SJAF e-Magazine  tal-kura ta [ ġenitur marid jew immatur jew ta [ aħwa iżgħar. Dawn huma...

10
SJA FOUNDATION Ċentru Antida 51, Tarxien Road Tarxien TXN1090 Reception Desk Tel. 27672367; 21808981; 21809011 Email: [email protected] VO/0005/4 th May 2008 a monthly e- magazine Issue No.50, October 2011 SJAF e-Magazine L-ESPERJENZA TAGĦNA TAL-QAGĦDA TA’ FAMILJI VULNERABBLI Mill-esperjenza tal-Fondazzjoni, hawn kategorija ta’ familji vulnerabbli li qegħdin, kull ma jmur, jiżolqu f’qagħda ta’ faqar. Ir-raġunijiet huma varji u l-fatturi numerużi. M’hemmx fattur wieħed li jikkawża faqar iżda numru ta’ fatturi li jdaħħlu lil dak li jkun f’nassa li mhux lakemm joħorġu minnha, kultant anke minkejja l -għajnuna. Ir-raġunijiet li nilmħu mill-ħidma ma’ familji vulnerabbli fil-komunità stess jinkludu dawn li ġejjin: A. Naħdmu ma’ familji li baqgħu mgħaddsa f’qagħda ta’ vulnerabbiltà minn ġenerazzjoni għall-oħra. Isibu ruħhom f’ċirku vizzjuż li jżommhom maħkuma bla tama li jaqtgħu ċ-ċirku. Naraw familji fejn il-membri kollha maqbuda f’nassa ta’ problemi bħal ma huma l-qagħad, il-mentalità ta’ dipendenza fuq benefiċċji soċjali, livell ta’ edukazzjoni baxx, teħid ta’ droga jew alkoħol, serq biex wieħed imantni l -vizzju, akwist ta’ affarijiet essenzjali għall-ħajja b’self ta’ flus b’interessi għoljin li jakkumulaw, problemi ta’ saħħa mentali kkawżati minn taħlita ta’ inċertezza, insigurtà, anzjetà , ambjent kaotiku u prediżpożizzjoni ġenetika, stima baxxa, u mġieba aggressiva u rabja għas-soċjetà. B. Insibu ħafna familji fejn il-mard mentali qatt ma ġie identifikat bħala problema li qed jgħaddas il -membri kollha tal-familja. Hawn persuni li, minħabba l-karattru b’saħħtu u l-ħiliet li jgħenuh jimxi ’l quddiem fil-ħajja jirnexxilu jinqata’ miċ-ċirku vizzjuż u mir-riskju li jitfarrak hu wkoll. Iżda hawn ħafna li ma jafux jinfatmu mir - rabtiet ma’ familthom, ikunu kemm ikunu mħarrbta r-relazzjonijiet. Jibqgħu mgħaddsa fl-inkubu li jkunu fih u jitfarrku għal għomorhom. B’għajnuna intensa fil -komunità stess, familji bħal dawn ta’ l-aħħar ikollhom iċ-ċans li jifhmu l-kawżi tal- qagħda tagħhom u jaħdmu biex jimxu ’l quddiem. Biss, familji bħal dawn għandhom bżonn relazzjoni b’saħħitha mas-Social Workers tagħhom u ma’ professjonisti oħra fil-qasam tas-saħħa u saħħa mentali. Li jkollhom ankra fil-komunità stess toħloq rqajja ta’ tama għal dawn il-familji. KONTENUT L-esperjenza tagħna tal-qagħda ta’ familji vulnerabli..............pg1 3 Christmas Log Appeal.......................................pg6 Learning Support Service for Children.....................................pg3 Programm Sajf 2011 għat-tfal...........................pg7 Sharing of experiences of Community Social Work Practice...pg4 Ħidma ta’ Ħelsien Emozzjonali għalik...............pg7 It-telfa tanies li ngħinu taffetwana wkoll..............................pg4 Rokna Poeżija...................................................pg8 Aħbarijiet mill-Fondazzjoni.....................................................pg5 Il-Park tal-Majjistral..........................................pg8 Dramm brisq il-Fondazzjoni...................................................pg6 Celebration re Beatification of Sr E. Alfieri.......pg9 Avvizi...............................................................pg10

Transcript of SJAF e-Magazine  tal-kura ta [ ġenitur marid jew immatur jew ta [ aħwa iżgħar. Dawn huma...

Page 1: SJAF e-Magazine  tal-kura ta [ ġenitur marid jew immatur jew ta [ aħwa iżgħar. Dawn huma kategorija ta [ żgħażagħ li aħna nfittxu saiex ngħinuhom id f [id mal-iskejjel,

SJA FOUNDATION Ċentru Antida

51, Tarxien Road Tarxien TXN1090

Reception Desk Tel. 27672367; 21808981; 21809011 Email: [email protected]

VO/0005/4th

May 2008

a monthly e- magazine – Issue No.50, October 2011

SJAF e-Magazine

L-ESPERJENZA TAGĦNA TAL-QAGĦDA

TA’ FAMILJI VULNERABBLI Mill-esperjenza tal-Fondazzjoni, hawn kategorija ta’ familji vulnerabbli li qegħdin, kull ma jmur, jiżolqu f’qagħda ta’ faqar. Ir-raġunijiet huma varji u l-fatturi numerużi. M’hemmx fattur wieħed li jikkawża faqar iżda numru ta’ fatturi li jdaħħlu lil dak li jkun f’nassa li mhux lakemm joħorġu minnha, kultant anke minkejja l-għajnuna. Ir-raġunijiet li nilmħu mill-ħidma ma’ familji vulnerabbli fil-komunità stess jinkludu dawn li ġejjin:

