Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek...

68
Festa Kristu Re - PAOLA 2017 1

Transcript of Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek...

Page 1: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 1

Page 2: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min
Page 3: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Għeżież,

“Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min jaf kemm il-darba kantajnih matul is-snin.

Dan il-kliem mill-isbaħ tkanta wkoll fil-Kungress Ewkaristiku li sar f ’pajjiżna fil-1913 u li l-Knisja Parrokkjali tagħna hija mibnija bħala monument tifkira tiegħu.

Imma dan l-Innu jfakkarna wkoll li fl-ewwel snin tal-parroċċa tagħna, meta kif insibu miktub, kien tkanta wkoll meta twaqqaf iċ-Circolo Giovanile Foedus, fejn iż-żgħażagħ pawlisti  kkonsagraw il-parroċċa tagħna lil Qalb Imqaddsa ta’ Kristu Re fi żmien il-kappillan Dun Salv Chircop.

U ta’ kull sena tul il-purċissjoni titulari huwa wieħed mill-innijiet li jindaqq mill-banda mistiedna.  

Imma mhux biżżejjed li dan il-kliem ikun spiss fuq fommna jekk ma jkunx ħiereġ minn qalbna jew jekk ma jkunx ukoll xewqa profonda li twassalna li nkunu sudditi tas-Sultan il-Kbir.

Biex Ġesù jsaltan tassew fuqna l-Pawlisti, rridu aħna nħalluh, għaliex Ġesù mhux bħas-slaten l-oħra. Hu ma jimponix ruħu fuqna, ma jġgħelniex noqgħodu għalih, imma jistedinna bil-ħlewwa u bi prudenza kbira.

Imma fl-istess ħin Ġesù ma jfittix li jkollu dixxipli tal-isem; mhux biżżejjed li nsejħulu, imma mbagħad inkunu nsara ta’ nofs kedda jew nibqgħu biss insara tal-isem,

In-Nisrani veru hu dak li:1. ma jagħmilx in-nies tad-dinja jew il-ġid materjali allat tiegħu;2. ma jimxix skont dak li tipproponi d-dinja.

Imma nisrani veru:1. Jħalli l-ispirtu ta’ Ġesù jidħol f ’kull aspett tal-ħajja tiegħu;2. Jagħżel il-Vanġelu u mhux l-opinjoni pubblika meta jkun f ’salib it-toroq; 3. Jagħżel dak li jibqa’ għal dejjem meta offrut il-ġid tal-art askapitu tal-ġid tas-sema.

Għeżież, għalhekk nixtieq li matul il-ġranet tal-festa jkun dan il-ħsieb li jmexxina - li aħna nagħżlu tassew bil-fatti li nkunu parti mis-Saltna ta’ Kristu Re.

U għalhekk kull darba li nkantaw dan il-kliem sabiħ nittama li ngħiduh b’mod konxju u rieda qawwija.

VIVA KRISTU RE SULTAN TAL-ĦOLQIEN KOLLU

Dun Marc Andrè Camilleri

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 1

Messaġġ mill-Kappillan

Page 4: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re2

Page 5: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 3

“Itolbu lil Sid il-Ħsad...”Ftit jiem biss wara li ċċelebrajt l-ewwel anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali flimkien ma’ sħabi, bdejt il-ħidma tiegħi fil-parroċċa tagħkom. U, jkolli nammetti, li nħossni xi ftit bħad-dixxipli meta Ġesù

“bagħathom . . . . . qablu f ’kull belt u post fejn kien se jmur hu” (Lq 10, 1). Għalkemm diġà servejt għal sena fil-Parroċċa ta’ San Ġiljan - fejn servejt ukoll bħala djaknu - bħal dawn id-dixxipli nagħraf li għadni fil-bidu tal-ħidma tiegħi fil-Knisja bħala saċerdot. Forsi li għandi aħjar minnhom hu li ntbgħatt f ’post li fih il-Mulej diġà hu s-Sultan!

Però, f ’din is-silta mill-Evanġelju jolqotni ħafna l-fatt li, qabel ma jagħtihom l-istruzzjonijiet ta’ x’għandhom u x’m’għandhomx jagħmlu, Ġesù jgħidilhom hekk: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu” (Lq 10, 2). Ġesù jqabbel il-‘parroċċi’ li fihom jibgħat lil dawn id-dixxipli ma’ ħsad. Għalkemm żmien il-ħsad fil-parabboli ta’ Ġesù u anke fl-Apokalissi hu assoċjat mal-ġudizzju universali, f ’dan il-kuntest qiegħed jirreferi għad-dinja kollha mqabbla ma’ għalqa li fiha tinżerà l-Kelma ta’ Alla. Hija din il-Kelma li tarmi u tagħmel il-frott. Imma d-dixxiplu tal-Mulej - u fil-kuntest tagħna s-saċerdoti, u kull min hu nvolut fil-ħidma fil-parroċċa - huwa dak li jrid isaqqi u jikkura; dak li jagħraf dan il-frott u jaqtgħu, ċioè jagħraf fejn il-Kelma ta’ Alla qegħda tħalli l-frott biex dan il-frott jingħata lill-komunità sabiex minnu jiekol u jgawdi kulħadd.

Huwa ħsad kbir u li jagħti ħafna frott, għax il-Kelma ta’ Alla tagħmel frott abbundanti meta ssib art għammiela. Fl-istess waqt, il-ħaddiema huma ftit. U għalhekk, Ġesù jħeġġeġ lill-ħaddiema tal-ewwel siegħa fil-ħsad tiegħu biex jitolbu ħalli Sid il-ħsad jibgħat iktar ħaddiema għall-ħsad tiegħu. U dan il-kmand ta’ Ġesù jgħodd għalina wkoll. B’kuntrast għall-Parroċċa tal-Kalkara minn fejn ġej jiena, l-Parroċċa ta’ Kristu Re tat għadd sabiħ ta’ saċerdoti lill-Knisja matul is-snin. Iżda naħseb taqblu miegħi li dejjem jibqa’ l-bżonn li nibqgħu nitolbu. U dan nagħmluh mhux għax “qegħdin jonqsu l-qassisin” biss, imma għax fi ħsad hekk kbir jibqà l-bżonn tas-saċerdot, tar-reliġjuż, tal-missjunarju, tal-lajk li jagħti ħajtu għas-Saltna ta’ Alla. Dawn il-persuni jridu jkunu xhieda tal-imħabba ta’ Alla fid-dinja tal-lum li spiss tinjorah.

Għalhekk inħeġġiġkom biex tkomplu titolbu (u ngħid tkomplu għax konvint li diġà titolbu ħafna) mhux biss għal aktar vokazzjonijiet mill-parroċċa tagħna, imma wkoll sabiex il-Mulej jagħti l-qawwa tiegħu lil dawk li qiegħed isejjaħ biex iwieġbu b’ġenerożità għas-sejħa li qiegħed jagħmlilhom. Inħeġġeġ dawk fostkom li huma ġenituri u nanniet jew b’xi mod involuti fit-trobbija u l-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ, sabiex tiżirgħu fil-qalb ta’ uliedkom l-imħabba lejn Alla u x-xewqa li jagħmlu dak li Alla jitlob minnhom, kif Kristu fittex li jwettaq sat-tmiem ir-rieda tal-Missier.

Nagħlaq billi nagħmel ukoll il-qalb lil dawk kollha li qegħdin jisimgħu lil Alla jsejħilhom biex jimxu wara Ġesù iktar mill-qrib, sabiex ma jħallux il-biżà tegħlibhom, imma jiftħu qalbhom għall-imħabba tiegħu. Bħalma jgħid it-Teologu Hans Urs von Balthasar, hu biss dak li kapaċi jagħmilna kuntenti li jista’ jitlobna biex inħallu kollox u nimxu warajh.

Dun Gilbert Scicluna

Messaġġ mill-Viċi KappillanĠdid għall-Parroċċa tagħna.

Page 6: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re4

Page 7: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 5

Niċċelebraw is-Solennità tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja

Ġranet ta’ Tridu:Il-Ħadd, 9 ta’ Lulju 20176.00pm Quddiesa Solenni bil-priedka fuq it-tifsira Liturġika tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja: It-Tberik tal-Ħitan tal-knisja.

It-Tnejn, 10 ta’ Lulju 20176.30pm Quddiesa Solenni bil-priedka fuq it-tifsira Liturġika tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja: Id-Dilka tas-Slaleb biż-żejt ikkonsagrat.

It-Tlieta, 11 ta’ Lulju 2017 6.30pm Quddiesa Solenni bil-priedka fuq it-tifsira Liturġika tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja: Il-Konsagrazzjoni tal-Artal.

Il-predikatur matul it-tlett ijiem tat-Tridu jkun P. Anton Farrugia OFM, Min.

L-Erbgħa, 12 ta’ Lulju 2017:Tifkira tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali (1967)

“Kont il-ħabs u ġejtu żżuruni”

6.00pm Quddiesa Solenni Pontifikali mill-Arċisqof ta’ Malta, l-Eċċ. Tiegħu Mons CHARLES J. SCICLUNA.

 7.30pm Purċissjoni bl-Istatwa Titulari għall-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fejn issir Ċelebrazzjoni mħejjija miż-żgħażagħ tal-parroċċa flimkien mal-Komunità Residenzjali tal-Faċilità akkumpanjata mill-Banda Kristu Re tas-Soċ. Fil. G.M. Fra. Antoine De Paule u l-Banda Paola tal-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan.  Wara, l-Purċissjoni flimkien mal-Baned, jerġgħu lura lejn il-knisja parrokkjali fejn tingħata l-Barka Sagramentali.  Fi tmiem il-quddiesa jsir il-Kxif ta’ Lapida Kommemorattiva.  Inħeġġu lil kulħadd biex jieħu sehem attiv

f ’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, biex jittgħellu l-bnadar u jinxtegħlu l-gallarijiet u l-bjut.

Page 8: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re6

Page 9: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 7

minn Anthony J. Tabone

50 Sena Kkonsagrata Grazzja u Rikonoxximent

Fil-Festa Liturġika ta’ Kristu Re tas-sena l-oħra niedejna l-programm taċ-ċelebrazzjonijiet, li l-Kummissjoni 50 Sena Kkonsagrata fi ħdan il-parroċċa, kienet ħejjiet biex infakkru dan l-avveniment importanti fl-istorja tal-parroċċa tagħna.

Kif kulħadd jaf, il-Knisja Parrokkjali kienet ġiet ikkonsagrata fit-3 ta’ Ġunju 1967 u fil-programm tagħna kien hemm ċelebrazzjoni tal-anniversarju ta’ dan l-avveniment, li kellha ssir fit-3 ta’ Ġunju. Minħabba li l-elezzjoni ġenerali ta’ pajjiżna ħabtet eżatt mad-data tal-anniversarju, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet ekklesjastiċi, ddeċidejna li nmexxu din iċ-ċelebrazzjoni, bil-programm oriġinali għat-12 ta’ Lulju, il-ġurnata meta l-parroċċa tagħna tfakkar ukoll il-107 anniversarju tat-twaqqif tagħha.

Matul l-ewwel sitt xhur, nistgħu ngħidu li f ’kull attività kellna parteċipazzjoni attiva mill-komunità parrokkjali u mill-Pawlisti kollha. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet servew biex għal darb’oħra naraw għaqda fost il-poplu Pawlist kollu. Dan huwa mhux biss ta’ nkoraġġiment u sodisfazzjon għalina imma jawgura tajjeb ukoll għal quddiem.

Kif kont għedt fil-ftuħ uffiċjali ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, il-Kummissjoni ħasbet li, matul din is-sena, tfakkar id-dati mportanti fl-istorja tal-parroċċa u aktar minn hekk, tabbinhom mal-opri tal-ħniena li nsibu fil-Vanġelu ta’ San Mattew. Dan u ħafna aktar huwa parti mill-iskop li għalih il-Kummissjoni 50 Sena Kkonsagrata ħadmet u għadha qed taħdem biex dan l-avveniment iservi wkoll bħala mezz li jħalli frott spiritwali. Iċ-ċelebrazzjonijiet iridu jfakkruna li lil Kristu Re insibuh f ’kull persuna li niltaqgħu magħha f ’ħajjitna u b’hekk jikber is-sens ta’ solidarjetà bejnietna.

Wara l-ftuħ uffiċjali f ’Novembru tas-sena l-oħra, kellna l-ewwel attività abbinata mal-opra tal-ħniena “Kont bil-Għatx u Sqejtuni”, billi saret ġabra għad-Dar tal-Providenza waqt il-Kunċert Orkestrali u Vokali mis-St Paul’s Chamber Ensemble fl-okkażjoni tat-tifkira ta’ meta nhar it-13 ta’ Diċembru 1959 tlesta l-bini u tpoġġa s-Salib fuq il-Koppla tal-Knisja.

Aktar tard fl-istess xahar, Membri tal-Kummissjoni Djakonija tal-Parroċċa ġabru għotjiet ta’ affarijiet tal-ikel f ’Main Street Complex biex dawn ingħataw lil dawk il-familji fil-bżonn tal-parroċċa u hekk ftakarna f ’opra tal-ħniena oħra “Kont bil-Ġuħ u Tmajtuni”.

ikompli f’paġna 8

Page 10: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re8

Fi Frar ta’ din is-sena ftakarna fl-opra tal-ħniena “Kont Għeri u Libbistuni”. Dan meta, fil-waqt li saret it-Tifkira tat-Tqegħid tal-Ewwel Ġebla tal-Knisja”, saret ġabra mit-tfal tal-iskejjel u tad-duttrina biex tingħata bħala donazzjoni għall-ilbies tat-tfal li qegħdin taħt il-kura tas-Sorijiet tal-Ursolini.

Ir-Randan u l-Għid il-Kbir fakkruna fl-opra tal-ħniena “Kont Barrani u Lqajtuni”. Dan meta l-komunità Pawlista akkompanjat u laqgħet fi ħdanha liż-żagħżugħ Tobius Rayla mill-Filippini fil-mixja tal-Katekumenat tiegħu li wasslitu għall-magħmudija nhar Sibt il-Għid.

Meta fakkarna t-Trasferiment tas-Sagrament mill-Knisja ta’ Sant’Ubaldeska għall-knisja l-ġdida, fil-21 ta’ April immeditajna fuq l-opra tal-ħniena “Kont Marid u Ġejtu Żżuruni”. Dakinhar saret Quddiesa fil-Knisja ta’ Sant’Ubaldeska u mbagħad sar Vjatku Solenni għall-morda u dawk li ma joħorġux minn djarhom tal-parroċċa.

Fil-programm ta’ ċelebrazzjonijiet, il-Kummissjoni nkludiet ukoll attivitajiet kulturali konnessi mal-parroċċa. Dawn jinkludu esebizzjoni dwar l-istorja tal-parroċċa fin-navi tal-knisja, li nfetħet uffiċjalment nhar it-13 ta’ Diċembru u baqgħet miftuħa sal-aħħar tas-sena.

L-esebizzjoni kienet tikkonsisti f ’ritratti li l-maġġoranza tagħhom ma kienu qatt ġew esebiti qabel kif ukoll oġġetti relatati mal-istorja tal-parroċċa. L-esebiti kienu maqsumin fi tliet sezzjonijiet bit-tema “Bini tat-Tempju, Konsagrazzjoni u Tisbieħ tat-Tempju”. Ġie maħdum ukoll dokumentarju dwar l-istorja tal-parroċċa, li barra milli ġie muri waqt l-esebizzjoni, ttellgħa wkoll fuq il-media socjali u hekk għadu jista’ jitgawda kemm mill-Pawlisti kif ukoll mill-poplu in ġenerali.

Attività oħra li ntlaqgħet tajjeb ħafna kienet wirja ta’ proġetti mtellgħa mit-tfal tal-parroċċa dwar il-bini tal-knisja. Din il-wirja kienet miftuħa għall-pubbliku fil-knisja stess matul il-ġimgħa ddedikata għall-attivitajiet tat-tfal fl-aħħar ġranet ta’ Frar u l-bidu ta’ Marzu.

Imma forsi l-aktar proġett kulturali ambizzjuż li daħlet għalih il-Kummissjoni huwa l-pubblikazzjoni ta’ ktieb dwar l-istorja tal-parroċċa minn tlitt aspetti diversi miktub minn tlitt awturi stabbiliti. Dan il-ktieb huwa ttamat li jkun disponibbli fil-ġranet li ġejjin.

Għad fadal diversi attivitajiet u funzjonijiet liturġiċi li ser norganizzaw bejn issa u l-għeluq tal-Anniversarju fil-Festa Liturġika ta’ Kristu Re f ’ Novembru ta’ din is-sena.

