IL-ĦDAX-IL SENA IR-RELIĠJON IL-ĦIN: Siegħa u tliet kwarti · 2019. 9. 2. · Ir-Reliġjon –...

12
Ir-Reliġjon Il-Ħdax-il Sena 2019 Paġna 1 minn 12 ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU, TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA U IMPJEGABILITÀ Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2019 IL-ĦDAX-IL SENA IR-RELIĠJON IL-ĦIN: Siegħa u tliet kwarti L-isem u l-kunjom: ____________________________ Il-klassi: __________ Din il-karta tal-eżami fiha SITT taqsimiet. Aqra sewwa l-istruzzjonijiet fit-titlu ta’ kull eżerċizzju. Wieġeb il-mistoqsijiet KOLLHA. Għall-użu tal-għalliema Taqsima A Taqsima B Taqsima C Taqsima D Taqsima E Taqsima F Total 18 17 18 17 12 18 100

Transcript of IL-ĦDAX-IL SENA IR-RELIĠJON IL-ĦIN: Siegħa u tliet kwarti · 2019. 9. 2. · Ir-Reliġjon –...

  • Ir-Reliġjon – Il-Ħdax-il Sena – 2019 Paġna 1 minn 12

    ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU,

    TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA U IMPJEGABILITÀ

    Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar

    It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

    L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2019

    IL-ĦDAX-IL SENA IR-RELIĠJON IL-ĦIN: Siegħa u tliet kwarti

    L-isem u l-kunjom: ____________________________ Il-klassi: __________

    Din il-karta tal-eżami fiha SITT taqsimiet.

    Aqra sewwa l-istruzzjonijiet fit-titlu ta’ kull eżerċizzju.

    Wieġeb il-mistoqsijiet KOLLHA.

    Għall-użu tal-għalliema

    Taqsima

    A

    Taqsima

    B

    Taqsima

    C

    Taqsima

    D

    Taqsima

    E

    Taqsima

    F

    Total

    18 17 18 17 12 18 100

  • Paġna 2 minn 12 Ir-Reliġjon – Il-Ħdax-il Sena – 2019

    Taqsima A (18-il marka)

    Int x’Tiswa?

    Imla l-vojt bil-kelma t-tajba. L-ewwel ittra qed tingħata. (3 marki)

    1. Fis-sagrament tal-Magħmudija, aħna niksbu l-istima li nibdew nissejħu wlied

    A____________.

    2. Permezz tal-Magħmudija, aħna nidħlu għall-ewwel darba fil-K____________ ta’

    Ġesù.

    3. San Pawl jikteb li permezz tal-Magħmudija aħna mmutu għall-bniedem ilsir tal-

    ħażen u tad-dnub biex nerġgħu nqumu mill-ġdid fuq ix-xbieha ta’ K____________

    rebbieħ fuq il-mewt.

    Kompli s-sentenza. (4 marki)

    4. Ta’ kuljum, in-Nisrani għandu jgħix il-Magħmudija tiegħu billi ________________

    _________________________________________________________________

    5. Fil-Griżma tal-Isqof inkunu qed ________________________________________

    __________________________________________________________________

    Wieġeb dawn il-mistoqsijiet.

    6. Għaliex fis-sagrament tal-Magħmudija s-saċerdot juża l-ilma?

    _________________________________________________________________

    _________________________________________________________ (2 marki)

    7. Għaliex in-Nisrani huwa msejjaħ ‘Tempju tal-Ispirtu s-Santu’? _________________________________________________________________

    _________________________________________________________ (2 marki)

  • Ir-Reliġjon – Il-Ħdax-il Sena – 2019 Paġna 3 minn 12

    8. Fisser dan il-kliem: (3 marki)

    (a) Il-battisteru:

    _______________________________________________________________

    (b) Il-katekumenu:

    _______________________________________________________________

    (c) Il-blandun:

    _______________________________________________________________

    9. Fis-sagrament tal-Magħmudija niksbu l-istima bħala ‘Werrieta ta’ Alla.’ X’inhu dan

    il-wirt?

    ___________________________________________________________ (marka)

    10.(a) X’tifhem bil-kelma ‘qdusija’?

    _________________________________________________________________

    _________________________________________________________ (2 marki)

    (b) Min hu msejjaħ biex isir qaddis?

    ___________________________________________________________ (marka)

    Taqsima B (17-il marka)

    Il-Ħajja x’Tiswa?