A. Naħdmu ma’ familji li baqgħu mgħaddsa f’qagħda ta’ vulnerabbiltà minn ġenerazzjoni għall-oħra. Isibu ruħhom f’ċirku vizzjuż li jżommhom maħkuma bla tama li jaqtgħu ċ-ċirku. Naraw familji fejn il-membri kollha maqbuda f’nassa ta’ problemi bħal ma huma l-qagħad, il-mentalità ta’ dipendenza fuq benefiċċji soċjali, livell ta’ edukazzjoni baxx, teħid ta’ droga jew alkoħol, serq biex wieħed imantni l-vizzju, akwist ta’ affarijiet essenzjali għall-ħajja b’self ta’ flus b’interessi għoljin li jakkumulaw, problemi ta’ saħħa mentali kkawżati minn taħlita ta’ inċertezza, insigurtà, anzjetà , ambjent kaotiku u prediżpożizzjoni ġenetika, stima baxxa, u mġieba aggressiva u rabja għas-soċjetà. B. Insibu ħafna familji fejn il-mard mentali qatt ma ġie identifikat bħala problema li qed jgħaddas il-membri kollha tal-familja. Hawn persuni li, minħabba l-karattru b’saħħtu u l-ħiliet li jgħenuh jimxi ’l quddiem fil-ħajja jirnexxilu jinqata’ miċ-ċirku vizzjuż u mir-riskju li jitfarrak hu wkoll. Iżda hawn ħafna li ma jafux jinfatmu mir-rabtiet ma’ familthom, ikunu kemm ikunu mħarrbta r-relazzjonijiet. Jibqgħu mgħaddsa fl-inkubu li jkunu fih u jitfarrku għal għomorhom. B’għajnuna intensa fil-komunità stess, familji bħal dawn ta’ l-aħħar ikollhom iċ-ċans li jifhmu l-kawżi tal- qagħda tagħhom u jaħdmu biex jimxu ’l quddiem. Biss, familji bħal dawn għandhom bżonn relazzjoni b’saħħitha mas-Social Workers tagħhom u ma’ professjonisti oħra fil-qasam tas-saħħa u saħħa mentali. Li jkollhom ankra fil-komunità stess toħloq rqajja ta’ tama għal dawn il-familji.

KONTENUT L-esperjenza tagħna tal-qagħda ta’ familji vulnerabli..............pg1 – 3 Christmas Log Appeal.......................................pg6 Learning Support Service for Children.....................................pg3 Programm Sajf 2011 għat-tfal...........................pg7 Sharing of experiences of Community Social Work Practice...pg4 Ħidma ta’ Ħelsien Emozzjonali għalik...............pg7 It-telfa ta’ nies li ngħinu taffetwana wkoll..............................pg4 Rokna Poeżija...................................................pg8 Aħbarijiet mill-Fondazzjoni.....................................................pg5 Il-Park tal-Majjistral..........................................pg8 Dramm b’risq il-Fondazzjoni...................................................pg6 Celebration re Beatification of Sr E. Alfieri.......pg9 Avvizi...............................................................pg10

Page 2: SJAF e-Magazine  tal-kura ta [ ġenitur marid jew immatur jew ta [ aħwa iżgħar. Dawn huma kategorija ta [ żgħażagħ li aħna nfittxu saiex ngħinuhom id f [id mal-iskejjel,

