TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm...

28
ŻJARA TAL-MOSKEA Aħmad u Sara Jżuru l-Moskea

Transcript of TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm...

Page 1: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

1

ŻJARA TAL-MOSKEA

Aħmad u Sara Jżuru l-Moskea

Page 2: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu
Page 3: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

Żjara tal-MoskeaAħmad u Sara Jżuru l-Moskea

RASHID AHMAD CHAUDHRY

AHMADIYYA MUSLIM JAMAAT MALTA

Page 4: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

AHMAD AND SARAH GO TO MOSQUE(IN MALTESE LANGUAGE)

****************************

ŻJARA TAL-MOSKEAAĦMAD U SARA JŻURU L-MOSKEA

Kitba ta’Rashid Ahmad Chaudhry

© Islam International Publications Ltd.

Tradott għall-Malti u ppubblikat f ’Malta (2015)

Pubblikazzjoni ta’

AHMADIYYA MUSLIM JAMAAT MALTA

Tel: +356-27342401 ● Tel: +356-21322105Mob: +356-79320139 ● Fax: +356-27322105

Email: [email protected]

www.ahmadija.org.mtwww.ahmadiyyamalta.org

978-1-84880-678-8

Stam

pa: ©

shu

tter

stoc

k.co

m

Page 5: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

It-Talb 1

It-TalbIndividwaliuFlimkien 2

It-Talbtal-Ġimgħa 4

Il-Wużu 5

It-Tajammum 7

Talbtal-Ġurnata 8

Ħinit-Talb 10

Il-Moskea 11

L-Imam 12

L-Ażan 14

Diskorsil-Ġimgħa 16

Eżerċizzju 19

Glossarju 20

WERREJ

Page 6: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

INTRODUZZJONIAħmad u Sara jżuru l-Moskea huwa t-tieni ktieb f’din is-sensiela,miktubspeċifikamentgħat-tfallijixtiequjkunujafuaktardwarl-Iżlam.F’dawnil-kotbat-tagħlimtal-Iżlamhuwamwassalf’għamlata’storjaħalli jqajjem il-kurżità fit-tfal u jżommilhom l-interess. Nittamawli jieħdu gost jaqrawhom. L-istil, il-lingwaġġ, l-illustrazzjonijiet ul-produzzjonita’dawnil-kotbahumakollhaaddattatigħaldanil-għan.

Il-ġenituri,l-għalliemaul-anzjanihumamħeġġabiexjużawdawnil-kotbafid-djaru l-klassijiet tagħhom.Jistgħujintużawfilgħoduwaqtil-kolazzjon, filgħaxijameta l-familja tkunmiġbura flimkien, u fis-soddaħallijittieħedl-akbarbenefiċċjuminnhom.Huwafattmagħruflil-ideat,miżrugħinfil-moħħtat-tfal,jibqgħumagħhomsametajikbru.

Aħnanilqgħukullsuġġerimentgħat-titjibta’dawnil-kotba.

JallaAlla jilqa’ l-isforz umli tagħnabiexnipproduċudawn il-kotbagħall-ġenerazzjoni żagħżugħa, biċċa xogħol li hija kemm kbira kifukollurġentiuliaħnadħalnagħalihab’umiltàsħiħa.

Is-Segretarju,Il-Kumitattal-Kotbatat-Tfal,Londra.3ta’April,1991.

Traduzzjoni bil-Malti:

Qegħdinnippreżentawit-traduzzjonibil-Malti ta’dan il-ktiebgħall-qarrejja tagħna.Din hija l-ewwel edizzjoni ta’ dan il-ktieb bl-ilsienMalti,ippubblikatafl-2015.

Page 7: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

1

F’Isem Alla, Kollu Ħniena, il-Ħanin

It-Talb:

“QumAħmad!Qummalajr!Saril-ħingħat-talb,”qaletommAħmad.

Aħmadħareġmis-sodda.Barrakiengħadud-dlam.Seta’jisma’lilommuulilmissierujaqrawmill-KoranImqaddesfis-salottb’vuċibaxxa.

OħtuSarakienetdiġàmqajma.Aħmadmarfil-kamratal-banjuħallijaħsellilunnifsusewwa,bħalmajsirfil-‘Wużu’.

Imbagħad niżel isfel. Oħtu kienet għadha kif lestiet il-partiindividwali tat-talba ta’ filgħodu li tissejjaħ ‘Sunnah’. Huwkollqagħadfuqit-tapitżgħirtat-talbu,waqtliħareslejnid-direzzjonital-‘Kaaba’,talabis-Sunnah.

Kiflesta,missierhommexxal-partitat-talbalitissejjaħ‘Farż’.Huwa qagħad fuq quddiem, iħares fid-direzzjoni tal-Kaaba,filwaqt liAħmad,Sarauommhomqagħduwarajhf’ringielajħarsu lejn l-istess direzzjoni. Kif lestew it-talba, qagħdukollhabilqiegħda.