    Agħmel sinjal taħt it-tweġiba t-tajba. (2 marki)

    1. (Fit-tielet, Fil-ħames, Fis-seba’) kmandament Alla jitlobna biex inħarsu l-ħajja.

    2. (Santu Wistin, San Franġisk, San Pawl) hu magħruf għall-imħabba u l-qima li kellu

    lejn il-ħolqien, speċjalment lejn l-annimali.

    Imla l-vojt bil-kelma t-tajba. (2 marki)

    3. Min ineħħi ħajtu b’idejh ikun qed iwettaq ____________________.

    4. Waħda mill-Għaqdiet jew Djar tal-Knisja fil-gżejjer Maltin li tagħmel xogħol ma’

    persuni b’diżabilità hija _____________________.

  • Paġna 4 minn 12 Ir-Reliġjon – Il-Ħdax-il Sena – 2019

    Kompli s-sentenza. (4 marki)

    5. Wieħed mill-eżempji fejn naraw lil Ġesù Kristu jfejjaq jew jiddefendi l-ħajja

    tal-bniedem kien meta _______________________________________________

    6. Nista’ nġib rispett lejn il-ħolqien ta’ Alla billi ______________________________

    _________________________________________________________________

    Wieġeb dawn il-mistoqsijiet.

    7. Semmi ŻEWĠ sitwazzjonijiet li fihom jista’ jiġi amministrat is-sagrament

    tal-Griżma tal-Morda.

    (a) ________________________________________________________ (marka)

    (b) ________________________________________________________ (marka)

    8. Agħti eżempju ta’ x’tista’ tagħmel int, bħala Nisrani/ja, ma’ min hu marid

    fil-komunità li tgħix fiha.

    __________________________________________________________ (marka)

    9. (a) X’inhi l-piena kapitali?

    __________________________________________________________ (marka)

    (b) Għaliex in-Nisrani m’għandux jaqbel mal-piena kapitali?

    _________________________________________________________________

    _________________________________________________________ (2 marki)

    10.Omm tiskopri li t-tarbija f’ġufha se titwieled b’diżabilità.

    (a) X’għandha tagħmel?

    __________________________________________________________ (marka)

    (b) Għaliex?

    11.X’għandu jkun l-atteġġjament tan-Nisrani lejn l-annimali?

    __________________________________________________________ (marka)

  • Ir-Reliġjon – Il-Ħdax-il Sena – 2019 Paġna 5 minn 12

    Taqsima C (18-il marka)

    Lejn id-Dinja tax-Xogħol

    Qabbel kolonna A ma’ kolonna B billi tikteb in-numri 1 sa 3 fil-kaxxa l-vojta

    fin-nofs. (3 marki)

    Kolonna A Kolonna B

    1. Rerum Novarum ġiet miktuba mill-qaddis Papa Ġwanni

    Pawlu t-Tieni f’għeluq il-mitt sena mill-

    ewwel enċiklika li titkellem fuq ix-xogħol.

    2. Centesimus Annus huwa wieħed mid-dokumenti maħruġa

    mill-Konċilju Vatikan it-Tieni fejn jagħmel

    referenza għad-dinjità tal-bniedem fuq

    il-post tax-xogħol.

    3. Gaudium et Spes kienet l-ewwel enċiklika soċjali li l-Knisja

    ħarġet fl-1891.

    Agħmel sinjal taħt it-tweġiba t-tajba. (2 marki)

    4. (Il-Papa Ljun 13, Il-Papa Piju 11, Il-Papa Pawlu 6) kiteb l-enċiklika Rerum Novarum.

    5. (San Tumas, San Pawl, San Ġilormu) kiteb lill-Insara ta’ Tessalonika: “jekk xi ħadd

    ma jridx jaħdem, dan anqas ma għandu jiekol” (2 Tess 3, 10).

    Wieġeb dawn il-mistoqsijiet.

    6. “Nisslu u oktru u imlew l-art, u aħkmuha.” (Ġen 1, 28) X’ried ifisser Alla b’dan

    il-kliem?

    __________________________________________________________________

    __________________________________________________________ (2 marki)

    7. Għaliex in-Nisrani, fejn hu possibbli, għandu jieqaf mix-xogħol fil-ġurnata tal-Ħadd? (a) _______________________________________________________ (marka)

    (b) _______________________________________________________ (marka)

  • Paġna 6 minn 12 Ir-Reliġjon – Il-Ħdax-il Sena – 2019

    8. Il-ħaddiem għandu jkollu bosta drittijiet fuq il-post tax-xogħol. Semmi TLIETA.

    (a) _______________________________________________________ (marka)

    (b) _______________________________________________________ (marka)

    (c) _______________________________________________________ (marka)

    9. Agħti eżempju WIEĦED għaliex il-ħaddiem jista’ jkun imdejjaq fuq il-post

    tax-xogħol.