C. Insibu koppji li sseparaw jew li qed jisseparaw minħabba l-karattru diffiċli ħafna ta’ wieħed minnhom jew tat-tnejn. B’ħidma professjonali fil-komunità jistgħu jiġu mgħejuna jintebħu li l-kawża hija marda mentali li qatt ma ġiet diagnosed u trattata. Għandna ħafna eżempji ta’ dawn - fosthom paranoia qawwija, bi-polar disorder, OCD, u morbid jealousy – fejn, ladarba l-koppja nfetħet għall-possibiltà tal-eżistenza ta’ marda minn dawn fejn l-imġieba (sintomi tal-marda) ħarrbtet ir-relazzjoni, jaċċettaw li jfittxu għajnuna psikjatrika u jimxu passi kbar ’l quddiem. It-tkissir tal-familja jista’ f’ċertu ċirkostanzi jiġi evitat. D. Naħdmu ma’ ħafna żgħażagħ imkissra minħabba nuqqas ta’ mħabba mill-ġenituri u tifrik fil-familja. Hawn żgħażagħ li jidħlu f’qoxorthom, jingħalqu fihom infushom u jibdew sejrin lura. Hawn oħrajn li jirrabjaw u jirvellaw u jibdew jissejħu tfal b’challenging behaviour meta l-imġieba tagħhom hija sintomu tad-diffikultajiet li hemm id-dar, tan-nuqqas ta’ nurture u mħabba, tal-firdiet (dħul fi djar residenzjali tat-tfal, tluq ta’ ġenitur mid-dar, eċċ). Hawn oħrajn li jimmaturaw kmieni u jassorbu fuq darhom ir-risponsabbiltà tal-kura ta’ ġenitur marid jew immatur jew ta’ aħwa iżgħar. Dawn huma kategorija ta’ żgħażagħ li aħna nfittxu sabiex ngħinuhom id f’id mal-iskejjel, mal-MUŻEW, u ma’ aġenziji u riżorsi oħra ta’ appoġġ ħalli jkollhom ċirku ta’ appoġġ madwarhom. E. Insibu ħafna nisa li, minkejja li żwieġhom jaħdmu, jitħallew nieqsa minn kollox. Kważi jkunu skjavi f’darhom stess. Jagħmlu l-almu biex ikampaw fiċ-ċirkostanzi iżda r-riżultat huwa inkwetanti għaliex jinħalbu mill-enerġija psikoloġika u emozzjonali biex jieħdu ħsieb tagħhom infushom u ta’ uliedhom. L-agħar huma dawk li daħlu fil-ħamsin, huma ta’ livell edukattiv baxx, m’għandhomx ħiliet li bihom jistgħu isibu xogħol li jirrendihom indipendenti, u jispiċċaw mfarrka, bla ebda riżorsi u bla tama li qatt jaraw xaqq dawl f’ħajjithom. F. Il-qasam tad-djar hija issue għal ħafna familji għax il-kirjiet li jsibu huma għoljin eżaġerat minkejja kwalità baxxa. Min jikri ma jkunx irid joħroġ irċevuta u bla irċevuta tkun ferm aktar diffiċli li japplikaw għal sussidju fuq il-kera. Huwa minnu li l-Housing Authority sabet soluzzjoni li jsir affidavit għand Nutar li qed iħallsu l-ammont mitlub minnhom mill-kerrej. Biss m’hemmx mekkaniżmu ta’ kontroll tal-ammont mitlub għall-kirja li hu għoli wisq għall-kwalità baxxa tal-akkomodazzjoni. Meta wieħed jaqta’ l-ammont tal-kirja fix-xahar, ftit jibqa’ mill-benefiċċji soċjali għall-ħtiġijiet tal-familja. G. Il-kontijiet mhux imħallsa tal-ilma u elettriku huma issue oħra li qed tagħfas u tissikka qagħdiet tal-familja diġà prekarji. Insibu familji li għandhom kontijiet mhux imħallsa li jmorru lura sentejn jew aktar. Immorru magħhom għand l-Arms Ltd. biex jagħmlu kuntratt għal ħlas bin-nifs imma nħossuna li m’hemmx tarf. Fil-fatt nixtiequ nissuġġerixxu lill-policy makers biex jikkunsidraw il-possibiltà li tinstab biċċa art jew soqfa ta’ binjiet pubbliċi li fuqhom jistgħu jiġu stallati pannelli foto-voltaiċi li minnhom jiġi ġġenerat elettriku li jintuża biex jiġu skuntati kontijiet mhux imħallsa ta’ familji vulnerabbli ħafna li huma mgħejuna bis-sħiħ minn Social Workers li jafuhom sew u jistgħu jirrikmandaw din il-miżura ta’ appoġġ soċjali. H. Il-prezz tal-ikel qiegħed kull ma jmur jogħla u jagħfas l-aktar lil min qiegħed f’pożizzjoni finanzjarja prekarja. Miżuri li jistgħu jgħinu lil familji mhux dejjem jistgħu jkunu milħuqa minn familji vulnerabbli. Per eżempju, bi €3 illum wieħed jista’ jixtri 3 kilos qarabagħli, 3 kilos brunġiel u 3 kilos bżar aħdar mill-Farmers Market f’Ta’ Qali. Imma billi ma jkollhoms trasport u b’tal-linja mhux faċli minħabba t-toqol, servizz bħal dan mhux aċċessibbli. Hawn bżonn soluzzjonijiet oħra biex min għandu l-akbar bżonn ikun f’qagħda li jibbenefika. Qed nikkuntattjaw il-Ministeru responsabbli mill-agrikoltura dwar dan. I.Edukazzjoni mhux formali ma tilħaqx awtomatikament lil min kellu esperjenza negattiva tal-proċess edukattiv. Trid ħafna xogħol ma’ persuni b’livell edukattiv baxx, kemm jekk huma żagħżagħ u kemm jekk huma adulti. Dan ix-xogħol irid isir fil-komunità stess u jkun parti minn proċess usa ta’ appoġġ. Proċess bħal dan jista’ jimbotta bil-mod il-mod persuna biex tipprova taċċessa opportunità edukattiva mhux formali f’post fejn tħossha komda u aċċettata u mhux ġġudikata u fi grupp li tħossha komda fih. Bħalissa, il-maġġoranza tal-opportunitajiet edukattivi mhux formali għall-adulti ma tantx jieħu in kunsiderazzjoni dan il-fatt u jispiċċaw

jibbenefikaw min għandu r-rieda, ħajra u apprezzament tal-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja. J. Huwa fatt magħruf minn riċerka internazzjonali, inkluż studji fuq l-esklużjoni soċjali, li persuni vulnerabbli u foqra huma esklużi minn parteċipazzjoni fi strutturi tas-soċjetà ċivili. Mill-esperjenza tal-Fondazzjoni, persuni fid-diffikultà ma jieħdux sehem fi gruppi parrokkjali, każini u għaqdiet għax il-qagħda tagħhom iġġagħalhom iħossuhom anqas minn ħaddieħor, jistħu u ħuta barra mill-ilma. Wieħed mill-għanijiet strateġiċi tal-Fondazzjoni li jinsab fl-istatut huwa li jinvolvi persuni mgħejuna mis-servizzi tal-Fondazzjoni f’volontarjat soċjali. Insibu li din l-opportunità tiftaħ il-bibien tal-grazzja u providenza f’ħajjithom u l-proċess ta’ healing ikun mgħaġġel u jgħaġġbek. Jiksbu sens ta’ dinjità u tifsira fil-ħajja u jħossuhom ta’ siwi għal ħaddieħor. K. Simili għall-punt ta’ qabel, persuni u familji vulnerabbli huma maqtugħa mill-aċċess għal attivitajiet kulturali minħabba (a) li fil-familja ma jkunx hemm id-drawwa li jieħdu interess u (b) nuqqas ta’ fondi. Il-Fondazzjoni tħeġġeġ u tinforma familji bl-opportunitajiet diversi li jeżistu li għalihom m’hemmx bżonn ta’ ħlas għad-dħul ball-attivitajiet kulturali varji li llum kull Kunsill Lokali qiegħed jorganizza.

e-magazine tas-St Jeanne Antide Foundation- October 2011 PAGE 2

Page 3: SJAF e-Magazine  tal-kura ta [ ġenitur marid jew immatur jew ta [ aħwa iżgħar. Dawn huma kategorija ta [ żgħażagħ li aħna nfittxu saiex ngħinuhom id f [id mal-iskejjel,

Dawn huma uħud mill-ispag tax-xibka ta’ fatturi li jgħaddsu ’l isfel familji vulnerabbli. Il-Fondazzjoni, tħabrek biex tkun dejjem f’qagħda aħjar u jkollha l-mezzi biex tgħin aktar familji milli tista’ preżentament. L-appoġġ li jingħata lill-familji minn lokalitajiet differenti huwa:

- intens, - jirrispondi malajr għal ħtieġa ta’ appoġġ flok ma jdumu jistennew xi sena sakemm xi ħadd iżurhom u jgħinhom, - mogħti bi spirtu ta’ mħabba u rispett ġenwin għal min iħossu mwarrab, - jipprovdi soluzzjonijiet varji f’oqsma differenti – psiko-soċjali-emozzjonali, spiritwali, edukattiv, saħħa, saħħa mentali,

ambjent, kulturali, - jilħaq il-membri kollha tal-familja anka ta’ qraba li jistgħu jkunu kemm is-soluzzjoni kemm ukoll kawża ta’ anzjetà, - jaħdem mill-qrib ma’ entitajiet oħra li huma wkoll joffru servizzi ta’ appoġġ, speċjalment dawk speċjalizzati, - jibqa’ jwieżen lill-familji minkejja t-tul ta’ żmien li jkun hemm bżonn.

