f’dan ir-rigward. Dispożizzjoni ġdida tagħti l-awtorità lill-Qorti li

tipprovdi miżuri temporanji, li tagħti ordnijiet xierqa, li tassigura l-osservanza tal-liġi u li jkun hemm

rimedji wara li r-raġuni tal-illegalità tkun ġiet indirizzata mill-partijiet.

Page 15: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

15

Punt ieħor li ilu żmien soġġett għal diskussjonijiet legali, u li ngħata prijorità bil-ħsieb li jiġi indirizzat il-

proġett tat-trusts għall-persuni b’disabilità, jittratta r-regoli legali applikabbli għas-sostituzzjoni tal-

fiduċjarji. Mhuwiex ċar jekk dan jinvolvix trasferiment jew suċċessjoni jew kontinwazzjoni tal-istess

amministrazzjoni. It-trasferimenti, li jistgħu jirreferu għal titolu jew biss pussess, huma kumplessi u

japplikaw diversi regoli ta’ notifika u effetti legali vis à vis terzi, waqt li s-suċċessjoni jew il-

kontinwazzjoni huma aktar semplici peress li jinvolvu biss bidla ta’ fiducjarju mingħajr ma jaffettwaw l-

ebda relazzjoni legali ma’ terzi. Intagħżlu dawn ta’ l-aħħar peress li joffru aktar sigurtà lill-partijiet kollha

inkluż il-beneficjarji, huma aktar effiċjenti u huma anqas għalja. Il-fiduċjarju sostitut bażikament jiġi

trattat bħallikieku kienu l-fiduċjarju oriġinali mill-bidu nett.

C. l-Emendi Għat-Tieni Skeda tal-Kodiċi Civili

Dan l-abbozz jinkludi wkoll emendi sostanzjali għat-Tieni Skeda tal-Kodiċi ¬ivili, Kapitolu 16 tal-Liġijiet

ta’ Malta, (Tieni Skeda), promulgat fl-2007 fl-istess żmien tal-VOA. Din l-Iskeda oriġinarjament ġiet

abbozzata bħala parti mill-VOA, iżda meta rriżulta li l-liġi proposta kienet kumplessa wisq, peress li

indirizzat wisq aspetti, ġie deċiż li l-proġett leġislattiv jinqasam f’żewg liġijiet – il-VOA u t-Tieni Skeda.

L-iskop ta’ dawn l-emendi huwa li jiġu indirizzati kwistonijiet li qamu mill-esperjenzi miksuba,

speċjalment fis-settur tal-volontarjat, wara d-dħul fis-seħħ tat-Tieni Skeda fl-2007, u ukoll sabiex il-liġi

tirrifletti ż-żviluppi ġodda f’dan il-qasam.

Dawn l-emendi huma fil-maġġor parti tagħhom relatati mal-VOA, li hija liġi li tiffoka fuq L-G}ANIJIET

soċjali jew ta’ benefiċċju għall-pubbliku ta’ organizzazzjonjijiet legali. Il-FORMA LEGALI ta’ dawn l-

organizzazzjonjiet, li minbarra trusts, huma jew fondazzjonijiet jew assoċjazzjonjiet, hija regolata mit-

Tieni Skeda tal-Kodiċi Ċivili. Madankollu, peress li l-VOA ma tirregolax l-istess organizzazzjonjiet meta

dawn jinvolvu interess privat, it-Tieni Skeda tirregola l-fondazzjonijiet u l-assoċjazzjonjiet meta l-iskop

tagħhom huwa privat. Għalhekk, xi emendi jindirizzaw dan l-aspett privat ukoll peress li din hija l-

possibilità l-oħra.

ġie kkunsidrat neċessarju li jiġu ndirizzati xi kwistjonijiet b’mod aktar ċar, peress li, f’dawn l-aħħar snin

minn mindu ġiet introdotta din l-Iskeda, mhux dejjem kien faċli li wieħed jifhem id-differenza bejn dawn

iz-żewg kategoriji (benefiċċju soċjali/pubbliku vs. privat) tal-istess forom legali ta’ l-organizzazzjonijiet

(fondazzjonijiet u assoċjazzjonijiet) u kien hemm xi konfużjoni.

L-emendi prinċipali qed jiġu deskritti b’mod ġenerali hawn taħt.

11. Il-Kategorija tal-Organizzazzjoni

Kull organizzazzjoni – irrispettivament mill-forma legali tagħha – tiġi mwaqqfa sabiex jinkiseb skop. Dan

l-iskop jiddetermina l-kategorija tal-organizzazzjoni, u issa d-dispożizzjonijiet jagħmluha ċara li l-

kategorija tistà jkun:

(a) Benefiċċju pubbliku: din hija organizzazzjoni li hija mwaqqfa esklużivament għal għan pubbliku

u li ma tagħmilx profitt, li ma jkun fiha l-ebda benefiċċju privat, u dan jinkludi każijiet meta jistà

jkollha benefiċjarji li għandhom interess pubbliku. Dawn huma definiti speċifikament fl-emendi

u jistgħu jiġu deskritti b’mod ġenerali bħala dawk l-organizzazzjonijiet li huma stess ġew

imwaqqfa esklussivament għal għanijiet soċjali. L-individwi jistgħu jibbenefikaw ukoll f’ċerti

każijiet speċifiċi li jinvolvu bżonnijiet soċjali speċifiċi, iżda din hija eċċezzjoni ristretta ħafna.

(b) Benefiċċju Privat: organizzazzjoni tistà tiġi klassifikata bħala li hija għal benefiċċju privat meta

tiġi mwaqqfa għal skop legali li mhuwiex skop publiku. L-organizzazzjonijiet kollha li MA

Page 16: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

16

JIĠUX imwaqqfa għall-benefiċċju jew skop soċjali/pubbliku huma klassifikati b’mod car bħala

organizzazzjonijiet bi benefiċċju privat.

B’hekk iż-żewġ kategoriji huma identifikati b’mod ċar permezz ta’ test sempliċi – ġew imwaqqfa b’mod

ċar u esklussivament għal skop soċjali/pubbliku jew le?

Jekk jiġu mwaqqfa b’mod ċar u esklussivament għal skop soċjali/pubbliku, f’pajjizi oħra spiss

msejha “karitajiet" huwa possibbli li jieħdu kwalunkwe forma legali tal-fondazzjonijiet (hemm

tnejn, waħda bil-benefiċjarji u oħra mwaqqfa għal skop) u jkunu kwalunke tip ta’ assoċjazzjoni

(klabb tal-isports, klabb tal-banda, tal-passatempi, skejjel, u oħrajn).

Jekk ma jiġux imwaqqfa esklussivament għall-benefiċċju jew skop soċjali/pubbliku, allura, ikun

x’ikun l-iskop u l-għanijiet tagħhom, jiġu regolati mir-regoli normali li jassumu li hemm

benefiċċju privat, dirett jew anke indirett (bħal meta l-iskop legali tagħhom ikun biss it-twettieq

ta’ transazzjoniji kummerċjali), kemm jekk huma fondazzjonijiet jew assoċazzjonijiet.9

Meta l-organizzazzjonijiet huma stabbiliti mill-Gvern huma organizzazzjonijiet pubbliċi, u jiġu regolati

mil-liġijiet li japplikaw għall-Istat u minn liġijiet speċjali li spiss jintużaw għat-twaqqif tagħhom, u

normalment huma msejħa korporazzjonijiet statutorji. Hawnhekk, it-terminu pubbliċi m’għandux jiġi

konfuż ma’ benefiċċju jew skop pubbliku, kif imsemmi hawn fuq, peress li dan juri biss kontroll min-

naħa tal-Istat. S’issa10

l-organizzazzjonijiet pubbliċi ma jistgħux jiġu reġistrati jew regolati minn din l-

Iskeda sakemm il-Gvern ma jiddeċidix li juża’ l-forma legali ta’ fondazzjoni (u dan jiġri ħafna drabi) jew

assoċjazzjoni (mhux probabbli) f’liema każ din l-Iskeda tapplika wkoll.