Filwaqt li nħeġġeġ lill-poplu Pawlist ikompli jieħu sehem attiv f ’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, nixtieq nawgura lil kulħadd il-Festa t-Tajba taħt il-motto addottat għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet:

Parroċċa Waħda; b’Għan Wieħed għal glorja ta’ Re Wieħed. Viva Kristu Re.

ikompli minn paġna 7

Page 11: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Fi Frar ta’ din is-sena ftakarna fl-opra tal-ħniena “Kont Għeri u Libbistuni”. Dan meta, fil-waqt li saret it-Tifkira tat-Tqegħid tal-Ewwel Ġebla tal-Knisja”, saret ġabra mit-tfal tal-iskejjel u tad-duttrina biex tingħata bħala donazzjoni għall-ilbies tat-tfal li qegħdin taħt il-kura tas-Sorijiet tal-Ursolini.

Ir-Randan u l-Għid il-Kbir fakkruna fl-opra tal-ħniena “Kont Barrani u Lqajtuni”. Dan meta l-komunità Pawlista akkompanjat u laqgħet fi ħdanha liż-żagħżugħ Tobius Rayla mill-Filippini fil-mixja tal-Katekumenat tiegħu li wasslitu għall-magħmudija nhar Sibt il-Għid.

Meta fakkarna t-Trasferiment tas-Sagrament mill-Knisja ta’ Sant’Ubaldeska għall-knisja l-ġdida, fil-21 ta’ April immeditajna fuq l-opra tal-ħniena “Kont Marid u Ġejtu Żżuruni”. Dakinhar saret Quddiesa fil-Knisja ta’ Sant’Ubaldeska u mbagħad sar Vjatku Solenni għall-morda u dawk li ma joħorġux minn djarhom tal-parroċċa.

Fil-programm ta’ ċelebrazzjonijiet, il-Kummissjoni nkludiet ukoll attivitajiet kulturali konnessi mal-parroċċa. Dawn jinkludu esebizzjoni dwar l-istorja tal-parroċċa fin-navi tal-knisja, li nfetħet uffiċjalment nhar it-13 ta’ Diċembru u baqgħet miftuħa sal-aħħar tas-sena.

L-esebizzjoni kienet tikkonsisti f ’ritratti li l-maġġoranza tagħhom ma kienu qatt ġew esebiti qabel kif ukoll oġġetti relatati mal-istorja tal-parroċċa. L-esebiti kienu maqsumin fi tliet sezzjonijiet bit-tema “Bini tat-Tempju, Konsagrazzjoni u Tisbieħ tat-Tempju”. Ġie maħdum ukoll dokumentarju dwar l-istorja tal-parroċċa, li barra milli ġie muri waqt l-esebizzjoni, ttellgħa wkoll fuq il-media socjali u hekk għadu jista’ jitgawda kemm mill-Pawlisti kif ukoll mill-poplu in ġenerali.

Attività oħra li ntlaqgħet tajjeb ħafna kienet wirja ta’ proġetti mtellgħa mit-tfal tal-parroċċa dwar il-bini tal-knisja. Din il-wirja kienet miftuħa għall-pubbliku fil-knisja stess matul il-ġimgħa ddedikata għall-attivitajiet tat-tfal fl-aħħar ġranet ta’ Frar u l-bidu ta’ Marzu.

Imma forsi l-aktar proġett kulturali ambizzjuż li daħlet għalih il-Kummissjoni huwa l-pubblikazzjoni ta’ ktieb dwar l-istorja tal-parroċċa minn tlitt aspetti diversi miktub minn tlitt awturi stabbiliti. Dan il-ktieb huwa ttamat li jkun disponibbli fil-ġranet li ġejjin.

Għad fadal diversi attivitajiet u funzjonijiet liturġiċi li ser norganizzaw bejn issa u l-għeluq tal-Anniversarju fil-Festa Liturġika ta’ Kristu Re f ’ Novembru ta’ din is-sena.

Filwaqt li nħeġġeġ lill-poplu Pawlist ikompli jieħu sehem attiv f ’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet, nixtieq nawgura lil kulħadd il-Festa t-Tajba taħt il-motto addottat għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet:

Parroċċa Waħda; b’Għan Wieħed għal glorja ta’ Re Wieħed. Viva Kristu Re.

Exhibiion

Board

Page 12: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re10

41, Palm Street, PaolaTEL: 2766 4247

Caterers for all occasions

Page 13: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 11

minn Dr. Simon Mercieca

L-Iskrizzjoni għal fuq il-Portiku u s-Sur Antonio Palumbo

Bħal kull ħaġa oħra, it-tħejjija u l-kitba tal-iskrizzjoni fuq il-portiku tal-knisja monumentali ta’ Raħal Ġdid għandha l-istorja tagħha. Kollox beda meta s-sena l-oħra, Dun Mario Agius qalli li f ’daqqa waħda kien ftakar x’kien jgħid l-ex-Kappillan Dun Adolf Agius u xi xtaq bħala iskrizzjoni għal fuq il-portiku tal-knisja. Qalli li kien ser jikteb dwarha u jippubblikha fil-programm tal-festa tas-Soċjetà Kristu Sultan, jew kif inhi magħrufa bħala tal-Ħodor. Kont rajtlu t-text u biddilna ftit l-istruttura. Dun Mario kien għadu l-antika. Jikteb bl-idejn u mbagħad isib lil xi ħadd jittajpjahielu. Kien filgħaxija, sakemm mar kiel fir-refettorju tad-Dar tal-Kleru, fejn kien miġbur, kont ittajpjajtha u l-għada mort l-università u pprintjajtha. Ħadtilu lura. Kompla jaħdem fuqha sakemm saret fil-format li ġiet ippubblikata bih.

Dun Adolf Agius kien Latinista tajjeb. Kien anki jgħallem il-Latin b’xejn lil xi tifel li kien ikun jixtieq isir qassis jew patri. Dak li ried għal fuq il-portiku kien vers mill-innu bil-Latin ta’ Kristu Re li hu kif ġej:

Tibi Redemptor Gloria, Honor, Potestas Regia jewLilek Feddej, il-Glorja, il-Qima u s-Setgħa ta’ Sultan.

Fil-festa ta’ dik is-sena, jiġifieri fl-2016, inqagħlet ukoll il-kontroversja tad-deċiżjoni tal-Qorti dwar l-istatwa u n-niċċa u li dawn ma kellhomx jitmissu. Kont għamilt artiklu dwar dan is-suġġett u tkellimt ftit fuq l-iżvilupp tal-istorja tal-istatwa proċessjonali f ’Raħal Ġdid. Fuq kollox, kien it-tlieta, fil-Ġimgħa tal-festa. Kont mistieden għar-riċeviment tal-Banda de Paule flimkien mal-mara. Kien ġie fuqi l-kappillan, Dun Marc Andrè biex ikellimni fuq l-artiklu li kont ktibt dwar l-istorja tal-istatwa u niftakar li kien waqa’ il-kliem fuq il-knisja u l-faċċata tagħha u l-artiklu ta’ Dun Mario. Minn fuq il-bejt tal-Każin De Paule tiġi quddiemek il-faċċata maestuża tal-knisja ta’ Raħal Ġdid. Dun Marc Andrè kien qalli kemm kien għoġbu l-artiklu ta’ Dun Mario Agius u qalli wkoll li jixtieq jagħmel dik l-iskrizzjoni fuq il-faċċata tal-knisja. Għidtlu mhix problema. Għidtlu tista’ ssir u naħseb li nsibu wkoll sponsor biex jagħmililna.

Kien f ’dan il-kuntest li ktibt lit-Tarzna ta’ Palumbo. Tkellimt direttament mas-Sur Antonio Palumbo u l-Manager is-Sur Joseph Calleja. Tlabtu jekk jisponsorjax din l-iskrizzjoni. Mill-ewwel is-Sur Palumbo qalli iva. Ktibt lura lill-kappillan u tajtu l-aħbar it-tajba li t-Tarzna ta’ Palumbo kienet ser tisponsorja din l-iskrizzjoni. Dan wassal biex sar appuntament mas-Sur Antonio Palumbo.

Niftakar konna morna jien u l-kappillan it-Tarzna fejn ġejna milqugħa mill-istess Sur Antonio Palumbo fl-uffiċċju tiegħu. Lill-kappillan qallu ċar u tond li jagħmililu. Hu

ikompli f’paġna 13

Page 14: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re12

Page 15: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 13

żamm kellmtu magħna. Wieħed irid jiftakar li d-daħla tat-Tarzna qegħda f ’Raħal Ġdid u parti mit-tarzna tiġi ma’ Raħal Ġdid. Ħafna ħaddiema tat-tarzna kienu joqgħodu Raħal Ġdid u meta kienet għadha tal-Ammiraljat, kien inħadem ħafna xogħol fit-tarzna għall-knisja ta’ Raħal Ġdid. Matul din il-laqgħa ġiet definita l-modalità tax-xogħol jiġifieri li t-tarzna ta’ Palumbo kienet ser tagħmel ix-xogħol fuqha. Kienet ser tagħtina l-materjal, u anki kienet ser taqtgħu fit-tarzna tiegħu. Qbilna li l-materjal ikun ħadid u mbagħad, il-knisja tiggalvanizzah aspejjeż tagħha. Biss is-Sur Antonio Palumbo ried il-karattri grafiċi lesti tal-iskrizzjoni fid-daqs eżatt li riedu jiġu. Dan kien ifisser li din tinkiteb fit-tipa eżatta li aħna xtaqna nużaw.

Dan wassal għal diskussjoni twila bejni u l-kappillan dwar x’tipa konna ser nużaw. Hawnhekk l-għażla kellha tkun li noħolqu tipa aħna jew immorru għal waħda konvenzjonali, mill-ħafna li llum wieħed isib fil-proċessuri tal-kitba. M’għamilna xejn minn dan. Kien f ’dan il-kuntest, li jien infurmajt lill-kappillan li jkun xieraq li jekk ser immorru għal tipa, immorru għal waħda li żgur taqbel mal-knisja. Issuġġerejt li nużaw tipa li ġiet żviluppata fir-Rinaxximent, jiġifieri madwar l-1500. Il-perit li kien żviluppa din it-tipa kien l-istess perit li għamel ħafna disinji arkitettoniċi u kienu dawn id-disinji li spiraw lil Ġużè Damato fit-tħażżiż ta’ din il-knisja.

Illum ftit jafu li l-knisja ta’ Raħal Ġdid issegwi disinn partikolari, li ma hemmx dubju li Ġużè Damato kien studjah fit-taħriġ tiegħu biex isir perit u inġinier fit-Tuneżija. F’dik il-ħabta l-familja tiegħu kienet fost il-ħafna familji Maltin li marret issib xortiha f ’dak il-pajjiż. It-Tuneżija kienet f ’dik il-ħabta taħt Franza u allura s-sistema tat-tagħlim kienet waħda primarjament Franċiża. Fost it-testi użati f ’dik il-ħabta fil-kurrikulum għat-tagħlim tal-arkitettura, speċjalment fost l-istudenti Franċiżi, kien hemm il-volumi monumentali tal-perit tar-Rinaxximent Sebastiano Serlio (1475-1554). Serlio kien arkitett manjerista kbir Taljan biss jibqa’ magħruf għall-bini tal-Palazz ta’ Fontainebleau fi Franza. Dan jispjega l-istess ħaġa tal-akkademja Franċiża f ’dan il-perit Taljan. Fost l-oħrajn, Sebastiano Serlio jibqa’ magħruf għal “I sette libri dell’architettura”  jew kif ukoll hu magħruf bħala “Tutte l’opere d’architettura et prospettiva”. Biss dwar Serlio u l-influwenza tiegħu fuq Damato nispera li jkolli ċans nikteb ’il quddiem meta bi ħsiebni nagħmel serje f ’IS-SALTNA dwar artisti li għexu f ’Raħal Ġdid jew influwenzaw fuq il-bini tal-knisja.

Ħaġa ftit magħrufa hija li Serlio kien anki ħoloq tip ta’ disinn ta’ alfabet li ma jinstabx fis-sistemi konvenzjonali li wieħed isib meta jixtri programm ta’ proċessar ta’ kliem. Jien xtaqt li nużaw dan l-alfabet ta’ Serlio. B’hekk il-kappillan ħadha f ’idejh biex isib id-disinjatur li jirripproduċijlu fedelment it-tipi ta’ ittri kif iddisinjhom Serlio u dawn jintużaw għal din l-iskrizzjoni. Dawn inħaddmu fuq programm apposta fuq il-kompjuter minn Etienne Bonavia mgħejjun minn John Paul Schiriha. Meta nħares lura ngħid li kienet deċiżjoni tajba, għax anki jekk hemm ħafna ittri, għax l-iskrizzjoni hija twila, xorta waħda m’humiex ingumbranti u l-attenzjoni tal-għajn ma tmurx fuqhom direttament iżda jidħlu sew fil-prospettiva tal-faċċata. B’hekk il-faċċata ma fihiex element li jispikka fiha, iżda, kif xtaqha Damato, tibqa’ fil-komplessità tagħha fiċ-ċentru tal-għajn.

Imbagħad bdiet diskussjoni oħra dwar din il-kitba. Bħal ma wieħed jista’ jara, l-faċċata hija kbira, u l-iskrizzjoni magħżula minn Dun Mario Agius tkopri biss il-parti tan-nofs

ikompli minn paġna 11

ikompli f’paġna 14

Page 16: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re14

tal-portiku. Jibqa’ l-friż taħt il-kampnari. Dan kien ser jinżamm vojt jew kellu wkoll ikollu l-kitba fih? Id-deċiżjoni kienet li jkun hemm kitba fih ukoll. Iżda x’tip ta’ kitba? Din kienet deċiżjoni diffiċli minħabba li kemm Dun Mario, il-kappillan u anki jiena, ridna nibqgħu fidili lejn it-test Latin u ma nibdlu xejn minnu. Din kienet biċċa xogħol diffiċli peress lit-text magħżul minn Dun Adolf huwa parti mill-innu jew poeżija Latina f ’ġieħ Kristu Re.

Fuq kollox ridna li kull żieda li ssir ma tibdilx il-pożizzjoni ta’ dan il-vers Latin. Anzi dan ried jidħol f ‘nofs il-portiku. Ikun f ’dan il-mument, li tlabt l-għajnuna ta’ Joseph Anthony Debono li llum huwa wieħed mill-Latinisti ewlenin ġewwa pajjiżna. Hawn bdew diskussjonijiet twal ħafna x’ser ikun hemm bħala introduzzjoni u konklużjoni ta’ din l-iskrizzjoni. Dun Mario Agius kien Latinista tajjeb u ħadem qatiegħ, jikkomponi bil-Latin sentenzi li jistgħu jintużaw kemm fil-bidu u fit-tmiem ta’ din l-iskrizzjoni. Niftakar li konna spiċċajna, jien u Dun Mario, immorru d-dar tas-Sur Debono ġewwa Ħal Lija ħalli niddiskutu l-aħjar soluzzjonijiet. Tlajna fl-uffiċċju tiegħu u wara diskussjonijiet twal, u fuq suġġeriment tiegħi, użajna l-abblattiv, ispirati mill-ktieb klassiku ta’ Plinu “Ab Urbe Condita” u d-data ta’ meta tqegħdet l-ewwel ġebla. Fuq wara Dun Mario ħareġ bl-idea li nużaw l-abblattiv assolut “tota insula plaudente” jew ‘il-gżira kollha tifraħ”. B’hekk l-ewwel idea kienet li din l-iskrizzjoni tkun hekk:

Ab Condito MCMXXIII Tibi Redemptor Gloria, Honor, Potestas Regia Tota Insula Plaudente jewSa mit-twaqqif fl-1923, Lilek Feddej, il-Glorja, il-Qima u s-Setgħa ta’ Sultan, il-gżira kollha tifraħ.

B’hekk kollna ferħanin ħriġna mid-dar tas-Sur Debono u nfurmajt lill-Kappillan bl-iskrizzjoni. Il-kappillan għaddieha lill-persuna teknika, s-Sur Etienne Bonavia u dan pproġettha fuq il-komputer. Ġara li s-sentenza ma qagħdietx. Kienet twila wisq. B’hekk reġgħet bdiet diskussjoni twila bejn il-Kappillan, Dun Mario, jiena u s-Sur Debono. Wasalna għall-ħsieb li nqassru xi kliem u nwaqqgħu oħrajn. L-ewwel ħsieb kien li nagħmluha kif ġej:

Ab Cond Tibi Redemptor Gloria, Honor, Potestas Regia MCMXXIII jewSa mit-twaqqif fl-1923, Lilek Feddej, il-Glorja, il-Qima u s-Setgħa ta’ Sultan.