Billi l-pubbliku sar aktar midħla tal-ħidma tagħha ma’ familji vulnerabbli, ir-referrals minn sorsi differenti ta’ familji f’diffikultajiet kbar qiegħed jikber. Il-Fondazzjoni ma tixtieqx tgħid le lill-familji fir-riskju minħabba raġuni ta’ distanza għaliex taf li:

- servizzi ta’ social work ġeneriku mhuwiex daqstant mifrux, - servizzi oħra għandhom waiting list twila, - persuni ikunu ilhom jistennew sakemm rabbew il-kuraġġ biex jaċċettaw għajnuna, - opportunità li jingħata appoġġ fil-waqt, la jintilef, tista’ twassal għal tbatija li tista’ tiġi evitata jew imtaffija.

e-magazine tas-St Jeanne Antide Foundation- October 2011 PAGE 3

Learning Support Service for Children by Jessie Spiteri – Learning Support Cordinator

October saw the start of the Homework Support Service for 2011 – 2012. We held a team planning session on the 15th September. Our first session with our users was held on the 7th of October. Before that, we held meetings with parents to prepare them for the service. The novelty this year is that all the Volunteer Tutors will be working during the same session and the children will be at Ċentru Antida from 4.00 to 5.45pm on Fridays for the learning support sessions, with half an hour for Circle Time. This time around, the circle time is being co-ordinated by four Sixth Form students. These students volunteered during the Summer Programme for children; they subsequently extended their voluntary service. Two of them are even taking on Tutoring roles. Our team is now made up of 14 Volunteer Tutors, six of whom are new voulnteers. As last year, Ms Vivien Cassar will be the Team’s Councillor. We have 31 children using the service - 19 children from primary level and 12 at secondary level;, seven are new users. On the 9th of November we will be staring our Fourth Form Volunteering Project with the Immaculate Conception Girls Secondary School. This project consists of a voluntary work experience for all the 4th Formers who will be undertaking voluntary work with vulnerable children from the Foundation once every fornight. They will lead fun activities. We have 52 4th Formers students in this project. This year, in collaboration with the Foundation of Educational Services (FES) who are providing a creative writing programme for the secondary level children. These sessions started on Thursday 20th October, and will end in December. For these sessions we have thirteen service users, six of whom are new To this service.

Page 4: SJAF e-Magazine  tal-kura ta [ ġenitur marid jew immatur jew ta [ aħwa iżgħar. Dawn huma kategorija ta [ żgħażagħ li aħna nfittxu saiex ngħinuhom id f [id mal-iskejjel,

Sharing of experiences of

Community Social Work Practice

On Thursday 27 October, the Aġenzija

Appoġġ Community Services Teams from

Cottonera, Valletta, Qawra and B'Kara,

the Appoġġ Generic Team and the St

Jeanne Antide Foundation Community

Social Work teams met for half a day at

Ċentru Antida in Tarxien to share their

different experiences of community-

based social work practice. Around 22

Aġenzija Appoġġ workers and 9 SJAF

workers took part. The group included

AĊĊESS Managers, Service Area Leaders,

Social Workers, Community Workers, and

Social Work Students.

The SJAF team additionally included a

Senior Psychiatric Nurse and a full-time

volunteer who co-ordinates a service. 5

models of community social work

practices were shared, commonalities

identifed and different elements

discussed. At the end of the seminar,

common training needs were identified

for future collaborative follow-up. This

seminar was appreciated by all workers

who share a common mission of working

with very vulnerable families. State

agency workers and SJAF NGO workers

appreciated the common efforts to

involve volunteers in group-based

projects and initiatives.

It-Telfa ta' nies li ngħinu taffettwana wkoll minn Pauline Agius, Community Worker