12. Organizzazzjonijiet Barranin u Internazzjonali

12.1 Personalità Ġuridika u Liġi Applikabli

L-artikli li jirregolaw organizzazzjonijiet barranin u internazzjonali ġew emendati sabiex jiġi ċċarat:

(a) meta dawn l-organizzazzjonijiet jiġu rikonoxxuti bħala Persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet ta’ Malta;

(b) il-liġi li ser tirregola dawn l-organizzazzjonijiet, li tiddependi fuq jekk dawn għandhomx

personalità ġuridika.

Huwa importanti li wieħed jinnota l-approċċ fil-każ ta’ attivitajiet ta’ kummerċ fl-Art. 32A tat-Tieni

Skeda, fejn il-liġi, b’mod partikolari, ma tħeġġiġx it-twaqqif ta’ organizzazzjonijiet b’benefiċċju

pubbliku, bl-għan li jispekolaw u jwettqu attivitajiet kummerċjali diretti. Dan japplika wkoll għall-

fondazzjonijiet barranin li joperaw f’Malta, irrispettivament tal-liġijiet li jirregolaw dawn l-

organizzazzjonijiet. Dan sabiex jiġi żgurat li jeżistu kundizzjonijiet simili għal dawk li japplikaw għall-

organizzazzjonijiet Maltin.

12.2 Reġistrazzjoni

Bil-liġi kif inhi bħalissa, l-organizzazzjonijiet barranin u internazzjonali li jwettqu attività f’Malta b’mod

regolari huma meħtieġa li jirreġistraw mar-Reġistratur għal Persuni ġuridiċi. Qiegħed jiġi propost li dan l-

obbligu ma jkunx japplika għall-organizzazzjonijiet reliġjuzi barranin, u dan, sabiex ikun hemm

9 Għandu jiġi nnutat li xi assoċjazzjonijiet bħal kumpannji, kooperattivi u unjonijiet mhumiex regolati minn din l-Iskeda peress li

huma regolati minn liġijiet speċjali, u minkejja li huma ta’ natura privata m’għandhomx jiġu nklużi f’din id-diskussjoni; 10 Il-Ministru jingħata l-awtorità li jirregola r-reġistrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet pubbli`i sabiex l-istruttura u l-uffiċjali

tagħhom, u kwalunkwe dokumenti oħra li jidhirlu xieraq, ikunu aċċessibbli b’mod faċli għall-pubbliku b’tiftix fir-Reġistru tal-

Persuni ġuridiċi.

Page 17: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

17

konformità mal-libertà tar-reliġjon garantita mill-Kostituzzjoni, u sabiex ikun hemm konsistenza mar-

regoli dwar il-fondazzjonijiet piji u l-entitajiet ekkleżjastiċi li m’għandhomx l-obbligu li jirreġistraw,

peress li huma regolati minn liġijiet reliġjuzi.

L-emendi proposti issa ser jagħtu l-possibiltà lill-organizzazzjonijiet barranin jew internazzjonali li ma

humiex iwettqu attività regolari f’Malta li jirreġistraw, u dan, sabiex jiġu rikonoxxuti u jiġu applikati l-

liġijiet ta’ Malta u mhux biss din l-Iskeda. Dan ikun relevanti meta, per eżempju, dawn l-

organizzazzjonijiet ikunu soċji f’entitajiet Maltin, u jkollhom drittijiet skont il-liġijiet fiskali, li

ġeneralment jirreferu għan-nazzjonalità jew għar-residenza, li huma aspetti differenti minn fergħa jew

attività, li jwasslu għar-registrazzjoni taħt din l-Iskeda. (Din hija għażla).

Huwa importanti li wieħed jinnota li jekk l-attivitajiet tal-organizzazzjoni barranija jew internazzjonali

jkunu suġġetti għal dawk il-liġijiet li jirregolaw istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni,

servizzi ta' investiment jew fondi, jew l-għoti ta' servizzi ta’ trustee, fiduċjarji, servizzi korporattivi, jew

attivitajiet liċenzjabbli jew regolati, din l-organizzazzjoni tistà biss tiġi reġistrata bil-kunsens preċedenti u

bil-miktub ta’ l-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta. Jeżistu xi eċċezzjonijiet taħt il-liġijiet

applikabbli.

Qiegħda tiġi proposta emenda għall-Artiklu 384 tal-Att dwar il-Kumpanniji li, permezz tagħha, r-regola li

tgħid li l-korpi ġuridiċi kollha, tkun xi tkun l-għamla tagħhom, kostitwiti jew inkorporati barra minn

Malta li jistabbilixxu fergħa jew post ta' negozju f'Malta, għandhom jippreżentaw id-dokumenti lill-

Reġistratur tal-Kumpaniji għar-reġistrazzjoni, tkun tapplika biss għall-organizzazzjonijiet legali barranin

li jieħdu l-forma legali ta’ kumpanija u ta’ soċjetà kummerċjali. L-organizzazzjonijiet legali barranin l-

oħra, bħall-fondazzjonijiet, issa jkollhom jirreġistraw skont it-Tieni Skeda, u dan, ser iwassal għall-

konsistenza. Minn issa ‘l quddiem, il-fondazzjonijiet barranin ma jirreġistrawx il-ferghat tagħhom ai

termini tal-Att dwar il-Kumpannij iżda jagħmlu dan fir-Reġistru Għall-Persuni ġuridiċi skont din l-Iskeda.

Ġiet indirizzata ukoll ir-responsabilità ta’ organizzazzjonijiet barranin u internazzjonali li jkollhom

benefiċċju pubbliku. Ir-responsabilità ta’ dawn l-organizzazzjonijiet u dik tal-amministraturi tagħhom hija

soġġetta għar-regoli tat-Tieni Skeda fil-każ tal-attivitajiet tagħhom f'Malta. Dan iżda huwa suġġett għal

kwalunkwe dispożizzjonijiet tal-liġi speċjali li tista’ tapplika.

13. Ir-Reġistru Pubbliku u R-Reġistratur Tal-Persuni Ġuridiċi

Ġew emendati r-referenzi għar-Reġistru Pubbliku fit-Tieni Skeda u issa jirreferu għar-Reġistratur tal-

Persuni ġuridiċi. Dawn l-emendi juru li r-Reġistratur tal-Persuni ġuridiċi jamministra r-Reġistru tal-

Persuni ġuridiċi li jifforma parti mir-Reġistru Pubbliku. Ir-Reġistru Għall-Persuni ġuridiċi huwa

aċċessibbli għall-pubbliku (soġġett għad-dispożizzjonijiet fl-Iskeda).

14. L-Amministraturi

Kull persuna legali għandu jkollha amministratur wieħed li jistà jaġixxi f'isimha jew ikollha n-numru

minimu ta' amministraturi kif titlob il-liġi għall-forma legali partikolari.

L-istatut għandu jinnomina l-ewwel amministraturi, kif dawn jiġu appuntati u mneħħija mill-kariga u ż-

żmien tal-ħatra tagħhom, jekk ikun hemm. It-Titolu dwar il-fondazzjonijiet, li huwa liġi specjali, issa

jippermetti li l-fondazzjonijiet jiġu stabbiliti mingħajr amministraturi sakemm il-persuna li għandha s-

setgħa li taħtar l-amministraturi hija msemmija espressament. Dan hu fattur importanti fil-każ ta’

fondazzjonijiet imwaqqfa b’testmenti jew fondazzjonijiet li ġew stabbiliti għal skop li ser jitwettaq fil-

futur jew li qegħdin jistennew li jseħħ avveniment partikolari, fejn il-ħatra ta’ l-amministraturi ma tkunx

utli peress li ma jkun hemm l-ebda attività sakemm iseħħ dan l-avveniment partikolari. Dan m'għandux

Page 18: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

18

iwassal sabiex il-fondazzjoni ma tkunx tista’ tiġi reġistrata, iżda sal-lum dawn it-tipi ta' xenarji ma kinux

regolati b'mod adegwat u l-emendi jipproponu pożizzjoni.

