AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem...

66
AWWISSU 2017 Saint Augustine by Philippe de Champaigne Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Transcript of AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem...

Page 1: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

AWWISSU 2017

Saint Augustine by Philippe de Champaigne

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Page 2: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 1

ssew minn bejn l-i

S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

Intenzjoni tal-Papa għax-xahar t’Awwissu - Universali: In-Nies tal-Arti Sabiex fi żminijietna, in-nies tal-arti, permezz tad-doni tagħhom, jgħinu lil kulħadd jiskopri s-sbuħija tal-ħolqien. Dati importanti għax-xahar t’Awwissu: 4 ta’ Awwissu: Festa ta’ San Ġwann Marija Vianney 6 ta’ Awwissu: Festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej 10 ta’ Awwissu: San Lawrenz, Levita u Martri 15 ta’ Awwissu: Il-Verġni Marija mtellgħa s-Sema 22 ta’ Awwissu: Il-Verġni Mqaddsa Marija Reġina 28 ta’ Awwissu: Santu Wistin 29 ta’ Awwissu: Martirju ta’ Ġwanni l-Battista

Nota importanti:

Din il-ħarġa ta’ Awwissu issa hija aċċessibli minn fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com.

- AWWISSU 2017 -

NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH

San Ġwann Battista de La Salle

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

Fidi

Page 3: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

2 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 1 t’Awwissu San Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Nota: Minn nofsinhar tal-lum sa nofsillejl ta’ għada tista’ tintrebaħ l-indulġenza tal-Porzjunkula bi żjara f’xi knisja parrokkjali jew f’xi knisja tal-Franġiskani. Biex wieħed jirbaħ l-indulġenza jrid jgħid il-Kredu u l-Missierna u jkun qerr u tqarben u talab għall-Papa.

Qari: 1. Eżodu 33, 7-11; 34, 5b-9.28 Il-Mulej kien ikellem lil Mosè wiċċ imb’wiċċ. 2. Salm 102: 6-13 Ħanin u twajjeb il-Mulej. 3. Mattew 13: 36-43 Bħalma s-sikrana jiġbruha u jaħarquha fin- nar, hekk isir fi tmiem id-dinja. SAN ALFONS MARIJA DE’ LIGUORI (1696-1787) - isqof u duttur S. Alfons twieled f’Marianelli, qrib Napli, iben ta’ kaptan tax-xwieni rjali. Kiseb id-dottorat kemm fil-liġi ċivili kif ukoll f’dik ekkleżjastika mill-Università

ta’ Napli meta kellu biss sittax-il sena, u pprattika ta’ avukat b’suċċess kbir sa tmien snin wara, meta abbanduna l-karriera, minħabba li bi żvista tilef kawża importanti li kien qed jiddefendi.

Hu ddeċieda li jsir saċerdot u daħal mal-Oratorjani. Ordna saċerdot fl-1726, meta kellu qrib it-30 sena.

Għal sentejn ħadem bħala missjunarju madwar Napli, għallem għal sena, u fl-1730, fuq stedina tal-Isqof Tumas Folcoia, mar f’Castellamare. Meta kien qed jagħti rtir f’kunvent tas-sorijiet fi Scala, iltaqa’ ma’ Swor Marija Celeste u għarrfitu b’viżjoni li kellha dwar twaqqif ta’ ordni reliġjuża ġdida - u li kienet taqbel ma’ viżjoni oħra li l-Isqof Falcoia kellu aktar qabel f’Ruma.

Il-qaddis għaraf li l-viżjoni kienet ġenwina. Alfons għalhekk, sena wara (1731), organizza l-kunvent tas-sorijiet skont ir-regola li Swor Celeste kellha fil-viżjoni, u twaqqfet il-kongregazzjoni tas-sorijiet tas-Santissimu Redentur.

Hu mar joqgħod fi Scala fejn hemm ta bidu għat-twaqqif tal-fergħa tal-irġiel tal-Kongregazzjoni tas-Santissimu Redentur, imsejħin Redentoristi. Dawn huma ddedikati biex jipprietkaw missjonijiet speċjalment fi nħawi traskurati. L-ordni tar-Redentoristi kibret u fl-1743, il-Kunsill Ġenerali għażel lil Alfons bħala superjur.

Matul il-biċċa l-kbira tal-91 sena ta’ ħajtu, S. Alfons kellu vot li ma jaħlix mument żmien. Barra li pprietka kemm felaħ missjonijiet fil-kampanja u fl-irħula, iddedika ruħu għall-kitba.

Irrifjuta li jsir isqof ta’ Palermo, imma fl-1762 kien imġiegħel jaċċetta li jsir isqof ta’ S. Agata dei Goti ħdejn Napli.

Page 4: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 3

Huwa inawgura programm maħsub biex jirriforma l-kleru, il-monasteri u d-djoċesi kollha kemm huma, u ħabrek biex itaffi l-kundizzjonijiet tal-fqar u tal-injoranza.

Marid u batut bir-rewmatiżmu, li ħallieh ipparalizzat sakemm miet, huwa rriżenja minn isqof fl-1775 (wara li kien ilu 13-il sena) u rtira f’Nocera.

Fl-aħħar snin ta’ ħajtu, meta naqaslu ħafna d-dawl ta’ għajnejh, sofra ħafna minħabba l-ordni tiegħu. Fl-aħħar ftit snin ta’ ħajtu sofra wkoll minn dipressjoni kbira spiritwali u għadda minn dak li hu msejjaħ, il-lejl mudlam tar-ruħ. Imma mbagħad dan l-istat inbidel fi żmien ta’ paċi u dawl mis-sema, u esperjenza viżjonjiet, estasijiet u anki pprofetizza ġrajjiet li seħħew wara.

Miet f’Noċera fl-1 ta’ Awwissu 1787 ta’ 91 sena. Kien ikkanonizzat fl-1839 u ddikjarat duttur tal-knisja fl-1871, minn Piju IX.

Riflessjoni: “Din hi l-paċi li tibqa’ għal dejjem, li fl-esperjenza tal-qaddisin, tegħleb kull għerf. Tgħaddi kull pjaċir li jegħleb kull sodisfazzjon mis-sensi, min laqgħat soċjali, xalati u pjaċiri oħra tad-dinja; huma kemm huma fiergħa u qarrieqa, isaħħru s-sensi għal dak il-mument, imma ma jagħtux il-ferħ dejjiem; minflok iweġġgħu lil-bniedem fil-qiegħ ta’ ruħu fejn tassew jinsab il-veru paċi.”

San Alfons Marija de Liguori

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 17, silta mit-2 punt

Have you been expecting to battle constantly with the demon and against you? Since you left the world, have you been as constantly on your guard against you as you must be? Do you have what you need to resist the demon and not to surrender to the pleasures of the senses? Be convinced that it is a great misfortune not to experience any temptation, because this is a sign that we are not victorious in any way and that we are allowing ourselves to be easily conquered by our passions.

TALBA Min int Mulej? Int min int?

O Mulej tiegħi, l-aktar ħelu! U jien min jien?

Dudu l-aktar baxx u qaddej tiegħek li ma niswa għal xejn!

Int min int? Mulej ta’ tjieba bla tarf,

għerf u qawwa, li għoġbok iżżur lili

dudu baxx u mistmerr? Talb mill-Konsiderazzjonijiet

dwar il-Pjagi Mqaddsa ta' San Frangisk

Missierna ...

Page 5: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

4 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 2 t’Awwissu San Ewsebju - isqof ta’ Vercelli

San Pietru Ġiljan Eymard - presbiteru Il-Beatu Pietru Fabre - presbiteru

Il-Beata Ġwanna ta’ Aza - omm San Duminku Il-Beatu Ġwann minn Rieti - reliġjuż

Il-Beatu Awgustu Czartoryski - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżodu 34: 29-35 Raw lil Mosè bil-ġilda ta’ wiċċu tiddi u beżgħu jersqu lejh. 2. Salm 98: 5.6.7.9 Qaddis hu l-Mulej, Alla tagħna. 3. Mattew 13: 44-46 Imur ibigħ kulma jkollu u jixtri dik l-għalqa. IL-BEATA ĠWANNA D’AZA (1140-1187) Din il-beata, omm San Duminku ta’ Gużman, twieldet f’Kastilja, Spanja mill-

familja nobbli D’Aza. Minn ċkunitha dehret fiha disponibbilità għall-għemil tajjeb, tistmerr il-lussu

u l-frugħa tad-dinja. Hi ngħaqdet fiż-żwieġ ma’ Felice ta’ Gużman, bniedem nobbli u mogħni bil-

virtujiet insara bħalha. Jingħad li, meta ġiet biex twelled lit-tielet iben, hija ħolmot li rat ġeru bi

fjakkola f’ħalqu li biha kien qed idawwal minn kull fejn jgħaddi. Bla dubju ħolma bħal din ħawditha u marret fil-monasteru ddedikat lil San

Duminku ta’ Silos issaqsi lill-abbati fuq il-ħolma. Dan qalilha li dak li rat kien fih tifsira ta’ dak li kellu jagħmel binha meta jikber.

It-tifel fil-magħmudija ngħata l-isem tal-qaddis ta’ Silos. Hija rat lit-tliet uliedha jsiru saċerdoti: Antonju, Mannes u Duminku, l-aħħar

tnejn bħala reliġjużi. Il-Beata Ġwanna D’Aza mietet fl-1187, fi Caleruega. Il-Papa Ljun XII, fuq talba tar-re ta’ Spanja u prinċpijiet oħra, approva l-kult

lejha fl-1 ta’ Ottubru 1828.