Parti minn xogħli ta’ community worker hija li nagħmel outreach, jiġifieri li nżur bieb bieb familji li jgħixu f’ċertu żoni. Minn mindu bdejt dan ix-xogħol, bdejt niltaqa’ ma diversi persuni u sitwazzjonijiet fejn, minħabba l-għajnuna intensa li jeħtieġu, iħallu impatt fuqek. Tipprova tagħmel ħiltek kollha sabiex tara li dik l-għajnuna li għandhom bżonn tasal fil-ħin u tkun ta’ kwalità. Matul dawn l-aħħar snin l-esperjenza ta’ ħidma f’din il-linja saħħitni. Drajt naħdem ta’ Community Worker. U drajt naħdem ma’ persuni vulnerabbli ħafna, speċjalment dawk mwarrba minn kulħadd. Imma darba waħda ħadt xokk meta persuna li kont ili naħdem magħha tlett snin, mietet. Wara l-mewt iltqajt mal-familjari u ħadt ħasda meta rajt il-kuntrast enormi ta’ kif kienet tgħix il- persuna li għint u qraba li marru għall-funeral. Waqt li kont fil-kwiet tal-knisja ġie dan il- ħsieb li kont qrajt xi mkien u fitixtu u sibt li dan kien intqal minn Mother Teresa “Being unwanted, unloved, uncared for, forgotten by everybody, I think that is a much greater hunger, a much greater poverty than the person who has nothing to eat.” Fil-bidu ma kienx faċli tistabilixxi rapport mibni fuq il-fiduċja. Trid taħdem bla heda u b’perseveranza kbira, għaliex meta tara li qed tipprova timxi pass u l-persuna li tkun qed tgħin timxi żewġ passi lura, tħoss xi ftit frustrazzjoni. Biss dejjem nammira l-fatt li persuni fid-diffikultà jirnexxilhom jaċċettaw persuni bħalna li jgħinu bla ma jafuna. Din il-persuna qattgħet snin sħaħ iżolata, maħkuma minn abbuż ta’ sustanzi, dippressjoni, solitudni, abbandun u sfruttament ta’ ċekkijiet tal-benefiċċji soċjali. Flimkien mal-Kummissjoni Djakonija tal-Parroċċa, għenniha kemm stajna bla waqfien. Għenniha tirranġa d-dar, tieħu l-medikazzjoni, tibda kont il-bank, iġġemmgħa u taqta’ l-kontijiet tal-kera, tad-dawl u l-ilma, u tal-grocer. Tarmi l-ħwejjeġ mgħakkra bil-ħmieġ u tikseb oħrajn ġodda minn Bazaar. Tidħol l-isptar għal check ups u anka operazzjoni. Ikkonvinċejnieha tidħol l-isptar Monte Carmeli għall-kura. Fuq kollox, ħabbejnieha u wiżinniha f’dak kollu li kellha bżonn biex tieqaf fuq saqajha. Għall xi żmien, rajna li l-persuna kienet miexja ‘l quddiem. Bdejna nagħmlu kuntatt ma’ tal-familja. Tnejn minnhom bdew iżuruha u jgħinuha huma wkoll. Din kienet ferħa kbira. Mmadanakollu, billi s-saħħa baqgħet sejra lura, marret għall-agħar u ħallietna. Għall-appoġġ kollu li tajna, m’għandna l-ebda rimors. Għamilnih b’imħabba lejn persuna li kienet verament vulnerabbli u maqbuda f’xibka mħabbla. Għalkemm ma nħelsitx mix-xibka kollha , kienet bdiet ħierġha minnha. L-ikbar esperjenza hija li l-ħin li nvestejna f’għajnuna lil din il-persuna. Nafu li ma kienx ħin mitluf. Nafu dan għax kull darba li morna għandha sabet wens kbir fina. Insib konfort minn kliem Santu Wistin: “Find out how much God has given you and from it take what you need; the remainder is needed by others.” Din il-persuna saret parti minnha u nħossu n-nuqqas tagħha.

e-magazine tas-St Jeanne Antide Foundation- October 2011 PAGE 4

Page 5: SJAF e-Magazine  tal-kura ta [ ġenitur marid jew immatur jew ta [ aħwa iżgħar. Dawn huma kategorija ta [ żgħażagħ li aħna nfittxu saiex ngħinuhom id f [id mal-iskejjel,

OTTUBRU

Data Attività

3 L-istudenti tal-Form 4 tal-iskola Immaculate Conception f’Ħal Tarxien kellhom l-ewwel laqgħa mal-Kordinatur tal-Ħomework Support Service tal-Fondazzjoni biex jitħejjew għas-Servizz Volontarju mat-tfal. Bħas-sena li għaddiet, il-4th Formers se jkollhom l-opportunità li jwettqu ħidma volontarja darbtejn fix-xahar billi jgħallmu dak li jafu: qari, mużika, żfin, crafts, tisjir.

3 Laqgħa tal-eżekuttiv tal-Mental Health Association 4 Laqgħa ta’ ppjanar ma’ uffiċċjali tal-Fondazzjoni Servizzi Edukattivi dwar il-programm ta’ kitba kreattiva li

se jkun organizzat mill-FES għat-tfal tal-Homework Support Service li waslu fil-livell sekondarju. 5, 1219,26 Centring Prayer Group tal-Fondazzjoni li jiltaqa’ kull nhar ta’ Erbgħa mis-6.00 sas-7.30pm 6,13,20,27 Kors dwar is-Self-Esteem għal service users mill-Fondazzjoni, mill-Aġenzija Appoġġ, u Homestart li jsir

kull nhar ta’ Ħamis. 7 Bidu tal-Homework Support Service għal din is-sena. Qed jibbenefikaw 29 tfal. 10 Ċerimonja ta’ għoti ta’ grants mill-fondi miġbura mill-iStrina 2010 lill-għaqdiet volontarji mill-Eċċ. Dr

George Abela, President ta’ malta u martu is-Sinjura Abela. 11 Laqgħa bejn l-ODA Team tal-Fondazzjoni u d-Direttur tal-SOS Malta, is-Sinjura Claudia Taylor East. 12 - Sr Rose mexxiet laqgħa lill-membri tal-Azzjoni Kattolika tal-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien dwar: “L-

Ispiritwalità tgħin fis-saħħa tal-bniedem.” - Laqgħa mad-Direttur tal-Millenium Chapel Foundation, Fr savious Grima. 13 - Żewġ ħaddiema mill-Fondazzjoni ħadu attendew il-Public Information Session dwar l-ERDF Energy Call

organizzata mill-PPCD/OPM. 14 - 3 ħaddiema mill-Fondazzjoni tellgħu stall bill-ktieb il-Kwiekeb fid-Dlam Jixegħlu waqt il-Konferenza

Nazzjonali organizzata mill-Foundation Human Resource Development fl-Intercontinental Hotel f’san Ġiljan.

