PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

68
PARTIT LABURISTA

Transcript of PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

Page 1: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

PA R T I T L A B U R I S TA

Page 2: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org
Page 3: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

LULJU 2021

PA R T I T L A B U R I S TA

Page 4: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org
Page 5: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

DAĦLAIl-Partit Laburista twaqqaf 100 sena ilu. Bħal kull Partit politiku ieħor, l-istorja ta’ dan il-Partit hija miktuba f’kapitlu wara l-ieħor ta’ tlajja’ u nżul. Kapitli li nkitbu bil-linka tal-ġustizzja soċjali, ix-xogħol b’kundizzjonijiet aħjar u l-kisba ta’ drittijiet demokratiċi ugwali għal kulħadd.

Matul is-snin, il-valuri li għaġnu lill-Partit Laburista ġabu bidla pożittiva għal pajjiżna u fuq kollox għall-poplu Malti u Għawdxi. Aħna, bħal ta’ qabilna, illum naħdmu fl-istess partit biex inwettqu t-tibdil rivoluzzjonarju meħtieġ biex is-soċjetà Maltija tgħix aħjar.

In-nies jaraw fina Moviment li qatt ma beża’ jaħdem għall-bidla. Jien nemmen li l-moviment tagħna jieqaf ikun relevanti jekk kemm-il darba jieqaf jinbidel u jbiddel.

Fil-bidu tat-tieni seklu għal dan il-Partit, id-dinja bdiet tiffaċċja sfidi mingħajr preċedent. Minkejja dawn l-ostakli qed inħarsu lejn il-ġejjieni b’ħeġġa u ottimiżmu għax quddiem l-isfidi tikber fina d-determinazzjoni li naqilbuhom f’opportunitajiet. Nemmnu li bir-realtajiet li qed tiffaċċja d-dinja għandna quddiemna ċans uniku biex inħaffu l-proċess għal diversi riformi.

Qed nippreżentaw 100 idea b’rijaffermazzjoni tal-prinċipji li nemmnu fihom bħala Partit Laburista, u b’ideat ġodda għad-diskussjoni. Qed nagħmlu dan b’serħan il-moħħ, għax il-prinċipji tagħna huma gwidati mill-istess prinċipji li dawlu l-imħuħ progressivi li bnew il-pedament tal-moviment tal-ħaddiema fl-1920.

Dawn il-100 idea huma xhieda ħajja tal-impenn tagħna li nġeddu l-ħolma ta’ missirijietna għall-preżent u l-futur. Nemmnu li Malta hi gżira żgħira li se tkompli tilħaq l-aspettativi u tegħleb sfidi ħafna akbar minnha.

Robert AbelaMexxej tal-Partit Laburista u Prim Ministru ta’ Malta

03

Page 6: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

ĠIDLIJASALGĦANDKULĦADD

Page 7: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

01

Page 8: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

0806

Ix-xogħol u l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna huma l-istrumenti għat-tkattir tal-ġid. Il-valur ta’ dan il-ġid ma jitkejjilx bin-numri. Inkejluh skont kemm jilħaq nies u fuq l-abbiltà tal-Istat li jqassam dan il-ġid b’mod ġust fost kulħadd. Il-bżulija u l-ħiliet tal-ħaddiem Malti huma r-riċetta li kattret daqstant ġid għall-pajjiżna matul is-snin. L-istrateġija ekonomika tagħna tgħaqqad l-impenn tal-ħaddiema tagħna mas-sagrifiċċji li jagħmlu ta’ kuljum in-negozji Maltin u Għawdxin.

Page 9: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

09

01

Page 10: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

Investiment qawwi u kontinwu fil-ħiliet tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin huwa ċ-ċavetta sabiex l-industrija tkun f’pożizzjoni li tiġġenera u tattira xogħol ta’ kwalità, iżżid il-produttività u toffri pagi u kundizzjonijiet aħjar.

L-ekonomija l-ħadra u s-settur marittimu jkunu pilastri ewlenin tal-ekonomija Maltija. L-industrija lokali timxi id f’id mas-settur tax-xjenza u t-teknoloġija.

Malta ssir id-destinazzjoni Ewropea ideali għal start-ups innovattivi, b’faċilitajiet u inċentivi li jattiraw it-talent u l-investiment internazzjonali b’emfasi fuq ir-riċerka u l-iżvilupp. L-intelliġenza artifiċjali u r-robotika jsiru s-sisien ġodda ta’ ekonomija diġitali filwaqt li ssir ħidma sabiex pajjiżna jsir l-għażla naturali ta’ kumpaniji li jaħdmu fuq teknoloġija mmirata biex tindirizza t-tibdil fil-klima.

Diversifikazzjoni wiesgħa tal-ekonomija tagħna b’numru akbar ta’ setturi li jġibu investiment barrani dirett lejn pajjiżna, b’enfasi fuq is-servizzi, it-teknoloġija, l-ekonomija diġitali u industriji ta’ valur miżjud bħall-avjazzjoni, il-loġistika u l-manifattura speċjalizzata.

Tmexxija għaqlija tal-finanzi pubbliċi permezz tad-dħul iġġenerat minn attività ekonomika b’saħħitha huwa mezz kif fost l-oħrajn insaħħu r-riservi finanzjarji tal-pajjiż għall-futur.