Page 8: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

2

It-Talb Individwali u Flimkien:Sara staqsiet, “Papà,għalfejn noffru parti mit-talba b’mod individwali upartioħraflimkien?”

Il-missier spjega, “Il-qimafl-Iżlamtitlobnabiexnaqduresponsabbiltajiet flimkienkif ukoll individwali.Għalhekk parti mit-talbatintqal flimkien u partioħra individwalment. It-tnejn li huma għandhomħafna benefiċċji. It-talbatal-komunità hija t-talbafejn niftakru dwar ir-responsabbiltajiet komunitagħna. Niftakru fid-dmirijiet tagħna lejn is-soċjetà sabiexngħixuħajjitnaflimkienmal-komunitàlingħixufiha.

Meta nitolbu flimkien, jagħmilna aktar dixxiplinati.Wieħedgħandu jsegwi l-Imam. Dan tant huwa importanti li, jekkl-Imamiwettaqżball,dawkliqedjitolbumiegħulijindunawbl-iżball għandhom jgħidu biss ‘Subhanallah’ b’rispett.‘Subhanallah’ tfisser ‘Alla bissma jiżbaljax’.B’dan il-mod,mhuxbissl-Imamhuwamfakkarligħamelżballwaqtit-talb,tkunukolllezzjonifl-umiltàgħaldikil-persunalitkunindunatbl-iżball.‘Subhanallah’turihaliankihitista’tiżbalja.”

Aħmadstaqsa,“X’jiġrijekkl-Imammajifhimxil-messaġġ?”

Page 9: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

3

Il-missier wieġeb, “F’dak il-każ, il-ġemgħa tibqa’ ssegwilill-Imam anki jekk ħa żball. Fl-aħħar tat-talb, jekk l-iżballjibqa’mhuxikkoreġut,jista’jinħaferbillil-Imamjitlobżewġprostazzjonijietflimkienmal-ġemgħa,jitlobmaħfralilAlla.

Fit-talbindividwali,min-naħal-oħra,il-persunahijaliberabiexiżżidjewtnaqqasit-talbtagħhakiftixtieqhi.Ximinndaqqietissib nies li jistħu juru l-emozzjonijiet tagħhomfil-preżenzatal-oħrajn. It-talb individwali jagħtihom l-opportunità biexjesprimulilhominfushomquddiemil-Ħallieqtagħhom.

Barraminn hekk, filwaqt li t-talb komunitarju jsir f’ħinijietspeċifiċi,it-talbindividwaliupersonalijista’jsirf’kullħintal-perjodustabbilit.Nittamaliissafhimtugħalanoffrupartimit-talbb’modindividwaliupartioħraflimkien.”

L-omm kompliet, “It-talb flimkien għandu vantaġġ ieħor.Irridu nżommu f’moħħna wkoll li dan it-talb għandu jsirpreferibbilmentġewwamoskea.Ir-residentita’żonapartikolarijiltaqgħuħamesdarbietkuljumub’hekkisirujafulilxulxin,ir-rabtatagħhomtissaħħaħujsirukonxjital-bżonnijietta’kullwieħedminnhom.Fit-Talbtal-Ġimgħadinir-rabtata’simpatija,imħabbaukoperazzjonitkungħar-residentitar-raħaljewbeltkollu. Fl-okkażjonijiet tal-Eid dan iċ-ċirku jitwessa’ aktarfilwaqtlil-Haġġjista’jitqiesbħalalaqgħainternazzjonalital-Musulmani.”

Il-missierimbagħadstaqsalilSarajekktafxxitfisseril-kelma‘Hadith’ujekktafxtirrakkontaluxiHadith.

Sarawieġbet,“ĦadithħafnadrabitirreferigħalxiDiskorstal-QaddisProfetatal-Iżlam.Jiennafgħaddta’diskorsital-QaddisProfeta.‘Al’ Ġanna’tu tah’ta Akdam’il Umma’ħat’huwieħed

Page 10: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

4

minnhom.Ifisser‘Il-Ġennaqiegħdataħtsaqajnommijietkom’.Immapapà,manistaxnifhemkifil-Ġennatista’tkuntaħtis-saqajntal-mamà?”

Il-missier qal, “Tibżax, ħa nispjegalek. Dan id-diskors tal-QaddisProfetahumimligħerf.L-ewwelħangħallmekxitfisserkullkelma.

Al’Ġanna’tutfisser‘Il-Ġenna’.Tah’ta tfisser‘taħt’.Akdamtfisser‘saqajn’.Umma’ħattfisser‘ommijiet’.

Għaldaqstantid-diskorsjgħidilnaligħandnanobdudejjemlill-mamàtagħna. Għandna nirrispettawha ungħinuhakemm jista’ jkun f’xogħolha. Jekknagħmluhekk,id-djartagħnajkunumimlijapaċiuarmonija.Fikliemieħorinkunu ħloqna l-ġenna f’din id-dinja. Id-djar tagħna jsiruġennaugħalhekk ikollna l-ġenna f’din il-ħajjakifukollfil-ħajjawaral-mewt.”