Is-setgħat tal-Avukat Ġenerali żdiedu fil-każ tal-ħatra ta' l-amministraturi u issa jista’ jitlob lill-Qorti

sabiex taħtar l-għadd neċessarju ta' amministraturi jekk persuna ġuridika ma jkollhiex in-numru minimu

ta' amministraturi meħtieġ mil-liġi. Bħalissa, dan huwa biss possibbli jekk ma jkun hemm l-ebda

amministratur.

Ġew emendati l-artikoli dwar il-persuni li huma eliġibbli li jinħatru jew li jiġu eletti fil-kariga ta’

amministratur u minbarra l-iskwalifiki attwali għall-ħatra, qegħdin jigu proposti dawn li ġejjin:

a. Persuni li ġew interdetti b'ordni ta’ xi qorti f'Malta skont il-Kodiċi Kriminali, jew barra minn Malta;

b. Persuni ħatja ta’ xi reat li jinvolvi l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terrori¿mu.

Barraminnhekk, sabiex jiġi żgurat li l-organizzazzjonijiet Maltin u l-persuni involuti fihom, ikollhom

rimedji akbar sabiex jipproteġu l-integrità u r-reputazzjoni tagħhom, il-Qorti tista' b'mod ġenerali jew

b'referenza għal organizzazzjoni partikolari, tiskwalifika persuna milli żżomm uffiċċju fi ħdan

organizzazzjoni jew tiskwalifika lil persuna milli twettaq attivitajiet identifikati fi ħdan organizzazzjoni.

Ġiet miżmuma s-setgħa tal-Qorti li tirrijabilita persuna.

15. Rappreżentant Lokali

L-Artikli dwar ir-rappreżentanza lokali ġew emendati ukoll. Issa huwa ċar li r-rappreżentant lokali

għandu r-rappreżentanza ġuridika ta’ organizzazzjoni partikolari f’Malta sabiex jiġi evitat il-bzonn tal-

ħatra ta’ kuraturi. Huwa jirċievi n-notifika ta’ atti ġuridiċi f’isem organizzazzjoni Maltija li m’għandha

ebda amministraturi f’Malta. Ir-rappreżentant lokali għandu, barra minn hekk, rappreżentanza legali

limitata, jiġifieri tali rappreżentanza hija limitata għall-iffirmar ta’ formoli fir-Reġistru għal Persuni

ġuridiċi u l-iskrizzjoni ta’ dokumenti ma’ Nutar Pubbliku.

16. Fondazzjonijiet Eżistenti

16.1 Il-Formalità Mat-Twaqqif

Ir-regoli dwar il-fondazzjonijiet eżistenti (jiġifieri fondazzjonijiet li kienu jeżistu qabel l-1 ta’ April 2008)

ġew estiżi u ġew imfassla disposizzjonijiet importanti sabiex il-fondazzjonijiet eżistenti jiġu regolati skont

jekk dawn ġewx stabbiliti b’att pubbliku jew le, u dan peress li matul is-snin minn mindu għadda ż-żmien

li fih il-fondazzjonijiet ezistenti kellhom jiġu regolarizzati, ġew identifikati diversi fondazzjonijiet li ma

ġewx stabbiliti b’att pubbliku:

a. Fondazzjonijiet stabbiliti b’att pubbliku: fondazzjoni eżistenti li ġiet stabbilita b’att pubbliku u li ma

ġietx reġistrata ai termini tat-Tieni Skeda għandha l-kapaċità legali sħiħa u s-setgħat kollha ta’ persuna

legali reġistrata. Illum hija s-sid esklussiv tal-propjetà tagħha kollha u hija responsabbli għall-

obbligazzjonijiet tagħha kollha.

b. Fondazzjonijiet mhux stabbiliti b’att pubbliku: fondazzjoni eżistenti li ma ġietx stabbilita b’att

pubbliku u ma ġietx reġistrata ai termini tat-Tieni Skeda, għandha biss il-kapaċità li tikseb l-għanijiet

speċifiċi tagħha u kwistjonijiet relatati u hija soġġetta għal ċerti restrizzjonijiet. Issa hija s-sid esklussiv

tal-propjetà tagħha kollha, u dan, sabiex jiġi żgurat li ħadd ieħor ma jistà jiddikjara li din il-propjetà hija

tiegħu.

16.2 Responsabbiltà

Page 19: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

19

Ir-responsabbiltà tal-amministraturi ta’ fondazzjoni eżistenti tiddependi fuq jekk din ġietx stabbilita

permezz ta’ att pubbliku jew bi skrittura privata. Wara l-1 ta’ April 2008, l-amministraturi ta’ fondazzjoni

eżistenti – li ma ġietx stabbilita permezz ta’ att pubbliku u li ma ġietx reġistrata – huma responsabbli in

solidum bejniethom u mal-organizzazzjoni għall-obbligazzjonijiet li l-fondazzjoni intrabtet bihom.

Fil-każ ta’ fondazzjoni eżistenti li ġiet stabbilita permezz ta’ att pubbliku u li ma ġietx reġistrata, l-

amministraturi huma responsabbli in solidum bejniethom u mal-organizzazzjoni għall-obbligazzjonijiet li

l-fondazzjoni intrabtet bihom, iżda biss mill-1 ta’ April 2008 sad-data ta’ registrazzjoni tal-fondazzjoni

mar-Reġistratur għal Persuni ġuridiċi. L-amministraturi mhumiex responsabbli għall-obbligi li l-

fondazzjoni eżistenti kellha qabel l-1 ta’ April 2008 sakemm dawn l-amministraturi ma jkunux obbligaw

ruhhom personalment, bil-miktub, għal dawn l-obbligi.

L-għan ta’ dawn l-emendi huwa li jħeġġeġ lill-fondazzjonijiet ezistenti li mhumiex reġistrati u lill-

amministraturi tagħhom sabiex jikkonformaw mal-liġi, li jiġu dokumentati b’att pubbliku, u wara, jiġu

reġistrati fir-Reġistru għal Persuni ġuridiċi. Hija sorpriża kif diversi fondazzjonijiet eżistenti għadhom ma

ikkonformawx mar-rekwiżit tat-Tieni Skeda li jirreġistraw fi żmien 4 snin mid dħul fis-seħħ tat-Tieni

Skeda. Huwa meħtieġ aktar għarfien peress li jidher li hemm nuqqas ta’ tagħrif ta’ dan ir-rekwiżit.

17. Fondazzjonijiet

17.1 Tibdil fl-Abbozzar Minn Fondazzjoni ‘Privata’ Għal Fondazzjoni ‘Benefiċjarja’

Peress li, fil-prattika, id-differenza bejn il-fondazzjonijiet privati u il-fondazzjonijiet benefiċjarji ma kinitx

ċara, ġew emendati diversi artikli fil-liġijiet. It-terminu fondazzjoni privata issa jintuża b’mod limitat għal

TIP ta’ fondazzjoni benefiċjarja fejn il-benefiċjarji huma individwi privati jew entitajiet. Meta l-

benefiċjarji huma organizzazzjonijiet oħra li ma jagħmlux profitt li għandhom benefiċċju pubbliku

esklussiv jew għan soċjali, bħall-Knisja per eżempju, l-organizzazzjoni ma għandiex tiġi msejħa bħala

fondazzjoni privata iżda fondazzjoni b’benefiċċju pubbliku.