B’hekk l-iskrizzjoni ddaħlet fil-faċċata tal-knisja. Iżda kemm is-Sur Joseph Anthony Debono u anki jiena ma qbilniex għaliex ridna li l-kliem Latin jibqa’ sħiħ. B’hekk kellna nerġgħu nibdew mill-bidu. Dun Mario reġa’ beda jikkomponi kitbiet li setgħu jintużaw għal fuq il-portiku. Kien f ’dan il-mument, li għidtilhom għax ma nużawx il-kelma Latina “cor”, jiġifieri “qalb” flok il-kelma Condito. Joseph Anthony Debono qabel imma ssuġġerixxa li allura nibdlu “Ab” u minflok nużaw “E”. Dun Mario kien feraħ ħafna b’din id-deċiżjoni, għaliex il-parroċċa ta’ Raħal Ġdid kienet oriġinarjament iddedikata lill-Qalb ta’ Ġesù Sultan. Infatti, kien bi ħsiebu, li għal din is-sena, jikteb fuq dan il-kunċett teoloġiku fil-ktieb tal-Għaqda Kristu Sultan. Skont Dun Mario, dan il-ħsieb kien prodott tal-ħsieb teoloġiku tal-iskola Ġiżwetika. Iżda d-destin ried mod ieħor. B’hekk il-kliem “E Corde” u d-data “MCMXXIII” kienu ser jitqegħdu taħt il-friż ta’ kull kampnar waqt li l-iskrizzjoni mill-innu tmur fin-nofs tal-portiku.

ikompli minn paġna 13

Page 17: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 15

E Corde Tibi Redemptor Gloria, Honor, Potestas Regia MCMXXIIIjewSa mill-1923, minn qalbna, Lilek Feddej, il-Glorja, il-Qima u s-Setgħa ta’ Sultan.

B’hekk meta qbilna fuq l-iskrizzjoni, nħaddmu l-ittri fuq il-kartun bid-daqs eżatt. Wara nħaddmu wkoll b’mod diġitali. Qbilna ma’ Palumbo li jaħdmu tlitt ittri biss ħalli naraw bi prova kif dawn ser jidhru fuq il-faċċata tal-knisja. Biex jekk jidhru ħżiena, nkunu nistgħu nibdluhom. Meta dawn l-ewwel tlitt ittri kienu lesti, mar għalihom il-kappillan flimkien mas-sagristan u wara tqegħdu fuq il-portiku. Dehru tajjeb ħafna minn isfel. B’hekk infurmajna lil Palumbo biex ikompli għaddej bix-xogħol, waqt li saru l-arranġamenti tekniċi ta’ kif dawn kellhom jitwaħħlu mal-portiku.

Iddeċidejna wkoll li l-kitbiet ta’ Dun Mario bħala tħejjija għal din l-iskrizzjoni ta’ fuq il-portiku jinġabru biex bihom issir l-iskrizzjoni kommemorattiva tal-konsagrazzjoni ta’ dan it-tempju. Kemm jien u Joseph Anthony Debono ħdimna fuqha issa la Dun Mario kien ħalliena. Biss għar-raġunijiet li nifhem sewwa, wara kien ġie deċiż li tintuża iskrizzjoni bil-Malti fuq l-irħama li tfakkar dan l-avveniment li ma kienitx dik kif proposta minn Dun Mario. Din l-iskrizzjoni li ġiet komposta bil-Latin qed tkun ippubblikata ma’ dan l-artiklu ħalli tibqa’ tifkira tal-ħila ta’ Dun Mario Agius fit-tħaddim ta’ dan l-ilsien Latin. Ma naħsbux li hawn iskrizzjoni Latina li tfakkar konsagrazzjoni ta’ knisja isbaħ minnha.

DOMAnno R. S. MCMLXVII

cum aede hacSummo Regi,

gentibus in Eucharistia laententibus,dedicata,

Populus Paulensisarbitrio mentis et cordis

se in aevo vovisset,quinquaginta annis abhinc,

maximi consacrationis templimemores sumus

tota insula plaudente

Lil Alla l-ikbar u l-aqwafis-sena tas-salvazzjoni 1967

Meta dan il-maqdesIddedikat lill-aqwa Sultan

Li ġnus igawduh fl-ewkaristija,Il-Poplu ta’ Raħal Ġdid

B’qalbu u b’moħħuIġedded dak li wegħdu missirijietu

Ħamsin sena waraIfakkar

il-bini ta’ l-ikbar tempjubiex il-gżira kollha tifraħ

Nagħlaq dan l-artiklu billi nirringrazzja lis-Sur Antonio Palumbo u lill-Managing Director tal-Palumbo Shipyards f ’Malta, lis-Sur Joseph Calleja u lill-ħaddiema kollha li ħadmu fuq din l-iskrizzjoni għal fuq il-faċċata tal-knisja ta’ Raħal Ġdid. F’isem il-kappillan, Dun Marc Andrè u l-parruċċani kollha ta’ Raħal Ġdid, ngħidilhom grazzi mill-qalb.

Din il-paġna hi sponsorjata b’tifkira għażiża ta'JOSEPH u CONNIE AGIUS u binthom MARY CASSAR u żewġha CHARLIE Mulej agħtihom il-Mistrieħ ta’ dejjem

Page 18: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re16

Page 19: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Din il-paġna hi sponsorjata b’tifkira għażiża ta'JOSEPH CAUCHI;

VIOLETTA u JOSEPH FALZON;CHARLES u VINCENT FALZON;

LOUIS u CETTINA FALZON;EVELYN, SALVINO u JOE ATTARD;

MARY, FRANCES VELLA u ROSABELLE;CATHERINE u WILLIAM BORG u ALEX BORG;ASSUNTA, CONCETTA u CARMELO CAUCHI;

ANTONIA u CARMELO GAFÀ; ANGIE SELVAGGI

Agħtihom O Mulej il-Mistrieħ ta’ dejjem

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 17

Hu ferm apprezzat li bħal ma jsir is-soltu, flok Bukketti tal-Fjuri

għal quddiem l-Istatwa ta’ Kristu Re fil-Knisja,

jingħataw DONAZZJONIJIET għall-ispejjeż kbar

tal-manutenzjoni tal-Knisja

LONDON BUTCHER(Prop. FRANS CASSAR)

2 DOCKYARD STREET, PAOLAjixtieq il-FESTA T-TAJBA lill-Pawlisti kollha - VIVA KRISTU RE

Il-Kappillan, W.R. Dun Marc Andrè Camilleriu l-Kleru, flimkien mal-Bord Editorjali ta'

"IS-SALTNA", il-Kunsill Pastorali Parrokkjaliu l-Kummissjoni Festa Kristu Re

jixtiequ l-FESTA T-TAJBA lill-Pawlisti kollhau jawguraw li KRISTU RE

jgħix fil-qlub tal-familji kollha ta'Raħal Ġdid matul il-ġranet kollha tas-sena

Page 20: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re18

ARBURALB’risq ix-xogħol ta’ restawr u dekorazzjoni

tal-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re• Kuntent bix-xogħol kbir ta’ restawr u dekorazzjoni li

qed isir fil-Knisja Parrokkjali?• Tixtieq li dan ix-xogħol jitkompla?• Trid li jkollok sehem fih int ukoll?• Kif tista’ tgħin?

Offri donazzjoni ta’ €10 jew iżjed regolarment kull xahar

jewOffri €120 bħala offerta għal sena sħiħa

L-offerti jintlaqgħu mill-Kappillan jew mis-Sur Joe Cassar (Sagristan u tingħata riċevuta).

Page 21: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 19

Kitba ta' Alfred Ellul Galea

Il-Knisja ta’ Raħal Ġdid u l-Katidral Metropolita ta’ Liverpool ifakkru l-50 Anniversarju mill-Konsagrazzjoni Tagħhom

Din is-sena l-komunità ta’ Raħal Ġdid qed tfakkar waħda mill-akbar u l-għeżeż ġrajjiet fl-istorja reliġjuża tagħha - il-Ġublew tad-Deheb tal-Konsagrazzjoni tat-Tempju maestuż ddedikat lil Kristu Re, l-akbar wieħed fil-gżejjer Maltin. Dakinhar, is-Sibt, 3 ta’ Ġunju 1967, fi żmien il-parrokat tal-kappillan Dun Adolf Agius, il-Pawlisti, flimkien mal-kappillan ta’ qablu Monsinjur Franġisku Xuereb u l-kleru, assistew għal din iċ-Ċerimonja mimlija tifsiriet li tmexxiet mill-Arċisqof Monsinjur Mikiel Gonzi.

Biex titfakkar kif xieraq din il-ġrajja, l-kappillan ta’ din il-parroċċa, l-Kanonku Dun Marc Andrè Camilleri, ħatar Kumitat organizzativ li ħejja programm ta’ attivitajiet li ngħata bidu fit-3 ta’ Novembru tas-sena l-oħra u bl-għeluq taċ-ċelebrazzjonijiet iseħħu nhar il-Ħadd, 26 ta’ Novembru ta’ din is-sena, fil-festa liturġika ta’ Kristu Re. Minħabba l-elezzjoni ġenerali li saret f ’Ġunju, l-programm ta’ ċelebrazzjonijiet tmexxa għat-12 ta’ Lulju, biex b’hekk ġie abbinat mal-107 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Parroċċa Kristu Re. Dakinhar saret quddiesa pontifikali konċelebrata minn Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna, purċissjoni bl-istatwa titulari għall-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, kif ukoll il-kxif tal-lapida kommemorattiva u l-inawgurazzjoni tal-gallarija tal-orgni. L-istatwa titulari ttieħdet fil-Knisja ta’ Sant Ubaldeska, li serviet bħala Knisja Parrokkjali fl-ewwel snin. Ħadu sehem ukoll iż-żewġ baned tal-lokal.

Żewġ tempji ddedikati lil Kristu Re

Fl-Ingilterra wkoll qed isiru ċelebrazzjonijiet li jfakkru l-ħamsin sena mill-konsagrazzjoni tal-akbar tempju fl-Ingilterra - il-Katidral Metropolita ta’ Liverpool - bil-qofol tagħhom jintlaħaq fl-4 ta’ Ġunju ta’ din is-sena, nhar il-festa ta’ Pentekoste, b’quddiesa tal-anniversarju ċċelebrata mill-Kardinal Vincent Nicholas, il-mexxej tal-Kattoliċi fl-Ingilterra u Wales. Dan il-katidral, li wkoll hu ddedikat lil Kristu Sultan, kien ġie kkonsagrat fil-festa ta’ Pentekoste fl-14 ta’ Mejju tal-1967, madwar tliet ġimgħat qabel il-knisja ta’ Raħal Ġdid.

Minbarra x-xebħ f ’dak li għandu x’jaqsam mas-sena tad-Dedikazzjoni taż-żewġ tempji msemmija, fl-istorja tal-bini tagħhom hemm

ikompli f’paġna 20

Il-Katidral ta’ Liverpool li fil-bini tiegħu ntużaw il-konkrit u l-ġebla tal-franka, bħal ma ntużaw f ’dik ta’ Raħal Ġdid

Page 22: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re20

għadd ta’ tixbihat oħra. Per eżempju, fil-bini ta’ daż-żewġt idjar t’Alla ntużaw il-materjal tal-konkrit u l-ġebel tal-franka, għalkemm ma rridux ninsew li l-istil arkitettoniku tagħhom hu kompletament differenti. Filwaqt li dak ta’ Raħal Ġdid hu mibni fuq stil Joniku modern, il-Katidral Metropolita ta’ Liverpool għandu stil totalment differenti. Meta żortu tnax-il sena ilu, f ’Awwissu tal-2005, bqajt impressjonat ħafna bl-istruttura li għandu fin-naħa ta’ fuq tiegħu magħmula mill-aluminju. Impressjonanti wkoll hi l-forma tonda tiegħu bl-artal imqiegħed fin-nofs. Dan tal-aħħar jesa’ 2,300 ruħ, filwaqt li l-knisja parrokkjali f ’nofs il-misraħ ta’ Raħal Ġdid, f ’għamla ta’ Salib Latin, tilqa’ fi ħdanha madwar 4,000. Din tal-aħħar, bħal dak ta’ Liverpool, hi mibnija b’tali mod li l-ġemgħa nisranija li tattendi għall-funzjonijiet reliġjużi fiha tkun tista’ ssegwi dak kollu li jkun qed isir fuq l-artal prinċipali mingħajr ebda xkiel.

Interessanti wkoll il-fatt li ż-żewġ tempji tlestew kważi fl-istess żmien, fis-sittinijiet tas-seklu l-ieħor. Dak ta’ Raħal Ġdid kienet lesta minn kollox fit-2 ta’ Lulju tal-1961 meta Monsinjur Nerik Bonnici li serva għal xi żmien bħala kappillan ta’ dil-belt, kif ukoll aktar tard bħala Amministratur meta fl-1926 waqaf ix-xogħol tal-bini tal-knisja, kixef uffiċjalment il-koppla. Il-kostruzzjoni tal-katidral ta’ Liverpool ukoll intemm fit-tieni nofs tas-snin sittin tas-seklu l-ieħor, meta nhar il-festa ta’ Pentekoste, fl-14 ta’ Mejju tal-1967, saret iċ-ċerimonja tal-Konsagrazzjoni. Tajjeb wieħed isemmi wkoll li waqt il-bini taż-żewġ tempji ntefgħu dubji dwar kemm daż-żewġ proġetti ġganteski setgħu jitwettqu u għaldaqstant ukoll dwar il-ħiliet arkitettoniċi tal-periti nkarigati. F’dak ta’ Raħal Ġdid dwar is-Sur Ġużè Damato u l-Perit Filippu Tortell u f ’dak ta’ Liverpool dwar il-Perit Sir Frederick Gibberd (1908-1984). Interessanti wkoll hu l-fatt li ta’ għajnuna kbira fil-bini taż-żewġ tempji kienu nies mill-klassi tal-ħaddiema, b’dak ta’ Malta jkunu ħaddiema tat-Tarzna.

L-idea oriġinali tal-bini ta’ katidral f ’Liverpool imur lura lejn is-seklu dsatax meta fl-1853 il-perit Edward Welby Pugin (1833-1875) ingħata l-inkarigu għall-bini tiegħu, b’disinn dominat minn kampnar massiv fin-nofs. Ir-raġuni ewlenija għall-bini tiegħu kienet iż-żieda kbira fil-popolazzjoni ta’ dik il-belt, l-aktar bl-influss ta’ nies li ġew mill-Irlanda minħabba l-ġuħ li ħakem pajjiżhom fl-1847. Fi żmien tliet snin parti kbira tal-bini setgħet tintuża, iżda l-kappella tal-Immakulata Konċezzjoni baqgħet f ’dik is-sura sakemm twaqqgħet fis-snin tmenin tas-seklu l-ieħor. Wara kien hemm tliet tentattivi oħra ta’ disinji għall-bini tal-katidral. Fl-1933 Sir Edwin Lutyens (1864-1944) ra l-proġett tiegħu jasal biss sal-bini ta’ kripta u ma jitkompliex minħabba li d-disinn Romanesk ta’ struttura ġganteska li fassal kien jiswa ħafna flus. Raġuni oħra kienet il-bidu tal-aħħar gwerra dinjija.

Tentattiv ieħor għal disinn ta’ katidral għal dil-belt fin-naħa ta’ fuq tal-Ingilterra sar fl-1953 bl-istess disinn ta’ Lutyens imċekken u b’fondi ta’ flus ferm inqas. Il-perit Adrian Gilbert

ikompli f’paġna 23

ikompli minn paġna 19

Il-knisja parrokkjali ta’ Raħal Ġdid meta kienet għadha qed tinbena.

Page 23: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 21

Page 24: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re22

39, Triq tal-Borġ, PaolaTel: 2701 3991 - Fax: 2189 4708

Mob: 7985 3564 / 7969 3561

Din il-paġna hi sponsorjata b’tifkira għażiża ta’ CARMELINA CHIRCOP u

binha MARCO f’għeluq l-għoxrin sena mill-mewt tiegħu kif ukoll ta' JOHN ABELA

Mulej agħtihom il-mistrieħ ta’ dejjem

Page 25: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 23

Scott kellu biċċa xogħol iebsa sew biex jattwa dan, iżda l-awtoritajiet ekkleżjastiċi raw li dal-proġett enormi ma setax jitwettaq. Iżda kif ingħad aktar qabel, il-ħolma tal-popolazzjoni kattolika ta’ Liverpool saret realtà ħamsin sena ilu. Il-katidral inbena f ’ħakka t’għajn meta x-xogħol beda f ’Ottubru tal-1962 u ħames snin wara kien lest minn kollox. Għall-bini tiegħu kienet saret sejħa internazzjonali fl-1960 u li għaliha daħlu 300 disinn minn diversi pajjiżi, bl-għażla taqa’ fuq dak ta’ Sir Frederick Gibberd (1908-1984). Id-disinn tal-katidral kellu jinkorpora fih il-kripta.