01

02

03

04

05

ĠIDLIJASALGĦANDKULĦADD

08

Page 11: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

Insostnu l-potenzjal sħiħ tal-SME’s Maltin u Għawdxin b’inċentivi varji, aċċess għall-finanzjament u sistema ta’ tassazzjoni li tħeġġeġ

l-investiment fil-ħaddiema.

Is-servizzi finanzjarji jibqgħu jkunu msaħħa b’qafas regolatorju kompetittiv li jservi ta’ mudell għal ġurisdizzjonijiet oħra barranin.

Bħala pajjiż għandna nkunu vuċi waħda li nipproteġu u nsaħħu

l-qafas ta’ tassazzjoni li jagħtina livell ta’ kompetittività importanti. Din hija materja ta’ kompetenza nazzjonali li għandna nippromwovu

u nħarsu f’kuntest ta’ governanza tajba.

Is-servizz pubbliku u l-entitajiet pubbliċi għandhom iħaddmu mudelli aktar intraprenditorjali bil-għan li tkompli

tissaħħaħ l-effiċjenza u titnaqqas il-burokrazija f’qafas regolatorju b’saħħtu.

Turiżmu sostenibbli li jilħaq bilanċ bejn in-numri u l-kwalità. Inkomplu nsaħħu l-konnettività u nagħtu prijorità lil niċeċ partikolari

li jifformaw dawk l-elementi uniċi li jagħmlu l-pajjiżna speċjali u distint minn destinazzjonijiet oħrajn.

06

07

10

08

09

09

Page 12: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

SOĊJETÀ FEJN KULĦADD JIMXI ’L QUDDIEM

Page 13: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

02

Page 14: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

12

Is-saħħa tas-soċjetà tagħna titkejjel mill-avvanz ta’ dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà – din hija d-definizzjoni Laburista tal-progress. Mill-ġid ekonomiku li jinħoloq, insostnu stat soċjali modern li jwieżen lil min għandu l-aktar bżonn. Mhux biżżejjed li jkollna ekonomija li tipprovdi xogħol għal kulħadd. Nemmnu f’kundizzjonijiet ta’ xogħol tajba u fi ħlas ġust li jirrifletti l-ħtiġijiet tal-ġurnata. Il-familja tibqa’ l-benniena tas-soċjetà tagħna, pedament sod għall-formazzjoni ta’ kull wieħed u waħda minna.

Page 15: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

02

Page 16: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

Il-faqar jiġi indirizzat b’mod ħolistiku, mhux biss dak materjali, iżda wkoll dak soċjali u edukattiv. L-ambizzjoni tagħna għandha tkun li jkollna l-inqas rata ta’ nies f’riskju ta’ faqar fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Nassiguraw livell ta’ għejxien dinjituż għal kullħadd, b’mod partikolari familji bi dħul baxx. Kulħadd ikollu l-opportunità jaħdem bi qligħ u li javvanza fil-karriera.

Ikomplu jissaħħu l-benefiċċji soċjali għal dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà, filwaqt li jiġu provduti l-għodod neċessarji biex tiġi faċilitatà l-mobbiltà soċjali f’pajjiżna u tonqos id-dipendenza fuq l-assistenza soċjali.

Il-Gvern jipprovdi mezzi ta’ għajnuna lill-persuni li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet, inkluż fejn meħtieġ aċċess għal self finanzjarju sakemm dak li jkun iqum fuq saqajh. Ninkoraġġixxu l-kunċett ta’ tfaddil sa minn età żgħira.

Jissaħħaħ l-impenn biex kull ħaddiem f’pajjiżna jiġi assigurat li jgawdi minn kundizzjonijiet ugwali u xierqa għax-xoghol li jagħmel, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll dak privat. Il-prekarjat għandu jibqa’ jiġi miġġieled b’kull mezz.

11

12

14

15

SOĊJETÀ FEJN KULĦADD JIMXI ’L QUDDIEM

14

13

Page 17: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

Nippromwovu arranġamenti ta’ xogħol flessibbli li jżidu l-ħin ta’ kwalità lill-ħaddiema mal-familji tagħhom, inkluż remote working,

inċentivi fiskali u miżuri oħra li jkunu ta’ benefiċċju kemm għall-ħaddiem u kif ukoll għal min iħaddem.

Inkomplu naħdmu sabiex nassiguraw qafas u mekkaniżmi li jipprovdu aċċess għall-opportunitajiet edukattivi indaqs lis-soċjetà

kollha f’kull stadju tal-ħajja.

Inwieżnu forom differenti ta’ familji b’aktar skemi u għajnuniet

sabiex jgħixu f’akkommodazzjoni addattata u jkollhom iċ-ċans isiru sidien ta’ darhom.

Serħan il-moħħ għall-anzjani biex ikomplu jgħixu ħajja ta’ kwalità u

attiva fil-komunitajiet tagħna. L-anzjani huma pilastru tas-soċjetà tagħna u għandu jiġi promovut il-kunċett ta’ solidarjetà

interġenerazzjonali.

Għandha tiżdied l-assistenza professjonali u individwali għall-persuni li jikkommettu reat, il-familji tagħhom u

l-vittmi tar-reati.