Fondazzjonijiet privati huma simili għat-trusts, ftehim fiduċjarju, u huma mogħtija grad ogħla ta’

kunfidenzjalità peress li dawn joperaw b’mod simili għat-testmenti, jindirizzaw kwistjonijiet familjari

privati relatati mal-patrimonju u ħwejjeġ oħra. Organizzazzjonijiet b’benefiċċju pubbliku ma jeħtigux u

ma għandhomx ikunu intitolati għall-kunfidenzjalità. B’hekk, illum issir distinzjoni sabiex ikun hemm

klassifikazzjoni ċara, u ġew ċċarati ir-regoli dwar liema dokumenti u informazzjoni għandhom jiġu

reġistrati fir-Reġistru għal Persuni ġuridiċi, liema huma aċċessibli għall-pubbliku, u liema huma reġistrati

iżda mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku u huwa aċċessibli biss għall-partijiet dikjarati u b’kunsens

dikjarat. Madankollu, fil-fondazzjonijiet privati, xi informazzjoni bażika ssir pubblika, meta din tiġi

reġistrata permezz tal-introduzzjoni ta’ formoli ġodda11

, u terzi persuni li jkunu qegħdin jinnegozjaw mal-

fondazzjoni privata jistgħu jiddependu fuq dawn il-formoli.

Barra minn hekk sabiex jiġu żgurati standards konsistenti mal-impenji internazzjonali, l-Awtorità għas-

Servizzi Finanzjarji ta’ Malta għandha d-dritt li tikseb kull jew kwalunwke informazzjoni, dwar

beneficjarji, per ezempju, anke fil-każ ta’ fondazzjonijiet privati.

17.2 Disposizzjonijiet Kontra L-Abbuż

Ġew introdotti disposizzjonijiet ġodda sabiex persuni li jagħmlu użu mill-fondazzjonijiet, ma jużawx xi

tip ta’ fondazzjoni u jiksbu benefiċċji mhux maħsuba mil-liġijiet. Eżempju tipiku huwa l-mod kif ir-regoli

kienu joperaw mat-terminazzjoni tal-fondazzjonijiet. Meta fondazzjonijiet jippromwovu interess privat,

11 Jekk jogħġbok irreferi għan-Nota tar-Re[istrazzjoni Inizjali, Artiklu 31, it-Tieni Skeda tal-Kodiċi Ċivili, Kap. 16, Liġijiet ta’

Malta;

Page 20: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

20

dawn ma għandhomx joperaw għal terminu ta’ aktar minn mitt sena – illum dan it-terminu ġie estiż għall-

125 sena in konformità mal-emendi riċenti dwar it-trusts.12

Fondazzjonijiet bi skop jistgħu jkunu

perpetwi. Illum, il-liġi tagħmilha ċara li fondazzjoni tkun perpetwa meta tkun esklussivament fondazzjoni

għall-benefiċċju pubbliku, ta’ kwalunkwe tip, inkluża fondazzjoni benefiċjarja. Fondazzjoni bi skop iżda

li MHIJIEX topera bħala fondazzjoni għall-benefiċċju pubbliku, issa mhux ser tkun valida għal aktar

minn 125 sena, kemm-il darba ma hemmx eċċezzjoni imsemmija fl-Iskeda.13

Hemm diversi differenzi oħra li ma jiddependux fuq il-forma legali magħżula (fondazzjoni bi skop

speċjali vs. fondazzjoni benefiċjarja) iżda li jvarjaw skond jekk humiex fondazzjonijiet b’benefiċċju

pubbliku esklussiv jew le. Dawn l-emendi jiżguraw li d-dispożizzjonijiet b’dawn id-differenzi japplikaw

skont is-sustanza u mhux skont il-forma legali.

Ġew inklużi fl-emendi tabelli li jindikaw kif l-artikli tat-Tieni Skeda għandhom jiġu modifikati fil-każ ta':

(i) fondazzjoni bi skop li mhijiex mwaqqfa bħala fondazzjoni għall-benefiċċju pubbliku (il-modifiki

jipprevalu fuq il-forma legali tal-fondazzjoni minħabba l-iskopijiet li mhumiex ta’ benefiċċju

pubbliku) ; u

(ii) fondazzjoni benefiċjarja li hija mwaqqfa esklussivament għall-benefiċjarji b’interess pubbliku (l-

modifiki jipprevalu fuq il-forma legali tal-fondazzjoni minħabba t-tip tal-benefiċjarji tagħha,

peress li fis-sustanza din hija fondazzjoni għall-benefiċċju pubbliku).

17.3 Il-Kontenut Tal-Istatut

Ġie emendat dak li għandu jiġi inkluż fl-istatut tal-fondazzjoni. Dan jinkludi:

(i) indikazzjoni dwar jekk il-fondazzjoni hijiex fondazzjoni għall-benefiċċju pubbliku jew

fondazzjoni privata. Dan huwa rilevanti peress li ma kienx ċar liema dokumenti huma aċċessibbli

għall-pubbliku, u dan jiddependi fuq it-tip ta' fondazzjoni.

(ii) indikazzjoni dwar il-mod li bih l-amministraturi jiġu maħtura u mneħħija mill-kariga u t-tul tal-

ħatra tagħhom, jekk ikun hemm, liema terminu jistà jkun għall-ghomorhom. (Jekk it-terminu tal-

kariga ta’ l-amministraturi ma jkunx iddikjarat fl-att tal-fondazzjoni, l-amministraturi jitqiesu li

nħattru għal terminu indefinit sakemm dawn jirtiraw jew jitneħħew.)

(iii) jekk ma jkunx hemm amministraturi fil-kariga meta l-fondazzjoni tiġi mwaqqfa jew reġistrata, l-

istatut għandu jinkludi indikazzjoni tal-persuna li għandha s-setgħa li taħtar l-amministraturi.

(iv) fejn jeżisti aktar minn bord jew kumitat wieħed, kif huwa spiss il-każ meta jkun hemm bordijiet

ta' konsulenza jew kunsilli ta’ superviżjoni, l-att tal-fondazzjoni għandu, biex jiġi evitat kull

dubju, jispeċifika liema bord jew kumitat għandu jkun il-bord tal-amministrazzjoni.

17.4 Dotazzjonijiet

L-artikolu li jirregola d-dotazzjonijiet mogħtija lill-fondazzjonijiet ġie emendat u ssir distinzjoni bejn

dotazzjonijiet addizzjonali u dotazzjonijiet ġodda. Id-dotazzjonijiet addizzjonali jingħataw taħt l-istess

termini, għall-istess benefiċjarji jew għall-istess skopijiet kif dikjarat fl-istatut tal-fondazzjoni u min jagħti

dawn id-dotazzjonijiet addizzjonali ma jakkwista l-ebda pożizzjoni jew setgħat fir-rigward tal-

fondazzjoni.

12 Ġew inklużi diversi klawzoli sabiex f’`erti każijiet il-fondazzjonijiet jkunu simili għat-trusts bl-għan li jkun hemm ċertezza fl-

interpretazzjoni aktar ‘l quddiem. Dan l-eżerċizzju sar permezz tal-introduzzjoni ta’ artikoli ġodda waqt li oħrajn saru b’referenza

għall-aħħar emendi għall-Att dwar Trusts u Trustees, 2014; 13 Jekk jogħġbok irreferi għall-Artiklu 29(7) li qed ji[i propost, it-Tieni Skeda tal-Kodiċi Ċivili, Kap. 16, Liġijiet ta’ Malta;

Page 21: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

21

Dotazzjoni ġdida hija differenti peress li d-donatur isir fondatur flimkien mal-ewwel wieħed u jitqies li

jgawdi l-pożizzjoni u s-setgħat kollha ta ' fondatur fil-fondazzjoni fir-rigward ta’ dik id-dotazzjoni jew

tal-fondazzjoni kollha.