It-Talb tal-Ġimgħa:Meta waqaf il-missier,Aħmad staqsa bla paċenzja, “Nista’nirrakkontadiskorslijgħidilnakifgħandnanippreparawgħat-Talbtal-Ġimgħa?”

Sarainterrompiet,“X’inhuwat-Talbtal-Ġimgħa?”

Il-missierfisser,“ĠimgħahijakelmaGħarbijalitfisser‘ġabraflimkienfi spazju jew żmien’.Hijawkoll il-kelmaGħarbijauMaltijagħall-Ġimgħa.Hijal-ġurnatametal-Musulmanita’

Page 11: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

5

beltjewraħaljinġabruflimkiengħat-talbkomunitarjulijseħħkull ġimgħa.Għalhekk, il-Ġimgħa,minflok it-talb ta’Żohr,isirit-Talbtal-Ġimgħa.”

Imbagħadil-missierħareslejnAħmaduqallu,“LiemaĦadith(diskors)kontsetgħidilnaAħmad?”

Aħmadwieġeb,“Skontdiskorstal-QaddisProfeta,Musulmanirid jieħubanju l-Ġimgħa, jinħasel sewwaħalli jkun tassewnadifujużal-fwieħa.Waralijkuniffriska,imuril-moskeaujsibpostmingħajrma jdejjaq in-niesmadwaru.Huwa joffrit-talbpreskrittumetajasall-Imam,joqgħodjisimgħufil-kwiet.JallaAllajaħfirlud-dnubietlijkunwettaqbejndakil-Ġimgħauta’qablu.”

Il-missier qal, “Proset! Dik hija t-tifsira preċiża tal-Ħadithli kkwotajt. Bħala regola, kull meta tidħol ġo moskea, intigħandek issibpost f’ringielabil-kwiet,mingħajrmaddejjaqin-nies li jkunu diġà bilqiegħda. Hemm għadd ta’ diskorsital-Qaddis Profeta li jindikawlna li l-Ġimgħa hija l-ġurnatamqaddsa. Skont diskors minnhom, il-Ġimgħa hija l-aqwafost il-jiem, fejn Musulman għandu jitlob ħafna d-Durood.Id-Durood, bħalma tafu, hija t-talba speċjali fejn jintefgħul-benedizzjonijietfuqil-QaddisProfeta.Darb’oħrangħidilkomiżjeddwardiskorsibħaldawn.”

Il-Wużu:ImbagħadhuwastaqsalilAħmadkifwettaqil-Wużu.

Aħmadwieġeb,“Għedt‘F’isemAlla,l-AktarTwajjeb,DejjemĦanin’uħsiltidejjasal-polztlietdarbiet,l-ewwelidital-leminimbagħad tax-xellug. Imbagħad ħsilt ħalqi billi laħlaħtu bl-

Page 12: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

6

ilmatlietdarbiet.Waratfajtl-ilmafit-toqobta’mnieħriunaddafthomsewwa. Din għamiltha tlietdarbiet.

Imbagħadħsiltwiċċitlietdarbiet,minnwidnasawidna,uaċċertajtruħilil-ebdapartiminnwiċċimabaqgħet niexfa. Wara dan, ħsiltidejjatlietdarbiet.”

“Żomm,”qaltluommu.“Insejtxiħaġa.Liemaidħsiltl-ewwel?”

Aħmadwieġeb,“L-ewwelħsiltidital-lemin.”

L-omm staqsiet, “Żgur li ħsilt idejk, sal-imniekeb, bihomb’kollox?”

“Iva ma. Ħsilt idejja anki l-imniekeb,” wieġeb Aħmad.Imbagħad kompla, “Wara poġġejt idejja mxarrbin fuq rasiu msaħt minn moħħi ’l isfel sa għonqi. Imbagħad, qegħidtsubgħajja l-werrejja f’widnejja, u mexxejthom madwar it-tinjietta’widnejjaufl-istessħinmexxejtis-saba’l-kbirwarawidnejjaminnisfelgħalfuqbiexinnaddafhomsewwa.

Fl-aħħar,ħsiltsaqajjatlietdarbiet,l-ewwelsieqital-lemin,sal-għekiesi u speċjalment bejn is-swaba’, u kont ċert li l-ebdapartiminnsaqajjamabaqgħetniexfa.”

“Proset,” qal il-missier. “Ninsab kuntent li inti tgħallimt kiftagħmell-abluzzjonisewwa.”

Page 13: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

7

It-Tajammum:Aħmad kien kuntent bil-kumment ta’missieru u qal, “Jienadejjem nagħmel il-Wużu qabel kull talba iżda m’iniex ċertdwarSara.Xikultanthijatitlobmingħajrmatkunwettqetil-Wużu.”