Riflessjoni: “Mhux kull min jgħidli: Mulej, Mulej! jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta' Alla” (Mt. 7, 21). Din ir-rieda Ġesù għarrafha kemm-il darba, ikolli ngħid f'kull paġna tal-Evanġelju tiegħu. Imma huwa fl-Aħħar Ikla, meta kien jaf li l-qalb tad-dixxipli tiegħu taħraq meditazzjoni għal kuljum bi mħabba aktar imħeġġa għalih, li kien għadu kemm ingħata lilhom fil-misteru li ma jitfissirx tal-Ewkaristija tiegħu, li dan is-salvatur ħelu ried jagħtihom kmandament ġdid. Qalilhom bi ħlewwa li ma titfissirx: nagħtikom kmandament ġdid: li tħobbu lil xulxin; u li bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin. Is-sinjal li bih kulħadd jagħraf li intom dixxipli tiegħi huwa jekk intom tħobbu lil xulxin (Ġw. 13, 34-35). Santa Tereża tal-Bambin Ġesù

Page 6: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 5

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle Med. 58, l-1 punt

Jesus Christ tells his holy Apostles that unless their virtue surpasses that of the Pharisees, they will not enter the kingdom of heaven. Apply these words to you. Be convinced that Jesus Christ is addressing them to you, that if you do not have more virtue than people in the world, you will be more liable to condemnation than they will be on the day of judgment. People of the world, like the Pharisees, are satisfied with observing the external and outward practices of religion. They go to Mass, listen to sermons, and sometimes follow the Divine Office, but they do all these things and a number of others without any interior spirit. You, who gave yourself to God and, consequently, ought to consecrate to God every moment of your life, must do everything in a spirit of religion without being content to do only what is exterior in the duties of your state. Even if people are satisfied with what is external in actions, God, who looks into the heart, will not put any value on them.

TALBA Sliem għalik, kewkba tal-baħar,

omm qaddisa u kbira t’Alla, dejjem verġni bla mittiefsa,

bieb il-hena u ferħ tas-sema. Uri li tassew int ommna,

wassal talbna quddiem Alla, li fi ħnientu twieled minnek biex

isir għalina bniedem. Mill-Innu tal-Għasar

Missierna ...

Nitolbu għal Bro. Francis Muscat (1987) Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem ...

Page 7: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

6 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 3 t’Awwissu Santa Lidja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżodu 40, 16-21.34-38 Is-sħaba ksiet it-tinda tal-laqgħa, u l-glorja tal-Mulej

imliet it-Tabernaklu. 2. Salm 83: 3-6a u 8a.11 Kemm hi għażiża d-dar tiegħek, Mulej tal-eżerċti! 3. Mattew 13: 47-53 Jiġbru fil-kannestri dak li hu tajjeb u jarmu l-ħażin. SANTA LIDJA (l-1 seklu) Din il-qaddisa tissemma fil-ktieb tal-Atti tal-Appostli (Kap. 16, v. 14-15).

Kienet minn Tijatira, post fil-provinċja Rumana tal-Asja, imsemmi ħafna għaż-żebgħa tad-drapp bil-porpra (lewn aħmar). Kienet tgħix fil-belt ta’ Filippi tinnegozja f’dan id-drapp meta San Pawl wasal l-ewwel darba f’din il-belt għall-ħabta tas-sena 55.

L-Atti jgħidulna li Lidja “kienet tqim lil Alla”, espressjoni li tfisser konvertita għar-reliġjon Lhudija. Darba, f’jum is-Sibt, San Pawl mar jipprietka f’dar fejn kienu jiltaqgħu jitolbu. “Lidja kienet tisma’, il-Mulej fetħilha moħħha biex tixrob kull ma kien jgħid Pawlu. U tgħammdet hi u darha.”

Hekk kienet l-ewwel mara li saret nisranija fl-Ewropa. Jidher li Lidja kienet mara għanja, u għalhekk talbet, anzi nsistiet biex Pawlu u sħabu Silas u Luqa jidħlu joqogħdu għandha tul il-waqfa tagħhom fil-Filippi.

Fil-Filippi, lil Pawlu u ’l Silas, wara li ċarrtulhom ilbieshom u sawtuhom bl-oħtra (bsaten), tefgħuhom il-ħabs, mnejn ġew meħlusin minħabba li kienu ċittadini Rumani, bil-patt li jitilqu minn hemm.

Qabel telaq minn Filippi, Pawlu mar mill-ġdid għand Lidja jsellem lill-insara tal-post u jħeġġiġhom iżommu sħiħ fil-fidi (Atti 16, 11).

Barra minn dan it-tagħrif li nsibu fil-ktieb tal-Atti tal-Appostli dwar Santa Lidja, ma nafu xejn aktar fuqha. Hi patruna ta’ dawk li jiżbgħu d-drappijiet.

Riflessjoni, mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tielet Ktieb, kap. XVIII: Kemm mela jmissni nirringrazzjak li għoġbok turi lili u lill-fidili kollha t-triq tas-sewwa li twassal għas-saltna tiegħek ta’ dejjem! Iva, Mulejja, ħajtek hi t-triq tagħna; nimitaw il-paċenzja imqaddsa tiegħek u naslu għandek, li int il-kuruna u l-ħlas tagħna. Li ma kontx imxejt int quddiem u għallimtna bl-eżempju tiegħek, min kien sa jimxi fit-triq tiegħek? Eh, kemm u kemm bnedmin kienu jibqgħu lura u bogħod minnek li ma kellhomx l-eżempju tiegħek li jmexxihom! Ma tarax? Smajna b’tant mirakli u bit-tagħlim tiegħek, u nibqgħu berdin; x’kien ikun minna li ma kellniex tant dawl li jmexxina warajh? Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 20, it-3 punt

After we have abandoned ourselves to God…, it usually happens that God makes us experience very extraordinary effects of his goodness and protection, as he

Page 8: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 7

shows us in the Gospel today: after he multiplied the five loaves and the two fishes offered to him and five thousand people—not counting the little children—had eaten their fill, there still remained a large quantity. Be assured, then, that once you have placed yourself in God’s hands, willing to suffer whatever and as much as he may desire, although he still leaves you in sorrow, he will help you by his grace to endure this trial, perhaps in a way that is not obvious, or else he will deliver you from it by surprising means and at a time when you least expect it. This is what David assures us he experienced in his own difficulties, when he says: I waited on the Lord with great patience, and finally he heard me; he granted my prayers and withdrew me from the depths of misery and from the deep pit. He set my foot upon a rock and guided my steps. Many people, on seeing this marvel, have learned to revere God and to place all their confidence in him.

TALBA

L-Ewkaristija Mulej, hija l-għajn li ssaqqi u twarrad il-fidi tagħna.

L-Ewkaristija li nilqgħu fi qlubna hija l-ikel li jagħtina s-saħħa għal ruħna.

Alla tal-ħajja, Alla tal-verità,

Alla tal-Imħabba. Agħmel Mulej li ma nonqsu qatt li nżommu rwieħna disposti

li nmantnu ruħna b’dan l-ikel. Ammen.

Anonimu

Missierna ...

Il-Ġimgħa, 4 t’Awwissu San Ġwann M. Viannej – presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Levitiku 23: 1,4-11,15,16,27,34b-37 Dawn huma l-festi tal-Mulej li fihom tagħmlu l-laqgħat imqaddsa. 2. Salm 80: 3-6ab,10,11ab Għannu bil-ferħ lil Alla, qawwa tagħna. 3. Mattew 13: 54-58 Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? Mnejn kisbu dan kollu?

Page 9: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

8 SIGNUM FIDEI

SAN ĠWANN M. VIANNEY (1786-1859) - saċerdot Ġwann Marija kien ir-raba’ fost sitt ulied ta’ familja ta’ bdiewa, f’Dardilly, fi

Franza. Kien jirgħa l-merħla ta’ missieru u attenda ftit xhur biss skola fi tfulitu. Ta’ 18-il sena beda jieħu lezzjonijiet privati għand kappillan ta’ parroċċa qrib, biex jidħol is-Seminarju.

Billi ma kienx jaf bil-Latin biżżejjed, ma tħalliex ikompli l-kors fis-Seminarju Maġġuri, iżda s-surmast antik tiegħu tah kors privat fit-Teoloġija b’manwal bil-Franċiż. Ta’ 23 sena (1809) kien maqbud suldat bil-lieva, imma ħarab.

Seta’ jmur lura d-dar meta Napuljun ta amnestija lil dawk kollha li ħarbu fl-1810. Is-sena ta’ wara rċieva t-tonsura u mar is-Seminarju ta’ Lyons fl-1813. Minkejja bosta diffikultajiet, huwa ġie ordnat saċerdot ta’ 29 sena u f’inqas minn tliet snin intbagħat f’Ars, raħal b’230 ruħ xi 40km fit-tramuntana ta’ Lyons.

Is-superjuri tiegħu billi kienu jafu kemm moħħu ma jtihx, bagħtuh f’Ars għax qalu li hemm żgur ma setax jagħmel ħsara.

F’dan il-post, il-knisja kienu jmorru xi ftit nisa xjuħ, in-nies kienu jaħdmu nhar ta’ Ħadd, jiskru u jħobbu jiżfnu. Wara għaxar snin, dan ir-raħal inbidel, saru konverżjonijiet u fejqan tal-għaġeb. Il-kurat kien iħabbar il-ġejjieni u jaqra l-qlub tan-nies.

Huwa kien jitlob u jsum u jqarar ħafna – kien jgħaddi minn 16 sa 18-il siegħa fil-konfessjonarju. Qaddisin u midinbin kienu jmorru għandu għall-pariri. Kien jorqod biss xi tlieta jew erba’ sigħat. Kienu jiġu għall-pariri tiegħu bosta u bosta nies minn kull naħa ta’ Franza, tant li l-gvern kellu jwassal il-linji tal-ferrovija sa hemm.

Minkejja li kien miżmum b’qaddis minn ħafna, kien hemm oħrajn li kienu jippruvaw iwaqqgħuh għaċ-ċajt minħabba n-nuqqas ta’ għerf tiegħu. Għal 30 sena kien ukoll molestat spiss minn attakki tax-xitan li żgur ma kienx jaħmel jara dawk il-konverżjonijiet kollha jsiru f’riġlejn il-qaddis.

Kien miġbud ħafna għall-ħajja iebsa tal-Kartużjani, u tliet darbiet ittanta jaħrab mill-parroċċa biex imur magħhom. Irrifjuta l-unuri kollha li riedu jagħtuh fl-aħħar snin ta’ ħajtu.