Dotazzjonijiet addizzjonali u ġodda mogħtija lill-fondazzjonijiet imwaqqfa għall-benefiċċju pubbliku

huma irrevokabbli minkejja kull terminu fl-istatut li jgħid il-kuntrarju. F’fondazzjonijiet oħra li mhumiex

għall-benefiċċju pubbliku, il-fondaturi għandhom l-għażla li jagħmlu dotazzjonijiet revokabbli.

17.5 Emendi Għall-Istatut ta’ Fondazzjoni

L-emendi proposti jindikaw il-mod li bih għandhom isiru l-bidliet għall-istatut ta’ fondazzjoni u l-

proċedura tvarja skont jekk ikunx hemm formola sabiex dawn il-bidliet jiġu notifikati lir-Reġistratur għal

Persuni ġuridiċi. Jekk ikun hemm formola, ma jkunx hemm bżonn att pubbliku għal kwalunkwe bidla fl-

istatut, iżda jkun neċessarju biss li l-formola relatata tiġi reġistrata fir-Reġistru.

Jekk, min-naħa l-oħra, ma jkun hemm l-ebda formola, dawn il-bidliet għandhom isiru permezz ta'

riżoluzzjoni, skrittura privata (li għandhom jiġu tranżuntati fl-atti ta’ Nutar Pubbliku) jew att nutarili u

mbagħad għandhom jiġu reġistrati fir-Reġistru min-Nutar li jippubblika jew jittranżunta l-att.

17.6 Aċċessibiltà ta’ Dokumenti Reġistrati

L-emendi jindikaw wkoll liema dokumenti huma aċċessibbli għall-pubbliku u liema huma kunfidenzjali.

Fil-każ ta’ fondazzjonijiet privati, kull dokument, stqarrija jew dikjarazzjoni ppreżentata lir-Reġistratur,

mhux ser tkun aċċessibbli minn terzi mingħajr il-kunsens minn qabel u bil-miktub tal-amministraturi jew

tal-kunsill ta' superviżjoni tal-fondazzjoni jew bil-permess tal-Qorti14

. Madankollu it-tranżazzjonijiet li,

skont il-liġi, għandhom jiġu reġistrati fir-Reġistru Pubbliku mhumiex ser ikunu soġġetti għall-

kunfidenzjalità.

Fil-każ ta' fondazzjonijiet privati, il-persuna li tapplika għar-reġistrazzjoni tal-fondazzjoni għandha

tippreżenta, flimkien mad-dokumenti l-oħra, Nota ta' Reġistrazzjoni Inizjali u l-informazzjoni inkluża

f’din in-nota tkun aċċessibbli għall-pubbliku, u dan, minkejja l-kunfidenzjalità mogħtija lill-

fondazzjonijiet privati. Persuni li jkollhom x’jaqsmu mal-amministraturi ta' fondazzjoni privata minħabba

l-proprjetà tal-fondazzjoni m’ghandhomx għalfejn jistaqsu dwar it-termini tal-fondazzjoni jew jiksbu l-

kunsens tal-benefiċjarji jew ta’ kwalunkwe persuna oħra. Jistgħu pjuttost joqogħdu fuq dikjarazzjonijiet

magħmula mill-amministraturi fil-każ ta' kwalunkwe kwistjoni u l-amministraturi għandhom is-setgħa li

jagħtu lil kwalunkwe persuna li jkollhom x’jaqsmu magħha fl-interess tal-fondazzjoni, ċertifikat li jkun

fih informazzjoni speċifika mingħajr ma jkunu qegħdin jiksru l-obbligu tagħhom ta’ konfidenzjalità skont

it-Tieni Skeda.

17.7 Emenda Għall-Iskop Tal-Fondazzjoni

Fundatur jew, jekk jippermetti l-istatut, kwalunkwe persuna jew korp, jistgħu jemendaw jew iżidu mat-

termini ta’ fondazzjoni bi skop. Wara l-mewt tal-fundatur, il-Qorti tistà tawtorizza kull emenda jew żieda

għall-istatut ta’ fondazzjoni bi skop, fuq l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe amministratur, kunsill ta’

superviżjoni, kull parti interessata, jew l-Avukat Ġenerali.

17.8 Terminazzjoni

Fondazzjoni ma tistax tiġi terminata qabel ma jiskadi t-terminu li għalih tkun ġiet stabbilita, għalkemm

fondazzjoni benefiċjarja tista’ tiġi terminata fuq talba tal-benefiċjarji kollha tal-fondazzjoni sakemm

14

Il-fundatur jista’ jirrinunzja espressament għal din il-kunfidenzjalità;

Page 22: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

22

jeżistu kollha, ġew aċċertati, u ħadd minnhom ma huwa interdett jew minuri. Jekk il-fundatur ikun għadu

ħaj, il-kunsens tiegħu jkun meħtieg sabiex il-fondazzjoni tiġi terminata mill-benefiċjarji. Wara l-mewt tal-

fundatur, il-Qorti għandha s-setgħa li tittermina u tagħlaq kull fondazzjoni benefiċjarja meta ssir talba

mill-benefiċjarji kollha tal-fondazzjoni. It-terminazzjoni ma taffettwax u ma tinvalidax atti li diġà ġew

eżegwiti, u lanqas ma tinterrompi atti legali li jkunu qegħdin jiġu attwati. Ma taffettwax obbligi legali li

jkunu għadhom ma twettqux.

L-emendi jindirizzaw kif l-assi ta’ fondazzjoni bi skop għandhom jiġu mqassma u kwalunkwe

disponiment tal-assi skont l-istatut tal-fondazzjoni għandu jsir kif indikat:

(i) fil-każ ta’ fondazzjoni bi skop imwaqqfa għall-benefiċċju pubbliku lill-fondazzjoni bi skop oħra

imwaqqfa għall-benefiċċju pubbliku;

(ii) fil-każ ta’ fondazzjoni bi kwalunke skop ieħor, skont l-istatut tal-fondazzjoni.

L-emendi jiċċaraw ukoll kif il-Qorti għandha tiddisponi mill-assi. (Dan ivarja skont jekk il-fondazzjoni

ġietx mwaqqfa għall-benefiċċju pubbliku jew jekk għandiex skopijiet differenti, b’uħud minnhom ikunu

għal skopijiet privati u oħrajn ikunu għal skopijiet pubbliċi).

18. Assoċjazzjonijiet

18.1 L-Istatut:

Saru xi emendi wkoll għall-artikoli li jirregolaw l-assoċjazzjonijiet, partikolarment il-kontenut tal-

istatut15

u r-responsabilità tal-membri. L-amministraturi jistgħu jinħatru bi kwalunkwe mod fosthom

b'avviż bil-miktub, b’elezzjonijiet fost il-membri, b’nomina mill-amministraturi jew kif jiddetermina l-

istatut.

Fil-każ ta' assoċjazzjonijiet għall-benefiċċju pubbliku, il-maġġoranza tal-amministraturi għandhom

jinħatru permezz ta' elezzjonijiet fost il-membri waqt laqgħa ġenerali, u l-maġġoranza tal-amministraturi

għandhom jiġu konfermati mil-laqgħa ġenerali tal-membri mill-anqas darba kull ħames snin.

18.2 Liġi Applikabbli u R-Responsabilta’ Tal-Membri

ġew introdotti emendi ġodda li jirregolaw il-mod kif għandhom jiġu regolati l-assoċjazzjonijiet, u dan,

skont jekk dawn ġewx imwaqqfa għall-promozzjoni ta’ interess privat jew jekk ġewx imwaqqfa bħala

organizzazzjonijiet bi skopijiet pubbliċi.