    __________________________________________________________ (marka)

    10.Għaliex id-dinjità tal-ħaddiem għandha tiġi qabel ix-xogħol?

    _________________________________________________________________

    _________________________________________________________ (2 marki)

    11.Semmi WIEĦED mid-dmirijiet li union tal-ħaddiema għandu jkollha lejn dawk li

    tirrappreżenta.

    __________________________________________________________ (marka)

    12.X’għandek iżżomm f’moħħok meta tiġi biex tagħżel ix-xogħol tiegħek?

    (a) _______________________________________________________ (marka)

    (b) _______________________________________________________ (marka)

    Taqsima D (17-il marka)

    Fit-Triq tal-Imħabba

    Agħmel sinjal taħt it-tweġiba t-tajba. (2 marki)

    1. (L-imħabba Eros, L-imħabba Filija, L-imħabba Agape) hija l-imħabba li teżisti bejn

    il-ħbieb sinċieri; imħabba mibnija fuq rabta profonda ta’ simpatija.

    2. Il-ministri fis-sagrament taż-żwieġ huma (is-saċerdoti, l-għarus u l-għarusa,

    Ġesù u l-Knisja).

  • Ir-Reliġjon – Il-Ħdax-il Sena – 2019 Paġna 7 minn 12

    Kompli s-sentenza. (4 marki)

    3. Inkun qed inħobb bi mħabba Agape meta ________________________________

    _________________________________________________________________

    4. Waħda mill-problemi li tista’ twassal biex iż-żwieġ Nisrani jitkisser hija _________

    _________________________________________________________________

    Aqra sew is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet.

    “Resqu xi Fariżej lejh u biex iġarrbuh staqsewh jekk raġel jistax jitlaq lil martu.

    Weġibhom u qal, ”X’ordnalkom Mosè?” Qalulu: “Mosè ta l-permess li wieħed jagħmel il-

    kitba tad-divorzju u jibgħatha”. Imbagħad weġibhom Ġesù: “Minħabba l-ebusija ta’

    qalbkom kitbilkom din l-ordni. Iżda sa mill-bidu tal-ħolqien Alla għamilhom raġel u

    mara. Għalhekk, mela, raġel iħalli lil missieru u ’l ommu u jingħaqad ma’ martu u t-

    tnejn isiru ġisem wieħed. Għalhekk mhumiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed. Mela dak

    li għaqqad Alla m’għandux jifirdu l-bniedem.” (Mk 10, 2-9)

    5. X’wieġeb Ġesù meta l-Fariżej staqsewh jekk raġel jistax jitlaq lil martu?

    __________________________________________________________________

    ___________________________________________________________ (marka)

    6. X’jiġri meta r-raġel iħalli lil missieru u ’l ommu u jingħaqad ma’ martu?

    ___________________________________________________________ (marka)

    7. X’inkunu qed infissru meta ngħidu li ż-żwieġ Nisrani hu ‘indissolubbli’?

    _________________________________________________________________

    __________________________________________________________ (2 marki)

    8. (a) Jista’ raġel Nisrani jkun miżżewweġ iktar minn mara waħda fl-istess ħin?

    ___________________________________________________________ (marka)

    (b) Għaliex?

    _________________________________________________________________

    __________________________________________________________ (2 marki)

  • Paġna 8 minn 12 Ir-Reliġjon – Il-Ħdax-il Sena – 2019

    9. Fisser dan il-kliem: (2+2 marki)

    (a) L-annullament: ________________________________________________

    ________________________________________________

    (b) Iċ-ċelibat: ________________________________________________

    ________________________________________________

    Taqsima E (12-il marka)

    Agħżel TNEJN minn dawn il-mistoqsijiet (1, 2, 3, 4) u, fuq karta separata,

    wieġeb f’paragrafu ta’ mhux inqas minn tmenin (80) kelma GĦAL KULL WAĦDA

    miż-żewġ mistoqsijiet.