“Le,mhux vera!” esklamat Sara. “Xi kultant jiena nagħmelit-Tajammum. L-għalliema qaltli li t-Tajammum jista’jissostitwixxil-Wużu.”

Il-missiertbissembl-ispjegazzjonitagħhauqal,“Tajjeb,Sara,tista’tgħidilnakiftwettaqit-Tajammum?”

Saraspjegat,“L-ewwelgħandnanfittxuħamrijanadifajewxiħaġanadifa linġabar it-trabfuqhauntaptpudarbtejnfuqha,sabiexjinġabarftittrabnadiffuqil-qiegħta’jdejna.Imbagħadngħadduhom minn fuq wiċċna, u wara ndawru jdejna ma’xulxinbħalmetanaħsluhom.Hekkisirit-Tajammum.”

Il-missier qal, “Inti tajt il-verżjoni t-tajba ta’ kif isir it-Tajammum, iżda għandna nkunu nafu meta nagħmlut-Tajammum.L-aħjarmetoduhuwalitinħaselbl-ilma.It-trabhuwabisssostituttal-ilma.Għalhekkit-Tajammumhuwabissġestsimboliku.”

Aħmadstaqsieh,“Papà,għalfejnit-trabjintużabħalasostitut?”

Il-missierwieġeb,“It-trabifakkarnafl-umiltà.

Issa ngħidilkom meta għandna nwettqu t-Tajammum. Jekkpersunatkunmaridaul-użutal-ilmajagħmelħsaralilsaħħithajew inkellama jkunx hemm ilma,mela dik il-persuna tista’

Page 14: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

8

twettaq it-Tajammum minflok il-Wużu. Xi ħaġa sabiħa fl-Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemmalternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjedu jkunu jistgħu josservaw il-kmandamenti fiċ-ċirkostanzikollha.”

Meta l-missierwaqaf, Sara ħarset lejn ommha u staqsietha,“Ma,m’intixsessaqsinaxiħaġa?”

Talb tal-Ġurnata:L-ommqalet,“Tajjeb,melagħidulikemm-iltalbahemmmatulil-ġurnata!”

Sarawieġbet,“Ħamsa.”

“Tista’ssemmihom?”staqsietl-omm.

Sarawieġbet,“HemmFaġr, Żohr, Asr, MagribuIsha.”

Aħmadqal,“Mamà,għalfejngħandnanitolbuħamesdarbietkuljum? Inti tafu lill-ħabib tiegħi Imran li hu MusulmanAħmadiMalti.In-nannatiegħu,ligħadhamaaċċettatxl-Iżlam,darbaqaltlu,‘M’għandekxgħalfejniddejjaq’lAlladaqshekk.Il-kwalità tgħodd,mhux il-kwantità.’Allurax’għandha tkunit-tweġibatagħna?”

L-ommqalet,“IntistaqsejtulilImranx’kienweġibha?”

“Iva,”wieġebAħmad.“Huwaqallit-talbhuwaikelspiritwaliuliaħnagħandnanieħdul-ikelspiritwaligħaddta’drabikuljumbħalmanieħdul-ikelgħalġisimna.L-ikeljipprovdil-enerġijagħall-fakultajietfiżiċitagħna,ubl-istessmodit-talbjipprovdi

Page 15: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

9

l-enerġijagħall-fakultajietspiritwalitagħna.”

L-omm qalet, “Imran wieġeb sewwa. Xi wħud jieħdu t-tefis-sodda kmieni filgħodu. Imbagħad jieħdu l-kolazzjon.F’nofsinharjieklu.Imbagħadjerġgħujieħdut-tewaranofsinharujerġgħujieklufilgħaxija.Għaldaqstantikunuħadul-ikelgħalġisimhomgħaddta’drabikuljum.L-istessgħalruħnagħandnanieħdul-ikelnumruta’drabikuljum.It-talbhutabilħaqql-ikelspiritwaliligħandnabżonn.

Il-qima sinċiera tqarribna bil-mod il-mod lejn Alla u jasalżmienmeta jkollna xi forma ta’ komunjoniMiegħu. Ħafnadrabitibdab’ħolmta’vera.Persuna,speċjalmenttifeljewtifla,tifraħ ħafnameta għall-ewwel tesperjenza dan il-fenomenu.Xikultant jingħatamessaġġlilhafil-ħolmtagħhauwaraftitżmien hi taraha sseħħ quddiemha eżattament bħalma tkunrathafil-ħolmtagħha.

B’dan il-mod, il-persuna mhux talli ma tikkonvinċix ruħhabl-eżistenzata’Allatallibil-modil-mod,bl-għajnunatat-talb,hijatibdatesperjenzas-sinjalital-qrubijata’Allalejha.”