17

16

18

19

20

15

Page 18: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org
Page 19: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

03

Page 20: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

18

L-ambjent li ngħixu fih jikkontribwixxi bil-kbir għall-kwalità tal-ħajja li ngħixu. Kemm l-ambjent naturali u anke dak urban għandhom jipprovdu l-kundizzjonijiet neċessarji sabiex in-nies, il-familji u t-tfal igawdu minn ħin ta’ kwalità flimkien. Irridu naraw li l-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna ma jkunx ta’ detriment għall-ambjent ta’ madwarna. Hekk ukoll irridu nħarsu l-wirt ambjentali ta’ pajjiżna, inkluż il-baħar, il-kwalità tal-arja u l-wirt storiku ta’ pajjiżna.

Page 21: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

03

Page 22: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

L-art pubblika għandha tkun għat-tgawdija ta’ kulħadd - Issir dimarkazzjoni ċara taż-żoni u passaġġi pubbliċi li jistgħu jitgawdew mill-familji Maltin u Għawdxin.

L-iżvilupp irridu nassiguraw li jkun sostenibbli u bl-inqas detriment possibbli għall-ambjent rurali u urban. Kull proġett għandu jkollu timelines stabbiliti u jkun hemm koordinament fl-implimentazzjoni sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti tal-madwar, filwaqt li jiżdied l-infurzar fl-osservanza tal-liġijiet fis-settur tal-kostruzzjoni.

L-ambjent, l-infrastruttura ħadra u l-estetika fiż-żoni urbani għandhom jingħataw ħafna aktar importanza f’kull belt u raħal, speċjalment fiż-żoni l-aktar traffikużi u b’densità ta’ popolazzjoni għolja sabiex tiġi mtejba l-kwalità tal-ħajja tar-residenti.

Jeħtieġ trasformazzjoni fl-ispazji urbani bbażata fuq il-kunċett ta’ green cities, bl-introduzzjoni ta’ spazji ħodor, ġonna – inkluż fuq il-bjut - u spazji pedonali permanenti għat-tgawdija tar-residenti bil-faċilitajiet ta’ parkeġġi pubbliċi taħt l-art fejn possibbli. It-tfal u l-familji jingħataw prijorità fuq it-traffiku.

L-ilma huwa l-qofol tal-ambjent tagħna, u b’hekk għandna nsaħħu l-kapaċitajiet tal-pajjiż li jaħżen aktar ilma naturali filwaqt li tiġi assigurata l-ogħla kwalità fl-ilma provdut mill-entità pubblika responsabbli.

21

24

23

25

L-AMBJENT:ĠID KOMUNI

20

22

Page 23: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

Il-biedja tassigura li parti kbira mill-kampanja Maltija tibqa’ kkultivata kif jixraq, filwaqt li flimkien mas-sajd tipprovdi provista ta’ ikel frisk. Is-sigurtà

tal-provista tal-ikel hija kruċjali u għalhekk li l-bdiewa, is-sajjieda u r-raħħala għandhom ikunu sostnuti bi skemi u għajnuniet fl-operat tagħhom.

Jitfassal reġistru tal-flora u fawna Maltija sabiex jinżamm moniteraġġ fuq il-protezzjoni tal-abitati u speċi lokali differenti. Dan filwaqt li għandhom ikomplu l-proġetti ta’ afforestazzjoni u l-konservazzjoni ta’ speċi lokali, u

tkompli titkattar kultura ta’ ħarsien tad-drittijiet tal-annimali.

L-ambizzjoni li pajjiżna jkun carbon neutral m’għandhiex tkun biss prijorità ambjentali, iżda pilastru ewlieni tal-ekonomija tal-futur ta’

pajjiżna. L-elettrifikazzjoni tal-flotta tal-vetturi u mezzi ta’ trasport, inkluż trasport tal-massa għandhom ikunu prijorità fuq l-aġenda

tal-pajjiż, flimkien ma’ bini ġdid ħafna aktar energy efficient sabiex nilħqu l-miri tat-tibdil fil-klima.

Filwaqt li jitwettqu l-proġetti ambizzjużi mfassla fil-qasam tal-iskart,

għandu jkompli jiġi msaħħaħ il-proċess ta’ riċiklar u tnaqqis tal-iskart. Għandhom jiġu esplorati metodi u mezzi ġodda fejn jinħareġ l-iskart u kif jinġabar f’qafas ta’ pjan nazzjonali fuq it-tema, filwaqt li tibqa’ tiħrax

il-ġlieda kontra prodotti li jniġġsu, fosthom il-plastik u l-pestiċidi.

Il-politika tal-ippjanar għandha tkun meqjusa b’mod ħolistiku f’diskussjoni matura nazzjonali li tinvolvi lill-entitajiet u

l-istituzzjonijiet kollha Governattivi inkluż il-kunsilli lokali u kif ukoll is-sidien. L-identità distinta ta’ kull lokal għandha tkun protetta.

26

27

30

28

29

21

Page 24: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

IL-FUTURTA’ WLIEDNA

Page 25: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

04

Page 26: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

24

Edukazzjoni aċċessibbli għal kulħadd jibqa’ prinċipju kardinali għall-Partit Laburista. L-edukazzjoni formali u informali għamluha possibbli sabiex bosta nies tejbu l-kundizzjonijiet tal-għejxien tagħhom u tal-familja tagħhom. Irridu li t-tfal tagħna jkollhom esperjenza edukattiva pożittiva, li temanċipahom b’għodod analitiċi u kritiċi, u li tħeġġiġhom ikomplu jfittxu edukazzjoni ta’ kwalità matul il-kumplament ta’ ħajjithom.

