Effetti tat-Temp Estrem fuq il-Paesagg
description
Transcript of Effetti tat-Temp Estrem fuq il-Paesagg
Effetti tat-temp estrem fuq il-paesaġġ.
It-temp estrem jagħmel ħsara kbira.
Nixfa kbira sseħħ f’postijiet fejn tkun ilha ħafna ma tagħmel xita.
Jinxfu widien
Il-ħaxix u siġar imutu.L-art issir infertili jiġifieri mhix tajba biex jitkabbru frott u ħxejjex.
F’Malta il-bdiewa jridu jsaqqu biex ikabbru il-ħxejjex.
F’perijodi ta’ nixfa id-deżert jikber dejjem.
F’pajjiżi foqra in-nies ibatu minħabba n-nuqqas tal-ilma tax-xorb.
L-annimali jmutu minħabba nuqqas ta’ ikel u xorb.
Nuqqas ta’ ikel għan-nies tal-post.
Għargħar jiġri meta jinżel ammont kbir ta’ xita għal
ħin twilJfuru widien u xmajjar.
Ħsarat fil-bini u toroq li joħolqu problemi għal mezzi ta’ trasport.
Jgħerqu n-nies u l-annimali jekk ma jiġux salvati.
L-ilma tant ikun miexi b’saħħa li djar u karozzi jispiċċaw jinġarru mill-ilma.L-għelieqi jinfaqgħu bl-ilma.
Ħafna ħamrija tispiċċa fil-baħar għax l-ilma jmexxi kull ma jsib.
Nies imweġġgħin u saħansitra mejta.
Nuqqas fil-provvista tal-elettriku u ħsarat fil-linji tat-telefon.
L-ilma tax-xorb jiġi ikkontaminat għax jitħallat mad-drenaġġ, b’hekk ikun hemm aktar riskju ta’ epidemiji.
It-temp estrem jagħmel ħsara lill-ambjent naturali u lil dak uman.