Il-missier kompla, “Se nżid xi ħaġa oħra ma’ din it-tifsira.Skont il-Koran Imqaddes, it-talb jipproteġina mill-imġibaħażinau jżommna’lbogħodmid-dnub. Iżommna’lbogħodminnħsibijietħżiena.Huważgurmezz ta’kif inkunueqreblejnAlla.”Huwafisserkifil-pożizzjonijietdifferentiwaqtit-talb juru r-rispettu l-umiltà tal-persuna lejnAlla l-Kbir.“Il-grazzjata’Allal-Kbirtingħatapermezztat-talb.”

Żiedet l-omm, “Għalhekk huwa essenzjali għalina li noffrut-talb tagħnabl-akbarumiltàukonċentrazzjoni sħiħa. Irridunoqogħdufit-talbdaqslikiekuqegħdinfil-qortital-Ogħlafost

Page 16: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

10

l-aktar għolja, ir-Re tar-rejiet, u nfittxu l-għajnuna Tiegħuf’kull ħaġa, kbira jew żgħira.Alla qal fil-Koran Imqaddes,‘Sejħuli,u jienanweġibkom.’Għalhekk, jekkaħnaneħduhadrawwalinitolbuta’spiss,Allażgurlijaċċettat-talbtagħnabl-aħjarmod liHuwajaħseb li jaqbel lilna.Qattm’għandnanaħsbulit-talbtagħnamhuxjinstema’.

Ejja nagħtikom eżempju. Kull ġenitur iħobb lil uliedu. Xikultant it-tfal ikunu jriduxi ħaġamingħajrma jkunu jafu lidik il-ħaġa tagħmlilhom il-ħsara. Il-ġenituri jirrifjutaw lijagħtuhomlijriduiżda,bimħabba,jagħtuhomxiħaġaaħjar.Alla jħobb lill-umanità ħafna aktar milli l-ġenituri jħobbulil uliedhom.Għaldaqstant għandna nafdaw bis-sħiħ f’Alla.Huwa dejjem jaċċetta t-talb sinċier tagħna b’mod li Huwajagħrafx’inhul-aħjargħalina.”

It-taħdita kienet ferm interessanti u kemmAħmad kif ukollSaraqagħdujisimgħulill-ġenituritagħhomb’attenzjonikbira.

Kienhemmwaqfaqasira.AħmaduSaraħassewhomkburinlihumaMusulmani.Humaddeċidewlijibdewjitolbu’lAllaaktarspiss,jirringrazzjawhgħaldakkolluliHuwapprovdielhom,ujitolbuhjaħfrilhoml-iżbaljitagħhom.

Ħin it-Talb:Imbagħad l-ommdaret fuqAħmadu qaltlu, “Issa jmiss lilek. Tista’tgħidlil-ħinijietta’dawnit-talbiet?”

U Aħmad wieġeb, “Fajr issirfilgħodu, qabel titla’ x-xemx. Zuhrwaranofsinhar, meta x-xemx tibda

Page 17: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

11

nieżla.Asr issir tardwaranofsinhar.Maghrib issir eżattma’nżulix-xemxuIshafilgħaxija.”

“Proset,it-tnejnliintom,”qaletl-omm.

Imbagħadħarsetlejnl-arloġġuqalet,“Issasaril-ħinbiexintomtmorrufil-kmamar tagħkomu taqrawmill-Koran Imqaddes.Fl-istessħinjiennippreparal-kolazzjon.”

Il-Moskea:Wara liAħmad u Sara qraw silta mill-Koran Imqaddes, il-familja kollha ħadet il-kolazzjon flimkien. Aħmad u Saratkellmu dwar il-ħbieb tagħhom tal-iskola. Il-missier qagħadjaqral-gazzettawaqtlil-ommqagħdettaral-aħbarijietfuqit-televixin.F’daqqawaħdadaqqetil-qanpienatal-bieb.Aħmadmarjiftaħ.Kienil-ħabibtiegħutal-iskola,David.

“M’intix ġej skola llum?”staqsiehDavid.

Aħmadwieġeb, “Le.Għandipermessmingħandl-għalliemtiegħi biex illum immur il-moskea.”

“Moskea? Dik il-knisjatagħkom?”staqsaDavid.

“Iva,hekkqisha.Huwal-postfejn il-Musulmani jitolbu ’lAlla. Hija differenti minnknisja, għaliex ma jkunx

Page 18: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

12

hemmsiġġijietu lanqas stampi jewpitturi ta’qaddisinmal-ħitan. Lanqas statwi ma jkun hemm. Ġewwa ordinarju usempliċiħafna,ħalliminikunqedjitlobjikkonċentrafit-talbbiss.Lanqasmużikamatindaqqwaqtit-talb.”

Davidqabditukurżitàkbira.Xtaqikunjafaktardwarl-Iżlam.Għalhekkstaqsamistoqsijaoħra,“Jienasmajtlimetatmuril-moskeatridtinża’ż-żarbun.Verudan?”