Page 27: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

03 04

Page 28: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

L-edukazzjoni hija l-aktar għodda importanti speċjalment fl-età ta’ formazzjoni. Għandna naħdmu sabiex kulħadd jilħaq il-milja tiegħu, u nsaħħu l-inċentivi sabiex iż-żgħażagħ kollha jkunu mħeġġa jibqgħu fl-edukazzjoni lil hinn mill-età obbligatorja ta’ sittax-il sena.

Inqarrbu aktar lit-tfal lejn l-arti, il-kultura, ix-xjenza, l-isports u l-edukazzjoni ċivika minn età żgħira u ninkuraġġixxu aktar l-attiviżmu fil-komunità. Għandha ssir diskussjoni nazzjonali fuq riforma dwar il-homework u l-ħin liberu tat-tfal.

Sistema edukattiva tajba tiddependi mill-investiment kontinwu fl-għalliema, għodod ta’ tagħlim addattati u kundizzjonijiet tax-xogħol li jirriflettu l-impenn u r-responsabilitajiet li għandhom, flimkien mas-sehem kruċjali tal-ġenituri fil-vjaġġ formattiv ta’ wliedhom.

Nemmnu f’edukazzjoni terzjarja li tmur lil hinn mill-eżamijiet u l-marki. Is-sistema edukattiva għandha tħeġġeġ il-ħsieb kritiku u analitiku, u tipprovdi l-ispazju u r-riżorsi għar-riċerka.

Kull ġens għandu sens ta’ identità li jrid isaħħaħ u jiżviluppa – identità li ssawret fuq medda ta’ sekli b’sens ta’ sagrifiċċju u kuraġġ minn ta’ qabilna. L-identità ta’ pajjiżna, il-wirt kulturali u l-ilsien Malti jibqgħu importanti anke f’kuntest ta’ dinja li kontinwament tevolvi u tinbidel.

IL-FUTURTA’ WLIEDNA

26

31

32

33

34

35

Page 29: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

Nagħtu l-aqwa esperjenza edukattiva lit-tfal b’kurrikulum li jippromwovi l-kreattività, l-involviment ċiviku, bilanċ u responsabilità

fl-użu tat-teknoloġija, l-isport u l-mental wellbeing sa minn età bikrija.

Il-qari huwa inkubatur ta’ ħsieb ħieles f’soċjetà moderna u pluralista. Inħeġġu tfal, żgħażagħ u adulti jaqraw dejjem aktar.

Tissaħħaħ l-assistenza individwali lil studenti b’diffikultajiet

fit-tagħlim u jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ tagħlim vokazzjonali. Dan filwaqt li jiġi assigurat li l-istituti edukattivi jaħdmu id f’id

mal-industrija sabiex bħala pajjiż ikollna l-aqwa riżors uman u jitkattru l-opportunitajiet, speċjalment fejn jidħlu ċertu ħiliet tekniċi.

Insostnu l-kreattività u l-innovazzjoni, inkluż bi programmi maħsuba

sabiex jagħtu appoġġ lill-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ.

Nippreparaw liż-żgħażagħ b’ħiliet bżonnjużi li jgħinhom iwessgħu l-opportunitajiet tagħhom fil-kuntest tal-ħtiġijiet industrijali tal-lum

u ta’ għada, filwaqt li jiġu msaħħa l-opportunitajiet ta’ re-skilling bi programmi ta’ tagħlim tul il-ħajja. Il-kunċett li dak li tgħallimt

fil-formazzjoni akkademika jew vokazzjonali ser iservi għat-tul kollu tal-ħajja tax-xogħol, irid jinbidel.

36

37

40

39

38

27

Page 30: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

SAĦĦITNA

Page 31: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

05

Page 32: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

30

Il-prevenzjoni tal-mard hija kruċjali daqs il-kwalità tal-kura li nipprovdu. L-Istat għandu jkun responsabbli li jipprovdi kura speċjalizzata ta’ kwalità lil kulħadd, matul il-ħajja kollha. Bl-istess mod, il-kura primarja għandha tassigura livell ta’ kura adekwata u effiċjenti liċ-ċittadini fil-komunità. Bl-użu dejjem akbar ta’ mezzi teknoloġiċi ġodda, niżguraw servizz tas-saħħa modern li jwieġeb għall-ħtiġijiet tal-popolazzjoni. Servizz tas-saħħa tal-ogħla livell bla ħlas huwa garanzija ta’ pajjiż sod, u bħall-edukazzjoni jibqa’ pern ewlieni tal-prinċipji ta’ dan il-Moviment.

Page 33: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

05

Page 34: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

L-isport, forom differenti ta’ attività fiżika, l-ikel nutrittiv u s-saħħa mentali għandhom ikunu promossi bħala pilastri ewlenin għal ħajja sana inkluż fil-vjaġġ edukattiv ta’ uliedna, filwaqt li għandu jkun hemm dejjem aktar għajnuna u incentivi biex aktar żgħażagħ jagħżlu l-isports bħala karriera fuq bażi professjonali.