Meta ġabulu l-Vjatku qal: “Kemm hija ħaġa ta’ niket li titqarben għall-aħħar darba!” San Ġwann M. Vianney miet fl-4 ta’ Awwissu 1859, ta’ 73 sena. Piju XI fl-1925 iddikjarah qaddis, u erba’ snin wara ħatru patrun tal-kappillani.

Riflessjoni: “Aħna bħal tfal żgħar ma nafux nimxu fit-triq li tagħti għall-ġenna għax nogħtru u naqgħu, jekk id il-ħanin Alla ma tkunx pronta li tweżinna bil-grazzja tiegħu.

San Ġwann Marija Vianney

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 21, silta mit-2 punt

… He who is born of God, says our Lord, hears the words of God. If religious possess the Spirit of God within them, they will gladly listen to the words of their superiors, because they will recognize the language as that of God. They will be convinced that God’s truth is in their superiors and that they do not

Page 10: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 9

speak by their own initiative but by the impulse of the Spirit of God, to whom in them they ought to listen, as Jesus Christ, our Lord, says. Is this how you listen to your superiors? Do you not at times examine critically what they tell you? Do you not entertain thoughts contrary to what they advise or command you? If so, you are insulting God in their person.

TALBA

Mejjel widintek lejja Mulej, u ismagħni

għax jien miskin u fqir. Int ma tmejjilx widintek lejn il-għani,

iżda aktar tmejjilha lejn il-miskin u l-fqir, jiġifieri lejn l-umli

u lejn min jixli lilu nnifsu; lejn min jeħtieġ il-ħniena

u mhux lejn min hu mitmugħ u jinsab mimli bih innifsu

bħallikieku ma jonqsu xejn. Santu Wistin

Missierna ...

Is-Sibt, 5 t’Awwissu L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt

Il-Madonna tas-Silġ Il-Beatu Federiku Jansoone – presbiteru

D Id-Dedikazzjoni tal-Bażilika ta’ Santa Marija Maggiore

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Levitiku 25: 1,8-17 Tkun is-sena tal-ġublew għalikom: kull wieħed jerġa’ għal

li kellu. 2. Salm 66: 2,3,5,7,8 Ifaħħruk il-popli kollha, o Alla, ifaħħruk il-popli kollha. 3. Mattew 14: 1-12 Erodi bagħat jaqta’ ras Ġwanni u d-dixxipli tiegħu marru

jagħtu l-aħbar lil Ġesù.

Page 11: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

10 SIGNUM FIDEI

ID-DEDIKAZZJONI TAL-MADONNA TAS-SILĠ – SANTA MARIJA MAGGIORE Din il-festa tfakkar id-dedikazzjoni tat-tielet bażilika patrijarkali ta’ Ruma.

Għall-ewwel kien jisimha l-“Bażilika Liberjana”, għax kienet mibnija fi żmien il-Papa Liberju, f’nofs ir-4 seklu.

Kienet imġedda u kkonsagrata taħt it-titlu tal-Madonna minn Sistu III, madwar l-435. Illum hi magħrufa bl-isem ta’ Santa Maria Maggiore, għax sew għall-età u kemm għad-dinjità tagħha hi l-ewwel waħda ta’ Ruma fost dawk li huma ddedikati għall-Madonna.

Fil-kotba tal-liturġija tissejjaħ Santa Maria ‘ad nives’ (tas-Silġ), għax skont leġġenda popolari l-Madonna għażlet dak il-post għall-knisja b’isimha permezz ta’ xita tas-silġ mirakoluża fis-sajf. Permezz ta’ dehra tagħha, lil wieħed għani jismu Ġanni, talbitu li tinbena knisja ddedikata lilha fuq il-post li kellha turih. B’hekk inbniet il-knisja fil-pontifikat tal-Papa Liberju fuq il-post muri mill-Madonna fuq il-għolja Esquilino.

Fl-iskrizzjoni tad-dedika tal-Papa Sistu dan il-fatt mhux imsemmi. Ebda tifkira ma nsibu ta’ dan il-miraklu qabel xi mijiet ta’ snin wara, u issa hu magħruf bħala leġġenda.

Kummissjoni għar-riforma tal-Brevjarju rrikkmandat lill-Papa Benedittu XIV, fl-1742, biex din il-festa terġa’ tissejjaħ “Id-Dedikazzjoni ta’ Santa Marija” bħal qabel. Dan it-tibdil għadu ma sarx ħlief fil-kalendarju l-ġdid tal-Benedittini (1915).

Din il-Bażilika ġieli tissejjaħ ukoll “Santa Maria Ad Praesepe”, minħabba s-suppost relikwja tal-maxtura ta’ Betlem li tinsab ġewwa l-knisja.

Din il-knisja hi waħda mill-aktar magħrufa fid-dinja għad-devozzjoni tal-fidili lejn il-Madonna. Ġewwa l-Knisja hemm pittura tal-Madonna bit-tfajjel ċkejken li jingħad li kien ix-xogħol ta’ San Luqa. Din hija magħrufa bħala “Salus Populi Romani” jiġifieri l-protettriċi tal-poplu Ruman. Il-Papa Franġisku, l-għada li kien elett, kmieni filgħodu għamel vista privata quddiem dan il-kwadru, poġġa bukkett ward u qagħad jitlob lill-Madonna.

Riflessjoni: Marija hija l-unika mara li stħaqqilha tissejjaħ “omm” u “għarusa”. Waqt li l-omm tan-nisel tagħna daħħlet il-piena fid-dinja, l-Omm tal-Mulej tagħna reġgħet wildet il-fidwa tagħha. Eva, meta qatlet, ħassret; Marija meta tat il-ħajja, ġabet ir-risq. Eva sawtet, Marija fejqet. Il-verġni, b’mod tal-għaġeb u uniku, nisslet lis-salvatur tagħha u ta’ kollox. Hija t-tempju ta’ Alla, l-għajn imħabbra, il-bieb fid-dar tal-Mulej!

Ambroġ Autperto, Seklu VIII

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 151, silta mit-2 punt

What must oblige us most especially to have a great devotion to the Most Blessed Virgin is the fact that she is so highly honored by the Eternal Father. He has given her a position above all pure creatures because she bore in her womb the One who is equal to him and who is one in nature with him. She is exalted above all creatures because of the abundance of grace bestowed on her, which surpasses

Page 12: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 11

that given to anyone else, and because of the purity of her life, which no one has equaled. This led Saint Anselm to declare that it was only right that Mary be clothed in great glory and lifted high above all creation, because, after God, no one is superior to her. Is it not to be incomparably raised above all creatures to have become the temple of the living God when she conceived the Son of God? For this reason, we apply to her the words of Psalm 132: God has chosen her to make his dwelling in her, and these other words from Psalm 65: Your temple is holy. Abbot Rupert goes even farther; he says that once the Holy Spirit had visited the Most Blessed Virgin to make her conceive the Son of God, she became totally beautiful with a divine beauty. This made Saint Bernard say that we ought to honor the Most Blessed Virgin with the tenderest of devotions because God placed the fullness of all good in her when he enclosed the divine Word in her womb.

TALBA O Alla, li għamilt il-ġuf

tal-Verġni Marija għajn issiġillata u inti stess dħalt u ħriġt

mill-ġnien magħluq tal-omm, hekk li ma tebbajtx il-verġinità ta’ dik li tnissel,

nitolbuk; ħejjina biex inkunu ġnien tar-rieda tajba tiegħek, sabiex meta tgħix inti biss fih jista’ jiġbor fina frott ta’ virtù.

Ammen Il-Ktieb tat-Talb Viżigotiku

Missierna ...

Il-Ħadd, 6 t’Awwissu It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Danjel 7: 9-10,13,14 Ilbiesu abjad silġ.

jew 2Pietru 1: 16-19 Smajna dan il-leħen ġej mis-sema. 2. Salm 96: 1,2,5,6,9 Il-Mulej isaltan, hu ’l fuq mill-art kollha. 3. 2 Pietru1 : 16-19 Smajna dan il-leħen ġej mis-sema. 4. Mattew 17: 1-9 Dan hu ibni: isimgħu lilu.

Page 13: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

12 SIGNUM FIDEI

IT-TRASFIGURAZZJONI TAL-MULEJ Il-Knisja llum tfakkarna fit-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesù fuq il-muntanja, li skont

it-tradizzjoni kienet it-Tabor. Il-Mulej ħa miegħu dakinhar lil Pietru, lil Ġakbu (il-Kbir) u lil ħuh Ġwanni l-

Evanġelista, u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, ilbiesu saru bojod daqs is-silġ u dehru wkoll Mosè u Elija, jitkellmu miegħu dwar il-passjoni li kellu jgħaddi minnha f’Ġerusalemm.

Din il-festa ġiet imdaħħla fil-Kalendarju Universali mill-Papa Kallistu III, wara r-rebħa tal-Insara fuq it-Torok, fil-Battalja ta’ Beograd, immexxija mill-Franġiskan Osservant San Ġwann minn Capestrano u minn Ġwanni Hunyadi, re tal-Ungerija, li seħħet eżattament fis-6 ta’ Awwissu 1456.

Il-Bażilika tat-Trasfigurazzjoni fuq it-Tabor, tal-Patrijiet Franġiskani Minuri, fiha tassew tliet għerejjex, jiġifieri tliet kappelli, waħda ddedikata lis-Salvatur, l-oħra lil Mosè u l-oħra lil Elija, kif kien xtaq Pietru.

Ma ninsewx li l-Bażilika tal-Lateran, il-katidral ta’ Ruma u tad-dinja, hi ddedikata lit-trasfigurazzjoni tas-Santissmu Salvatur.