Aħmadwieġeb,“Iva, immametatidħolfis-salatat-talbbiss.Aħnankunurridunżommus-salatat-talbnadifaminħabbalinitolbumal-art.Għalhekkgħall-indafa,inneħħuż-żraben.

Biexil-moskeatkunlestagħat-talb,is-salafejnisirit-talbtkundejjemnadifautfuħ.Aktarminnhekkil-Musulmanijagħmlul-fwieħa.Tidherinteressatħafna.Issanistaqsi’l-għalliemjekkxidarbajistaxjorganizzażjaratal-klassigħall-moskea.Inkununistgħuniltaqgħumal-Imamukoll.”

L-Imam:“L-Imamikunbħall-qassistagħna?”staqsiehDavid.

“Mhuxeżatt.L-Iżlammagħanduxqassisin.KullMusulmanadultjista’jmexxit-talb.Ħafnadrabitintgħażelpersunalitkuntifhemsewit-tagħlimtal-Koran.

L-Imamhuwamexxejreliġjuż.

Xikultant l-Imami jiġu impjegatimill-komunitàbiex jieħduħsieb il-moskej kif ukoll il-ħtiġijiet tal-komunità. Humajmexxut-talbgħalkemmmhumieximħallsagħalhekk.”

Page 19: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

13

“Aħmad!Aħmad!Ma’minqedtitkellem?” għajtet ommu.“Ħaffef,għaxillumtridtieħubanju għax irridu mmorrul-moskea għat-Talb tal-Ġimgħa.”

“Qed nitkellem ma’David,mamà.Araniġej,”wieġebAħmad.

“Ok. Issa rrid immurl-iskola.Nisperalimandumuxma nżuru l-moskea mal-klassi,”qalDaviduqabadtriqtu.

Aħmad u Sara telgħu fuq u żbarazzaw il-kmamar tagħhom.Aktar tard inħaslu, libsuħwejjeġnodfau tefgħu ftit fwieħa,u meta wasal il-ħin għat-Talb tal-Ġimgħa, il-familja kollhatelqetlejnil-moskeabil-karozzatagħhom.Waqtlikienusejrin,Aħmadstaqsalilommu,“AħnarridunagħmluWużuqabelit-Talbtal-Ġimgħa?”

L-ommqalet,“M’hemmxbżonnta’Wużuwaralipersunatkunħadetbanjuħliefjekktkunmarretit-tojlit.”

Il-missier kompla, “Il-Wużuwkoll jinqabeż jekk inti torqodjewtintilefminnsensik.”

Hekk kif qorbu lejn il-moskea, lemħuġemgħat ta’ subien ubnietMusulmanimexjinlejnil-moskeamal-ġenituritagħhom,biexjattendugħat-Talbtal-Ġimgħa.

Page 20: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

14

Aħmad u Sara ħarġu mill-karozza tagħhom. Semgħu lill-Muważżinjitlobl-Ażanb’vuċigħoljauvibranti.AħmaduSaraqagħdujisimgħul-kliemb’attenzjonikbira.

L-Ażan:“Allahu Akbar, Allahu Akbar,Allahu Akbar,Allahu Akbar,

Ash hadu an la ilaha illallah, Ash hadu an la ilaha illallah,

Ash hadu anna Muhammadar-rasulullah,Ash hadu anna Muhammadar-rasulullah,

Hayya ‘alas-Salah, Hayya ‘alas-Salah,

Hayya ‘alal-Falah, Hayya ‘alal-Falah,

Allahu Akbar,Allahu Akbar,

La ilaha illallah.”

Meta waqaf il-Muważżin, Sara staqsiet lilAħmad, “Taf xitfisserkullfrażi?”

“Iva, issa ngħidlek,” qalAħmad lil oħtu. “Il-Muważżin qal,

Page 21: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

15

‘Allahu Akbar’ li tfisser ‘Alla huwa l-ikbar’. Imbagħad qal,‘Ash hadu an la ilaha illallah’ li tfisser ‘M’hemm ħadd lijistħoqqlul-qimaħliefAlla’.

Waradankompla,‘Ash hadu anna Muhammadar-rasulullah’li tfisser ‘Jiena nixhed liMuħammadhuwa l-messaġġier ta’Alla’. Imbagħad il-Muważżin dawwarwiċċu lejn il-leminuqal,‘Hayya ‘alas-Salah’litfisser‘Ejjewgħat-talb’.

Imbagħaddawwarwiċċu lejn ix-xelluguqal, ‘Hayya ‘alal-Falah’litfisser‘Ersqulejnis-suċċess’.Fl-aħħarhuwarrepeta‘Allahuwal-ikbar’utemmis-sejħatiegħubilliqal,‘M’hemmħaddlijistħoqqlul-qimaħliefAlla’.”