It-teknoloġija u l-intelliġenza artifiċjali huma għodod kruċjali fil-qasam tas-saħħa. Tinbena sistema elettronika komprensiva li tassigura kura kontinwa matul il-ħajja għal kull ċittadin.

L-iscreening kontinwu huwa kruċjali għall-prevenzjoni tal-mard. Jissaħħaħ l-iscreening mediku għal kulħadd b’mod partikolari fit-tfal kollha sabiex jiġu identifikati b’mod bikri kundizzjonijiet mediċi, fosthom l-obeżità u sfidi ta’ saħħa mentali.

Id-drittijiet tal-pazjenti u d-drittijiet tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa jitħaddmu dejjem aktar id f’id, filwaqt li jibqa’ jiġi mtejjeb l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa u l-mediċini b’xejn għal kulħadd.

L-istrateġija fil-qasam tas-saħħa mentali għas-snin 2020 – 2030 tkompli tiġi implimentata bi prijorità assoluta, filwaqt li neqirdu l-istigma marbuta ma’ din ir-realtà komuni.

42

41

44

45

43

SAĦĦITNA

32

Page 35: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

Jitħeġġeġ dejjem aktar diċentralizazzjoni tas-servizzi tas-saħħa, u tissaħħaħ il-kura primarja flimkien mar-rwol tat-tobba tal-familja

fil-qasam privat fil-katina tas-servizzi provduti lill-pazjenti.

Jiġi nċentivat dejjem aktar it-taħriġ u l-ispeċjalizzazzjoni tal-ħaddiema u l-professjonisti f’oqsma mediċi speċjalizzati, fost

oħrajn fil-kura paljattiva mogħtija lill-pażjenti u fis-servizzi tas-saħħa mentali.

Il-liġijiet tal-pajjiż għandhom jiġu aġġornati sabiex

l-għodod li tipprovdi x-xjenza jkunu dejjem aktar disponibbli għal koppji bi sfidi ta’ infertilità sabiex dawn isiru ġenituri.

Is-saħħa sesswali speċjalment tal-addoloxxenti u ż-żgħażagħ għandha tingħata l-akbar prijorità, b’edukazzjoni

sesswali komprensiva u faċilitajiet dejjem aktar aċċessibblii u miftuħa.

Pajjiżna wera li kapaċi jilqa’ għal kull eventwalità fil-qasam tas-saħħa - il-livell għoli fis-settur jista’ jservi wkoll bħala bażi għal

niċċa ekonomika, filwaqt li tobba u professjonisti oħra jiġu mħeġġa jibdew start-ups fil-qasam mediku.

46

47

49

50

48

33

Page 36: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

IL-QAFAS DEMOKRATIKU TA’ MALTA

Page 37: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

06

Page 38: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

36

Demokrazija ħajja hija msejsa fuq il-kontabbiltà, skrutinju indipendenti u l-pluraliżmu. It-tkomplija tar-riformi li bdejna hija kruċjali sabiex inkomplu nsaħħu l-governanza u l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna. Hekk ukoll irridu li jkollna sistema ġudizzjarja soda, trasparenti u kontabbli li tgawdi l-fiduċja tal-pubbliku. Il-ġustizzja trid issir, tidher li qed issir u ssir fil-ħin. Ma’ dawn hemm ukoll l-importanza tal-irwol tal-media, ir-raba’ pilastru tad-demokrazija tagħna.

Page 39: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

06

Page 40: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

Għandu jkompli jissaħħaħ il-programm ta’ riformi bla preċedent fil-qasam tal-governanza u s-saltna tad-dritt, b’tali mod li pajjiżna jibda jiġi meqjus a best practice f’dawn l-oqsma fuq livell Ewropew.

Jitnieda proċess ta’ diskussjoni nazzjonali dwar is-sistema elettorali attwali f’pajjiżna.

Għandu jkun introdott rimedju għal dawk iċ-ċittadini li jħossuhom aggravati b’dikjarazzjonijiet li jkunu saru fil-konfront tagħhom minn membri fil-Kamra tar-Rappreżentanti taħt il-privileġġ parlamentari, jekk ikun stabbilit li ġie abbużat l-istess privileġġ.

L-Awtorità tax-Xandir għandu jkollha rwol li huwa aktar relevanti għaż-żminijiet tal-lum. Tissaħħaħ ir-rappreżentanza fi ħdanha permezz ta’ persuni indipendenti mill-politika.

Il-midja hija pilastru ewlieni tad-demokrazija. Jitwaqqaf fond amministrat mill-Awtorità tax-Xandir maħsub sabiex ikun ta’ sostenn u jinċentiva ġurnaliżmu speċjalizzat.

51

52

54

53

IL-QAFAS DEMOKRATIKU TA’ MALTA

38

55

Page 41: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

Għandu jissokta l-proċess li jwassal sabiex tintuża l-karta tal-identità bħala dokument tal-vot.

F’kuntest ta’ liġijiet u proċeduri dejjem aktar speċjalizzati għandu jiġi assigurat li jkollna dejjem aktar membri tal-ġudikatura speċjalizzati

f’oqsma tekniċi.

Filwaqt li l-indipendenza tal-ġudikatura tibqa’ l-aktar prinċipju

fundamentali tas-sistema ġudizzjarja, il-Qrati f’pajjiżna għandhom jaħdmu f’ambjent ta’ aktar kontabbiltà, trasparenza u effiċenza

bl-użu tal-mezzi teknoloġiċi kollha disponibbli f’kull stadju tal-proċessi.