Ġewwa Malta, il-parroċċa ta’ Ħal Lija hija ddedikata lis-Santissimu Salvatur. Riflessjoni: L-isqarrija ta’ Pietru u r-rakkont tat-trasfigurazzjoni huma marbutin fit-tliet sinottiċi permezz ta’ referenza għaż-żmien li ngħatat ... nistgħu ngħidu li d-darbtejn minn naħa qed jitkellmu fuq id-divinità ta’ Ġesù, tal-Iben, u minn oħra d-dehra tal-glorja tiegħu hija marbuta mat-tema tal-passjoni tiegħu. Id-divinità ta’ Ġesù tmur dejjem marbuta mas-salib u aħna nagħrfu lil Ġesù sewwa f’din ir-relazzjoni biss. Ġwanni fisser fi kliem din in-nisġa interna ta’ bejn is-salib u l-glorja meta qal li s-salib huwa l-“eżaltazzjoni” ta’ Ġesù u li l-eżaltazzjoni ma titwettaqx mod ieħor ħlief bis-salib.

Il-Papa Benedittu XVI, Ġesù ta’ Nazzaret

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 152, parti mill-1 punt

Jesus Christ having come on earth in order to atone for our sins, and having always been regarded by the Eternal Father as the man of sin, “God having made him into sin for us” being burdened with our iniquities, though he himself was innocent and incapable of sin. For that reason he remained on earth, subject to all the sufferings of this life and to all the miseries that are the consequence of sin. Because of this, he always appeared as an ordinary man and kept hidden from the rest of the world the glorious state his holy soul enjoyed, which his sacred humanity had a right to enjoy from the moment of his conception. He was even willing to be mocked, scorned, and insulted by those who did not live according to his teaching. In fulfilling the obligation he had taken to satisfy for us the justice of his Father, he considered himself, according to the prophetic expression of David, the most despised of men and the outcast of the people, even though he was the King of glory. We, who were born in sin and have lived in sin, must be conformable to Jesus Christ in this life and suffer with him if we wish to have him for our head, to be one of his members, and to destroy sin in ourselves. As Saint Paul teaches us,

Page 14: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 13

neither afflictions nor disappointments, neither hunger nor nakedness, and neither dangers nor persecutions ought to be able to separate us from the love of Jesus Christ

TALBA

Ngħanni ferħan b'ruħi u ġismi Lilek, Alla l-ħaj!

L-għasfur isib fejn jgħammar, u l-ħuttafa ssib il-bejta ħdejn l-artali tiegħek;

hemm hi tqiegħed iż-żgħar tagħha, Mulej ta' l-eżerċti, Sultan u Alla tiegħi!

Henjin dawk li jsibu fik il-qawwa tagħhom, li għandhom għal qalbhom il-pellegrinaġġ għat-tempju.

Għax jum wieħed fit-tempju tiegħek aħjar minn elf jum f'post ieħor.

Minn Salm 84

Missierna ...

It-Tnejn, 7 t’Awwissu San Sistu II Papa u sħabu - martri

San Gejtanu - presbiteru San Albertu ta’ Trapani - presbiteru

Il-Beatu Agatanġlu u l-Beatu Kassjan - presbiteri martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Numri 11: 4b-15 Ma niflaħx jien waħdi l-piż ta’ dan il-poplu kollu. 2. Salm 80 : 12-17 Għannu bil-ferħ lil Alla, qawwa tagħna. 3. Mattew 14: 22-36 Ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma.

SAN SISTU II PAPA u sħabu (Seklu III) – martri Il-Papa Sistu kien martri glorjuż. Huwa ħass id-daqqa tal-persekuzzjoni ta’

Valerjanu. Id-demm beda’ jinxtered fil-persekuzzjoni. Fis-sena 257 AD, l-Imperatur Lucinius Valerjano ħareġ editt għall-membri

tal-Knisja fejn ikkundannahom għall-mewt. Dan l-editt kien magħruf bħala Episcopi, Presbiteri et Diaconi immenti menti animadvertantus. Il-propjetà tal-knisja, li ma kinitx wisq f'dak iż-żmien kellha tiġi kkonfiskata, u l-qima

Page 15: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

14 SIGNUM FIDEI

flimkien ma’ ċelebrazzjonijiet Kristjani tiġi projbita. Dan ordna kastigi ħorox għal dawk kollha li jirrifjutaw illi jobdu dan l-editt.

Hawn Sistu II ordna sabiex l-oġġetti sagri inkluż relikwi jitpoġġew f'post bogħod mill-periklu. Kien filfatt minħabba din l-ordni illi Sistu II ġie arrestat flimkien mal-kleru mill-katakombi waqt funzjoni sagra.

Il-gwardji ta’ Valerjanu kienu jafu tajjeb li l-Papa kien iżomm is-servizzi u l-laqgħat ġewwa l-katakombi taċ-ċimiterju ta’ Kallistu. Jum wieħed meta l-Papa kien qed jagħmel servizz lill-fidili, is-suldati daħlu għal-għarrieda u arrestaw lil Papa Sistu, lis-saċerdoti u lid-djakni ta’ madwaru.

Meta seħħ dan l-arrest, San Lawrenz, djaknu, ma kienx preżenti u meta sema’ bl-aħbar ħaffef biex jiltaqa’ mal-Papa. “Fejn sejjer għażiż missier mingħajr ibnek?”, qallu San Lawrenz. U Sistu wieġbu: “Ibni m’inix nabbandunak. Inti issegwini fi żmien tlett ijiem.” U hekk ġara.

Sistu ġie mitfuħ il-ħabs u nġieb quddiem is-senat fejn Valerjano kkundannah għall-mewt bla ebda ħniena. Sistu II qatgħulu rasu fit-tempju ta' alla Ruman Marte u wara kien midfun fiċ-ċimiterju ta’ Kallistu.

Riflessjoni: Hu minnu li Ġesù Kristu lil Pietru tah f’idejh is-setgħa, imma x’setgħa hi din? Wara l-mistoqsija tripla li Ġesù jagħmel lil Pietru dwar l-imħabba, tasal l-istedina tripla: irgħa l-ħrief tiegħi, irgħa n-nagħaġ tiegħi. Ma ninsew qatt li s-setgħa vera hi s-servizz, u li anki l-Papa, biex iħaddem is-setgħa tiegħu, irid jidħol dejjem iżjed f’dak is-servizz li għandu l-quċċata kollha dawl tiegħu fuq is-Salib; irid iħares lejn is-servizz umli, konkret, għani fil-fidi, ta’ San Ġużepp u bħalu jiftaħ dirgħajh biex iħares lill-Poplu kollu ta’ Alla u jilqa’ għandu bl-imħabba u l-ħlewwa lill-bnedmin kollha, speċjalment l-iżjed foqra, l-iżjed dgħajfa, l-iktar żgħar, dawk li Mattew jiddeskrivi fil-ġudizzju finali dwar l-imħabba: min hu bil-ġuħ, bil-għatx, barrani, għeri, marid, fil-ħabs (ara Mt. 25:31-46). Jaf ikun ħarries biss min iservi bl-imħabba!

Il-Papa Franġisku, silta mill-ewwel omelija tal-bidu tal-ministeru

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 153, silta mill-1 punt

What Holy Scripture tells us about the ancient Patriarchs can also be said of Saint Cajetan, namely, that his days were full and that he died full of days, for as soon as he had received Holy Orders, he devoted himself to procure the salvation of souls in such a way that the day and the night did not seem enough for him to do his work, so ardent and so all embracing was his zeal for his neighbor. He spent all day administering the sacraments, visiting and encouraging the sick, and in other acts of piety; then he spent nearly all night in penance, study, and prayer. In this way what he did at night helped him to prepare for what he had to do during the day. Because you are obliged to work for the salvation of your neighbor, bring to the exercise of your work the same preparation that Saint Cajetan brought in order to fulfill well his ministry.

Page 16: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 15

TALBA

għall-Papa Mulej, għajn tal-ħajja eterna u tal-verità,

agħti lir-ragħaj tiegħek, il-Papa, spirtu ta’ kuraġġ u ġudizzju ġust,

spirtu ta’ għerf u mħabba. Billi jmexxi b’fedeltà lil dawk li ġew afdati f’idejh, agħmel li, bħala suċċessur tal-appostlu Pietru

u vigarju ta’ Kristu, jibni l-Knisja f’sagrament ta’ għaqda,

imħabba u paċi għad-dinja kollha. Nitolbuk dan b’Sidna Ġesù Kristu, ibnek,

li jgħix u jsaltan miegħek u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen.

Missierna ...

It-Tlieta, 8 t’Awwissu San Duminku – presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Numri 12: 1-13 Mosè hu l-bniedem li fdajtlu dari. Kif, mela, ma bżajtux titkellmu kontra tiegħu? 2. Salm 50: 3-7,12,13 Mulej, ħassar ħtijietna għaliex dnibna. 3. Mattew 15: 1,2,10-14 Kull siġra li ma ħawwilhiex Missieri li hu fis- smewwiet tinqala’.

Mulej, ipproteġi int, lill-missier qaddis tagħna, il-Papa Franġisku. Kun id-dawl, il-qawwa u l-konsolazzjoni tiegħu.

Page 17: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

16 SIGNUM FIDEI

SAN DUMINKU TA’ GUSMAN (1170-1221) – fundatur Kien iben Feliċ ta’ Gużman u l-Beata Ġwanna ta’ Aza, u ħu l-Beatu Mannes.

Semmewh Duminku għal San Duminku, abbati Benedittin ta’ Silos qrib Burgos, fejn ommu kienet tmur titlob.

Twieled fil-belt ta’ Calaruega, f’Kastilja, fi Spanja, fl-1170. Kellu zijuh qassis, l-Arċipriet ta’ Gumiel d’Izan, li ħa ħsiebu u bagħtu jistudja f’Palencia.

Ta’ madwar 26 sena sar kanonku tal-Katidral ta’ Osma. Dawn il-kanonċi però kienu filfatt patrijiet, għax kienu kanonċi regolari ta’ Santu Wistin. Tliet snin wara, fl-1204, ir-Re Alfonsu IX ta’ Kastilja bagħat lill-Isqof Diego fid-Danimarka u Diego ħa miegħu lil Duminku.

Għaddew minn Toloża u sabu li kienet mimlija eretiċi Albiġiżi. Diego u Duminku rħewlha lejn Ruma fejn talbu lill-Papa Innoċenzu III jibgħathom missjunarji fir-Russja.