Aħmadmarma’missierulejnis-sezzjonital-irġielfis-salatat-talb,filwaqtliSara,flimkienm’ommha,marretlejnis-sezzjonifejnjitolbun-nisa.

Hekk kif kienu deħlin fis-sala tat-talb, il-missier fakkar lilAħmadbiexjgħidit-talba:‘Bis’mil’lah – As’salatu Was’salamu ala Rasool’illah. Alla’hum magh’fir’lee zu’noobee Waf’tah’lee Abwaba Rah’matik’litfisser‘F’isemAlla.Jallal-paċiul-barkietjinżlu fuq il-Messaġġier ta’Alla. JaAlla!Aħfirli dnubieti uiftaħli l-bibien tal-ĦnienaTiegħek’. Qalluwkoll biex jgħidl-istesstalbab’‘Fażlik’minflok‘Rahmatik’metajkunħiereġmis-salatat-talb.‘Fadhlik’tfisser‘Il-benedizzjonijiettiegħek’.

Il-missierqalluwkollbiex iqiegħed siequ tal-lemin l-ewwelhekkkifjidħolfis-salaujgħid‘Assalamu Alaikum’lin-nieslijkunhemmġewwa.

Qalu t-talba ta’ Sunnah individwalment, imbagħad qagħdubilqiegħdajfaħħruujigglorifikaw’lAllaujitolbugħalbarkiet

Page 22: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

16

fuq il-Qaddis Profeta, sakemm stennew lill-Imam jibdad-diskorstal-Ġimgħa.

Il-Muważżinqall-Ażangħaldarb’oħra.Waral-Ażan,l-Imamwassal id-diskors tiegħu lill-Musulmani. Imbagħad qagħadbilqiegħdagħalftitminuti,qamukomplabit-tieniparti tad-diskors,liissakienbil-lingwaGħarbija.

AħmaduSaramasetgħuxjifhmul-partibl-Għarbiiżdaqagħdufil-kwietjisimgħuhabħalħaddieħor.

‘Senitgħallem,Inshallah,it-tifsirtat-tienipartitad-diskorslihuwadejjemimwassalbl-Għarbi,’qalAħmadlilunnifsu.

Diskors il-Ġimgħa:Din il-ġimgħa d-diskors tal-Imam kien dwar l-importanza tal-edukazzjonigħat-tfal.HuwasemmaDiskors tal-Qaddis Profeta, fejnil-Qaddis Profeta jitkellem dwarl-importanzalit-tfalikunuedukati.Huwaqallill-ġenituribiexjedukawliluliedhombl-aqwamodpossibbliujgħallmuhomjirrispettawlilminhuakbarminnhom.

L-Imam qal lill-ġemgħa wkoll lil-Qaddis Profeta tal-Iżlam kienordna lis-segwaċi tiegħu biexjirrispettaw is-sentimenti tat-tfal,biexikunuqalbhomtajbamagħhomubiexjiddiskutumagħhomdwardawkl-affarijietlihumajħossuimportantigħalihom.

Page 23: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

17

Imbagħad l-Imam semma d-dmirijiet u r-responsabbiltajietlit-tfalgħandhomlejnil-ġenituritagħhomukkwotaxiversimill-KoranImqaddesbiexjifhmul-puntitiegħu.

Aħmad u Sara għoġobhom dan id-diskors. Wara d-diskorsl-Imam mexxa t-Talb tal-Ġimgħa. Meta kienet lesta t-talbakomunitarja,il-Musulmanigħaldarb’oħraoffrewit-talbatas-Sunnahindividwalment.Xiwħudtawlus-supplikitagħhomubaqgħufil-moskeafilwaqt lioħrajntemmewit-talbtagħhomfil-pront,ħarġumill-moskeaugħaġġluluralejnix-xogħol.Xiftitmit-tfal bdew jitkellmu bejniethomfis-sala tat-talb eżattkifspiċċawmit-talbtagħhom.Persunaanzjanantebħetb’danuqaltilhomli,billikiengħadhemmxiniesmedhijinfit-talb,kellhomjieqfumid-diskorsħallimajtellfulilħadd.Is-subienobdewmal-ewweluħarġubil-kwietbarra.

Kifkienubarra l-moskea,Aħmadstaqsa lilmissieru,“Papà,nistgħunitkellmuġewwal-moskea?”

Il-missierwieġeb,“Manistgħuxnitkellmufil-moskeawaqtid-diskors tal-Imam jewwaqt li n-nies ikunugħadhom jitolbu,għaliexil-Musulmanimajkunuxiriduminitellifhom.Imma,jista’jsirdiskorsqabeluwarat-Talb,umetajingħatal-permess,dangħandujsirbil-kwietub’rispettlejnil-moskea.”

Ftit wara l-missier qalilhom li kien sar il-ħin biex jitilqu.Saqu lejn id-darwara li sellmu lill-ħbieb tagħhombil-kliem‘AssalamuAlaikum’.