F’Raħal Ġdid kien it-tielet kappillan, Dun Nerik Bonnici li fl-1919 ħareġ bl-għajta li tinbena knisja akbar u isbaħ għall-komunità Pawlista, bit-tqegħid tal-ewwel ġebla tagħha jsir fl-24 ta’ Frar tal-1924. Ix-xogħol waqaf sentejn wara minħabba li qamu dubji dwar kemm proġett ġgantesk ta’ dik is-sura seta' jitwettaq. Wara li Damato u Tortell wieġbu għar-rapport tal-Kummissjoni maħtura mill-Kurja, x-xogħol issokta. Iżda bħal ma seħħ f ’dak ta’ Liverpool, ix-xogħol kellu jieqaf minħabba l-bidu tal-aħħar gwerra dinjija. Ix-xewqa li l-knisja parrokkjali ġdida ta’ Raħal Ġdid tkun ddedikata lil Kristu Re tkebbset wara li sena mill-bidu tal-bini tagħha, fl-1925, il-Papa Piju XI waqqaf il-festa liturġika ta’ Kristu Sultan. L-istess Papa, matul it-tieni tentattiv biex jinbena l-katidral ta’ Liverpool, kien issuġġerixxa lill-Arċisqof Dr Richard Downey biex it-tempju jkun ddedikat lil Kristu Re. Għalkemm l-ewwel ġebla tiegħu tqiegħdet f ’Ġunju tal-1933 kienet tlestiet biss il-kripta wara tmiem il-gwerra u x-xogħol waqaf hemm għal raġunijiet imsemmija aktar ’il fuq.

Iż-żewġ mexxejja spiritwali ta’ dawn id-djar t’Alla li din is-sena qed jiċċelebraw il-ħamsin sena tal-Konsagrazzjoni ta’ dawn it-tempji ħarġu messaġġi għal din l-okkażjoni speċjali li l-komunitajiet tagħhom se jiċċelebraw. Il-Kappillan ta’ Raħal Ġdid, il-Kanonku Dun Marc Andrè Camilleri wera ‘l-apprezzament tiegħu lejn il-protagonisti ta’ dil-ġrajja u radd ħajr lill-kappillani ta’ qablu u lil dawk kollha li taw sehemhom, inkluż is-Sur Ġużè Damato, biex il-ħolma tal-komunità Pawlista ssir realtà. Min-naħa tiegħu l-Kanonku Anthony O’Brien, id-Dekan tal-Katidral ta’ Liverpool, saħaq li: ‘Din se tkun sena speċjali fil-ħajja tal-katidral tagħna waqt li nfakkru ġrajja miktuba b’ittri tad-deheb fl-Istorja tagħna permezz ta’ bini li jfisser ħafna għal bosta nies’. Għal dan l-anniversarju, kemm il-parroċċa ta’ Kristu Re ta’ Raħal Ġdid, kif ukoll id-djoċesi tal-Katidral Metropolita ta’ Kristu Re ta’ Liverpool, ħejjew slogan tal-okkażjoni.

Hajr lil Ms Katie Lucas (Katidral Metropolita ta’ Liverpool).

ikompli minn paġna 20

Din il-paġna hi sponsorjata b’tifkira għażiża tal-FAMILJA ZAMMIT u l-FAMILJA MARTIN

Mulej agħtihom il-Mistrieħ ta’ dejjem

Page 26: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re24

Pcaterers

rimavera

THE

WED

DIN

G E

XPE

RTS

23, S

ch

oo

l St

r. t

arxi

en,

txn

116

3 M

alta

(eu

rope

)

t. +

356

2182

622

6 / +

356

2167

709

8e.

info

@pr

iMav

erac

ater

erS.

co

M

Page 27: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 25

Kif diġa kien imħabbar i l ‐ K u m m i s s j o n i mwaqqfa biex tieħu ħsieb l‐organizzazzjoni t a ċ ‐ Ċe l e b r a z z j o n i j i e t biex ifakkru l‐50 sena m i l l ‐ K o n s a g r a z z j o n i tal‐Knisja Kristu Re, Paola, ppubblikat ktieb kommemorattiv għal din l‐okkażjoni storika u speċjali fil‐ħajja tal‐parroċċa.

F’dan il-Ktieb ta’ Tifkira “IKKONSAGRATA – Monument ta’ Fidi ta’ Poplu” insibu ġabra ta’ kitbiet interessanti minn awturi magħrufa dwar l-Istorja ta’ 107 sena li ilha mwaqqfa l-Parroċċa ta’ Kristu Re, f ’Raħal Ġdid. Fil-bidu tal-Ktieb, il-W.R. Kan. Dun Marc Andrè Camilleri, Kappillan attwali, filwaqt li jfakkarna fir-rit tal-Konsagrazzjoni tal-knisja, jurina kif b’dan ir-rit il-binja tal-ġebla ssir il-qofol tal-imħabba tal-bniedem lejn Alla.

Alfred Ellul Galea jfakkarna f ’dak kollu li għaddiet minnu l-parroċċa u l-komunità tal-lokal matul is-snin kollha li l-knisja damet tinbena. Kemm ħadmu u bagħtew missirijietna biex bl-għaraq ta’ xbinhom tellgħu dan it-tempju maestuż li hu l-akbar wieħed f ’Malta!

Simon Mercieca bl-istil tiegħu jwasslilna tagħrif li ġabar mingħand persuni protagonisti li għexu dak iż-żmien dwar ħafna minn dak li seħħ minn wara l-kwinti sa dak il-jum tant importanti tal-Konsagrazzjoni tal-knisja fl-1967.

Fabian Mangion jiġbor fil-qosor tagħrif dwar il-Kappillani kollha li mexxew b’tant ħeġġa u żelu lil din il-Parroċċa minn Awwissu 1910 sal-ġurnata tal-lum. Filwaqt li kull wieħed minnhom dejjem wettaq il-ħidma tiegħu pastoralment, ħadd minnhom qatt ma baqa’ lura milli jkompli jsebbaħ dan it-tempju ta’ Alla bl-għajnuna tal-ġenerożità tal-poplu.

Din it-Tifkira tinkludi wkoll numru sabiħ ta’ ritratti tal-epoka u tal-lum li wħud minnhom qed jidhru għall-ewwel darba. Ktieb storiku bħal dan żgur li għandu jsib postu fil-libreriji ta’ dawk kollha li jħobbu l-istorja ta’ Malta speċjalment dik ta’ Raħal Ġdid.

Il-Ktieb jista’ jinkiseb mill-Uffiċċju Parrokkjali, minn ħdejn il-kampnar u mill-Catholic Book Centre. Prezz: €25 hardbound €10 paperback

KTIEB TA’ TIFKIRA

Page 28: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re26

Fi żmien meta l-parroċċa tagħna qegħda tfakkar il-ħamsin anniversarju mill-Konsagrazzjoni tat-tempju maestuż tagħha ddedikat lil Kristu Re, jkun xieraq li flimkien nirriflettu u nifhmu s-sinifikat tal-kliem: ‘Christus Vincit, Christus Regnat, Christus Imperat’. Huma kliem li jinsabu fuq iċ-ċirku ornamentali tas-Slaleb tal-Konsagrazzjoni li hemm mal-kolonni ta’ dan it-tempju monumentali. Nhar it-3 ta’ Ġunju 1967 dawn is-Slaleb ġew solennement imbierka u midluka biż-żejt imqaddes mill-Arċisqof ta’ Malta ta’ dak iż-żmien Mons Mikiel Gonzi. Huma l-istess kliem li, f ’forma ta’ innu, ta’ kull sena jilqgħu d-dħul lura fil-knisja tal-istatwa ta’ Kristu Re f ’jum il-festa titulari. Barra minn hekk, it-ton ta’ dan l-innu jidwi mal-erbat irjieħ tar-Raħal għażiż tagħna kull darba li matul il-jum il-qniepen tal-arloġġ tal-knisja jintonaw

dan l-innu. Is-sinifikat ta’ dan il-kliem huwa ferm iżjed profond minn hekk però jkun xieraq li nirriflettu ftit dwar dan.

CHRISTUS VINCIT  Ċertament li Kristu ma jirbaħx xi battalja bl-armi għaliex bħal ma qal quddiem Pilatu: “Is-saltna tiegħi mhix ta’ din id-dinja...” (Ġw 18, 36). Kristu però wasal biex rebaħ fuq il-mewt u din ir-rebħa, għalina l-Insara, hija s-sinsla tat-twemmin tagħna. Kristu għadu għaddej f ’battalja kontinwa kontra l-forzi tal-ħażen. Ġesù, bħala ragħaj ħanin, ikompli bil-ħidma fejjieda tiegħu biex ifittex in-nagħġa l-mitlufa u meta jsiba, b’imħabba kbira, jgħannaqa miegħu u jagħtiha l-attenzjoni kollha. Għal Ġesù dawn huma r-rebħiet tiegħu. Fuq livel personali, Ġesù jirbaħ lili meta jiena naċċetta t-twemmin tiegħu.

CHRISTUS REGNATKristu qatt ma jimponi xejn fuq ħadd. Ħalliena f ’libertà assoluta li niddeċidu aħna x’tip ta’ relazzjoni ngħażlu li jkollna miegħu. Sa issa rajna kif Kristu jirbaħ (Vincit) l-appoġġ tagħna billi aħna naċċettaw il-valuri t-tajba li kontinwament iwasslilna permezz tal-Vanġelu. Però, Kristu jkun jixtieq xi ħaġa iżjed minn hekk. Kristu jkun jixtieq li jiġi u mhux biss jgħammar fina, imma wkoll isaltan (Regnat) ġewwa qalbna. Fil-Vanġelu għandna r-rakkont ta’ Żakkew li, minkejja l-ostakoli li kellu, b’ħerqa kbira biex jara lil Ġesù, ixxabbat ma’ siġra. Meta ra l-ħeġġa ta’ Zakkew, Ġesù qallu “...illum jeħtieġli noqgħod f ’darek.” Ġesù hawnhekk qiegħed jgħidilna li jixtieq jiġi jgħix għandna - jgħammar f ’qalbna - jsaltan f ’qalbna. Fil-qosor Ġesù jridna nħobbu lil Alla “...b’qalbek kollha, u b’moħħok kollu u b’qawwietek kollha....u ...ħobb ‘il għajrek bħalek innifsek” (Mk 12, 30-31). Gesuċ jridna li, bħal ma qalilna San Ġorġ Preca, nassiguraw “Ġid lil kulħadd u deni lil ħadd”. Kristu jsaltan f ’qalbna meta’ l-imħabba ssaltan f ’qalbna.

Kitba ta' John Jones

Christus Vincit, Christus Regnat, Christus Imperat

Page 29: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 27

CHRISTUS IMPERAT Kristu jikkmanda (Imperat); però dan jagħmlu biss bil-permess ta’ kull persuna individwalment. Ġesù qatt ma jimponi l-kmand tiegħu fuqna. Huwa aħna li b’libertà assoluta niddeċiedu jekk irridux li Kristu ma jkunx biss ir-ragħaj, li jservi ta’ gwida għalina, imma wkoll is-sid tagħna. Hija deċiżjoni esklussivament tiegħi li naċċetta jew le li Kristu jkun is-sid tiegħi li jieħu kontrol sħiħ ta’ ħajti. Meta nagħmel  hekk jiena nkun qiegħed nistqarr ma’ Ġesù ‘iva jiena nafda fik’. Dan wara kollox huwa s-sentiment li aħna nesprimu meta aħna nitolbu t-talba tal-Missierna li għallimna Sidna Ġesù u nlissnu l-kliem: ‘ikun li trid int’.

KONKLUŻJONI Fil-qosor wieħed jista' jiġbor dawn il-ħsibijiet hekk:

Christus Vincit:   Kristu rebbieħ fuq il-mewt, fuq id-dnub, fuq il-forzi tal-ħażen;Christus Regnat:   Kristu jirrenja meta f ’qalbna jitkebsu sentimenti ta’ mħabba,       kompassjoni u rieda tajba;Christus Imperat: Kristu jikkmanda meta aħna nħalluh jieħu kontrol sħiħ ta’ ħajjitna, u nimxu dejjem fit-triq li jurina hu.

Din il-paġna hi sponsorjata b’tifkira għażiża ta'ARTHUR FORMOSA

Mulej agħtih il-Mistrieħ ta’ dejjem

Page 30: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Nhar il-Ħadd, 11 ta’ Ġunju 2017, festa tat-Trinita’ Qaddisa, 14-il tifel u 23-il tifla mill-Parroċċa tagħna rċevew għall-ewwel darba s-Sagrament tal-Ewkaristija meta dawn miġbura flimkien għamlu l-Ewwel Tqarbina tagħhom. Dawn it-tfal ħelwin, flimkien mal-ġenituri, nġabru fl-Oqsma tal-MUSEUM separatament biex minn hemm imxew proċessjonalment għall-knisja parrokkjali għall-Quddiesa tal-11.00 ta’ filgħodu ċċelebrata mill-Wisq Reverendu Kan. Dun Marc Andrè Camilleri, Kappillan.

Filwaqt li f ’ġurnata għażiża bħal din niftakru f ’dawn iċ-ċkejknin, ma nistgħux ninsew lill-katekisti lajċi li b’tant ħeġġa qed iwettqu impenn daqstant importanti fil-parroċċa tagħna, ħafna drabi b’sagrifiċċji personali. Għaldaqstant hu mportanti li l-ġenituri ma jħallux din il-ħidma ttir mar-riħ. Infakkruhom fl-obbligu li għandhom li jridu jkomplu jibgħatu lil uliedhom għat-Tagħlim tad-Duttrina fl-Oqsma tal-MUSEUM. M’hemmx dubju li għad hemm ħafna u ħafna tagħlim akar bżonnjuż għal uliedhom. Inħeġġu wkoll lill-ġenituri li jieħdu sehem flimkien ma’ uliedhom fl-attivitajiet li jkunu organizzati għalihom minn żmien għal ieħor fil-parroċċa.

Minn dawn il-paġni nawguraw lit-tfal kollha li din is-sena rċevew għall-ewwel darba lil Ġesù Ewkaristija fihom, biex huma jkomplu jagħrfu kemm hu kbir dan is-Sagrament tal-Ewkaristija u jagħmlu ħilithom kollha biex jitqarbnu kemm jista’ jkun ta’ spiss u ma jonqsux li jattendu għall-Quddiesa ta’ nhar ta’ Ħadd.

BELLIZZI Jacob; BORG Aiden; BORG MELI Kyros; CAMILLERI Vin-Lee; CARDONA Sven; GALEA Danzel; GATT Zack; HARIDY Matthias; HIGGINS Matthew; McLEOD Seydon;

MIFSUD Zack; SPITERI Luke; RAMSEY VELLA Jayden; VELLA Matthew.ABELA Rihona; AGIUS Yona; AZZOPARDI Jade; CASSAR Gabriella; CUTAJAR Kelsey;

CUTAJAR Shakizia; FARRUGIA Maryclaire; FARRUGIA PISCOPO Rihanna; FENECH Tiffany; GALEA Elyse-Ann; GRASSO Kaya; GRECH Zvea; MAKHMUDOV BORG Emelie; MALLIA Ana;

McLEOD Shaslinn; MUSCAT VASSALLO Valentina; PULIS Maria; SCHEMBRI Larissa; SINOP Choe-Gulafar; STIVALA Maya; THEUMA Liah; VELLA Mariah Martina; XERRI Liah.

BNIET:

SUBIEN:

Page 31: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

L-Isqof Alessandro mal-Kappillan

L-Isqof Alessandro jbierek il-Wirja

Vjatku SolenniQuddiesa qabel il-Vjatku

Wirja Proġetti Tfal

Wirja ta' StorjaTmiem

l-Ewwel Jum taċ-Ċelebrazzjoni

Quddiesa fil-ftuħ taċ-Ċelebrazzjonijiet

Ċelebrazzjonijiet 50 Anniversarju

tal-Konsagrazzjoni

Page 32: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re30

For All Kinds of Aluminium Works

KW 19J-Industrial Estate - Kordin - Paola

Tel/Fax: 2180 4756Mob: 9949 5026

[email protected]

Page 33: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Il-Ħamis, 13 ta’ Lulju:9.30am Tluq minn quddiem il-Knisja għal ŻJARA LILL-ANZJANI f ’San Vincenz de Paule Home. Kulħadd hu mistieden partikolarment kull min għandu xi ħadd minn qrabatu rikoverat f ’din ir-Residenza.