Id-dewmien fil-proċessi tal-ġustizzja jnaqqas mill-fiduċja tan-nies

fis-sistema ġudizzjarja. Id-daqs tal-ġudikatura u t-taħriġ provdut lilha għandu jirrifletti l-ħtiġijiet vera tal-pajjiż b’mod li l-ġustizzja ssir kif

meħtieġ u fl-inqas żmien possibbli.

L-Istat għandu jsaħħaħ l-għodod għad-dispożizzjoni tal-għaqdiet mhux governattivi sabiex jaqdu r-rwol tagħhom ta’ attiviżmu fil-komunitajiet, u dak ta’ skrutinju fuq livell nazzjonali.

57

60

58

59

56

39

Page 42: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

ILKOLL INDAQS

Page 43: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

07

Page 44: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

42

Nemmnu f’soċjetà miftuħa u mingħajr preġudizzji li tagħti l-istess opportunità lil kulħadd, irrispettivament mill-isfond soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, etniċità, kulur jew twemmin. L-emanċipazzjoni ta’ persuni li jesperjenzaw diffikultajiet fil-ħajja ta’ kuljum mhijiex privileġġ, iżda dritt. Minkejja l-kisbiet kbar li għamilna matul is-snin, il-ġlieda għall-ugwaljanza u aktar libertajiet ċivili tibqa’ parti integrali mill-ħidma tagħna għall-poplu Malti u Għawdxi.

Page 45: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

07

Page 46: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

Fl-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol saru passi ‘l quddiem, iżda jibqgħu sfidi bħal equal pay for equal work li jridu jkomplu jiġu indirizzati. Irid ikun hemm ġlieda kontinwa kontra l-prekarjat biex jiġi assigurat li kull ħaddiem f’pajjiżna jiġi trattat b’dinjità, filwaqt li tkompli l-ħidma f’miżuri li jagħtu dejjem aktar emanċipazzjoni lill-mara.

Il-parental leave għandu jiġi wżat skont il-ħtiġijiet tal-familji.

Għandha ssir diskussjoni nazzjonali fuq l-ewtanażja volontarja f’pajjżna għal persuni b’mard terminali.

Minkejja l-avvanzi kbar li għamel pajjiżna fil-qasam tad-drittijiet ċivili speċjalment mal-persuni LGBTIQ, l-edukazzjoni tibqa’ ċ-ċavetta ta’ soċjetà ugwali vera, u għandu jingħata sensitivity training lill-ħaddiema ta’ entitajiet pubbliċi u organizazzjonijiet privati.

Il-vittmi tal-vjolenza domestika u wliedhom għandhom jingħataw l-appoġġ kollu meħtieġ u jiġi assigurat li jibqgħu jgħixu f’ambjent sigur f’darhom.

65

ILKOLL INDAQS

44

62

63

61

64

Page 47: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

Għandhom jitwessgħu dejjem aktar is-servizzi tas-saħħa speċjalizzati għal persuni transesswali mis-servizz tas-saħħa tal-Istat.

Tkompli tiġi msaħħa l-parteċipazzjoni ta’ ħaddiema b’diżabbiltà fid-dinja tax-xogħol skont il-ħiliet individwali. Għandu jiġi esplorat li jiżdiedu

l-obbligi tas-settur pubbliku u l-privat fl-inklużjoni ta’ persuni b’diżabbiltà.

Il-Gvern għandu jgħin b’mod dirett persuni b’diżabbiltà jew

kundizzjonijiet ta’ saħħa partikolari fosthom cancer survivors, sabiex ikollom aċċess għal self mill-banek u jissaħħaħ il-kunċett ta’

independent living.

L-anzjani għandu jkollhom kull opportunità li jibqgħu jagħtu

s-servizz tagħhom lill-komunità kif ukoll fil-qasam tax-xogħol fejn preżentament teżisti diskriminazzjoni fuq bażi tal-età, inkluż

fis-settur pubbliku.

Għandha tissaħħaħ l-edukazzjoni kontra r-razziżmu, l-omofobija u forom oħra ta’ diskriminazzjoni u mibegħda.

67

69

66

68

70

45

Page 48: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

GĦAWDEX

Page 49: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

08

Page 50: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

48

Il-karatteristiċi uniċi ta’ Għawdex huma l-pedament sod għall-futur tal-gżira u l-Għawdxin. F’Għawdex irridu nilħqu l-bilanċ meħtieġ bejn l-attività ekonomika u l-ħarsien tal-wirt storiku u naturali. Il-ħolqien t’opportunitajiet għall-ħaddiema, żgħażagħ u studenti Għawdxin huma l-aktar mezz effettiv kif nindirizzaw l-isfidi demografiċi tal-gżira Għawdxija. Id-daqs t’Għawdex jagħmlu ideali għal proġetti ambjentali ġodda qabel dawn ikunu estiżi għall-kumplament tal-pajjiż.

Page 51: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

03

08

Page 52: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

Jitfassal masterplan għal Għawdex imsejjes fuq il-bilanċ bejn l-andament ekonomiku, faċilitajiet ta’ divertiment, l-aspetti soċjali u ambjentali tal-gżira Ghawdxija, filwaqt li jiġu żviluppati pjanijiet għal żoni strateġiċi bħal l-Imġarr u r-Rabat.