Imma l-Papa qalilhom jibqgħu jikkumbattu l-ereżija fi Franza. Żaru ċ-Ċisterċensi ta’ Citeaux u ta’ Montpellier, li kienu inkarigati jikkumbattu l-ereżija, u ltaqgħu wkoll mal-Beatu Pietru ta’ Castelnau, Ċisterċens, li ftit wara, fil-15 ta’ Jannar 1208, miet marti, maqtul mill-eretiċi.

Sadanittant, f’Jannar 1207, Duminku kien waqqaf fi Prouille l-ewwel monasteru tas-sorijet, ilkoll konvertiti mill-ereżija. Kien imbagħad f’Awwissu, fl-1216, li fil-belt ta’ Toloża (Toulouse) ta bidu għall-ordni tal-Patrijiet Predikaturi. Duminku malajr telaq lejn Ruma, fejn il-Papa Onorju III approva l-ordni bir-regola ta’ Santu Wistin.

Il-Papa ta lil San Duminku l-knisja ta’ San Sisto Vecchio. Imma din taha lis-sorijiet u għall-patrijiet kiseb il-bażilika ta’ Santa Sabina.

Il-qaddis għadda s-snin 1218 u 1219 jivjaġġa fi Franza, Spanja u l-Italja, sa ma wasal Bolonja, fejn baqa’ l-aħħar sentejn ta’ ħajtu. F’Ruma kien iltaqa’ ma’ San Franġisk t’Assisi, u ż-żewġ fundaturi tgħannqu flimkien dik it-tgħanniqa li għadha teżisti fiż-żewġ ordnijiet glorjużi tagħhom.

Duminku miet f’Bolonja fis-6 t’Awwissu, 1221, ta’ 51 sena u ġie kkanonizzat mill-Papa Girgor IX fl-1234. Il-fdal tiegħu jinsab meqjum Bolonja, fil-Bażilika tal-Patrijiet Dumnikani.

Dakinhar li miet il-fundatur, kien hemm diġà fuq 60 kunvent tal-patrijiet, li kienu fl-Italja, fi Franza, fi Spanja, fl-Ingilterra, fil-Polonja, fil-pajjiżi Skandinavi, fil-Palestina, eċċ.

Illum id-Dumnikani jinsabu mxerrdin ma’ kullimkien. Matul 700 sena kellhom iktar minn 40 qaddis, mijiet ta’ beati, fosthom ħafna martri, 4 Papiet, mal-100 kardinal u mijiet kbar ta’ isqfijiet, barra minn tant għorrief ewlenin, fosthom San Tumas t’Aquino u San Albertu Manju.

Duminku, bniedem ta’ talb, ta’ penitenzi ħorox, imma wkoll ta’ ħlewwa u tjieba ma’ kulħadd, kien ċertament wieħed mill-ikbar ġganti ta’ għerf u ta’ qdusija, li qatt kellha l-Knisja Mqaddsa.

Riflessjoni: Għax, min mhux għama kompletament, qajla jħalli lilu nnifsu jiġi mmexxi volontarjament mill-gwida tiegħu. Aktarx aktar jafda fil-ftit dawl li jkollu. “Hekk jiġri lir-ruħ. Jekk hija sserraħ fuq xi għarfien li jkollha, jew gosti jew sentimenti mogħtija

Page 18: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 17

lilha minn Alla ... jekk wieħed jibqa' sejjer tul din it-triq jew jiżbalja jew jieqaf qisu xejn, għaliex ma jkunx irid jafda b'mod sħiħ fil-fidi li hija l-gwida vera tiegħu.”

Santa Tereża Beneditta tas-Salib (Edith Stein)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 150, silta mill-1 punt

One of his (St. Dominic) main virtues was his compassion for his neighbor, especially for the poor. This virtue led him to do penance for the sins of others as well as for his own. It likewise led him to sell all his property to assist the poor, and when he was unable to assist them any further, he wept with compassion. Seeing a woman who was in great sorrow because her son had been captured by the Moors, he offered himself to her to be sold or exchanged for her son. You know that you are responsible for the instruction of the poor. Imitate the tenderness of this saint toward them, and overcome nature when it suggests that you ought to have more consideration for the wealthy. Jesus Christ will look at the good you do to the poor as done to him.

TALBA

Saċerdot l-iżjed qaddis ta’ Alla, konfessur kbir

u predikatur tal-għaġeb, San Duminku,

kun fostna u fit-tjieba tiegħek,

agħti widen għat-talb tagħna.

Missierna ...

Is-Sibt, 9 t’Awwissu Santa Tereża Benedetta tas-Salib – Karmelitana Edith Stein – verġni, matri u patruna tal-Ewropa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ħosegħa 2: 16b.17b.21-22 Għal dejjem ngħarrsek miegħi. 2. Salm 44: 11-12.14-17 Oħorġu ilqgħu lil Kristu l-Mulej. 3. Mattew 25: 1-13 L-Għarus ġej: oħorġu lqgħuh.

Page 19: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

18 SIGNUM FIDEI

EDITH STEIN (1891- 1942) - verġni u martri Twieldet nhar it-12 ta’ Ottubru fi Breslau – f’dar żgħira minn familja Lhudija.

Missierha Sigrido Stein – ommha Augusta Courant Minn ċkunitha ntefgħet għall-istudju – l-Università ta’ Gottingen taħt il-famuż

filosfu Edmund Hsisserl – wara fl-Università ta’ Freiburg. Ta’ 21 sena ddikjarat ruħha atea. Fis-sajf 1920 marret tgħaddi żmien mal-ħabiba tagħha Hedwig Conrad

Martius. Lejla waħda l-koppja Conrad Martius ħarġu mid-dar. Edith b’kumbinazzjoni

qabdet taqra l-ktieb: Ħajja ta’ Tereża ta’ Ġesù. F’lejla qratu kollu. Kif spiċċatu qalet: Din hi l-Verità.

Fl-1922 tgħammdet u rċeviet l-Ewkaristija. Fl-1923, fit-2 ta’ Frar irċeviet il-Griżma tal-Isqof. Fl-1933, fl-14 ta’ Ottubru, daħlet mas-Sorijiet Karmelitani f’Cologne. Għal

Vestizzjoni tagħha ma kien hemm ħadd minn tal-familja. Fl-1939 telqet minn Cologne għal Echt fl-Olanda biex taħrab lin-Nażi –

oħtha Rosa marret magħha. Fit-2 ta’ Awwissu 1942 ġiet arrestata u mibgħuta flimkien ma’ oħtha Rosa

fil-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz. Fid-9 ta’ Awwissu 1942, Swor Tereża Benedetta u oħtha Rosa ġew

maqtulin bil-gass (zyklon B, poison gas). Riflessjoni: Issa li l-maħbuba qiegħda tgawdi l-preżenza tal-maħbub, jieqaf bejniethom it-tnehid tal-qalb. Tibda togħxa tfaħħar b'entużjażmu akbar l-hena li ħakmitha hija u tgawdi l-għaqda miegħu. Fit-titjira tal-ispirtu – kif għedna – tiġi rratifikata l-għerusija mal-Iben ta' Alla. F'dan l-istadju “Alla jgħaddi lill-maħbuba għarfien tal-għaġeb dwar id-divinità tiegħu, iżejjinha bil-kobor u l-ġieħ irjali, jagħniha b'għotjiet u virtujiet, u jlibbisha bl-għarfien u unur dwaru, proprju bħal namrata fil-jum tal-għerusija tagħha.”

S. Tereża Beneditta tas-Salib (Edith Stein) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 164, silta mill-1 punt

You have, without doubt, a need for light in this life, where you are always as if upon a stormy sea at the risk of your salvation. Have recourse to Mary. She will enlighten you and help you know God’s will for you, because she shares in the light of Jesus Christ, her Son, who came into this world to enlighten everyone (even though many did not recognize him). She is a light shining in the darkness. Ask her often, then, to enlighten your mind and to make it docile to the truth. Because she knows the truth perfectly, it is easy for her to instruct you in the truth and to make you understand what you, who are only in darkness, cannot understand.

Page 20: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 19

TALBA O Verġni Mqaddsa, omm Alla, liema faraġ kbir Alla wera fik!

Għaliex bi grazzja kbira Huwa ħares lejn l-umiltà u x-xejn tiegħek, u hekk fakkarna li minn issa ’l quddiem

ma jistmerrx iżda jħares bil-grazzja lilna, bnedmin fqar, fuq l-eżempju tiegħek.

Ammen. Martin Luteru

Missierna ...

Il-Ħamis, 10 t’Awwissu San Lawrenz - djaknu u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 2Korintin 9: 6-10 Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ. 2. Salm 111: 1,2,5-9 Hieni l-bniedem li jħenn u jislef. 3. Ġwanni 12: 24-26 Min jaqdi lili, lilu Missieri jweġġah. Riflessjoni, fuq il-fidi li kellu fi Kristu id-Djaknu Lorenzo: (Illum ser nagħmlu din ir-riflessjoni fuq San Lawrenz, peress li l-10 t’Awwissu jaħbat il-martirju ta’ dan il-qaddis żagħżugħ li wassal għat-tmiem il-paganiżmu Ruman) L-imħabba ta’ Lorenzo għal Kristu u l-Knisja tiegħu, imħabba li wasslitu sal-

martirju, hi marbuta ħaġa waħda mal-fidi tiegħu. X’inhi l-fidi? Hija meta “l-bniedem jerħi ruħu kollu kemm hu liberament

f’idejn Alla” u “lil Alla li juri lilu nnifsu jagħtih, għax irid, il-qima kollha tal-moħħ u tar-rieda tiegħu u jilqa’ bil-qalb dak kollu li Alla jurih u jitlob minnu” (Dei Verbum, 5). Din hi dik li San Pawl isejħilha “l-ubbidjenza tal-fidi” (Rm. 16: 26) u li bix-xieraq, kull bniedem għandu jagħti lil Alla, proprju għax hu Alla.