(Koordinatur taż-żjara Kummissjoni Djakonija)

It-Tnejn, 17 ta’ Lulju:7.30pm Quddiesa għall-Familji li joqgħodu fl-inħawi ta’ Triq Il-Gurbell. (Ħdejn in-niċċa tal-Madonna) (Organizzata mill-Gruppi Kariżmatiċi tal-parroċċa.)

Il-Ħamis, 20 ta’ Lulju: 6.30pm Quddiesa bis-Sagrament tad-Dilka tal-Morda fil-knisja parrokkjali. Jiċċelebra Patri Thomas Calleja OFM, Conv. (Organizzata mill-Gruppi Karismatiċi tal-parroċċa)

Wara jkun hemm l-espożizzjoni tas-Sagrament u tibda Adorazzjoni sad-9.00 ta’ filgħaxija li tintemm bil-Barka Sagramentali.

Ikun hemm Qrar sad-9.00 ta’ filgħaxija.

Il-Ġimgħa, 21 ta’ Lulju:8.00pm Quddiesa għall-Familji li joqgħodu fl-inħawi ta’ Carters Supermarket. (Organizzata miċ-Ċelloli Parrokkjali għall-Evanġelizzazzjoni)

Il-Ħadd, 23 ta’ Lulju: JUM IŻ-ŻGĦAŻAGĦ8.00pm Quddiesa Speċjali organizzata mill-Grupp taż-Żgħażagħ G.7.30 fuq iz-zuntier tal-knisja parrokkjali. Imexxi din iċ-Ċelebrazzjoni Rev. Dun KEITH SCICLUNA,

Viċi Parroku. Wara jkun hemm attività miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ.

Preparazzjoni Liturġika għall-Festa Titulari 2017

Page 34: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

IL-ĠIMGĦA TAL-FESTAIt-Tnejn, 24 ta’ Lulju: ĦRUĠ TAL-ISTATWA TITULARI TA’ KRISTU RE BIEX TITPOĠĠA F’POSTHA FIL-KNISJA 7.00pm QUDDIESA għall-bżonnijiet tal-Parroċċa fi żmien il-festa ċċelebrata minn Rev. Dun KEITH SCICLUNA, Viċi Parroku. Waqt l-Offertorju ssir l-offerta tat-Tnax il-Stilla tal-fidda mill-Għaqdiet. Fi tmiem il-Quddiesa il-W. R. Kan. Dun MARC ANDRÈ CAMILLERI,

Kappillan, jagħti Messaġġ tiegħu għal matul il-ġranet tal-Festa. Wara r-Rappreżentanti tal-Għaqdiet iwasslu l-Istilel ħdejn l-Istatwa Titulari

biex il-Kappillan ipoġġihom f ’riġlejn Kristu Re.8.00pm Ħruġ tal-Istatwa ta’ Kristu Re fuq iz-zuntier fejn tintlaqa’ mill-Banda Kristu Re, u

wara titpoġġa f ’postha fil-knisja għall-qima tal-poplu fi żmien il-ġranet tal-Festa.

It-Tlieta, 25 ta’ Lulju: JUM IT-TFAL6.30pm It-Tfal, bniet u subien, jinġabru ħdejn il-Qasam tal-MUSEUM tas-Subien,

Triq l-Arkata, biex jakkumpanjaw l-istatwa ż-żgħira ta’ KRISTU RE sal-Knisja Parrokkjali minn Triq l-Arkata u l-Pjazza.

7.00pm QUDDIESA animata mit-tfal stess. Jiċċelebra Rev. Dun GILBERT SCICLUNA, Viċi Parroku.

Wara l-Quddiesa tittella’ statwa żgħira ta’ Kristu Re fost dawk it-tfal li jkunu preżenti sa l-aħħar.Fl-aħħar ikun hemm party għat-tfal fuq iz-zuntier.

Għal din il-Quddiesa l-Kummissjoni Familja qed tistieden ukoll lil-familji kollha li għammdu tarbija matul dawn l-aħħar tnax il-xahar, kif ukoll dawk l-ommijiet li qed jistennew tarbija matul din is-sena.Fi tmiem il-Quddiesa ssir l-preżentazzjoni tat-trabi kollha preżenti fil-knisja lil Kristu Re kif ukoll it-tberik tal-ommijiet.

L-Erbgħa, 26 ta’ Lulju: JUM IL-FAMILJA U TALB GĦALL-VOKAZZJONIJIETL-Ewwel Jum tat-Tridu

6.30pm QUDDIESA organizzata mill-Kummissjoni Familja li għaliha huma mistiednin dawk kollha li matul is-sena qed jiċċelebraw il-5, l-10, l-20, il-25, it-30, il-35, l-40, l-45 jew il-50 anniversarju taż-żwieġ tagħhom kif ukoll dawk kollha li għalqu ‘l fuq minn 50 sena miżżewġin.

Jiġġeddu wkoll il-Wegħdiet li dawn kienu għamlu dak inhar li rċevew is-Sagrament taż-Żwieġ. Tingħata Tifkira lil kull min jieħu sehem.Wara t-Tqarbin tingħad it-Talba tal-Vokazzjonijiet mill-familji tal-Parroċċa tagħna.Jiċċelebra Rev.mu Kan. Dun JESMOND MANICAROIl-Predikatur ikun ir-Rev.mu Kan. Dun ANTOINE BORG.

Fi tmiem il-Quddiesa jitkanta l-Innu, l-Antifona, u tingħata l-Barka Sagramentali u nagħlqu bl-Innu popolari. Jiffunzjona Rev. Dun KEITH SCICLUNA, Viċi Parroku.

Fl-aħħarnett ikun hemm Bibita taħt il-Portiku organizzata mill-Kummissjoni Familja.

Il-Ħamis, 27 ta’ Lulju: JUM IL-KOMUNITÀ PARROKKJALI - It-Tieni Jum tat-TriduMistiedna l-Membri kollha tal-Għaqdiet Reliġjużi, Ċiviċi, Soċjali, Kulturali u Politiċi tal-Parroċċa.

6.30pm QUDDIESA li jiċċelebra Rev. Patri RAYMOND BONNICI OFM Cap. Gwardjan tal-Komunità tal-Kapuċċini f ’Għajn Dwieli.

Il-Predikatur ikun ir-Rev.mu Kan. Dun ANTOINE BORG.Wara l-Quddiesa jitkanta l-Innu, l-Antifona, tingħata l-Barka Sagramentali u nagħlqu bl-Innu popolari.Jiffunzjona Rev. Dun GILBERT SCICLUNA, Viċi Parroku

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Lulju: JUM L-ANZJANI U L-BENEFATTURI It-Tielet Jum tat-Tridu10.00am QUDDIESA organizzata mill-Kummissjoni Djakonija għall-Morda u l-Anzjani

kollha tal-Parroċċa. Mistiedna l-Anzjani Pawlisti li jinsabu f ’xi Dar Residenzjali tal-Knisja, Stat jew Privat.

Page 35: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Jiċċelebra l-Quddiesa Rev. Dun ALFRED SACCO SDB.Wara jkun hemm Bibita taħt il-Portiku organizzata mill-Kummissjoni Djakonija.

Dawk li għandhom bżonn trasport huma mitluba biex javżaw fl-Uffiċċju Parrokkjali kmieni kemm jista’ jkun.6.30pm QUDDIESA għall-Benefatturi partikolarment dawk fl-iskema tal-Arbural u jsir

talb għall-Benefatturi ħajjin u dawk mejtin.Jiċċelebra l-Quddiesa Rev. Patri HERBERT FRIGGIERI S.J., Viċi Parroku.Il-Predikatur ikun ir-Rev.mu Kan. Dun ANTOINE BORGWara l-Quddiesa jitkanta l-Innu, l-Antifona, tingħata l-Barka Sagramentali u nagħlqu bl-Innu popolari. Jiffunzjona Rev. Dun CHRISTOPHER ELLUL.Wara jkun hemm Riċeviment żgħir għall-Benefatturi taħt il-portiku.

Is-Sibt, 29 ta’ Lulju: LEJLIET IL-FESTA 10.00am QUDDIESA ċċelebrata mill-W.R. Kan. Dun MARC ANDRÈ CAMILLERI,

Kappillan, u wara jitkanta t-TE DEUM b’ringrazzjament għall-ġranet tat-Tridu.6.15pm TRANSLAZZJONI SOLENNI bir-Relikwa tas-Salib Imqaddes immexxija mill-Eċċ. Tiegħu Mons PAWLU CREMONA, Arċisqof Emeritus, mill-knisja ta’ Santa Ubaldeska għall-knisja parrokkjali fejn isir l-EWWEL GĦASAR.7.15pm QUDDIESA SOLENNI ċċelebrata mir-Rev. Dun CHRISTOPHER ELLUL.

Il-Ħadd, 30 ta’ Lulju: JUM IL-FESTA TITULARI TA’ KRISTU RE6.30am QUDDIESA ċċelebrata mir-Rev. Patri Gwardjan tal-Kapuċċini, Kunvent

Sant’Antnin, Għajn Dwieli jew Rappreżentant tiegħu. 8.00am QUDDIESA ċċelebrata mir-Rev. Dun GILBERT SCICLUNA, Viċi Parroku.9.15am QUDDIESA PONTIFIKALI mmexxija mill-Eċċ. Tiegħu Mons. GEORGE FRENDO, Arċisqof ta’ Tirana-Durres fl-Albanija. Jinseġ il-Paneġierku l-Wisq Rev. Arċipriet Mons. CARMELO REFALO, tax-Xagħra, Għawdex.10.45am QUDDIESA li jiċċelebra Rev. Dun JOHN MUSCAT, Kappillan tal-parroċċa Madonna ta’ Lourdes, Paola li ssir fil-knisja ta’ Santa Ubaldeska.11.00am PURĊISSJONI EWKARISTIKA mmexxijja mill-Eċċ. Tiegħu Mons. GEORGE FRENDO, Arċisqof ta’ Tirana-Durres fl-Albanija. madwar il-Pjazza Antoine de Paule li matulha jsir talb għall-għaqda fil-parroċċa. Fid-dħul tal-purċissjoni fil-knisja tingħata l-Barka Sagramentali.5.45pm Quddiesa Solenni mmexxija mir-Rev. Dun RYAN LEE PACE, Saċerdot Novell. 6.45pm IT-TIENI GĦASAR SOLENNI.7.45pm Purċissjoni bl-Istatwa Titulari ta’ KRISTU RE mmexxija mir-Rev. Dun RYAN LEE PACE, Saċerdot Novell, li tgħaddi mill-Pjazza, Triq Tarxien, Triq Lampuka, Triq Stivala, Triq Mater Boni Consilii u tkompli għal

Triq Żabbar, il-Pjazza u l-knisja.9.30pm Meta l-Purċissjoni tasal quddiem il-Kunvent tas-Sorijiet tas-St. Joseph, fi Triq Zabbar, issir il-Konsagrazzjoni tal-Parroċċa lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.10.30pm Dħul tal-Istatwa Titulari ta’ KRISTU RE. Kant tal-Antifona u Barka Sagramentali.

Fil-Quddies tal-Ġranet tat-Tridu, tat-Te Deum, ta’ Lejliet il-Festa u ta’ nhar il-Festa filgħaxija jieħu sehem il-Kor Parrokkjali HALLELUJAH immexxi mis-Sur IVAN VELLA.

Organista: is-Sur JURGEN GRIMA.Fiċ-Ċelebrazzjonijiet tat-Tridu, t-Translazzjoni, l-Ewwel u t-Tieni Għasar,

il-Pontifikal tal-Festa u d-Dħul tal-Purċissjoni jieħdu sehem l-Orkestra u l-kor BEL CANTO taħt id-direzzjoni tas-Surmast HERMAN FARRUGIA FRANTZ.

Il-Ħadd, 6 ta’ Awwissu:9.30am QUDDIESA TA’ RINGRAZZJAMENT u Dħul tal-Istatwa Titulari f ’postha. Jiċċelebra ir-Rev. Dun KEITH SCICLUNA, Viċi Parroku.

VIVA KRISTU RE

Page 36: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

It-Tnejn 24 ta’ Lulju 8.00pm sal-11.00pm Ħruġ tal-istatwa titulari ta’ Kristu Re għall-qima tagħna fi żmien il-festa.Il-Banda Kristu Re tas-Soċ. Fil. G.M. Fra Antoine De Paule tilqa’ u ssellem lil Kristu Re fuq iz-zuntier u tkompli bi programm ta’ marċi brijużi fit-toroq: Pjazza, Foss, Ġdida, Sammat, Sant’Ubaldeska, San Alwiġi, Tfief, Mons Frangisk Xuereb, Imbroll, Luqa, Annunzjata, Lampuka, Nazzarenu, Luqa, Tarxien, Lampuka, Ġużè Damato, Arkata, Pjazza Sant’ Ubaldeska.Hawnekk isir it-tlugħ tal-istatwa tal-Qalb ta’ Ġesù fuq il-kolonna u wara l-marċ ikompli fi Triq Arkata u Pjazza.Dan il-marċ huwa organizzat mis-Soċjetà Fil. G.M. Fran Antoine De Paule, Banda Kristu Re.

It-Tlieta 25 ta’ Lulju 8.00pm sal-11.00pmProgramm ta’ marċi brijużi mill-Banda tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, Mqabba fit-toroq:Isqof Buhagiar, Għajn Dwieli, L-Ammiraljat, Vittmi tax-Xogħol, Ħidma, Fr Charles Plater, Wied Blandun, San Franġisk, Liedna, San Mikiel, Zabbar, San Franġisk, Gurbell, Durrghajsa, Mater Boni Consilii, Schrieber, Zabbar, Sorijiet, San Ġorġ, San Ġużepp, Tal-Borg, Lampuka. Hawnekk isir it-tlugħ tal-istatwa ta’ Kristu Saċerdot fuq il-kolonna u wara l-marċ ikompli fi Triq Ġużè Damato u l-Pjazza.

L-Erbgħa 26 ta’ Lulju8.30pm sal-11.30pmProgramm ta’ marċi brijużi mill-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan, Banda Paola fit-toroq: Pjazza, Foss, Ħal-Saflieni, San Alwiġi, Robinich, Ix-Xewk, Imbroll, Luqa, Nazzarenu, Tarzna, Tarxien, Lampuka, Santa Monika, Tarzna, Ġużè Damato, Lampuka, Knisja , Pjazza.Fi tmiem il-marċ isir it-tlugħ tal-istatwa ta’ Kristu Re fi Triq tal-Borġ.

Il-Ħamis 27 ta’ Lulju8.45pm Programm Vokali u Strumentali mill-Banda Paola tal-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan quddiem l-istatwa ta’ Kristu Re tal-istess Għaqda fi Triq Tal-Borġ. Wara jsir marċ li fi tmiemu isir it-tlugħ tal-istatwa tal-Gran Mastru Fra Antoine De Paule fuq il-kolonna fil-Pjazza.

Il-Ġimgħa 28 ta’ Lulju8.00pm sa Nofs il-LejlProgramm ta’ marċi brijużi mill-Banda Kristu Re tas-Soċ. Fil. G.M. Fra Antoine De Paule bl-istatwa ta’ Kristu Re fit-toroq:Zuntier, Pjazza, Ninu Cremona, Tramuntana, Arkata, Ġdida, Tifkira, San Edwardu, Palma, Tarxien, Tarzna, Santa Monika, San Ġużepp, Ġużè Damato, Sorijiet, Knisja, Qalb ta’ Ġesù, Kalkara tal-Ġir, Bormla, Pjazza.

Nofs il-LejlFi tmien il-marċ isir it-tlugħ tal-istatwa ta’ Kristu Re fuq il-kolonna fil-pjazza. Wara jkun hemm il-logħob tan-nar ta’ l-art mis-Soċ. Fil. G.M. Fra Antoine De Paule.

Programm tal-Festi Esterni 2017

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokjali Matriċi Kristu Re34

Page 37: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Dan il-marċ, briju, nar ta’ l-art u tal-ajru huma organizzati mis-Soċ. Fil. G.M Fra Antoine De Paule, Banda Kristu Re.