Fil-każ ta’ assoċjazzjonijiet imwaqqfa bħala organizzazzjonijiet bi skopijiet privati, ir-responsabilità tal-

membri tal-assoċjazzjoni lejn terzi (li magħhom l-assoċjazzjoni tkun iffirmat kuntratt) qiegħda tiġi wkoll

ikkunsidrata fid-dettal. Dawn il-membri huma risponsabbli b’mod proporzjonali għal sehemhom fil-

profitti u fit-telf, jew b’mod proporzjonali għall-benefiċċju jew l-interess tagħhom fl-assoċjazzjoni, skont

liema tkun l-ogħla. Meta s-sehem fil-profitti jew il-benefiċċju jew l-interess ma jkunx determinat fuq il-

bażi ta’ proporzjoni speċifika, ir-responsabilità tal-membri tiġi bbażata fuq il-proporzjon tal-

kontribuzzjoni monetarja tagħhom meta mqabbla mal-kontribuzzjonijiet kollha tal-membri.

Ir-responsabilità tal-membri ta’ assoċjazzjonijiet stabbiliti bħala organizzazzjonijiet bi skop pubbliku lejn

terzi ġiet ikkunsidrata separatament u tvarja skont jekk l-assoċjazzjoni hijiex reġistrata mar-Reġistratur

għal Persuni ġuridiċi.

15

Il-kategorija tal-assoċjazzjoni għandha, per eżempju, tiġi inkluża fl-istatut meta l-assoċjazzjoni tigi stabbilita

għall-benefiċċju pubbliku. Jekk l-ebda terminu ma ji[i speċifikat fl-istatut tal-assoċjazzjoni, l-assoċjazzjoni għandha

titqies li [iet stabbilita g]al perijodu indefinit;

Page 23: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

23

18.3 Ir-Reġistru Tal-Membri

Ir-Reġistru tal-Membri ta’ persuni li jidħlu jew jitilqu minn assoċjazzjoni ma jiġix reġistrat mar-

Reġistratur għal Persuni ġuridiċi iżda kwalunkwe qorti jew awtorità, inkluż il-Kummissarju għal

Organizzazzjonijiet Volontarji (fil-każ ta’ organizzazzjoni volontarja), tistà titlob informazzjoni dwar il-

membri. Fil-każ ta’ organizzazzjoni bi skop pubbliku fil-forma ta’ assoċjazzjoni, ir-Reġistru jistà jiġi

reġistrat mar-Reġistratur għal Persuni ġuridiċi u, f’kull każ, ikun għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. (Huwa

wkoll aċċessibli minn kull membru.)

19. Organizzazzjonijiet Ibridi

L-artikli li jirregolaw l-organizzazzjonijiet ibridi ġew trasferiti mill-Artikolu 28 tat-Tieni Skeda għall-

Artiklu 6 li jirregola organizzazzjonijiet eżistenti. Dan qiegħed isir sabiex ikun ċar illi l-artikli li

jirregolaw l-organizzazzjonijiet ibridi għandhom jiġu kkunsidrati ta’ natura tranżitorja. Il-fondazzjonijiet

ma għandux ikollhom membri iżda jeżistu ħafna strutturi Maltin li jissejħu fondazzjonijiet u li l-istatut

tagħhom jirreferi għal membri. Għall-kuntrarju, l-assoċjazzjonijiet huma obbligati li jkollhom membri bi

drittijiet ta’ parteċipazzjoni u drittijiet demokratiċi.

Mhux ser ikun possibili li wieħed jirreġistra fondazzjoni jew assoċjazzjoni permezz tat-Tieni Skeda meta

din tkun imwaqqfa bħala organizzazzjoni ibrida u l-istatut ta’ organizzazzjoni ibrida għandu jiġi emendat

sabiex tintagħżel il-forma ta’ fondazzjoni jew ta’ assoċjazzjoni qabel din tiġi reġistrata.

20. Organizzazzjonijiet Mhux Reġistrati

L-artikli li jirregolaw l-organizzazzjonijiet mhux registrati gew emendati wkoll.

Kif inhi bħalissa l-liġi, l-iskopijiet ta’ dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jiġu interpretati b’mod

ristrett. Minkejja li l-liġi l-ġdida tkompli tirregola espressament illi l-organizzazzjonijiet mhux reġistrati

għandhom is-setgħat legali biex jiksbu l-għanijiet speċifiċi li għalihom ġew mwaqqfa, tneħħew ir-

referenzi li dawn is-setgħat huma strettament limitati għal dak li huwa neċessarju sabiex dawn l-

organizzazzjonijiet jiksbu l-għanijiet li għalihom ġew espressament stabbiliti. Dan wassal għal

interpretazzjoni restrittiva mhux raġjonevoli, li affetwat b’mod negattiv l-iskop tal-artikli.

L-emendi jikkjarifikaw ukoll kif tinżamm il-proprjetà akkwistata minn organizzazzjoni mhux reġistrata,

peress li organizzazzjoni mhux reġistrata ma għandiex personalità ġuridika. Dan jiddependi fuq jekk l-

organizzazzjoni mhux reġistrata ġietx imwaqqfa għal:

(a) skop privat – proprjetà tal-promotur sakemm mhux iddikjarat espressament il-kuntrarju;

(b) in parti għal skop privat u in parti għal skop soċjali jew xi skop pubbliku ieħor – tkun proprjetà

tal-benefiċċju privat soġġett għall-esekuzzjoni mill-promoturi jew l-amministraturi tal-iskop

soċjali jew skop ieħor ta’ natura pubblika, u dan, sakemm l-iskop jinkiseb, jiġi eżawrit jew isir

impossibili li jintlaħaq. B’mod alternattiv, parti sostanzjali tal-proprjetà tistà tingħata jew tiġi

dotata lill-organizzazzjoni reġistrata bi skop pubbliku li jkollha skop simili; jew

(c) mwaqqfa biss għal skop soċjali jew skop ieħor ta’ natura pubblika – il-proprjetà tinżamm mill-

promoturi jew amministraturi bħala sidien fiduċjarji għall-iskopijiet indikati fl-istatut jew f’liġi

speċjali li tistà tkun tapplika għaliha.

L-emendi jiċċaraw ukoll kif il-proprjetà tiġi trasferita meta organizzazzjoni mhux reġistrata tiġi

terminata. Dan jiddependi wkoll fuq jekk organizzazzjoni mhux reġistrata hijiex stabbilita bħala

organizzazzjoni għal skop pubbliku jew bħala organizzazzjoni għal skop privat għaliex ir-riżultat jkun

differenti, għal raġunijiet ovvji.

Page 24: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

24

ġiet ukoll indirizzata r-risponsabilta’ ta’ kull membru, donanti jew benefiċjarju involut f’organizzazzjoni

mhux reġistrata li jkollha skop pubbliku. Dawn il-persuni ma humiex responsabbli għall-obbligi ta’ din l-

organizzazzjoni ħlief meta:

(i) jaċċettaw espressament li jkunu responsabbli;

(ii) jkunu daħlu f’dawn l-obbligi fi żmien meta kienu, jew kellhom ikunu, jafu li l-organizzazzjoni

kienet ser tiġi xolta minħabba falliment;

(iii) huma ħatja ta’ frodi jew mala fede meta jassumu kwalunkwe obbligi għan-nom tal-

organizzazzjoni.

21. Il-Kontinwazzjoni Tal-Organizzazzjonijiet

Il-kontinwazzjoni tal-organizzazzjonijiet li mhumiex kumpaniji b’responsabbiltà limitata, li huma regolati

mir-Regolamenti dwar Kontinwazzjoni ta’ Kumpanniji (Liġi Sussidjarja 386.05), qiegħda ssir dejjem

aktar relevanti, anke fil-kuntest ta’ organizzazzjonijiet mhux għall-profitt u li jgawdu wkoll l-istess

drittijiet ta’ libertà’ ta’ moviment fl-Unjoni Ewropeja. ġie inkluz fit-Tieni Skeda artikolu ġdid dwar il-

kontinwazzjoni f’Malta ta’ organizzazzjoni barranija. Wara din l-emenda, organizzazzjoni mwaqqfa u

inkorporata jew reġistrata skont il-liġijiet ta’ stat fl-Unjoni Ewropeja jew fiż-|ona Ekonomika Ewropeja, li

mhuwiex Malta tista’, soggetta għal ċerti kondizzjonijiet, titlob li tiġi reġistrata li qiegħda tkompli l-

attività tagħha ġewwa Malta. Organizzazzjoni ta’ dan it-tip trid tiġi reġistrata f’Malta bl-istess forma

ġuridika skont il-liġi tal-pajjiz jew il-ġurisdizzjoni barranija. Jekk ma teżistix forma simili, għandha

tintgħazel il-forma li tixbaħha l-aktar. Wara l-kontinwazzjoni, il-liġi Maltija tirregola l-organizzazzjoni.