Lorenzo emmen f’Alla u l-iben Ġesù Kristu, afdah b’għajnejh magħluqa u ntelaq f’idejh sa fil-martirju. Sa minn tfulitu huwa ħaddan il-fidi f’Ġesù ta’ Nazaret, fidi li mmarkatlu ħajtu. Il-mod kif għex u miet juri biċ-ċar li hu kien kollu kemm hu ta’ Kristu. Speċjalment fil-belt ta’ Ruma huwa ltaqa’ ma’ ħafna nsara li taw xhieda tal-fidi tagħhom b’kuraġġ u determinazzjoni. Kien fuq kollox l-eżempju tal-martri li kabbar u saħħaħ bil-qalb ta’ Lorenzo l-fidi f’Ġesù. L-eżempju ta’ dawk l-insara qalbiena li f’din il-belt xerrdu demmhom għal Kristu kien dejjem quddiem għajnejh. Nistgħu nimmaġinaw x’kien

Page 21: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

20 SIGNUM FIDEI

iħoss meta ma’ ħutu l-insara l-oħra kien iżur l-oqbra tal-martri u jitlob fuqhom, kif kienet id-drawwa tal-knisja f’dawk iż-żminijiet. Min jaf x’ħass meta, fuq ordni tal-Papa Sistu II innifsu, kellu jieħu ħsieb ir-relikwi għeżież tal-Appostli Pietru u Pawlu u jaħbihom fil-katakombi biex iħarishom mill-id qerrieda tal-persekuturi.

Meta fis-sena 257 l-Imperatur Valerjanu ħareġ l-editt biex jiġu maqtula l-membri kollha tal-ġerarkija tal-Knisja, Lorenzo fehem li issa kien imiss lilu jagħti xhieda għall-fidi tiegħu f’Ġesù Kristu. Imqanqal mit-tħeġġiġ tal-Papa Sistu II u msaħħaħ mix-xhieda tiegħu, Lorenzo beda jarma ruħu għall-martirju. Hu kien lest li jbati u jmut għal dak li emmen fih. Bi kliem San Pawl seta’ jgħid: “Din hi l-kawża li għaliha qiegħed inbati, imma b’daqshekk ma nistħix, għax jien naf f’min emmint” (2Tim. 1: 12). U wasal il-waqt tal-prova. Kien l-10 t’Awwissu tas-sena 258 meta ż-żagħżugħ Lorenzo tela’ ferħan fuq il-gradilja u ħalla lil ġismu jinħaraq bin-nar għall-imħabba ta’ Ġesù. Fil-qawwa ta’ dakinhar kienet qed tissaffa u tilħaq il-milja tagħha l-fidi tiegħu.

Żgur li f’dawk il-mumenti ġew f’moħħ id-Djaknu Lorenzo l-kelmiet tal-appostlu Pietru, li snin qabel kien kiteb lill-Insara tal-Asja Minuri: “Bħalma d-deheb, li jintemm, jgħaddi mill-prova tan-nar, hekk tgħaddi mill-prova l-fidi tagħkom, li tiswa aktar mid-deheb, biex ikun jistħoqqilha tasal għat-tifħir, għall-glorja u għall-ġieħ meta jidher Ġesù Kristu” (1Pt.1:7). Għalhekk, “ħuti għeżież, tistgħaġbux għax tinsabu fil-forġa qalila tan-nar, li ġiet fuqkom biex iġġarabkom ...” (1Pt. 4:12). Żgur li ġewh ukoll f’moħħu l-kelmiet tal-appostlu Pawlu: “Lilkom ingħatat il-grazzja li sservu lil Kristu, mhux biss li temmnu fih, imma saħansitra li tbatu għalih” (Fil. 1:29). San Lawrenz serva lil Kristu bħala Djaknu, emmen fih u fuq kollox bata għalih!

Imħeġġeġ mit-tagħlim ta’ dawn l-appostli kbar, Lorenzo kien tassew iħares lejn il-martirju bħala grazzja, li tant kien jixtieqha u jitlobha. Għax tabilħaqq, li temmen f’Ġesù hija grazzja imma li tbati għalih hija grazzja akbar.

Dun Daniel Xerri

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 154, l-1 punt

It is impossible to understand how much Saint Lawrence loved and esteemed the poor. His love for them was such that when Saint Sixtus, whose deacon he was, was being led to martyrdom and told him to give to the poor all the wealth he had placed in his hands, he executed the assignment and completely emptied the treasury of the Church. Again he showed his extraordinary regard for the poor when the emperor, having learned that he had been given charge of all that belonged to the Church, demanded that he hand over the treasure entrusted to him. The saint gathered all the poor and presented them to the emperor, telling him, “Here are the treasures of the Church.” Let us admire how great the faith of this saint was, for it led him to look upon the poor as the treasure of the Church, that is, as being the most precious and most valuable part in the Church, having the closest relationship with Jesus Christ. Let us share this saint’s attitude, we to whom God has entrusted the most valuable portion of his treasure.

Page 22: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 21

TALBA O kbir u glorjuż San Lawrenz,

illi ġejt ikkundannat għall-mewt tan-nar bati, u soffrejt din il-piena hekk kbira b’tant qawwa

tant li sirt wirja ta’ ammirazzjoni fis-sema u fl-art: ftakar issa mela f’dik it-talba li għamilt ’l Alla fuq is-sodda kollha nar.

Kif inti tlabt illi Ruma tibqa dejjem kattolika, hekk ukoll issa, bl-interċessjoni tiegħek,

aqla’ rebħiet ġodda lill-Knisja fuq tant għedewwa li għandha. Agħmel li tibqa’ sħiħa l-fidi, u qaddisa fil-valuri,

u hekk imbiegħda mill-perikli u mill-ideat foloz ta’ żminijietna, tkompli twassal biss lil Kristu lid-dinja

li tant għandha għatx għalih. Ammen.

Missierna ...

Nitolbu għal Bro. William Xavier Seychell (1947) Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem ...

Il-Ġimgħa, 11 t’Awwissu Santa Klara t’Assisi

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1.Dewteronomju 4: 32-40 Ħabb lil missirijietek, għażel lil nisilhom warajhom. 2. Salm : 12-16,21 Niftakar f’għemilek, Mulej. 3.Mattew 16: 24-28 Xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu? SANTA KLARA T’ASSISI (1194-1253) - verġni Klara twieldet fil-belt t’Assisi, fl-1194, tnax-il sena wara San Franġisk. Ta’ 18-il sena, nhar Ħadd il-Palm, it-18 ta’ Marzu 1212, imsaħħra mill-

qdusija ta’ Franġisku, telqet lejn il-kappella tal-Porzjunkola, biex tkun dixxipla tiegħu, u tgħix bħalu l-ħajja tal-faqar evanġeliku.

Page 23: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

22 SIGNUM FIDEI

Għall-ewwel għexet fil-kunvent tas-Sorijiet Benedittini ta’ San Pawl ħdejn Bastia, u wara f’dak ta’ Sant’Anġlu in Panzo.

Wara però Franġisku tahom jgħixu mal-knisja ta’ San Damian, barra minn Assisi. Ma’ Klara, ingħaqdu ħutha, Anjeże u Beatriċe, u saħansitra ommha Ortolana.

Matul ħajjitha, Klara rat is-sorijiet tagħha jinxterdu fl-Italja, fi Franza, fil-Ġermanja u fil-Boemja. Fi Praga, il-kunvent twaqqaf minn Sant’Anjeże ta’ Praġa, bint ir-Re Ottokar I tal-Boemja.

Klara, maħtura kontra qalbha badessa ta’ San Damian minn San Franġisk innifsu, damet tmexxi l-monasteru għal 40 sena. Kienet hekk magħrufa li saħansitra isqfijiet, kardinali u anke papiet, fittxew il-parir tagħha.

Mietet fil-11 ta’ Awwissu 1253, fil-kunvent ta’ San Damian, u ġiet ikkanonizzata mill-Papa Alessandro IV, fil-katidral ta’ Anagni fl-1255.

Il-ġisem tagħha jinsab meqjum fil-bażilika ddedikata lilha, fil-belt t’Assisi,fejn qabel kien hemm il-knisja ta’ San Ġorġ.

Il-Papa Piju XII ħatar lil Santa Klara patruna tat-televiżjoni fl-14 ta’ Frar 1958.

Anke oħtha Anjeże hija meqjuma bħala qaddisa. Interessanti l-ittri li Santa Klara kitbet lil Sant’Anjeże ta’ Praga dwar l-osservanza tal-vot tal-faqar.

Riflessjoni: Ġesù għandu din is-setgħa bħala rxoxt. Dan ifisser li din is-setgħa tqiegħed is-salib u l-mewt tiegħu bħala kundizzjoni minn qabel. Hija titlob minn qabel il-muntanja l-oħra, il-Golgota, fejn hu mgħajjar mill-bnedmin, abbandunat minn tiegħu, imdendel fuq is-salib, imut. Is-saltna ta’ Kristu hija ħaġ’oħra mis-saltniet tad-dinja u t-tlellix tagħhom, li x-xitan jippreżentalu. Dan it-tlellix huwa, kif il-kelma Griega dóksa timplika, ħaġa tlellex li tintemm. Is-saltna ta’ Kristu ma għandhiex tlellix bħal dan. Hija tikber fl-umiltà tat-tħabbira f’dawk li jridu jsiru dixxipli tiegħu, li jitgħammdu f’isem Alla Wieħed fi Tliet Persuni u li jżommu l-kmandamenti tiegħu.

Il-Papa Benedittu XVI, Ġesù ta’ Nazaret Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 17, silta mit-2 punt

What ought to induce a soul truly given to God to be always ready to meet temptation is what Job says: human life is a temptation or, according to the Vulgate, a constant warfare. From this we may conclude that if God wishes a soul to be tempted in this world, it is because there is a need to struggle constantly against the demon and our own passions and inclinations, which will continue to wage war as long as the soul will be in this life. This led Saint Jerome to say that it is impossible for our soul to escape temptation in this life, that if Jesus Christ, our Savior, was tempted, no one can hope to cross the stormy sea of this life without being exercised by temptation. Have you been expecting to battle constantly with the demon and against you?