- Laqgħa għall-ġenituri tat-tfal tal-Homework Support Service 20 2 ħaddiema kienu mistiedna mis-Seminarju għal quddiesa u ikla bħala ringrazzjament għal kull għaqda u

parroċċa li laqgħet Seminarist għal ħidma pastorali fis-sajf. 18-23 Il-kordinatur tal-ODA Team tal-Fondazzjoni ħa sehem f’laqgħa ta’ ġimgħa f’Ruma organizzata mill-

kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Karità. 24 Laqgħa għas-Service Users. 25 Żewġ studenti tat-tielet sena tal-kors tas-Social Work fl-Università ta’ Malta bdew practicum mal-

Fondazzjoni. 27 4 community teams u l-generic social work teams tal-Aġenzija Appoġġ iltaqgħu mas-Social Work team

tal-Fondazzjoni biex jaqsmu l-esperjenzi ta’ ħidma f’dan il-qasam. 28 Ħaddiema mill-Fondazzjoni ħadet sehem fil-Konferenza Nazzjonali Employee Supported Volunteering

organizzata mill-Malta Council for the Voluntary Sector (MCVS) 28-31 Żewġ ħaddiema mill-Fondazzjoni ħadu sehem fil-Konferenza Provinċjali tas-Sorijiet tal-Karità 29 Ħaddiem mill-Fondazzjoni ħa sehem f’CPD training session fuq l-EFT.

e-magazine tas-St Jeanne Antide Foundation- September 2011 PAGE 4 e-magazine tas-St Jeanne Antide Foundation- October 2011 PAGE 5

Page 6: SJAF e-Magazine  tal-kura ta [ ġenitur marid jew immatur jew ta [ aħwa iżgħar. Dawn huma kategorija ta [ żgħażagħ li aħna nfittxu saiex ngħinuhom id f [id mal-iskejjel,

e-magazine tas-St Jeanne Antide Foundation- October 2011 PAGE 6

Ser nagħmlu il-CHRISTMAS LOGS....U għalhekk

għandna bżonn l-għajnuna tagħkom...

Għandna bżonn dawn l-ingredjenti –

ĦALIB MAGĦQUD (CONDENSED MILK)

ĊIRASA

KONFETTURA MĦALTA

ĠELLEWZ (HAZELNUTS)

ĠEWZ (WALNUTS)

ĊIKKULATA TAT-TISJIR

Kull għajnuna hi ferm apprezzata.

Avveniment: Il-patrijiet Agostinjani ta' Ħal Tarxien sejrin jorganizzaw il-Premju Annwali: Premju San Nikola minn Tolentino. Dan il-premju jippromwovi u juri apprezzament ma' dawk il-persuni li joffru ħinhom u jagħtu servizz lill-komunita`.

Waqt din l-attivita ser jittella it-tieni dramm dwar il-hajja ta' San Nikola minn Tolentino bil-partecipazzjoni ta’ bosta atturi stabbiliti. Id-dħul kollu minn din l-attivita ser jingħata lill-Fondazzjoni Santa Ġovanna Antida. Aktar dettalji jistgħu jinkisbu mis-sit: www.augtarxien.org

Page 7: SJAF e-Magazine  tal-kura ta [ ġenitur marid jew immatur jew ta [ aħwa iżgħar. Dawn huma kategorija ta [ żgħażagħ li aħna nfittxu saiex ngħinuhom id f [id mal-iskejjel,

e-magazine tas-St Jeanne Antide Foundation- October 2011 PAGE 7

PROGRAMM TAS-SAJF 2011 GĦAT-TFAL

minn Kim Vella, Community Social Worker

Dan is-sajf ħassejna l-ħtieġa li noħolqu programm għat-tfal li ġejjin minn familji li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Fondazzjoni. Ħloqna Programm Sajf. Inkitbu 31 tifel u tifla li ġew minn diversi lokalitajiet fosthom Ħal Tarxien, Santa Luċija, Raħal Ġdid u Ħaż-Żabbar. Jiena u Ruth, li konna responsabbli mill-iżvilupp u tmexxija ta’ dan il-programm, sibna ħafna appoġġ minn diversi persuni. Dan għenna sabiex programm impenjattiv bħal dan ikun suċċess. Għaldaqstant nixtequ li permezz ta’ dan l-artiklu nirringrazzjaw lil kull min tana s-sapport meħtieġ tul it-tminn ġimgħat. Taw sehemhom sittax-il voluntier li l-maġġoranza tagħhom għandhom anqas minn għoxrin sena. Għalihom, is-Programm Sajf kien l-ewwel esperjenza tagħhom ta’ volontarjat. Kull voluntier wera responsabbiltà, determinazzjoni u impenn. Barra minn hekk, kull voluntier kellu rwol u kien responsabbli minn attivitajiet varji fosthom tisjir, kompjuter, crafts, sports, mużika u moviment u anke ħruġ. Kien hemm uħud mill-voluntiera li assistew tfal b’diżabbiltà sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem f’kull attività li kellna. Għaldaqstant GRAZZI kbira tmur lil Carmen Vassallo, Matthew Azzopardi, Gabriella Baldacchino, Danika Bilocca, Lara Bilocca, Justine Camilleri, Graziella Carabott, Stefan Darmanin, Stephanie Fava, Joanna Pace, Melvin Vella, Ruth Calafato, Edith Gatt u James Saydon. Nixtiequ nieħdu ukoll l-opportunità sabiex nirringrazzjaw lil Pauline Agius, Communoty Worker, li ħadmet ħafna ma’ tifel autistic ħalli jkun integrat fil-Programm. Pauline ħadmet ukoll mat-tfal biex jippjanaw u jtellgħu Talent Show. Claire Farrugia, Community Worker, ħadmet ukoll mat-tfal biex jitħejjew għat-talent show waqt l-għeluq tal-Programm Sajf 2011. Il-ġenituri kienu mistednin. Waqt l-għeluq kulħadd kien mistieden għal riċeviment żgħir. Edith Gatt flimkien ma’ Jessie Spiteri ħadu ħsieb li jippreparaw is-sandwiches. Waqt dan il-Programm, ippruvajna kemm jista’ jkun indaħħlu temi ambjentali. Għaldaqstant stedinna lil Annalise Falzon, Environmental Officer, biex titkellem mat-tfal rigward il-Majjistral Park fi ħdan in-Nature Trust. Nixtiequ ukoll nirringrazzjaw lil Jessie Spiteri li għenitna bis-sħiħ fit-tmexxija u fil-ko-ordinament tas-servizz. Radd ta’ ħajr tmur lil Fr. Rueben Deguara, Kappillan ta’ Ħal Tarxien, li dejjem kien hemm meta kellna bżonn u lil Fr. Antoine Farrugia Salesjan li qaddes il-quddiesa flimkien ma’ Fr. Rueben li għaliha kienu mistiedna l-ġenituri. Nixitiequ nirringrazzjaw ukoll lis-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar, is-Sur Domnic Agius, li offra l-fondi sabiex ikun possibbli li jinkera vann ħalli t-tfal minn din il-lokalità setgħu jattendu. Barra minn hekk nixtiequ nirringrazzjaw lill-Koperattiva Rurali Manikata u lin-Nature Trust li kkoperaw magħna u stajna nieħdu t-tfal hemmhekk. Fl-aħħar u mhux l-inqas nixtiequ nirringrazzjaw lill-ġenituri kollha li tul dan is-sajf urew interess daqs uliedhom. GRAZZI kbira lil kulħadd!!! Bis-saħħa tagħkom irnexxielna nferrħu lil dawn it-tfal!