L-artiklu l-ġdid jistabbilixxi wkoll li organizzazzjoni reġistrata skont it-Tieni Skeda tistà tkompli teżisti

wkoll fi kwalunkwe stat tal-Unjoni Ewropeja jew fiż-Żona Ekonomika Ewropeja meta tkun awtorizzata li

tagħmel dan fl-istatut tagħha.

22. Amalgamazzjoni ta’ Organizzazzjonijiet

Ir-Regolamenti dwar l-Amalgamazzjoni ta’ Organizzazzjonijiet, Liġi Sussidjarja 16.09, tħassru peress illi

l-artikli ġew inkorporati fit-Tieni Skeda tal-Kodiċi Ċivili. L-artikli tal-Att dwar il-Kumpanniji japplikaw

mutatis mutandis fil-każ tal-amalgamazzjoni ta’ żewg assoċjazzjonijiet jew iktar.

23. Organizzazzjonijiet li Mhumiex Effettivi

Ġew introdotti artikli ġodda sabiex jiġu reġolati l-organizzazzjonijiet li ma jkunux għadhom effettivi u r-

Reġistratur għal Persuni ġuridiċi jistà issa jikkanċella mir-Reġistru kull organizzazzjoni reġistrata meta

jkollu raġuni valida li jaħseb li din mhijex qiegħda topera, u dan, billi jsegwi l-proċedura mfassla fl-

emendi proposti.

Organizzazzjonijiet li ma jkunux għadhom effettivi jistgħu jerġgħu jinġiebu fis-seħħ permezz ta’

proċedura ġdida nkluza fl-emendi u ġew inklużi dispożizzjonijiet f’dan ir-rigward sabiex jiġi protett

kwalunwke kreditur jew kwalunkwe persuna (li l-Qorti jidhrilha li ghandha interess) li tħossha aggravata

mill-fatt li l-isem tal-organizzazzjoni gie mneħħi mir-Reġistru.

24. Ċelluli Segregati

Saru emendi importanti fil-każ tal-artikli li jirregolaw iċ-ċelluli segregati, u ħafna minnhom ġew inklużi

minħabba inizzjattiva importanti fil-każ ta’ familji li jkollhom membri b’dizabilità.

24.1 Amministrazzjoni

Ċellula tiġi amministrata mill-amministraturi tal-organizzazzjoni. L-amministraturi jistgħu, jekk huma

awtorizzati mill-istatut, jistabbilixxu kumitat amministrattiv u jistgħu jiddelegaw kwalunkwe mis-setgħat

tagħhom lil dan il-kumitat amministrattiv. Din id-delega ma tillimitax is-setgħat tal-amministraturi tal-

Page 25: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

25

organizzazzjoni fir-rigward taċ-ċellula u ma tinkludix ir-rappreżentanza legali u ġuridika tal-attiv u tal-

passiv taċ-ċellula.

24.2 Trasferiment ta’ Ċelluli

Issa huwa possibbli li ċellula ta’ organizzazzjoni (organizzazzjoni li qed tittrasferixxi) tiġi trasferita lil

organizzazzjoni oħra (organizzazzjoni li tirċievi). Il-patrimonju taċ-ċellula xorta jikkostitwixxi patrimonju

distint u l-kredituri tal-organizzazzjoni li tirċievi ma jistgħux jirrikorru għall-attiv taċ-ċellula trasferita jew

tal-organizzazzjoni li ttrasferiet. Id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta’ terzi ma jiġux affettwati iżda jkomplu

bħala drittijiet u obbligazzjonijiet tal-organizzazzjoni li tirċievi fir-rigward taċ-ċellula trasferita.

24.3 It-Twaqqif ta’ Ċellula F’Organizzazzjoni Ġdida

Huwa possibbli li ċellula tinbidel f’organizzazzjoni ġdida. Din iċ-ċellula għandha tieħu l-istess forma

legali tal-organizzazzjoni li tkun ġiet stabbilita fiha. Il-kontinwità hija assigurata billi l-amministraturi taċ-

ċellula jkunu l-amministraturi tal-organizzazzjoni l-ġdida, li jkollha l-istess għanijiet u benefiċjarji taċ-

ċellula. Id-drittijiet u obligazzjonijiet tal-organizzazzjoni (rigward iċ-ċellula) u ta’ terzi jkomplu jeżistu

bħala drittijiet u obligazzjonijiet tal-organizzazzjoni l-ġdida. Il-kredituri taċ-ċellula jingħataw ukoll l-

opportunità li joġġezzjonaw jekk l-organizzazzjoni l-ġdida (ċioe’ l-forma legali l-ġdida) toħloq

limitazzjonijiet fuq il-passiv tal-organizzazzjoni jew fuq l-amministraturi jew l-membri tagħha b’mod

differenti minn dawk taċ-ċellula. Barra minn hekk, il-partijiet interessati għandhom jiġu notifikati mill-

amministraturi dwar it-twaqqif taċ-ċellula bħala organizzazzjoni ġdida.

Kredituri ta’ ċellula jistgħu joġġezzjonaw għat-trasferiment ta’ ċellula jew għat-twaqqif ta’ ċellula

f’organizzazzjoni ġdida b’rikors ġuramentat. Il-Qorti tistà (a) jew tilqa’ l-oġġezzjoni jew (b) tawtorizza t-

trasferiment jew it-twaqqif tal-organizzazzjoni l-ġdida fuq l-għoti ta’ garanzija.

Organizzazzjoni reġistrata tistà wkoll tinbidel f’ċellula ta’ organizzazzjoni b’ħafna ċelluli.

Dawn l-emendi huma prinċipalment motivati minn proġetti mnegħdija mill-Gvern dwar strutturi

fiduċjarji, bħal ma huma t-trusts u l-fondazzjonijiet, għall-benefiċċju ta’ persuni b’diżabilità. F’dak il-

kuntest, dawn l-emendi jipprovdu għat-twaqqif ta’ fondazzjonijiet għall-persuni b’diżabilità li jkollhom

ħafna ċelluli li jistgħu jintużaw minn familji differenti, bi prezz baxx u b’aktar protezzjoni. Dawn l-

emendi l-ġodda ser iżidu flessibiltà importanti peress li jekk familja li tuża’ fondazzjoni b’ħafna ċelluli

tixtieq (a) titlaq minn fondazzjoni u tkun parti minn oħra, għal kwalunkwe raġuni, jew (b) titlaq minn

fondazzjoni u tistabbilixxi fondazzjoni għall-familja tagħħa, issa tista’ tagħmel dan, b’mod faċli, peress li

ġew introdotti regoli speċifiċi. Naturalment, din il-faċilità tapplika b’mod ġenerali u hija bħal bidla fi

trustee għall-istess benefiċjarji u għall-istess skopijiet, u dan, huwa diġà possibbli fil-liġi tat-trusts u huwa

diġà s-suġġett ta’ eżenzjonijiet statutorji. Peress illi ma hemmx xi bidla sostanzjali fl-interess benefiċjali,

bidla fl-amministraturi ma tinvolvix xi taxxa fuq il-qligħ kapitali jew xi taxxa fuq dokumenti u

trasferimenti.