Page 24: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 23

TALBA Mulej Ġesù,

inti kellimtna fuq il-bżonn li npoġġu l-prijoritajiet tagħna sewwa u mhux ngħożżu l-ħwejjeġ tad-dinja.

Int għidtilna, li t-teżor qiegħed fejn tinsab il-qalb tagħna u fejn nikkommettu ruħna. Missilna qalbna biex inħobbu ’l-proxxmu,

u nużaw l-ħwejjeġ tagħna u mhux bil-kontra. Nebbaħna biex l-ewwel infittxu saltnatek

u nużaw it-talenti u l-ġid tagħna għall-benefiċċu ta’ oħrajn.

Br. Nicholas Hutchinson

Missierna …

Is-Sibt, 12 t’Awwissu L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt

Santa Ġovanna Franġiska de Chantal - verġni Santa Feliċissima - martri

Il-Beatu Innoċenz XI - Papa. Il-Beatu Isidor Bakanja - martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Dewteronomju 6: 4-13 Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha. 2. Salm 17:2-4,47, 51 Inħobbok, Mulej, qawwa tiegħi! 3. Mattew 17: 14-20 Kieku għandkom il-fidi ma jkun hemm xejn għalikom li ma jistax isir. IL-BEATU INNOĊENZ XI (1611-1689) - Papa Kien jismu Benedittu. Twieled f’Como fl-1611 u kien ġej mill-familja

magħrufa Odescalchi. Wara li studja għand il-Ġiżwiti, minn mindu kellu 15-il sena, hu kien imħarreġ fil-bank tal-familja tiegħu f’Ġenova. Iżda wara sar avukat u sar magħruf għall-onestà, kuraġġ u mħabba kbira lejn il-foqra.

Wara li qabad il-karriera ekklesjastika, il-Papa Innoċenz X li kien iġibu ħafna minħabba l-kwalitajiet sbieħ fih għażlu kardinal meta kellu 33 sena, minkejja li kien għadu mhux saċerdot.

Page 25: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

24 SIGNUM FIDEI

Ordna qassis u kien maħtur isqof ta’ Novara meta kellu 49 sena. Kien elett Papa fl-1676 meta kellu 65 sena. Qabel ma aċċetta li jkun Papa huwa talab li l-kardinali jiftehmu li jtemmu r-riforma tal-Konċilju ta’ Trentu, jiddefendu l-libertà tal-Knisja fil-kontroversja li kien hemm fil-Knisja ta’ Franza msejħa l-Gallikaniżmu u jipproteġu r-reliġjon Nisranija kontra t-Torok.

Il-Papa Innoċenz XI ikkundanna l-kwetiżmu ta’ Miguel de Molinos u ħeġġeġ għat-tqarbin spiss, anke ta’ kuljum, basta mhux biex wieħed jagħmel bħal ħaddieħor u basta wieħed joqgħod attent għat-tħejjija u l-qima lejn is-Sagrament.

Dan il-Papa kkundanna 65 propożizzjoni laxki mxerrda minn xi moralisti. Hu ta direttiva lill-Ġeneral tal-Ġiżwiti biex iqanqal lill-universitajiet tal-ordni biex isostnu l-opinjonijiet l-aktar probabbli fit-teoloġija morali.

Innoċenz XI kien bniedem ta’ drawwiet sempliċi u ta’ natural ġeneruż, imma sod ħafna fil-ħidma tiegħu kontra l-ħażen u fejn jidħlu ambizzjonijiet jew stravaganzi ekklesjastiċi.

Il-Papa Innoċenz XI miet fit-12 ta’ Awwissu 1689, ta’ 78 sena, wara li kien ilu Papa 13-il sena.

Il-poplu, speċjalment il-foqra li fih sabu veru missier, iffolla lejn il-kadavru tiegħu biex jagħtih l-aħħar tislima, u billi ħafna xtaqu jżommu xi biċċa mil-libsa tiegħu, kellha tiżdied il-gwardja miegħu mejjet.

Piju XII iddikjarah beatu fl-1956. Riflessjoni, mill-Imitazzjoni ta’ Kristu: Mhux is-slaleb t’Alla huma kollha ħlewwa u mimlija faraġ? Jien ngħid iva. Jekk hija x-xewqa tal-providenza, għandna nkunu lesti biex immutu, f’imitazzjoni tas-salvatur. Tabilħaqq, għall-bżonn, ħa mmutu fuq is-salib! Imbagħad it-taqlib tal-ħajja u t-tempesti li jħebbu għal qlubna u li ħafna drabi jkissru l-kwiet tagħna ma jibqgħux jinfluwenzawna. Ħalli nimmortifikaw lilna nfusna fl-aktar parti interjuri ta’ ruħna, biex l-ispirtu ta’ fidi tagħna jibqa’ sod. Jiġri x’jiġri lilna, aħna nibqgħu ngħixu fil-paċi; anke jekk nitilfu kollox, x’jimporta meta għad hemm Alla?

San Franġisk de Sales

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 22, it-3 punt

If you wish Jesus Christ to fight within you the enemies who want to keep him from reigning there, he must be able to raise an army of virtues that will equip your soul and enable him to be the complete master of your heart. You also need to fight valiantly under his standard, making use of the weapons he places in your hands. You must, says Saint Paul, be girded with the belt of truth and put on the breastplate of justice, that is, a love for the duties of your state. You must take up the shield of faith, with which you will be able to extinguish all the fiery darts of the devil. Hope of salvation must serve as your helmet and the word of God as your sword. By such weapons, declares the same Saint Paul, the peace of Jesus Christ will truly reign in your hearts.

Page 26: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 25

TALBA “Imbierek int Mulej, talli ħbejt

dawn il-ħwejjeġ lill-għorrief u lill-intelliġenti u wrejthom liċ-ċkejknin.

Iva, Missier, għax hekk jogħġob lilek li tagħmel.” (Lq.10:21)

Ġesú, Missier u Mulej ta’ ħajti, eħlisni mill-pariri tal-ħżiena

u tħallinix naqa’ fihom. Agħmel, iżda, li bil-grazzja tiegħek,

insib dak li qed infittex, għax jien qaddej tiegħek, bin il-qaddejja tiegħek.

San Franġisk t’Assisi

Missierna ...

Il-Ħadd, 13 t’Awwissu Id-19-il Ħadd ta’ Matul is-Sena

San Benild Romançon – Frère ta’ De La Salle

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1Slaten 19: 9a,11-13a Oqgħod fuq il-muntanja quddiem il-Mulej. 2. Salm 84: 9-14 Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek. 3. Rumani 9: 1-5 Nixtieq li jiena nnifsi kont maqtugħ minn Kristu minħabba f’ħuti. 4. Mattew 14: 22-33 Ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma. SAN BENILDU (1805-1862) - reliġjuż Qabel ma daħal mal-Frères u ħa l-isem ta’ Benild, hu kien jismu Pierre

Romançon. Twieled fir-raħal żgħir ta’ Thuret (Franza) u kien ġej minn familja tgħix mir-raba’. Ommu tatu trobbija tassew nisranija u nisslet fih imħabba lejn l-ewkaristija u l-Madonna. Lil ommu, wara Alla, kien jaf il-qdusija tiegħu li fiha għex u wasslitu fuq l-altari.

Ta’ 14-il sena talab li jingħaqad mal-Frères, imma, minkejja li kien magħruf għal tjubitu, ma ġiex aċċettat minħabba li kien ta’ statura qasira ħafna. Kellu

Page 27: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

26 SIGNUM FIDEI

jistenna sentejn oħra sakemm fil-ħarifa tal-1820 telaq għan-novizzjat ta’ Clermond-Ferrand u ngħata l-isem ta’ Benild.

Fl-1841 (ta’ 36 sena) kien mibgħut biex jiftaħ u jmexxi skola f’Saugues, fil-muntanji Gevedon. Hawnhekk kellu jgħaddi l-aħħar 21 sena ta’ ħajtu.

L-awtoritajiet tal-belt żgħira ħarġu jilqgħuh bil-banda u l-bnadar, imma meta rawh, qsajjar qsajjar, tħassbu u staqsew lil xulxin kif dan is-surmast hekk qasir kien ser jikkontrolla tfal tant sfrattati u mqarbin.

Mill-ewwel jum tliet mitt tifel marru jiffullaw jgħajtu barra mill-iskola. Uħud minnhom qatt ma kienu marru skola: ġuvintur ta’ 20 sena b’lingwaġġ u manjieri żorri lesti biex jiżvugaw in-nuqqas ta’ tagħlim fil-vandaliżmu u l-vjolenza. Il-qilla tagħhom kienet xi ħaġa tal-għaġeb. Iżda l-influwenza qaddisa ta’ dan is-surmast-reliġjuż kienet tinħass b’qawwa tal-għaġeb waqt il-lezzjoni tal-katekiżmu. Huwa kien tabilħaqq katekista mill-aqwa.

Dan stqarrewh it-tfal stess: “Tant kien jinteressana waqt il-katekiżmu li qatt ma konna niddejqu jew nitilfu ż-żmien waqt il-lezzjoni tad-duttrina.”

Biex irnexxielu jikkontrolla ġuvintur ta’ dix-xorta nqeda bil-mezzi umani, bħal pereżempju, skola organizzata tajjeb fil-programmi u fl-orarju, lezzjonijiet interessanti, dixxiplina intelliġenti, pika meqjusa, premjazzjoni ... Imma qiegħed ukoll pedament ta’ mezzi spiritwali: talb, xogħol iebes u tbatija għal Alla, eżempju tajjeb, paċenzja kbira, tjubija ...

Speċjalità tiegħu kienet it-tħejjija għall-ewwel tqarbina. L-aqwa għodda ta’ San Benild fl-edukazzjoni tat-tfal, tal-ġuvintur u l-irġiel ta’ Saugues kienet il-katekiżmu, il-kelma ta’ Alla.

Frott ta’ din il-ħidma kien it-tiġdid fil-ħajja nisranija ta’ Saugues, kif ukoll għadd sabiħ – xi 15 kull sena – ta’ ġuvintur li kienu jidħlu s-seminarju jew iħaddnu l-ħajja reliġjuża.