Is-Sibt 29 ta’ Lulju - Lejlet il-Festa8.15pmKorteo tal-Għaqdiet minn quddiem l-Uffiċċju Parrokkjali fi Triq Lampuka akkumpanjat mill-Banda Kristu Re tas-Soċ. Fil. G.M. Fra Antoine De Paule li jgħaddi minn Tal-Borġ, Qalb ta’ Ġesù, Vjal il-Knisja u Pjazza fejn issir iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-kuruni tar-rand.9.00pmProgramm ta’ marċi brijużi mill-Banda Paola tal-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan fit-toroq:Pjazza, Zabbar,   San Ġużepp, Wied, Zabbar, San Ġużepp,   Ġużè Damato, Lampuka, Santa Monika, Tarzna, Ċimiterju, Sant Ubaldeska, Sammat, Pjazza. 9.15pm Programm fuq il-planċier mis-Soċjeta’ Filarmonika G.M. Fra Antoine De Paule, Banda Kristu Re.11.00pmIl-Banda Kristu Re u l-Banda Paola jingħaqdu flimkien u jagħmlu marċ a La Veneziana madwar il-Pjazza Antoine De Paule.Nofs il-LejlĦruq tal-logħob tan-nar tal-art organizzat mill-Kummissjoni Festa Kristu Re b’kolaborazzjoni mas-Soċ. Fil. G.M. Fra Antoine De Paule u l-Għaqda Soċjali u Mużikali Kristu Sultan.

Il-Ħadd 30 ta’ Lulju - Jum il-FestaNofsinhar sat-3.00pmMarċ brijuż mill-Banda Kristu Re tas-Soċ. Fil. G.M. Fra Antoine De Paule li jgħaddi mit-toroq:Pjazza, Arkata, Ġdida, Palma, Melita, Nazzarenu, Lampuka, Sammat, Pjazza, Knisja, Lampuka, Zabbar, PjazzaDan il-marċ huwa organizzat mis-Soċjeta’ Fil. G.M. Fra Antoine De Paule, Banda Kristu Re7.15pm Il-Banda San Lawrenz, Birgu, tibda marċ minn Triq Is-Sultana kantuniera ma’ Triq il-Ġdida u tkompli għat-toroq Sant’Ubaldeska, Arkata sal-Pjazza u tkompli bi programm mużikali fuq il-planċier sad-dħul tal-purċissjoni.7.15pm Il-Banda tas-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa, Marsa, tibda marċ minn Triq Sammat kantuniera ma’ Triq San Ġużepp u tkompli sal-Pjazza.7.45pmIl-Banda tas-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa, Marsa ssellem u wara takkumpanja l-istatwa Titulari ta’ Kristu Re matul il-purċissjoni li tgħaddi mit-toroq:Pjazza, Tarxien, Lampuka, Stivala, Mater Boni Consilii, Żabbar u l-Pjazza10.00pmTislima vokali u orkestrali lill-istatwa titulari organizzata mill-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan, Banda Paola, hekk kif tasal quddiem is-Sede tal-Għaqda.10.30pmDħul tal-Istatwa Titulari ta’ Kristu Re lura fil-Knisja akkumpanjata miż-żewġ baned mistiedna. In-Nar tal-ajru fil-ħruġ tal-Vara Titulari, tul il-Purċissjoni u fid-dħul tagħha hu kkommissjonat mill-Kummissjoni Festa Kristu Re.

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 35

Page 38: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re36

Page 39: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 37

Kitba ta' David Busuttil

Preservazzjoni ta' ġawhra storikagħall-Qalb il-PawlistiIl-knisja ta' Santa'Ubaldeska l-ewwel knisja f'Raħal Ġdid

Fost il-wirt kulturali li nsibu ġewwa Raħal Ġdid, hemm knisja magħrufa bħala dik ta’ Sant’ Ubaldeska, knisja li teħodna lura għas-seklu 17. L-ewwel ġebla ta’ dan it-tempju tqegħdet mill-Gran Mastru tal-Ordni ta’ dak iż-żmien, il-G.M. Fra Antoine de Paule. Skont riċerka li saret mill-istoriku Achille Ferris, instab li l-pjanti ta’ din il-knisja żgħira saru minn Vittorio Cassar, bil-ħsieb li titkabbar meta tibda tiżdied il-popolazzjoni ta’ Raħal Ġdid.

Din il-knisja ġiet iddedikata lill-qaddisa Sant’ Ubaldeska, mwielda f ’Calcinaia, raħal qrib il-Belt ta’ Pisa, fuq xewqa tal-istess Gran Mastru li kien devot kbir tagħha. Din il-qaddisa kienet soru li kienet tħenn ħafna għall-fqar u kienet tieħu ħsieb lil bosta nies pellegrini li kienu jmorru fil-Belt Imqaddsa ta’ Ġerusalemm, fejn hi kienet tgħix. Din il-qaddisa nsibuha mpittra fuq kwadru, maħdum minn Bartolomeo d’Aragona (1584-1641), li jinsab fl-istess Knisja. Fil-pittura hemm ukoll il-Granmastru De Paule għarkubtejh quddiemha. Interessanti wkoll li bosta nies jgħidu li l-Gran Mastru kien ippoża sabiex ikun jista’ jiġi mpitter fuq dan il-kwadru.

Fl-1900 inħadmet ukoll statwa tal-istess qaddisa mill-iskultur bravu Karlozzu Darmanin (1825-1909). Dan sar wara li bdiet tiġi ċċelebrata l-festa lejn din il-qaddisa.

Il-Knisja ta’ Sant’ Ubaldeska titkabbar u ssir Parroċċa. Fis-sena 1883 inħasset il-ħtieġa li din il-knisja titkabbar minħabba li l-popolazzjoni Pawlista bdiet tiżdied. Fl-1900 tkabbret għall-ewwel darba però xorta baqa’ jinħass il-bżonn li titkabbar iktar. Wara ħafna diskussjonijiet mal-Arċisqof u l-gvern ta’ dak iż-żmien, il-Pawlisti ngħataw biċċa art oħra li tmiss mal-knisja sabiex din tkun tista’ titkabbar. Żdiedu wkoll l-artali li ġew iddedikati lill-Madonna u lill-qaddisin meqjuma fil-Parroċċi tal-Kottonera minħabba li n-nies ta’ dak iż-żmien kienu ġejjin minn dawk l-inħawi.

Fis-sena 1905 l-Isqof Pace ħareġ digriet li fih ħabbar li l-Knisja ta’ Sant’ Ubaldeska kienet saret Viċi Parroċċa ta’ Ħal Tarxien taħt it-titlu tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Ħames snin wara, fl-1910 imbagħad saret Parroċċa bl-ewwel kappillan ikun Dun Salv Chircop.

ikompli f’paġna 38

Page 40: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re38

Preservazzjoni u tindif tal-knisja ta’ Sant’ Ubaldeska.Sfortunatament din il-ġawhra storika sfat fi stat ta’ telqa wara li ma baqgħetx tintuża minħabba li nbniet il-knisja l-ġdida. Wara ħafna snin ma tintużax mill-komunità parrokkjali, f ’Novembru tal-2016 grupp ta’ voluntiera ħass il-bżonn li jinbeda proċess ta’ tindif u ta’ preservazzjoni f ’din l-istess knisja. Flimkien mal-Kappillan attwali, l-W.R. Kanonku Dun Marc Andrè Camilleri, dan il-grupp ħa l-inizjattiva sabiex tiġi żbarazzata din il-knisja u terġa’ tibda tintuża mill-komunità parrokkjali u wkoll għal funzjonijiet speċjali bħal tiġijiet.

F’Diċembru tal-2016 bi qbil mal-Kappillan, l-istatwa tal-Ecce Homo, li hu maħsub li nħadmet fis-seklu 16 u li tinsab f ’din il-Knisja, ittieħdet għar-restawr minħabba ħsarat kbar li kienet ġarrbet. Ix-xogħol ta’ restawr sar mill-artist bravu Andrew Bugeja li ħadem qatiegħ sabiex din l-istatwa tkun lesta sar-Randan tal-2017.

F’Jannar 2017 waqt li kien qed isir ix-xogħol ta’ tindif nibtet l-inizjattiva li b’mod voluntarju jinżebgħu mill-ġdid il-ħitan ta’ wara l-artal maġġur u wkoll tal-artali sekondarji. Il-voluntiera ħasbu li jkun xieraq li ż-żebgħa li tintuża, tkun water based u mhux dik magħrufa bħala taż-żejt. Dan sabiex ma ssirx ħsara permanenti fuq il-ġebla.

Il-pass li kien imiss kien li jintgħażlu kuluri denji sabiex ikunu jistgħu jikkumplimentaw mal-bqija tal-knisja. B’hekk ġie avviċinat John Pace sabiex ikun jista’ jagħti parir dwar liema kuluri għandhom jintgħażlu.

F’Marzu 2017 beda xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-bieb il-kbir tal-Knisja. Dan il-bieb inżebagħ mill-ġdid wara li ġie xkatlat miż-żebgħa l-antika.

F’April 2017 beda jinżebagħ il-ħajt ta’ wara l-artal maġġur b’kuluri ġodda u diċenti. Mill-ewwel deher ċar li dan il-proġett kien bżonnjuż għaliex il-knisja bdiet terġa tieħu dehra friska. Il-kuluri li ntgħażlu kienu kuluri aktar ċari minflok il-kuluri skuri li kienu jdallmu l-knisja b’mod speċjali l-artal maġġur.

Inħass ukoll il-bżonn li jerġa’ jinżebagħ iz-zokklu kollhu tal-knisja. Iz-zokklu kien fi stat ħażin ħafna u kien jagħti dehra ta’ telqa u ta’ ħmieġ minħabba li beda jitqaxxar u jitlef il-kulur. Il-grupp avviċina mill-ġdid lil John Pace sabiex ikun jista’ jiġi deċiż il-kulur taz-zokklu. Bi qbil mal-Kappillan u l-grupp kollu ġew deċizi l-kuluri u ġie maqbul ukoll li x-xogħol tal-irħamar taz-zokklu jsir minn Raymond Galea. Permezz ta’ dan ix-xogħol il-knisja kompliet tissebbaħ u tingħata dehra oħra.

Proġetti oħrajn.Apparti x-xogħol ta’ żebgħa u preservazzjoni fuq il-knisja, qed isiru bosta xogħolijiet oħrajn li huma bżonnjużi ħafna sabiex din il-knisja tibda tintuża mill-ġdid mill-komunità parrokkjali Pawlista.

• Qed jinħadmu tvalji u trieħi ġodda kemm għall-artal maġġur kif ukoll għall-artali l-oħrajn.

• Qed tinħadem ukoll struttura tal-injam sabiex fuqha jkun jista’ jintrama l-kanupew tat-Tabernaklu fuq l-artal maġġur, magħrufa wkoll bħala nassa.

• Qed tiġi rranġata s-sistema tad-dawl fil-knisja. Dan għaliex id-dawl ma kienx imqassam sew kif ukoll kien hemm xi wires mikxufin u li kienu jkerrħu u li issa

ikompli minn paġna 37

Page 41: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 39

qegħdin jerġgħuu jiddaħlu fi trinek li huma diġa’ eżistenti. Qegħdin jinbidlu wkoll flood lights antiki għal dawk LEDs.

• Il-voluntiera wkoll qegħdin jirrestawraw pulptu żgħir billi jgħaqqdu xi partijiet imkissra u jagħtu l-verniċ. Qed tiġi restawrata wkoll l-għamara għas-Sagristija. Din ser tieħu post l-għamara antika u mkissra li kien hemm fl-istess Sagristija.

• Proġett ieħor li mistenni jsir fix-xhur tas-Sajf huwa t-tibjid tas-saqaf minn barra b’żebgħa li tagħlaq xi fili li nfetħu matul is-snin u li qed ikunu ta’ detriment għas-saqaf minħabba l-ilma li jidħol fix-xhur Xitwin.

Il-proċess sabiex din il-knisja tiġi restawrata mill-fondi tal-Unjoni Ewropeja jaf jieħu tul ta’ żmien mhux ħażin u għalhekk nemmnu li permezz ta’ dan ix-xogħol li qiegħed isir, qegħdin nevitaw li dan il-wirt storiku ta’ pajjiżna jintilef daba għal dejjem.

Dan il-proġett ta’ preservar tal-Knisja ta’ Sant’ Ubaldeska ma setax ikun possibli mingħajr l-għajnuna tal-W.R. Kappillan, il-Kononku Dun Marc Andrè li wara li ra l-istat vulnerabbli ta’ din il-knisja, ppermetta li jsir xi xogħol ta’ preservazzjoni. Nirringrazzjaw ukoll lil bosta individwi li b’mod volontarju u waqt il-ħin liberu tagħhom qegħdin jagħmlu ħafna xogħol bżonnjuż fis-skiet.

Kif forsi tistgħu timmaġinaw dan il-proġett qiegħed jiswa lill-Parroċċa tagħna ħafna flus minħabba li l-materjal mhux b’xejn. Għalhekk minn hawn nitlob lilkom għeżież Pawlisti ġenerużi u li għandkom għal qalbkom il-patrimonju Pawlist sabiex tavviċinaw lill-Kappillan tagħna u toffru l-għajnuna finanzjarja tagħkom. Il-ftit tagħkom jgħin ħafna sabiex nibqgħu ngawdu din il-ġawhra storika li għandna f ’Raħal Ġdid.

Minn qalbi nawgura l-Festa t-Tajba lill-Pawlisti kollha fl-okkażjoni tal-festa titulari ta’ Kristu Re u tal-50 Sena tal-Konsagrazzjoni tal-knisja l-ġdida.

Page 42: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re40

Dr. Simon Mercieca

ApprezzamentDun Mario Agius: memorji ta' qassis u ħabib

Is-Sibt, qabel ma’ miet, bħal ma kont nagħmel kull nhar ta’ Sibt, mort narah filgħodu d-Dar tal-Kleru. Kienet tkun okkażjoni għalina t-tnejn biex nitkellmu fuq numru ta’ suġġetti, iżda l-aktar wieħed importanti kien dak dwar l-istorja ta’ Raħal Ġdid. Kien ħa ħafna pjaċir meta l-kappillan talabni biex nibda nikteb artiklu dwar l-istorja tal-knisja kull xahar għall-fuljett IS-SALTNA. Mill-ewwel qalli “Ngħinek”. Qabel tlaqt f ’dan l-aħħar Sibt li rajna lil xulxin, kien tani lura numru ta’ abbozzi li kont tajtu dwar personaġġi fuq Raħal Ġdid li xi wħud minnhom ġa dehru fil-fuljett IS-SALTNA. Dak inhar bħal qalbu ħebbrietu. Miegħi kont nieħu lit-tifla ż-żgħira tiegħi. Qam bit-tbatija minn fuq is-siġġu ta’ quddiem l-iskrivanija tiegħu. Mar lejn sideboard li kellu fil-kamra fqira fid-dar tal-Kleru, biex iġibilha ftit ħelu u qalli “Ara x’biċċa ġrali. Ma nistax nieħu nifs”. Iddaħħal l-isptar il-Ħamis u qabel ma mar, qal lil Simon Jones, carer fid-dar tal-Kleru u li bħali kien abbati f ’Raħal Ġdid, biex iċempilli u jgħidli li ħaduh l-isptar. Hija ħasra li miet is-Sibt ta’ wara. L-aħħar proġett li konna qed naħdmu flimkien kien dwar l-lskrizzjoni għall-faċċata tal-knisja. Kien ħa pjaċir ħafna li l-kappillan Dun Marc Andrè Camilleri kien ħa nteress kbir f ’artiklu li l-istess Dun Mario Agius kien kiteb fuq il-ktieb tal-festa tal-Għaqda Kristu Sultan dwar din l-iskrizzjoni. Kien ħa pjaċir akbar li l-kappillan ried iwettaqha.

Forsi ftit jafu, li Dun Mario Agius kien Latinista tajjeb. Jien niftakru bħala l-aħħar qassis juża l-Latin Raħal Ġdid. Biss matul dawn l-aħħar snin, sirt naf ħafna tagħrif dwaru u anki dwar il-familja tiegħu u li llum nista’ naqsam magħkom. Il-familja min-naħa ta’ Agius kienet minn Għawdex. Kienu bl-imrieħel. Peress li fi żmien ir-Randan ma kienx jiswa’ li wieħed jixrob ħalib, ħlief għall-morda u xjuħ, dawk li kienu jduru bil-mogħoż kienu jgħajtu ‘tal-Abjad’ b’referenza li kien ġie tal-ħalib. Il-familja mxiet lejn Ħal-Lija fejn anki l-familja tiegħu kellha qabar fil-knisja l-qadima. Imbagħad, in-nannu tiegħu kien daħal it-tarzna u għalhekk kien mar joqgħod il-Birgu. Missier Dun Mario, Ġużeppi, twieled il-Birgu fl-1904 iżda ta’ erba’ snin niżel joqgħod f ’Raħal Ġdid. Marru joqogħdu fil-pjazza, f ’dar fejn qabel kien joqgħod wieħed Ingliż. F’dik il-ħabta kien hemm ħafna Ingliżi joqogħdu f ’Raħal Ġdid.