Tard waranofsinhar il-familja kollha ħadet it-te flimkien uoffrietit-talbata’Asr.

Filgħaxija, wara li qalu t-talba ta’ Maghrib, kielu flimkien

Page 24: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

18

fil-kamra tal-ikel. Kifkienu se jibdew jieklu,l-omm fakkret it-tfalbiexjgħidu,‘Bis’mil’lah ir-Rahma nir-Raheem’[F’Isem Alla, MimliGrazzji,DejjemĦanin].Waqt l-ikel il-ġeniturirrakkontaw xi stejjerinteressanti mill-ħajjatal-Qaddis Profeta tal-Iżlam u Musulmani

erojċioħratal-imgħoddi.

ImbagħadAħmaduSaramarrufil-kmamartagħhom.Għalftitħinqagħdujaqrawxikotbabl-istejjeruwaralestewix-xogħoltal-iskola.Qagħdujarawukollil-programmifavorititagħhomfuq it-televixin, speċjalment il-programm dwar l-ambjentinaturalital-annimali.

Wara niżlu għat-talba ta’ Isha, l-aħħar talba tal-ġurnata, umbagħadmarrujorqdu,jgħiduxiwħudmit-talbmill-Koranlikienutgħallmubl-amment.

***********************

Page 25: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

19

EŻERĊIZZJU:

1. X’inhuWUŻU?2. Metagħandhomjerġgħujagħmlul-WUŻUl-Musulmani?3. Kemm-ildarbajmisshomjitolbul-Musulmani?4. F’liema direzzjoni għandhom iħarsu l-Musulmani meta

jitolbu?5. X’inhul-ĦADITH?6. Liema diskors tal-Qaddis Profeta rrakkontat Sara lill-

ġenituritagħha?7. X’inhuIMAM?8. X’inhuAŻAN?9. Iddeskrivi kif il-Musulman iħejji ruħu għat-Talb tal-

Ġimgħa.10.X’inhit-tislimaMusulmanauxitfisser?11.Xitfisseril-kelmaInshallah?12.Xijfisserit-terminuSubhanallah?13.Għaliexpartimit-talbisirmal-kongregazzjoniupartioħra

individwalment?14.X’tafdwarit-Tajammum,metajista’ jsirdanminflokil-

Wużu?15.Għalfejn il-Musulmani jneħħu ż-żrabenmeta jidħlufis-

salatat-talbġewwamoskea?16.Semmiwħudmill-benedizzjonijietfit-Talbtal-Ġimgħa.17.Tista’tgħidit-talbata’qabelmatidħolfil-moskea?X’inhi

t-tifsirata’dinit-talba?18.Iddeskriviximanjieritajbalitridtużametatkunf’moskea.

Page 26: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

20

GLOSSARJU:

• ASSALAMU ALAIKUM: hija forma ta’ tislima Iżlamika.Tfisser‘Is-sliemikunfuqkom’.

• BIS’MIL’LAH IR-RAHMAN IR-RAHEEM:hijat-talbalikullMusulmanjgħidkullmetajkunsejibdaxiattività.Tfisser‘F’isemAlla,l-AktarĠentili,DejjemĦanin’.

• WUŻU:humaritital-ħasillijsiruqabelit-talb.• FARŻ, SUNNAH U NAFL:hemmtliettipita’talb.Farżhijal-partiobbligatorjatat-talb.Sunnahhijatalbaoħralil-QaddisProfetaMuħammaddejjemżiedmat-talbatal-Farżbħalatalbasupplimentari.Aħnanqisuhabħalaessenzjaliwkoll.Naflhijadikil-partilimhixobbligatorja.

• KAABA:l-ewwelDarta’Qimalinbnietgħall-umanitàgħall-adorazzjonital-unikuAllaveru.

• EID:Il-festatal-Musulmani.• HAĠĠ:il-pellegrinaġġgħall-Kaabaf’Mekkaf’datispeċifiċi.• IMAM:persunalitmexxit-talb/mexxejreliġjuż.• PROSTRAZZJONI:pożizzjonifit-talb tal-Musulmani fejnil-kredentjinżelgħarkupptejhujqiegħedġbinumal-art.

• KORAN:il-Ktiebqaddistal-Musulmani.• SALAT: it-talb:tifkirata’Alla.

Page 27: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu
Page 28: TAL-MOSKEA - Ahmadiyya · 2015-09-01 · Iżlam hija li l-kmandamenti tiegħu mhumiex riġidi. Hemm alternattivi ħalli n-nies ma jħossuhomx mgħobbija żżejjed u jkunu jistgħu

22

IMĦABBA GĦAL KULĦADDMIBEGĦDA GĦAL ĦADD

This is the Maltese translation of the book “Ahmad and Sarah go to Mosque”

by Rashid Ahmad Chaudhry.

AHMADIYYA MUSLIM JAMAAT MALTA

www.ahmadija.org.mt