Ħidma ta' Ħelsien Emozzjonali għalik?

Fiċ-Ċentru Antida tal-Fondazzjoni Santa Ġovanna Antida, ngħinuk taħfer, jekk trid taħfer imma tħoss li ma

tistax. Ngħinuk ukoll f'każ li jkollok bżonn tħoll xi għoqod emozzjonali, anki dawk li jkunu ilhom hemm is-snin, bħal

rabja qawwijja, jew anzjetà, memorji koroh, jew meta tħossok li ma tiswa' xejn, jew meta jkollok ċerti fobiji (biżgħat

mhux rejalistiċi). Dan jekk inti tħoss li tkun trid jew tixtieq teħles minnhom. Il-metodi li nużaw normalment huma bla

uġigħ, sikwit huma ta' malajr (xi minuti sa 90 minuta) iżda kultant ikun hemm bżonn aktar minn laqgħa waħda. Is-

suċċess huwa sew aktar minn 9 każijiet minn kull għaxra. Jekk ma jirnexxix fuqek dan ix-xogħol, ma jkun hemm ebda

ħsara. Is-soltu ma jkunx hemm tqanqil kbir, u wara tħossok tassew meħlusa u fis-sliem. Tajjeb għalik anki f'każ li forsi

ma' tixtieqx tidħol f'ħafna dettall dwar xi ħaġa li ġratlek, għax tibża' li b'hekk terġa' tweġġa'. M'hemmx ħlas. L-

etajiet kollha, anki tfal żgħar. (Tapplikax għal din il-Ħidma ta' Ħelsien Emozzjonali jekk kellek psikożi jew għandek

mard mentali serju; f'dak il-każ il-Fondazzjoni tagħna għandha servizzi oħrajn għalik minflok dan). Post: Ċentru Antida,

51 Triq Tarxien, Ħal Tarxien. Ċempel 2180 8981 u staqsi għal Nora minn qabel għal appuntament ma' Tony. Meta

nagħtuk appuntament, ara li tasal ħames minuti qabel. Nawgurawlek is-sliem !

Page 8: SJAF e-Magazine  tal-kura ta [ ġenitur marid jew immatur jew ta [ aħwa iżgħar. Dawn huma kategorija ta [ żgħażagħ li aħna nfittxu saiex ngħinuhom id f [id mal-iskejjel,

Iżfen u ċedi Iżfen u ċedi thenna w iżfen ma' lsien iż-żgħar, fil-logħob inża' ħwejjeġ il-jum, biex tilbes tal-lejl, għax il-lejl ma jgħidx, imma jaf Iżfen u ċedi raqqad il-klieb imxekklin bi ktajjen, u jinbħu irkeb tħarrik l-arja, tmexxik għanja ħielsa, bħal gawwi, għodos mad-dniefel jew għix għal xejn

Iżfen u ċedi

aktar ħidma tintalablek, imma jekk tafda, twarrad hawn l-għanja biex titgħanna, hawn ħidma biex issir hawn demgħat li trid tbushom meta l-Ħajja tkun bdiet

Iżfen u ċedi għax inti diġa' fil-ġmiel. tony macelli

MIXJIET FIL-PARK TAL-MAJJISTRAL - PARK ta’ NATURA U STORJA

Annalise Falzon Gwida fil-park

www.majjistral.org Email: [email protected]

Il-Park ta’ Natura u Storja Il-Majjistral ġie mwaqqaf bħala park nazzjonali fl-2007 u jinsab fil-Mellieħa bejn Golden Bay u Anchor Bay. L-immaniġġjar tagħha ġie mgħoddi lil tliet għaqdiet mhux governattivi: Din l-Art Ħelwa, Fondazzjoni Gaia u Fondazzjoni Natura (Malta) li jiffurmaw il-Heritage Parks Federation. Il-ħarsien ta’ sit bħal dan huwa importanti kemm għall-ħabitats u speċi differenti li jħaddan fih il-Park, kif ukoll għat-tgawdija tiegħu mill-bniedem – tgawdija li għandha tkun rispettuża lejn l-ambjent. Huwa għalhekk li nħeġġu lil min irid iżur il-park jagħmel dan bil-mixi u jħalli l-karozza warajh. Mixjiet iggwidati Jekk inti interessat fl-istorja naturali ta’ pajjiżna tista’ tibbukkja mixja ggwidata fil-Park ta’ Natura u Storja Il-Majjistral. Il-mixjiet isiru nhar ta’ Ħadd jew meta jkun hemm rikjesta ta’ minimu ta’ 10 persuni kif ukoll isiru mixijiet apposta għall-iskejjel. Il-mixja tieħu madwar sagħtejn u nofs (bejn 4 sa 6km skont ir-rotta). Għalkemm id-dħul fil-Park huwa b’xejn, il-mixja - li ssir minn gwida esperta – hija bil-ħlas. Wieħed irid jibbukkja minn qabel. Ir-rati huma dawn:

