Il-Birgu
description
Transcript of Il-Birgu
Studenti tal-Ħames Klassi flimkienmal-għalliem tagħhomis-Sur Anthony Vella
Wara l-miġja tal-Konti Ruġġieru f’Malta fl-1091, fil-ponta fejn illum hemm il-Birgu, kien hemm kastell biex iħares il-port.
Belt importanti kienet ġa qed tikber wara dan il-kastell.Il-Belt li kibret għall-kenn ta’ dan il-kastell ħadet l-isem ta’ BORGO (jew Birgu).
Il-Birgu kien sar iċ-ċentru tal-kummerċ bejn Malta, Sqallija u gżejjer oħra fil-Mediterran.
Kien għalhekk li fil-Birgu marru jgħixu ħafna negozjanti, baħħara, kursara u ħaddiema li kellhom xi sengħa marbuta mal-baħar.
Meta l-Kavallieri ġew Malta fl-1530, huma għamlu l-Birgu bħala l-Belt kapitali tagħhom.Allura l-importanza tal-Birgu bħala belt marittima kibret ħafna.
Il-Kavallieri saħħew `il-Birgu billi: •Dawruh bis-swar.•Kabbru `l-Kastellimar u semmewh il-Forti ta’ Sant`Anġlu.
•Bnew bini ġdid għall-użu tagħhom. Huma bnew seba’ bereġ, sptar u maħżen.
Fl-1538 bdew jibnu t-tarzna peress li kellhom bżonn post fejn isewwu x-xwieni tagħhom.
Għalkemm il-Kavallieri bnew il-Belt Valletta, il-Birgu xorta baqa’ ċ-ċentru marittimu tal-Gżejjer. Hekk il-Birgu ma tilifx l-importanza tiegħu bħalma ġralhom l-Imdina u ċ -Ċittadella.
Forti Sant’Anġlu kien importanti għad-difi\a Maltija għax qiegħed fil-ponta jħares fuq il-Birgu u jiddomina l-Port il-Kbir.
Dan il-kastell kien inbena mill-Għarab u kien il-fortifikazzjoni ewlenija madwar il-port fi żminijiet ta’ qabel ma ġew il-Kavallieri Malta fl-1530.
Il-knisja ta’ San Lawrenz kienet mibnija mill-arkitett Lorenzo Gafà. Inbniet minflok il-knisja konventwali tal-Kavallieri.
Wara l-ħerba tal-Assedju l-Kbir tal-1565 dawn is-swar ġew irranġati stil Barokk.
Il-Bieb tal-Birgu min-naħa tal-art huwa bieb iffortifikat biex jilqa’ l-attakki tal-għadu mill-art.
Illum hemm il-Kunsill Lokali tal-Birgu flimkien ma’ bosta attrazzjonijiet għat-turisti li jmorru jarawh.
Dan l-ewwel sptar tal-Kavallieri ta’ San Ġwann inbidel f’kunvent tas-sorijiet tal-Klawsura.
Il-kappella ta’ Sant’ Anna tinsab fil-Forti Sant Anġlu. Matul l-Assedju l-Kbir intużat mill-Kavallieri .
L-Armerija nbniet fl-1452. Tkabbret fl-1615 u għal xi żmien kienet tintuża bħala l-Palazz tal-Isqof.
Il-Mużew Marittimu kien mibni fuq stil Neo-Klassiku. Għamel żmien intuża bħala l-Kwartier Ġenerali tal-Ammiraljat Ingliż.
Bejn l-1575 u l-1798 dan il-palazz kien jintuża mill-Inkwiżitur bħala qorti u palazz għalih. Illum jintuża bħala Mużew tal-Folklor.