25. Emendi Oħra

25.1 Tifsiriet

Ġew introdotti tifsiriet ġodda fit-Tieni Skeda sabiex jgħinu fl-interpretazzjoni ta’ temi ġenerali u speċifiċi

li huma l-bażi tal-emendi proposti, u sabiex jiġu indirizzati xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni, bħal:

(a) strument kostituttiv, statut u att tal-fondazzjoni sabiex tiġi evitata inkonsistenza fl-użu tagħhom

u interpretazzjoni riġida wisq;

Page 26: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

26

(b) organizzazzjonijiet internazzjonali u organizzazzjonijiet reliġjuzi;

(c) skop pubbliku, li issa huwa aktar wiesgħa minn skop soċjali, peress li jinkludi wkoll kull skop

jew benefiċċju ieħor li jippromwovi jew iservi l-pubbliku ġenerali jew l-interess ġenerali jew

settur tal-pubbliku ġenerali;

(d) hawnhekk skop soċjali, b’kuntrarju għall-VOA, jinkludi skop politiku (ukoll definit) għall-

finijiet tat-Tieni Skeda. F’din il-parti tal-liġi, il-partiti politiċi huma regolati peress illi r-regoli

tat-Tieni Skeda jittrattaw il-FORMA u kull partit politiku għandu forma legali. Huwa indikat

b’mod ċar illi din il-liġi għandha tiġi interpretata b’mod konsistenti mal-liġi dwar il-

finanzjament tal-partiti politiċi u f’każ ta’ kunflitt dik il-liġi tapplika bħala liġi speċjali.

25.2 Responsabilità

Ġiet emendata r-responsabilità ta’ persuni li jaġixxu għan-nom ta’ persuna legali li ma teżistix. Dawn l-

emendi ġew introdotti sabiex jiġi evitat l-abbuż minn persuni li jkunu qegħdin jidhru li qegħdin jaġixxu

għan-nom ta’ organizzazzjoni legali.

Jekk terz in bona fede jittratta ma’ persuna li taġixxi għan-nom ta’ organizzazzjoni legali li tkun għadha

ma ġietx imwaqqfa, meta din l-organizzazzjoni tiġi mwaqqfa u tkun kontrollata minn, jew hija għall-

benefiċċju ta’ din il-persuna, kwalunkwe negozju ma’ terz jiġi kkunsidrat bħala li sar mill-organizzazzjoni

mingħajr il-bżonn ta’ kwalunkwe ratifika. L-organizzazzjoni tistà mbagħad tiġi indennizata mill-persuna

li aġixxiet għan-nom tagħha mat-terz.

Din l-emenda ssaħħaħ l-artikli eżistenti li, fi kwalunkwe każ, jagħmlu lil din il-persuna responsabbli.16

25.3 Kontijiet

Ir-regoli dwar il-kontijiet li għandhom jinżammu mill-organizzazzjonijiet ġew emendati, u dan, sabiex tiġi

ndirizzata l-ħtieġa għal aktar trasparenza f’konformità mal-aspettattivi kemm lokali, kif ukoll

internazzjonali.

Saret distinzjoni bejn l-organizzazzjonijiet stabbiliti għall-benefiċċju pubbliku u l-organizzazzjonijiet

stabbiliti għall-benefiċċju privat. Sakemm jiġu preskritti regoli speċifiċi, l-organizzazzjonijiet stabbiliti

għall-benefiċċju pubbliku għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-

organizzazzjonijiet volontarji iskritti, u dan, irrispettivament jekk dawn l-organizzazzjonijiet jkunux ġew

iskritti jew le.

Linji gwida li jinħarġu mill-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta dwar it-trustees japplikaw għall-

fondazzjonijiet privati, u fil-każ ta' fondazzjonijiet li jwettqu transazzjonijiet kummerċjali,

dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji japplikaw mutatis mutandis.

D. Emendi Għal Liġijiet Oħra

Minħabba l-emendi li qegħdin jiġu proposti għall-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji u t-Tieni

Skeda tal-Kodiċi Ċivili, qegħdin jigu proposti wkoll numru ta' emendi konsegwenzjali għal-liġijiet oħra.

Dawn il-liġijiet huma:

(a) l-Att dwar il-Ġbir Pubbliku:

Opinjoni waħda hija li din il-liġi wettqet il-funzjonijiet tagħha u għandha tiġi emendata jew abrogata.

16F’dan il-ka\, g]andha ssir referenza g]all-Artiklu 4 (7), it-Tieni Skeda tal-Kodi`i ¬ivili, Kap. 16, Li[ijiet ta’ Malta.

Page 27: WHITE PAPER - meae.gov.mt · 6 dawn huma biss linji gwida, u f’sens tekniku mhumiex vinkolanti iżda għandhom jinfluwenzaw l- interpretazzjoni. 2.2.1 L-Iskeda Ġdida: Il-prinċipji,

27

Jekk il-pulizija żżomm il-funzjoni li tieħu ħsieb il-ġbir pubbliku permezz tal-ħruġ ta’ permessi, il-pulizija

tibqa’ tiġi mgħobbija b’mod mhux neċessarju. Minħabba dan, tqum il-mistoqsija dwar liema hija l-

awtorità kompetenti li għandha tieħu ħsieb dawn il-kwistjonijiet burokratiċi. Minkejja dan, mhuwiex fil-

mandat tal-Kummissarju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji li jieħu ħsieb il-ġbir pubbliku għal tliet

raġunijiet:

1. organizzazzjonijiet volontarji iskritti ma għandhomx bżonn permess sabiex iwettqu ġbir pubbliku;

2. organizzazzjonijiet li mhumiex iskritti huma projbiti milli jwettqu ġbir pubbliku; u

3. meta ma jkunux volontarji, l-organizzazzjonijiet ma jaqgħux fl-ambitu tiegħu.

L-abrogazzjoni ta’ din il-liġi toħloq nuqqas f’ċerti oqsma bħal, per eżempju, fil-każ ta’ kumpaniji privati

jew individwi li jagħmlu talbiet lill-pubbliku għall-fondi. Skont il-liġi tal-kumpanniji, dan jista’ jinqabad

mir-regoli dwar l-offerti ta’ sigurtajiet iżda barra minn dak l-ambitu, ma hemm l-ebda linji gwida. L-

introduzzjoni ta’ regoli riveduti dwar l-organizzazzjonijiet temporanji fil-VOA għandha l-għan li tirregola

il-ġbir pubbliku għal każijiet individwali li jiffurmaw parti mill-iskopijiet ġenerali ta’ karità jew l-

iskopijiet soċjali/benefiċċju pubbliku. Il-partiti politiċi huma eżenti mill-Att dwar il-Ġbir Pubbliku, u

għalhekk, f’dan il-każ id-dibattitu huwa newtrali. Barra dawn il-każijiet hemm possibilitajiet oħra.

(b) l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili;

(c) l-Att dwar l-Arbitraġġ;

(d) l- Att dwar il-Kumpanniji.

Barraminnhekk, dawn l-emendi se jkunu jeħtieġu wkoll emendi konsegwenzjali għar-regolamenti, b’mod

partikolari r-Regolamenti dwar Notifiki u Formuli taħt it-Tieni Skeda tal-Kodici Civili: Legislazzjoni

Sussidjarja 16.08.

Stedina Għall-Kummenti mill-Pubbliku

Kull persuna li tixtieq tikkumenta jew tagħti xi suġġerimenti fuq l-abbozz tal-liġi li qed jiġi anness ma’

din il-White Paper għandha tikteb lill-Ministeru:

Il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili

Barriera Wharf

Valletta VLT 1971

Il-kummenti kollha għandhom jaslu lill-Ministeru sa mhux aktar tard mis- 6 ta’ Lulju 2016.