Dan hu dettall importanti, għaliex meta Dun Mario Agius kien jirrakkonta dwar Raħal Ġdid ma kienx jirrakkonta biss dwar l-esperjenzi tiegħu iżda wkoll dak li kien jisma’ lil missieru jirrakkonta. Ħu missieru, bħal Dun Mario, kien iħobbu ħafna Raħal Ġdid, tant li kien wieħed minn dawk li sponsorjaw il-pubblikazzjoni tal-ktieb ta’ E.B. Vella dwar l-Istorja ta’ Ħal Tarxien u Raħal Ġdid.

Min-naħa ta’ ommu, Dun Mario Agius kien ġej minn familja ta’ artist importanti. Missier ommu kien Anġlu Dalli, magħruf bħala s-Suffari. Missier Dun Mario Agius kien sar Spiżjar

ikompli f’paġna 43

Page 43: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 41

Page 44: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re42

221, Żabbar Road, FguraPhone: 2180 9225

Page 45: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 43

għaliex kienu waħħluh fil-kors tal-mediċina fl-1919 inkonnessjoni mal-inkwiet politiku ta’ dik il-ħabta. Forsi din kienet barka minn Alla. Peress li kien ġa ggradwa ta’ Spiżjar, fetaħ spiżerija Ħaż-Żabbar. Wara mexa lejn Raħal Ġdid. Kien litteralment l-ispiżjar tal-fqar. Ommu, Margerita, kienet mara qaddisa. Ma’ mara oħra, li nsejt x’jisimha, kienet għamlet wegħda biex wieħed minn uliedha jsir qassis. Alla sema’ t-talba tagħhom. Dun Mario sar jaf b’dan ħafna snin wara li sar qassis. Ommu kienet għalliema tal-ġografija. Kienet anki marret tistudja l-Ingilterra u meta ġiet lura kienet saret Sinjora, jiġifieri headmistress. Biss kien żmien fejn l-għalliema nisa, meta jiżżewġu kienu jkunu mġegħlin iħallu x-xogħol tagħhom. Peress li hija kienet fuq kuntratt, irrifjutat li titlaq ix-xogħol wara li żżewġet. B’hekk kienet l-ewwel mara għalliema li ħarġet tqila b’Dun Mario u ħuh it-tewmi. Id-Direttur tal-Edukazzjoni, Laferla, għajjat skandlu. Kif kien jiġri dari, kien hemm ħafna mwiet fost it-trabi. Ħuh it-tewmi miet wara li twieled.

Bħal missieru, Dun Mario għadda għal-Liceo. Fil-klassi miegħu kellu lil Salvinu Busuttil, li wara kien sar Professur tal-Ekonomija u għamel karriera diplomatika. Dun Mario kien jgħidli li hu u Salvinu kienu jikkompetu bejniethom min minnhom jiġi l-ewwel. Meta fl-eżamijiet ta’ nofs is-sena kien jiġi Salvinu l-ewwel, fl-eżamijiet tal-aħħar tas-sena kien ikun Dun Mario. Meta Dun Mario kien jiġi l-ewwel fl-eżamijiet ta’ nofs is-sena, Salvinu kien ikun l-ewwel f ’dawk tal-aħħar tas-sena.

Kien jitkellem b’nostalġija dwar il-mixjiet ta’ tfulitu fl-egħlieqi li kienu jdawru Raħal Ġdid ta’ qabel il-gwerra fuq iż-żona tal-Borġ. Jiftakar mixjiet lejn Bulebel fejn kien għad hemm ħitan tas-sejjieħ b’biċċiet ta’ skultura u lavur li kienu tal-knisja ta’ Ħal Tarxien.

Il-vokazzjoni tiegħu ssaħħet sew fi żmien li hu kien jattendi l-Mużew f ’Raħal Ġdid. Meta daħal is-Seminarju, fil-kors miegħu kellu fost l-oħrajn lil Fr. Peter Serracino Inglott. Miegħu kienu daħlu tliet qassisin oħra minn Raħal Ġdid, jiġifieri Dun Ġużepp Abdilla, Dun Dumink Degiorgio u Dun Edgar Attard (illum Monsinjur).

Wara li sar qassis beda jservi fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar. Kien żmien sabiħ ħafna. Dan kemm minħabba li f ’Ħaż-Żabbar kienu joqogħdu qraba ta’ missieru, l-familja ta’ Agius Muscat, kif ukoll, għaliex Wied il-Għajn kien sar parroċċa. B’orgolju kien jgħid li l-ewwel kappillan ta’ Wied il-Għajn, Tarċisju Agius, kien prim kuġin ma’ missieru.

Wara, Dun Mario ġie jservi Raħal Ġdid. Beda jservi ta’ Viċi. Kien wieħed miż-żewġ Viċijiet li kellha l-parroċċa. L-ieħor kien Dun Vinċenz Deguara. Peress li Deguara minkejja li qaddes fil-kors ta' warajh iżda baqa' dejjem f 'Raħal Ġdid u kien diġa' iservi bħala Viċi, Dun Vinċenz kellu preċedenza fuq Dun Mario.

Għal numru ta’ snin, hu kien mibgħut fil-knisja ta’ Lourdes. Kien mibgħut biex hemm jassisti lill-Monsinjur Franġisku Xuereb. Wara li lesta l-knisja l-kbira, Monsinjur Xuereb kien intefa’ b’ruħu u b’ġismu biex jibni l-knisja ta’ Lourdes. Dun Mario kien jiftaħar li bħal mal-bini tal-knisja l-kbira kkontribwixxa Raħal Ġdid kollu, anki fuq dik ta’ Lourdes ikkontribwixxa r-raħal kollu. Dan kien iż-żmien li fih din il-knisja kienet għada mhix parroċċa għaliha. Meta mbagħad saret parroċċa għaliha, Dun Mario kien tela’ jservi fil-knisja ta’ Kristu Re, waqt li ta’ Lourdes baqa’ Dun Ġużepp Sammut, li kien ukoll minn Raħal Ġdid.

ikompli f’paġna 45

ikompli minn paġna 40

Page 46: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re44

Page 47: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 45

Waħda mill-ħidmiet li ngħata mill-kappillan Dun Adolf Agius kienet dik li jieħu ħsieb il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Meta kien risponsabbli hu, saru numru ta’ inizzjattivi. Kienu nbiddlu l-brazzi tal-ħadid, u minflokhom saru dawk preżenti tal-bronż. Kien ħareġ flus minn butu meta l-ġbir għalihom ma kienx ilaħħaq. Jekk niftakar tajjeb kien hemm xi wħud li anki tħallsu minn benefatturi. Kien għamel ukoll l-irjus tal-fidda tas-salib tal-Vara l-Kbira. Jekk niftakar tajjeb, kien ħallas għalihom huwa wkoll. Kien biddel is-salib tal-vara tad-Duluri biex ikun bħal bqija tas-slaleb tal-vari l-oħra, peress li dan tad-Duluri kien interzjat. Kien qabbad lil Methusaleh Buhagiar, li kien jiġi t-tifel ta’ Pietru Pawl Buhagiar u allura n-neputi tal-iskultur Manwel Buhagiar biex jagħmel numri ta’ skulturi li llum għadna narawhom fuq il-bradelli tal-Ġimgħa l-Kbira. Bdew anki jinbidlu l-bradelli u kien ħadem fuqhom Methusaleh. Jien niftakru jillustrahom bil-lostru tat-tajjara fl-oratorju. Ninsab żgur li kien ħadimhomlu b’xejn.

Fuq kollox, kien sab benefattur, ċertu Vincent Demajo, u kien għamel in-niċċa tar-Redentur. Dan Vincent Demajo li kellu l-ħanut quddiem l-għassa ta' Raħal Ġdid. Kien ibiegħ pompi tal-ilma, muturi tal-baħar Stuart u spare parts. Illum it-tfal imexxu l-ħanut V. Demajo & Bros tal-pjazza. Kienet saret tal-aluminium, materjal li f ’dak iż-żmien kien jiswa ħafna flus għaliex kien ġdid. Anki jekk kien hemm kritika lejn din l-għażla, kien hemm qbil dwar id-dimensjoni tagħha. Jien niftakar nies, waqt it-tberik jgħidulu prosit lil Kappillan Dun Adolf għal mod kif inħadmet. Dak li hu żgur kien li matul dan il-perjodu żdiedet id-devozzjoni lejn ir-Redentur f ’Raħal Ġdid.

Iżda l-akbar proġett u rigal ta’ Dun Mario Agius lill-parroċċa ta’ Raħal Ġdid hu l-ostensorju tal-fidda, bil-bażi tal-fidda tiegħu. Hu ried li din tibqa’ fl-anonimat u kien irrabja ħafna meta nduna li kont naf li hu ħallas għalih. Biss nemmen li opri tajba għandhom jiġu mfakkra u min għamilhom imfaħħar. Kien iħobb jgħidli li anki l-ostensorju hu relikwarju. Fih hemm parti mill-Golgota. Kien ġabha patri Malti miegħu li kien fl-Art Imqaddsa. Kienu fdalijiet ta’ meta taqqbu l-art biex għattuha bil-ħġieġ. Il-fdalijiet kienu nqasmu bejn id-denominazzjonijiet insara li jaħdmu fil-bażilika tal-Qabar ta’ Kristru. Kien ta biċċa lil Dun Mario Agius biex żgur ma tintilifx u tibqa’ kustodita tajjeb. Dun Mario kien ħa ħsieb li jingasta din il-farka mill-Golgota fil-pedestal ta’ dan l-ostensorju.

Iżda fuq kollox, Dun Mario Agius kellu sens qawwi ta’ pastorali. Kien ikun fuq quddiem fit-tqarbin tal-morda. Ma kienx jonqos milli joffri s-solidarjetà tiegħu meta jmut xi ħadd u kien jagħmel ħafna funerali. Kien iqaddes tal-ewwel. Kien jalterna ma’ Dun Vinċenz Deguara. Meta ġie offrut kanonikat, kien talab il-parir ta’ Dun Adolf u staqsieh jekk kellux ikun onorarju jew effettiv. Kien Dun Adolf li qallu biex imur effettiv il-Birgu. Kien iħobb jirrakkonta li meta ltaqa’ mal-Arcisqof Ġużeppi Mercieca u staqsih x’inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar li jsir kanonku il-Birgu, Dun Mario qallu ċar u tond li wara li tkellem ma’ Dun Adolf, kien qed jaċċetta li jkun effettiv. L-Arċisqof irrispondih u qallu, “j’Alla l-qassisin kollha jagħmlu bħalek u qabel ma jieħdu xi deċiżjoni, jieħdu parir mingħand min hu akbar minnhom!”

Anki fil-Birgu, Dun Mario Agius ħalla l-marka tiegħu. Naf li familja minn Raħal Ġdid tagħtu flus, madwar sitt elef lira biex jagħmilhom opra. Hu qallhom, li l-knisja tal-Birgu kienu ser jagħmlu s-slaleb tal-kanonikat ġodda u talabhom il-permess li jużahom għal dan il-għan. Kienu ħadu pjaċir ħafna. B’hekk il-Birgu spiċċaw bis-slaleb tal-kanonikat tagħhom tal-fidda ibbanjati bid-deheb. ikompli f’paġna 47

ikompli minn paġna 43

Page 48: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re46

Page 49: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 47

Fuq kollox, il-ħidma tiegħu f ’Raħal Ġdid ma waqfetx wara li sar kanonku l-Birgu. Waqt li baqà jqarben u jqaddes kien ukoll ta’ għajnuna spiritwali u morali għal numru ta’ żgħażagħ mill-parroċċa u s-Soċjetà tagħhom. Kien iħosshom bħala t-tfal tiegħu. Ħabbhom u huma ħabbuh, bħal ma jixhed ir-rispett kbir li wreh waqt il-funeral tiegħu.

Fuq kollox, Dun Mario Agius kien devot kbir tas-Sagrament. Min jaf kemm ħu Methusaleh, Carmelo Buhagiar, ħa paċenzja bih u kien joqgħod iħitlu purtieri għat-tabernaklu u jirrakkmalu xi disinn modern fuqu. Kien jagħmillu x-xogħol b’xejn u Dun Mario kollu ferħan kien iġibhom biex jiżżanżnu.

Iżda l-akbar rigal hu l-fatt li qed jara d-devozzjoni lejn is-Sagrament terġa’ tingħata l-ħajja u l-glorja storika f ’Raħal Ġdid. Ibqa’ żgur li kieku kien għadu magħna, kien ikun minn tal-ewwel biex joħroġ u jakkumpanja f ’nhar il-festa f ’dan l-att ta’ fidi u devozzjoni quddiem is-Sagrament.

Din il-paġna hi sponsorjata b’tifkira għażiża ta’ JOSEPH U MARY MUSCAT

Mulej agħtihom l-Mistrieħ ta’ dejjem

Waqt il-Quddiesa tal-Funeral

L-Arċisqof jinċensa t-tebut

Fil-Knisja Parrokkjali

ikompli minn paġna 45

Page 50: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re48

Page 51: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 49

Rendikont FinanzjarjuGħas-sena li spiċċat 31 ta' Diċembru 2016

DĦUL: EUR

Ġbir matul il-Ġimgħa 27,045Ġbir matul il-Ħadd 46,030Ġbir Speċjali (karitá) 11,795Funerali 3,455Arbural 6,940Tberik tal-Familji 8,118Xemgħa 2,730 Is-Saltna (Reklami) 1,006Drittijiet Żwiġijiet 910GO Antenna Kera/Elettriku 2,927Vodafone Antenna Kera//Elettriku 6,854Bejgħ Proprjetá 33,750Interessi 622 TOTAL DĦUL 152,182

ĦRUĠ: EURSalarju Sagristan 8,566Kontribuzzjonijiet Sigurtá Soċjali 899Fondo Clero 26,889Liturġija: Ostji/Inċens/Faħam/Kotba 4,949Xemgħa 3,363Telefon 1,103Dawl u Ilma 16,381Fjuri 1,401Ġbir Speċjali (Karitá) 11,795Kera 100 Donazzjonijiet 300Għamara w Tagħmir 5,924Mobile Crane/HiUp 33,618Manutenzjoni Knisja (Ordinarja) 27,866EU Funds Applikazzjoni/MEPA ** 3,479Stationery 800Cleaning Material 179Pedaġġi (Qrar/Quddies/Priedki) 910Fuljett Jum il-Mulej 705Is-Saltna/Flimkien 2,764Riċevimenti Għaqdiet (Għid u Milied) 795Rigali Helpers (Għid u Milied) 391Rigali Morda (Għid u Milied) 338Rikorsi 80Spejjes Kawża Statwa/Niċċa KR *** 2,353Audit/Spejjeż Amministrattivi Kurja 202Insurance 961Taxxa 2015 297Internet Kurja 300Spejjeż Bankarji 37

TOTAL ĦRUĠ 159,100

TOTAL DĦUL 152,182 Ewro TOTAL ĦRUĠ 157,708 Ewro

ŻBILANĊ 2014 -5,526 Ewro

NOTA: Il-Kappillan jirringrazzja lil kull min qed ikun ġeneruż fl-offerti tiegħu biex il-parroċċa tlaħħaq mal-ispejjeż tal-ħidma pastorali u tal-manutenzjoni u t-tisbieħ tal-knisja

** Spejjeż tal-aplikazzjoni għall-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-manutenzjoni (esterna) tal-knisja parrokkjali.

*** Spejjeż tal-kawża li fetaħ is-Sur Ġanni Bonnici dwar in-niċċa ta' Kristu Re.

Page 52: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re50

Page 53: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 51

Hibernians Champions2016 - 2017

Reġgħet waslet festa oħra għalina l-Pawlisti. Grazzi għad-direzzjoni ta’ din il-pubblikazzjoni li tawna l-opportunità biex inwasslu l-messaġġ tagħna bħala Klabb ta’ Hibernians FC.