Għandu jiġi żgurat żvilupp sostenibbli li jipproteġi l-karatteristiċi uniċi tal-irħula Għawdxin, ix-xenarju, l-pajsaġġ u l-passaġġi antiki tal-ilma hekk kif mixtieq mir-residenti Għawdxin.

It-titjib fil-konnettività bejn iż-żewġ gzejjer b’mezzi differenti għandu jibqa’ prijorità.

Għawdex isir destinazzjoni ewlenija għal investiment ta’ kwalità, b’inċentivi mmirati li jħeġġu startups jew SMEs jiftħu jew jespandu l-operat tagħhom f’Għawdex.

Għawdex isir destinazzjoni dejjem aktar distinta minn Malta, b’settur turistiku msejjes fuq il-karatteristiċi uniċi tal-gżira Għawdxija; l-ambjent naturali, il-prodott lokali, l-istorja u l-avventura.

GĦAWDEX

50

73

71

75

72

74

Page 53: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

Għawdex jeħtieġ proġetti u skemi ta’ akkomodazzjoni soċjali ddisinjati skont il-ħtiġijiet tal-popolazzjoni Għawdxija.

Għandu jkompli jissaħħaħ il-kalendarju artistiku u kulturali matul is-sena kollha, inklużi kunċerti fuq skala kbira.

Id-daqs tal-gżira Għawdxija jagħmilha ideali

għall-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota inkluż dawk ambjentali. Għawdex jista’ jkun il-pijunier għal qalba ambjentali ta’ pajjiżna

fil-qafas tal-viżjoni li twassal għal carbon neutrality. Għaldaqstant, għandhom jiġu mnedija proġetti ta’ trasport alternattiv u nadif

b’inċentivi speċjali għall-bidla tal-vetturi preżenti għal dawk elettriċi.

Għandha ssir ħidma sabiex iċ-Ċittadella u wirt storiku ieħor

jiddaħħlu fil-Lista tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO.

Il-viżjoni li tħares lejn is-servizz tas-saħħa f’Għawdex bħala wieħed ta’ eċċellenza għandha tibqa’ tiġi mbuttata

għall-beneficċċju taċ-ċittadini Għawdxin kollha.

79

76

80

77

78

51

Page 54: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

MALTA: L-IRWOL TAGĦHA FIL-MEDITERRAN, FL-EWROPA U FID-DINJA

Page 55: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

MALTA: L-IRWOL TAGĦHA FIL-MEDITERRAN, FL-EWROPA U FID-DINJA 09

Page 56: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

54

Il-potenzjal ta’ pajjiżna jiżboq id-daqs ġeografiku tiegħu u matul is-snin Malta kienet katalista fuq kwistjonijiet ta’ relevanza internazzjonali. Il-pożizzjoni ta’ pajjiżna u n-newtralità tiegħu jagħtuna l-opportunità li nkunu l-leħen tal-kompromess fuq kwistjonijiet li jaffettwaw lir-reġjun tal-Mediterran kif ukoll ir-relazzjoni bejn il-kontinenti tal-Ewropa u l-Afrika. Is-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea u s-sehem tagħna f’fora oħra internazzjonali huma strumenti importanti sabiex intejbu l-kwalità tal-ħajja kemm f’pajjiżna u anke lil hinn minn xtutna.

Page 57: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

09

Page 58: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

Hekk kif pajjiżna jersaq lejn 20 sena ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea, il-fondi Ewropej għandhom iservu sabiex iqarrbu il-benefiċċji tal-proġett Ewropew fil-komunitajiet madwar Malta u Għawdex, filwaqt li nsaħħu l-impenn tagħna li naraw Ewropa aktar solidali u soċjali.

Bħala pajjiż għandna nkomplu naħdmu favur il-kodifikazzjoni ta’ customary international law filwaqt li nsaħħu l-impenn tagħna f’diversi oqsma, fosthom fil-liġi marittima internazzjonali.

Id-diplomazija kummerċjali hija mezz kif insaħħu l-esportazzjoni ta’ servizzi u prodotti lokali lejn swieq ġodda madwar id-dinja.

Bħala l-pont ġeografiku u kulturali bejn il-kontinent Ewropew u dak Afrikan, Malta għandha tibqa’ promotur newtrali u ewlieni għall-paċi fil-Mediterran u fid-dinja, filwaqt li nikkonsolidaw il-pjanijiet differenti tal-awtoritajiet tal-pajjiż fi strateġija nazzjonali għas-sigurtà bil-kollaborazjoni ma’ pajjiżi oħra fir-reġjun.

Noħolqu sistema kompetittiva li tattira lejn pajjiżna l-aqwa talent possibbli sa minn studenti, filwaqt li ssir ħidma sabiex Malta ssir hub internazzjonali tas-saħħa.

83

82

84

85

81

MALTA: L-IRWOL TAGĦHA FIL-MEDITERRAN, FL-EWROPA U FID-DINJA

56

Page 59: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

Malta tingħaqad ma’ pajjiżi żgħar oħra sabiex tespandi r-rappreżentanza tagħha madwar id-dinja.