    1. “U l-Mulej ħa lill-bniedem u qiegħdu fil-ġnien biex jaħdmu u jħarsu.” (Ġen 2, 15)

    Ix-xogħol għandu iktar minn għan wieħed. Ikteb dwar ŻEWĠ għanijiet li jrid jilħaq

    il-bniedem permezz tax-xogħol. (6 marki)

    2. “Ma tistgħux taqdu żewġ sidien; ma tistgħux taqdu ’l Alla u lill-flus.” (Mt 6, 24)

    (a) X’ried ifisser Ġesù meta lid-dixxipli tiegħu qalilhom dan il-kliem? (3 marki)

    (b) Int, bħala Nisrani/ja, kif tista’ tagħmel użu tajjeb mill-ġid li jkollok? (3 marki)

    3. “...huwa minn ġewwa, mill-qalb tal-bniedem, li joħorġu l-ħsibijiet il-ħżiena:

    ir-regħba, l-għira, is-serq, il-qtil ...” (Mk 7, 21)

    (a) Spjega għaliex in-Nisrani ma jista’ qatt jaqbel ma’ attitudni ta’ tpattija meta xi

    ħadd jagħmel azzjoni ħażina. (3 marki)

    (b) X’għandek tagħmel int, bħala Nisrani/ja, biex tibni relazzjoni soda ma’ dawk ta’

    madwarek? (3 marki)

    4. Din is-sena, Alfred u Sephora se jkunu qed jiċċelebraw 55 sena miż-żwieġ

    tagħhom. Alfred jistqarr li wieħed mis-sigrieti għaliex iż-żwieġ tagħhom ma

    tfarrakx kien għaliex huma dejjem kienu ‘fidili’ lejn xulxin.

    (a) Xi tfisser ‘il-fedeltà’ fiż-żwieġ Nisrani? (2 marki)

    (b) Semmi ŻEWĠ għanijiet tal-imħabba fiż-żwieġ Nisrani. (4 marki)

  • Ir-Reliġjon – Il-Ħdax-il Sena – 2019 Paġna 9 minn 12

    Taqsima F (18-il marka)

    o Agħżel Titlu 1 jew Titlu 2.

    o Kull tweġiba trid tkun magħmula minn tliet paragrafi: (a), (b) u (c).

    o It-tweġiba sħiħa jrid ikun fiha madwar 250 kelma.

    Titlu 1

    “Is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar, qaddis hu l-isem tiegħu.” (Lq 1, 48)

    (a) Matul is-snin, il-Knisja tat diversi titli lil Marija biex toħroġ aktar

    bid-dieher xi aspetti tal-personalità jew tal-ħidma tagħha.

    (i) Semmi ERBA’ dommi li l-Knisja tat lil Marija. (4 marki)

    (ii) Fisser u spjega TNEJN minnhom fid-dettal. (4 marki)

    (b) Marija hija dik li għarfet tagħti b’mod l-aktar perfett it-tweġiba

    tagħha għall-ħwejjeġ kbar li Alla għoġbu jagħmel magħha.

    Irrakkonta ġrajja WAĦDA li fiha Marija wieġbet bis-sħiħ għas-sejħa

    ta’ Alla. (4 marki)

    (c) Iben Marija, Ġesù, kiseb il-quċċata tas-suċċess meta rebaħ fuq il-ħażen

    u fuq il-mewt. Bis-saħħa ta’ Ġesù, aħna wkoll nistgħu niksbu dan

    is-suċċess li jibqa’. Permezz ta’ TLIET eżempji, għid x’għandu jagħmel

    in-Nisrani biex jakkwista dan is-suċċess. (6 marki)

    JEW

    Titlu 2

    “Jien ġejt biex ikollkom il-ħajja, u l-ħajja bil-kotra.” (Ġw 10,10)

    (a) (i) Spjega għaliex persuna ma tistax tagħmel li trid b’ħajjitha. (3 marki)

    (ii) Għaliex in-Nisrani m’għandux ikun favur l-ewtanasja? (3 marki)

    (b) Ikteb dwar TLIET sitwazzjonijiet meta persuna tkun qed tpoġġi

    l-ħajja tagħha f’periklu bla bżonn. (6 marki)

    (c) (i) X’inhu l-abort? (2 marki)

    (ii)X’inhi l-pożizzjoni tal-Knisja dwar l-abort? (4 marki)

  • Paġna 10 minn 12 Ir-Reliġjon – Il-Ħdax-il Sena – 2019

    ____________________________________________________________________

  • Ir-Reliġjon – Il-Ħdax-il Sena – 2019 Paġna 11 minn 12

  • Paġna 12 minn 12 Ir-Reliġjon – Il-Ħdax-il Sena – 2019

    Tmiem il-Karta