Din is-sena, kif kulħadd jaf, il-Klabb ta’ Hibernians FC irnexxielu jirbaħ il-kampjonat Malti, liema titlu ġab miegħu ferħ u għaqda fost il-poplu Pawlist kollu. Kellna ċelebrazzjonijiet modesti li fihom ipparteċipa kulħadd, tfal, żgħażagħ, anzjani, nisa u rġiel. Ċelebrazzjonijiet li ma kienx hemm l-iċken inċidenti fihom u kulħadd kien magħqud wara l-Klabb. Permezz ta’ dan il-messaġġ nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lil kull min kien involut f ’dan ir-rebħ tat-12-il titlu. Ringrazzjamenti tagħna jmorru lejn it-Tim, il-kowċis u l-istaff tekniku tal-impenn u sagriffiċċji kollha li jagħmlu matul l-istaġun kollu. Nirringrazzjaw ukoll lis-supporters lejali li jkunu dejjem il-grawnd jissapportjaw lit-tim kemm fir-rebħ u wisq iżjed fit-telf. Grazzi lill-komunità kollha Pawlista li matul il-jiem tar-rebħ tal-Kampjonat ingħaqdu flimkien u ħadmu biex kollox imur sew kif fil-fatt sar.

Bħalma kulħadd jaf it-tradizzjoni tal-Klabb tagħna hija li kull meta jintrebaħ xi unur nibqgħu neżlin dritt ir-Raħal u nipprezentawh fil-Knisja lit-titular tagħna. Din hija tradizzjoni antika li dejjem inżammet u hekk bi ħsieb li jibqa’ jsir. Hawn ippermettuli nirringrazzja lill-Kappillan, Dun Marc Andrè Camilleri, li jikkolabora bis-sħiħ biex din il-preżentazzjoni tkun tista’ ssir.

Permezz ta’ dan il-messaġġ nixtieq nappella lill-Pawlisti kollha u lil dawk li jżommu mat-tim tagħna biex barra li tiġu u tissapportjaw lit-Tim tagħna, taraw li tissieħbu membri ġodda biex b’hekk niżguraw li dan il-Klabb ikompli jkun sostnut kif jixraq għall-futur.

Stefan Zahra

ikompli f’paġna 52

Page 54: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re52

Bl-appoġġ tal-Membri, Sostenituri u anki tagħkom il-partitarji, dan il-Klabb jista’ jkompli jħares aktar ‘il quddiem, kull min jista’ jgħin lill-Klabb għandu jersaq ‘l quddiem biex jagħti daqqa t’id. Hemm spazju għal min verament jixtieq ikun ta kontribut. Hemm bżonn li nsibu nies dedikati li jinterresshom mill-Klabb u li lesti jiffurmaw Kumitat ġdid tas-Supporters Club biex dan jergà jkun ta’ spalla u sosten għall-Klabb kif kien fl-imgħoddi.

Hemm bżonn li nkomplu fejn ħallejna f ’dawn l-aħħar staġuni u nżidu aktar il-lista tal-familja permezz tas-sħubija fil-Klabb. Sfortunatament għal Klabb bħal tagħna hemm numru żgħir ta’ membri u bi ftit aktar sforz kapaċi nżidu iżjed membri li lesti jidħlu jgħinu lil dan il-Klabb glorjuż.

Qabel ma nagħlaq dan il-messaġġ nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-familja Bezzina, familja li dejjem kienet hemm biex tagħti s-sosten tagħha u jgħinu bl-aqwa mod possibli anki meta l-Klabb ma kienx sejjer daqshekk tajjeb.

F’isimkom nixtieq nirringrazzja lis-Sur Tony Bezzina u lill-familja tiegħu li grazzi għalihom dan il-Klabb baqa’ jara li jibqa’ jimxi ‘l quddiem.

F’isem il-President u l-Kumitat ta’ Hibernians FC nixtieq nieħu l-opportunità biex nawgura festa mill-isbaħ lill-poplu Pawlist kollu u j’Alla din il-festa tkompli tkun mezz biex tgħaqqad lill-Pawlisti flimkien.

Fl-aħħar, iżda mhux l-inqas, nawgura lill-Kappillan u l-Kleru kif ukoll lill-fergħat kollha fi ħdan il-Parroċċa tagħna aktar ħidma biex il-festa tkompli tikber u tisbieħ u l-ispirtu ta’ għaqda jkompli jinħass matul is-sena kollha. Awguri lil kulħadd u Viva Kristu Re’

Il-Kappillan bit-Tazza quddiem Kristu Re

Uffiċċjali u Supporters fil-knisja

ikompli minn paġna 51

Page 55: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 53

Page 56: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re54

Page 57: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 55

Rapport ta' ħidma tul din is-senaKan. Dun Marc Andrè Camilleri, Kappillan

 “Kemm hi għażiża d-dar tiegħek O Alla”.

Kultant, kif inkun waħdi fil-knisja filgħaxijiet u nkun miexi minn taħt in-navi u nħares lejn il-kobor u l-ġmiel tal-knisja parrokkjali tagħna, nistaqsi lili n-nifsi minn fejn instab il-kuraġġ biex jinħolom, jinbeda u jintemm proġett tant immens.  Kultant, jien li rrid nibni fuq dak kollu li sibt, ukoll nibda naqta qalbi, aħseb u ara min bdieha u min saqqafha!

Imma mbagħad jiġini f ’moħħi dan is-Salm tant sabiħ, u ma' kull vers tiegħu jgħaddu quddiem għajnejja l-uċuħ tal-kappillani ta’ qabli u ta’ tant nies li offrew ħinhom u ġidhom biex lestew dan l-ikbar monument reliġjuż tas-seklu 20 f ’pajjiżna.

Meta veru nsib ruħi dahri mal-ħajt, l-aktar meta nkun wasalt biex inħallas xi proġett u kif nibda nikkalkula xi spejjeż fadal hekk kif jitfaċċa l-qiegħ tal-kont tal-Bank, il-providenza ta’ Alla, permezz ta’ xi benefattur sa issa dejjem għamlet mirakli li għamluli ħafna kuraġġ.

1. Naħseb li din is-sena l-proġett il-kbir li ha żmien mhux ħażin biex jitlesta, imma li bih ser nimmarkaw kif jixraq l-Anniversarju ta’ din is-sena hu l-gallarija tal-orgni. Hekk kif qed nikteb dan l-artiklu qed titlesta l-induratura biex fit-12 ta’ Lulju nkunu nistgħu ninawgurawha lesta minn kollox.

2. Fil-ġranet tal-festa nittamaw li ngawdu wkoll ventartal rrakmat ġewwa Spanja pariġġ il-kanupew li żżanzan is-sena l-oħra.

3. Waslu wkoll il-ħdax il-brazz tal-kristall li kien jonqos biex hekk il-knisja hija armata mhux biss b’sitt linef, imma wkoll b’erbgħa u għoxrin brazz pariġġ li jkomplu jdawluha u jsebbħuha.

4. Tkomplew il-pitturi tal-kappelluni u tal-artali li qed ikomplu jimlew il-knisja b’mod mill-isbaħ.

5. Temmejna wkoll ix-xewqa ta’ ħafna meta din is-sena żanzanna wkoll sett ta’ tlieta u għoxrin pavaljuni iswed li qed isebbħu l-knisja matul il-Ġimgħa Mqaddsa.

6. Sar xi xogħol ukoll ta’ bdil ta’ rħam imkisser mill-paviment tal-knisja.

7. Saru erbà fjuretti tal-ganutell mal-artal tas-Sagrament biex hekk l-artal ikun imżejjen kif jixraq fil-jiem tal-festa.

8. Ġew restawrati u bbanjati bil-fidda tliet settijiet gandlieri, salib tal-keru, tron tal-espożizzjoni, lampier u t-tabernaklu.

9. Inxtraw żewg appostli tal-bronż li jżejnu l-artal fil-festi prinċipali.

ManutenzjoniDaqs kemm nieħdu gost naraw il-knisja tiżżejjen, huwa mportanti li ma jieqaf qatt ix-xogħol ta’ manutenzjoni speċjalmet dik esterna.

1. Sar il-waterproofing tat-troll tal-kor, il-kappelluni u l-korsija tal-knisja.

ikompli f’paġna 57

Page 58: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re56

Page 59: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 57

2. Intrama l-iscaffolding mal-ewwel żewġ koppletti biex saret investigazzjoni dwar l-istat tagħhom kif ukoll seta jiġi ordnat il-materjal li ħa jkollna bżonn għar-restawr tagħhom.

3. Saret il-manutenzjoni tat-twieqi tal-koppla u tal-korsija, kif ukoll dik neċessarja fuq il-bejt tas-sagristija.

Grazzi! Grazzi! Grazzi! Din hija l-kelma li toħroġ minn qalbi meta nagħti din il-lista kull sena.

Grazzi lil Alla li jagħtina s-saħħa u l-ħeġġa biex inkomplu dan il-proġett kbir.

Grazzi lil tant benefatturi li joffru ġidhom.

Grazzi lis-sagristan tal-ħidma mprezzabli tiegħu kif ukoll lil dawk il-volontieri kollha li joffru ħinhom.

Page 60: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re58

Għal kull xorta ta’ KOTBA, OĠĠETTI RELIĠJUŻI,

Kartolini, Stationery u ħtiġijiet għall-Iskola

8 Pjazza Antoine de Paule - PAOLA. Tel: 21821521

Page 61: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 59

Din il-paġna hi sponsorjata b’tifkira għażiża ta'THOMAS MORAN

f'għeluq ir-Raba' Anniversarju mill-mewt tiegħufl-4 ta' Lulju 2013

Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem

 

 

KUMMISSJONI FESTA KRISTU REATTIVITAJIET LULJU 2017

Is-Sibt, 22 ta’ Lulju:Wara l-Quddiesa tas-6.30pm:

PASTA NIGHT FUQ IZ-ZUNTIER.

Ikun hemm ukoll entertainment. Bookings minn ħdejn il-kampnar

PASTA NIGHT SPEĊJALI B'RISQ IL-FESTA TITULARI

Page 62: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re60

Page 63: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 61

Din il-paġna hi sponsorjata b’tifkira għażiża ta’CHARLIE BORG

f’għeluq il-ħmistax-il sena mill-mewt tiegħu.

Mulej agħtih il-Mistrieħ ta’ dejjem

Lulju reġa’ magħna. Xahar fejn fih niċċelebraw il-festa tant għażiża għalina l-Pawlisti, l-festa ta’ Kristu Re. Xahar li jgħaqqadna bħala raħal wieħed, familja waħda, kollha wlied Kristu Re.

Xtaqt niftaħ dan l-ewwel messaġġ tiegħi bħala d-Direttur il-ġdid tal-Kor Hallelujah, billi ngħid grazzi lill-Kappillan, Kan. Dun Marc Andrè Camilleri, li għoġbu jafdali t-tmexxija ta’ dan il-kor tal-parroċċa tagħna. Nixtieq nirringrazzja wkoll lid-Direttriċi ta’ qabli, lis-Sinjura Rose Piccinino, li ħadmet bla heda biex jien stajt niret kor b’għeruq mużikali tajba.

Kif jgħidu, l-bidu qatt ma jkun faċli. Imma bl-għajnuna t’Alla u bis-sagrifiċċji tal-membri tal-kor tagħna, flimkien mal-Organista Jurgen Grima, tul dawn l-aħħar tmien xhur, dan is-sagrifiċċju qiegħed jissarraf fi prodott li qiegħed ipaxxi lil kull min ġie fil-funzjonijiet Liturġiċi tal-Milied u tal-Għid il-Kbir. Ma rridx inħalli barra, ż-żewġ servizzi li l-Kor tagħna għamel barra mir-Raħal -- Hal-Tarxien u l-Imdina.

Tul dawn it-tmien xhur ħdimt biex nagħti dehra ġdida lill-kor, billi żanżanna l-logo uffiċjali; microphone, biex il-kor ikun amplifikat tajjeb għal waqt is-servizzi Liturġiċi, flimkien ma’ sett ta’ files ġodda biex jintużaw mill-membri tal-kor tagħna.

Nagħlaq dan il-messaġġ tiegħi billi nirringrazzja lil kull wieħed u waħda mill-membri tal-kor tagħna, lill-familjari tagħhom, u persuni li b’xi mod jgħinuna biex dan il-kor qiegħed jikber fil-qasam mużikali. Nixtieq ukoll nappella lil kull min jixtieq jingħaqad magħna jkellem lili jew lill-Kappillan. Il-kor jiltaqa darba fil-ġimgħa, nhar ta’ Tlieta fil-Knisja parrokkjali.

Nawguralkom il-Festa t-Tajba. Viva Kristu Re.

Il-Kor Parrokkjali HallelujahIvan Vella, Direttur

Page 64: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re62

GEORGE ZAMMIT & SONS

Opening HoursMonday to Saturday: 09.15 - 13.00

146, Old Bakery Street VLT1457 Valletta - MaltaShop: 2123 2933 - Mob: 9985 6842

DEALER & SUPPLIER OF RELIGIOUS ARTICLES

Page 65: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

Festa Kristu Re - PAOLA 2017 63

MEMBRI ĠODDA FIS-SALTNANilqgħuhom fostna bil-ferħ.. .. .. ..

Mejju: BORG Anthea; FARRUGIA Jamie; MELI CAMILLERI Levi.

INGĦAQDU FIS-SAGRAMENT TAŻ-ŻWIEĠNawgurawlhom ħajja feliċi…….

Mejju: CLIFTON Maria Viviana u FAURÈ Roberto

GĦADDEW GĦALL-ĦAJJA TA’ DEJJEMMulej agħtihom il-mistrieħ ta’ dejjem ma ninsewhomx fit-talb tagħna .. .. .

Mejju: GATT Lawrence (69); AQUILINA Beatrice (87); SCERRI Rosina (87); FARRUGIA Melita (91); GRECH Michael (59); MICALLEF Josephine (79); GALEA Maria Concetta (87); SPITERI Mary (79).

Mill-Uffiċċju Parrokkjali

Il-Bord Editorjali u l-Kunsill Pastorali Parrokkjalijirringrazzja lill-Entitajiet, Kumpaniji u Ditti

tas-sapport tagħhom għal din il-ħarġa speċjalita' 'IS-SALTNA' fl-okkażjoni tal-Festa Titulari ta' Kristu Re.

FENKATA jew TIĠIEĠB'RISQ IL-FESTA TITULARI

KUMMISSJONI FESTA KRISTU REATTIVITAJIET LULJU 2017

nhar is-Sibt, 15 ta’ Lulju 2017TA’ SOLDI RESTAURANT, MĠARR

Tluq minn quddiem il-knisja wara l-Quddiesa tas-6.30pm

Booking minn ħdejn il-kampnar

Din il-paġna hi sponsorjata b’tifkira għażiża ta’ SALVATORE BEZZINA

Mulej agħtiħ l-Mistrieħ ta’ dejjem

Page 66: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re64

Organizzat mill-ParroċċaBejn it-13 u d-19 t’Awwissu 2017

(Ħamest ijiem sħaħ)Tema Pastorali 2017 -

“Is-Sultan għamel miegħi ħwejjeġ kbar.”Nieħdu sehem fil-funzjonijiet reliġjużi fil-Grotta

u dawk li jsiru fis-Santwarju u l-Knejjes l-oħra.INŻURU: Lourdes fid-dettal; Pont de’Espagne; Pau;

Gavarnie; Val d’Aran, Lac d’Estang,Argeles-Gazost u l-Istabbilment

Kummerċjali Quartier LibreDirettur Spiritwali:

Rev. Dun CHRISTOPHER ELLULDettalji mingħand it-Tour Leader ta’ esperjenza

Is-Sinjura ĠOMA ATTARD - 21677268 / 99229371

PELLEGRINAĠĠ GĦAL LOURDES

SEGWI DAK LI JKUN QED JIĠRI F’RAĦAL ĠDID

www.rahalgdid.comDin hija l-website ta' Raħal Ġdid li tkun aġġornata kontinwament b'attivitajiet li jsiru matul is-sena fil-lokalita' tagħna dwar okkażjonijiet soċjali kif ukoll reliġjuzi. F’din is-Sit issibu nformazzjoni dwar l-Istorja ta’ Raħal Ġdid u dak kollu li għamel ir-raħal tagħna dak li hu llum.

Matul il-ġimgħa tal-Festa Titulari s-Sit tkun aġġornata regolarment dwar dak kollu li jkun qed iseħħ fil-parroċċa. Sit li jżomm kuntatt ma’ dawk l-emigranti Maltin li baqgħu jħobbu r-raħal li twieldu fih.

Żur is-sit ta' Raħal Ġdid regolari

Il-Bord Editorjali ta’ IS-SALTNA jrodd ħajrlill-fotografi Saviour Busuttil, William Camilleri,

u Bezzina Photo Studiogħall-użu tar-ritratti li jidhru f’din il-ħarġa Speċjali.

Page 67: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min
Page 68: Festa Kristu Re - PAOLA 2017 2017 LR (1).pdf · Għeżież, “Għax aħna rridu lil Ġesù Ibnek isaltan dejjem fost il-Maltin” Żgur li ħafna minnkom jafuh dan il-kliem u min

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Matriċi Kristu Re66