Adulti: €5, Tfal (minn 8 sa 16-il sena): €3 Skejjel: €2.50

Tista’ tibbukkja permezz ta’ email lil Annalise Falzon fuq dan l-indirizz: [email protected] Iktar informazzjoni dwar il-Park (bl-Ingliż) tista’ tinkiseb fuq www.majjistral.org

e-magazine tas-St Jeanne Antide Foundation- October 2011 PAGE 8

Page 9: SJAF e-Magazine  tal-kura ta [ ġenitur marid jew immatur jew ta [ aħwa iżgħar. Dawn huma kategorija ta [ żgħażagħ li aħna nfittxu saiex ngħinuhom id f [id mal-iskejjel,

CELEBRATION RE THE BEATIFICATION OF

SISTER ENRICHETTA ALFIERI

On the 25th September 2011 a mass comemorating the beatification of Sister Enrichetta Alfieri was concelabrated by His Emminence the Archbishop of Malta Mons. Paul Cremona at the St John’s Co-Cathedral in Valletta. Preparations by the Commission for the beatification of Sister Enrichetta started months before. My wife Mildred and I were offered the role of ushers during the mass. A couple of days before, a meeting for those involved was set so that everyone knew his role during the celebration. On the day we were told to be at the Cathedral at 5.00pm so that everything needed would be in place. The mass was to start at 6.00. The mid section of the Cathedral was divided into several sections for the different persons who were formally invited. At the front, seats were prepared for His Excellency the President, Dr George and Mrs Abela. One section was for nuns coming from different congregations all over Malta. Their Provincials had a part of the seating reserved for them. Another reserved section was for members of political sectors. Persons representing unions and the Cordin Correctional Facility were also present. The Director of the Correctional Facility was there with other members. Since during her life sister Enrichetta helped prison inmates and a Maltese nun is still helping inmates at this facility a small number of them were invited. They were accompanied by personel from the facility. Apart from these guests, the Cathedral was packed with all those who wished to enter and hear mass. Extra chairs had to be placed on the sides and at the back of the church to accomodate all those present. There were also a small numbers of foreign nationals. During the mass, Sister Salvina, Provintial Superior of the Sisters of Chairty delivered an address related to the occasion. During the homely, the Archbishop made a profound speach describing Sister Enrichetta’s life and mission. At the end, all those present were presented with literature about her life. This occasion was very well organised and positive feedback was given to Commission responsable for the event.

Alfred & Mildred Zammit

e-magazine tas-St Jeanne Antide Foundation- October 2011 PAGE 9

Page 10: SJAF e-Magazine  tal-kura ta [ ġenitur marid jew immatur jew ta [ aħwa iżgħar. Dawn huma kategorija ta [ żgħażagħ li aħna nfittxu saiex ngħinuhom id f [id mal-iskejjel,

FOUNDATION SERVICES

1. The Antide Centre: a drop-

in centre in Tarxien open from

7.30am to 5.30 pm daily in winter

time (sometimes later as well).

2. The Social Work & Counselling

Service: includes home-visits by a

nurse to home-bound lonely

elderly, family-focused community

outreach work and youth work.

3. The Learning Support

Programme: includes (a) a

Homework Support Service for

children and young persons; (b)

non-formal learning opportunities

for vulnerable adults (courses on

self-esteem, basic ICT, etc). (c)

Mentoring youths-at-risk.

4. LWIEN - Caring for Family

Carer-givers Service: includes (a)

Grandparent Education which

supports parishes to start and run

a NannaKola Club for grandparents

who care for their grandchildren.

Also: monthly dialogue sessions

with experts take place at the

Ċentru Antida. (b) support to

family care-givers of persons with

mental health problems: family

consultations, counselling,

support groups.

5. Vinċi Project: Community work

in the parish of Ħaz-Żabbar

undertaken in collaboration with

the parish and partially funded by

STRINA of the Malta Community

Chest Fund. Services include social

work in zones with a concentration

of families in difficulty, counselling,

groupwork.

6. Ġamra Project: Community

work in the parish of Fgura

undertaken in collaboration with

the parish and funded by The

Voices Foundation.

7. Overseas Development: SJAF

assists the congregation of the

Sisters of Charity in the

development of projects in

developing countries.

BAZAAR B’RISQ IL-FONDAZZJONI

Miftuħ kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Erbgħa mid-9:00

sal 12:00

Qegħdin naċċettaw oġġetti biex jinbiegħu fil-bazaar (mhux

ħwejjeġ)

Għandna bżonn spallieri!

DONATIONS Your donation is truly appreciated; it enables us to sustain our services to vulnerable individuals and families from surrounding parishes. Donation to the St Jeanne Antide Foundation can be made as follows:

Cheque issued to The St Jeanne Antide Foundation and posted to the Foundation: 51 Tarxien Road, Tarxien TXN 1092

For local bank transfers: APS 2000 0681 886 HSBC 013175021001 BOV 4002003379-0 BANIF 00210404101

If you are a Go/Vodafone/Redtouch subscriber you can donate by sending a blank SMS (SMS tariffs applicable): €2.33 – 50617371 €4.66 - 50618095 You will receive a text message of thanks and acknowledgement

For bank transfers from overseas: APS Bank, 146/147, Antoine De Paul Square, Paola PLA1260 Bank Code (Swift) APSBMTMT IBAN No: MT03 APSB 7708 0005 5047 2000 0681 886 (last 11 digits are the account number)

THANK YOU! WE PROMISE TO PRAY FOR YOU AND YOUR FAMILY

e-magazine tas-St Jeanne Antide Foundation- October 2011 PAGE 10

Centering Prayer Group Contemplative prayer every Wednesday at Ċentru Antida, Tarxien - 6.00pm to 7.30pm

Self-Esteem Group

Meets every Thursday from 9.00 to 1.30am

Literacy Group Meets every Tuesday between 9.00 to 11.30am

Groupwork with vulnerable Youths at Tarxien Youth Centre

Every Tuesday evening after 7.00pm