Insaħħu r-rappreżentazzjoni diplomatika ta’ Malta u nsaħħu l-opportunitajiet ta’ investiment f’aktar kontinenti, inkluż fl-Afrika,

fl-Asja u fl-Amerika Latina.

L-isfidi tal-kontinent Afrikan huma relevanti għall-Ewropa u

l-komunità internazzjonali. Malta sservi ta’ eżempju b’inizjattivi reċiproki ta’ kummerċ ġust u ħolqien ta’ impjiegi fil-pajjiżi Afrikani.

L-immigrazzjoni rregolari huwa fenomenu rikorrenti għal pajjiżna. Malta għandha tkompli tindirizza din l-isfida internazzjonali

permezz ta’ ħidma konkreta mal-pajjiżi tal-oriġinu u t-transitu kif ukoll fuq livell Ewropew.

Għandu jkun hemm inizjattivi li jippromwovu l-kuntatt mal-komunitajiet Maltin imferxin madwar id-dinja, partikolarment

mal-ġenerazzjonijiet il-ġodda billi jiġu promossi l-lingwa, l-istorja, il-kultura u l-patrimonju Malti.

87

86

88

89

90

57

Page 60: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

KUNSILLI LOKALI AKTAR B’SAĦĦITHOM

Page 61: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

10

Page 62: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

60

Il-Kunsilli Lokali jservu bħala pont ewlieni bejn l-istituzzjonijiet tal-Istat u ċ-ċittadini. Hekk kif noqorbu lejn it-30 sena anniversarju mit-twaqqif tagħhom, jeħtieġ li l-Kunsilli Lokali jiġu mogħtija dejjem aktar għodda biex jaqdu l-funzjoni tagħhom li matul is-snin evolviet mal-bqija tas-soċjetà Maltija. Ħadd daqs il-Kunsilli Lokali ma jista’ jorganizza l-fehmiet taċ-ċittadini u l-komunitajiet tagħna. L-awtoritajiet ċentrali jeħtieġu l-gwida tal-Kunsilli Lokali sabiex jindirizzaw l-isfidi ta’ żoni differenti tal-pajjiż, l-aktar dawk li qed jesperjenzaw tibdiliet mgħaġġla. Biex dan jibqa’ jkun possibbli, il-Kunsilli Lokali għandhom ikollhom biżżejjed awtonomija, riżorsi u ħiliet sabiex jagħmlu d-differenza fl-ibliet u l-irħula tagħna.

Page 63: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

10

Page 64: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

Insaħħu l-awtonomija finanzjarja tal-Kunsilli Lokali billi parti mid-dħul li jinġieb minn attività li toħloq inkonvenjent lil-lokalità jibda jmur għand il-Kunsill Lokali.

Jissaħħu l-operat u l-effiċjenza tal-Kunsilli Lokali permezz ta’ kollaborazzjoni bejn lokalitajiet differenti fuq il-prinċipju ta’ economies of scale, b’mod li jiġu megħluba sfidi komuni.

Għandu jiġi żgurat sehem akbar tal-Kunsilli Lokali fl-iżvilupp ta’ politika nazzjonali li tirrifletti l-ħtiġijiet tal-komunitajiet tagħna.

Il-prinċipju ta’ tisħiħ tal-parteċipazzjoni ugwali bejn is-sessi fuq livell parlamentari għandu jiġi estiż ukoll fil-kunsilli lokali b’mekkaniżmi li jkunu adekwati għall-istess Kunsilli.

Jitfassal programm ta’ investiment fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-membri eletti u amministrattivi tal-Kunsilli Lokali, inkluż fl-aspett tal-ħidma internazzjonali.

92

91

94

95

IL-QAFAS DEMOKRATIKU TA’ MALTA

62

93

Page 65: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

Għandha tissaħħaħ il-kontabbiltà tal-Kunsilli Lokali u jingħata rwol regolatorju lid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali.

L-uffiċini tal-Kunsilli Lokali għandhom ikunu mezz sabiex jiġu

ddiċentralizzati aktar servizzi provduti minn entitajiet governattivi billi jiġu provduti l-mezzi neċessarji, b’mod li jkunu

eqreb lejn ir-residenti.

Il-Kunsilli Reġjonali għandhom jassiguraw aktar effiċjenza

fis-servizzi pubbliċi provduti lir-residenti, inkluż mill-entitajiet pubbliċi, billi jiffaċilitaw il-qsim ta’ kompetenzi u l-użu tal-fondi

Ewropej bejn il-Kunsilli Lokali tar-reġjuni rispettivi tagħhom.

Għandha dejjem tissaħħaħ aktar il-komunikazzjoni bejn il-Kunsilli

Lokali u r-residenti, inkluż bl-użu ta’ pjattaformi elettroniċi.

Il-Kunsilli Lokali flimkien mal-għaqdiet tal-lokal għandhom ikunu mezz li permezz tagħhom tissaħħaħ l-identità kulturali

tal-bliet u l-irħula tagħna. Bħala l-entitajiet li huma l-eqreb tar-residenti, il-Kunsilli għandhom il-potenzjal li jgħinu aktar

fil-qasam soċjali.

98

99

97

100

96

63

Page 66: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

64

Page 67: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org
Page 68: PL 100 IDEA DOC FINAL - partitlaburista.org

PA R T I T L A B U R I S TA