Meta San Benild miet, kien hemm xi 265 saċerdot u reliġjuż ħaj, li kollha stqarrew li, wara Alla, kienu jafu l-vokazzjoni tagħhom lil dan il-Frère qaddis.

Benild ma għamel xejn straordinarju f’ħajtu. Għex fis-skiet u l-ġabra u kien attent li jogħġob lil Alla fil-qadi ta’ dmirijietu ta’ kuljum mill-aħjar li seta’. Hu miet ta’ 57 sena b’kanċer fil-fwied fit-13 ta’ Awwissu 1862, jitlob maħfra għan-nuqqasijiet tiegħu u għall-eżempji ħżiena li seta’ ta.

Pawlu VI ddikjarah qaddis fl-1967. Skola tal-Frères f’Tas-Sliema hija ddedikata lil San Benild.

Riflessjoni: Għeżież tfal, kieku issa kelli nagħmlilkom il-mistoqsija: għaliex tmorru l-iskola, x’kontu tweġbuni? Probabbli kien ikun hemm ħafna tweġibiet skont is-sensibilità ta’ kull wieħed. Imma jien naħseb li nistgħu niġbru kollox billi ngħidu li l-iskola hija waħda mill-ambjenti edukattivi li fihom wieħed jikber biex jitgħallem jgħix, biex insiru rġiel u nisa adulti u maturi, kapaċi li nimxu, li nterrqu fit-triq tal-ħajja. Kif tgħinkom l-iskola biex tikbru? Tgħinkom mhux biss fl-iżvilupp tal-intelliġenza tagħkom, imma għal formazzjoni sħiħa ta’ dak kollu li jsawwar il-personalità tagħkom.

Il-Papa Franġisku waqt djalogu mal-istudenti, Ġunju 2013

Page 28: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 27

Dan mhux kollu għamlu San Benild matul ħajtu ġewwa l-iskola, biex b’hekk kien hemm madwar 265 vokazzjoni? Il-ħajja tiegħu għandha sservi ta’ lezzjoni għall-għalliema kollha tagħna. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 194, silta mit-3 punt

These sacred wounds not only honor the body of Jesus Christ but also, as Saint Peter declares, help us recognize that Jesus Christ suffered to give us an example, so that we might follow him and walk in his footsteps. He bore our sins in his own body on the tree of the cross, so that we might die to sin and live for justice, having been healed by his bruises and by these lovable wounds. According to the same Apostle, because Jesus Christ suffered death in his flesh, realize, when you contemplate the wounds of your Savior, that they ought to induce you to die to self, that whoever is dead to the flesh sins no more, and that for as long as we remain in this mortal body, we ought to live no longer according to passions but according to God’s will. Such is the conclusion we ought to draw from these words of the Prince of the Apostles. The benefit we can derive from the contemplation of our Lord’s wounds is to renounce sin entirely, to mortify our passions, and to oppose our too human and too natural inclinations.

TALBA O Alla, int għażilt lil San Benild biex jagħti edukazzjoni nisranija

lit-tfal u liż-żgħażagħ, qajjem fil-Knisja tiegħek

Brothers u għalliema, nisa u rġiel, li jingħataw b’qalbhom kollha biex

jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan

flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen.

Missierna ...

Page 29: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

28 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 14 t’Awwissu San Massimiljanu Kolbe (1894 -1941)

Illum l-Vġili tal-Festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema bir-Ruħ u bil-Ġisem.

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Dewteronomju 10: 12-22 Aħtnu mela qlubkom. Ħobbu ’l-barrani, għax intom barranin kontu. 2. Salm 147: 12-15.19-20 Sebbaħ, Ġerusalemm, ’il-Mulej. 3. Mattew 17: 22-27 Joqtluh, u fit-tielet jum iqum. Is-sudditi meħlusa mit- taxxa. SAN MASSIMILJANU KOLBE (1894-1941) – saċerdot u martri Dan il-qaddis twieled qrib Lodz, fil-Polonja-Russja, minn ġenituri li kienu

Terzjarji Franġiskani. Ta’ 16-il sena, wara li spiċċa s-seminarju minuri, daħal mal-patrijiet Franġiskani Konventwali.

Hu għadda minn żmien ta’ skrupli u marad bit-tuberkulożi waqt l-istudji tiegħu għas-saċerdozju f’Ruma. F’din il-belt hu waqqaf il-Milizzja tal-Immakulata li l-appostolat tagħha kien li l-erwieħ jiġu kkonvertiti u mqaddsin bil-medjazzjoni ta’ Marija Santissma.

Kien iħobb jgħid: “It-tajjeb jittieħed aktar mill-ħażen.” Huwa waqqaf ċentri Marjani fil-Ġappun u fl-Indja. Fl-1936 ġie lura mill-Ġappun biex ikun is-superjur ta’ Niepokalanov ħdejn Varsavja, b’760 Franġiskan, minn fejn kien jippubblika r-rivista tiegħu ta’ kull xahar, il-“Kavallier tal-Immakulata”. Sas-sena 1939 din ir-revista kellha ċirkulazzjoni ta’ miljun kopja u l-kwartier ewlieni tiegħu, Niepokalanov, kien l-akbar dar reliġjuża fid-dinja kattolika.

Wara l-invażjoni tal-Polonja mill-Ġermaniżi fl-1939, il-komunità tiegħu tat kenn lir-refuġjati Pollakki u Lhud u ppubblikat kitbiet li kienu jikkritikaw lin-Nażi.

Massimiljanu kien arrestat waqt drive biex jeqirdu l-intelligentia Pollakka u kien mitfugħ il-ħabs fit-taqsima tax-xogħol iebes tal-kamp tal-konċentrament Ġermaniż ta’ Auschwitz (Oswiecim), post ta’ moħqrija ma titfissirx u ta’ qerda ta’ għadd bla tarf ta’ nies, l-aktar Lhud, imma wkoll Pollakki, żingari u nies oħra ta’ gruppi hekk imsejħa “inferjuri”.

Massimiljanu ħadem b’mod erojku ma’ sħabu l-patrijiet priġunieri u l-oħrajn. Meta jum minnhom priġunier ħarab mill-grupp li fih kien hemm Massimiljanu, intgħażel raġel żagħżugħ, missier ta’ familja, fost l-għaxra li kellhom jiġu maqtula bi tpattija għal dak li ħarab.

Patri Massimiljanu, minn jeddu, offra li jmut minflok dak ir-raġel fil-bunker tal-ġuħ. Billi ma mietx malajr, hu ġie maqtul b’injezzjoni ta’ aċidu karboliku, fl-14 ta’ Awwissu 1941, lejlet is-solennità tal-Assunzjoni.

Page 30: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 29

Huwa ġie kkanonizzat fl-10 ta’ Ottubru 1982 mill-Papa San Ġwanni Pawlu II li sejjaħlu l-Qaddis tad-Diffiċli fis-Seklu XX.

Riflessjoni: Minn qiegħ qalbna nitolbu ’l Alla sabiex isejjaħ irġiel u nisa għall-konverżjoni u jgħinhom jagħarfu li l-vjolenza ma ġġibx paċi, iżda biss tiġġenera aktar vjolenza – qerda u konfużjoni fejn kulħadd, fl-aħħar mill-aħħar, jispiċċa tellief. Alla li nemmnu fih huwa Alla tar-raġuni – raġuni ċertissima, li mhix xi tip ta’ matematika bierda tal-univers, iżda hija waħda ta’ mħabba u ta’ tjieba. Nitolbu lil Alla u nappellaw lill-umanità, biex din ir-raġuni, il-loġika tal-imħabba u r-rikonoxximent tal-poter ta' rikonċiljazzjoni u paċi, tegħleb it-theddid li jirriżulta min-nuqqas ta’ raġuni jew minn raġuni artifiċjali ta’ bla Alla.

Il-Papa Benedittu XVI, waqt żjara ġewwa Auschwitz Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 156, it-2 punt

The Most Blessed Virgin did not remain in the tomb for long; a few days after her death, she rose. It was quite proper that God granted her such a favor, for without doubt it would not have been fitting that the flesh from which the flesh of Jesus Christ came would suffer corruption. It was, moreover, worthy of God’s goodness that the very special purity of the Most Blessed Virgin would be rewarded by so great a favor. How, O my God, could you have allowed that the body of the Most Blessed Virgin, which had been the tabernacle of your Incarnate Word, the Temple of the Holy Spirit, and the sacred ark of a soul filled with your grace, would be for a long time separated from that soul and not be honored even after death with all the favors it could possibly receive? The special grace we ought to ask of the Most Blessed Virgin on this day is to be removed and to be freed from the corruption of the world and especially to have great purity, which is the true incorruptibility that we ought to procure for our body. Because the Most Blessed Virgin possessed this virtue in all its perfection, she can help us very much to preserve it.

TALBA

O San Massimiljano Kolbe, dixxiplu fidil ta San Franġisk t’Assisi,

imħeġġeġ bl-imħabba lejn Alla, inti ddedikajt ħajtek

fil-virtù u l-ħidma tal-karità. Ħares lejna b’ħarsa ta’ ħniena

waqt li nafdaw fik dawk il-bżonnijiet li bħalissa għandna bżonn.

Ammen. Missierna ...

Page 31: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

30 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 15 t’Awwissu Il-Verġni Mqaddsa Marija Mtellgħa s-Sema

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Apokalissi 11: 19; 12: 1-6,10 Mara, liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha. 2. Salm 44: 10bċ-12ab.16 F’lemintek is-Sultana mżejna b’deheb ta’Ofir. 3. 1Korintin 15: 20-26 L-ewwel, Kristu; wara, dawk li huma ta’ Kristu. 4. Luqa 1: 39-56 Is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar: għolla ċ-ċkejknin.

IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA MTELLGĦA S-SEMA – patruna ta’ Malta Il-festa ta’ llum tfakkarna fil-glorifikazzjoni li rċeviet Marija Omm Ġesù wara

li għalqilha ż-żmien tagħha fuq l-art. Hi domma tal-fidi tagħna kattolika li l-Verġni Mbierka Marija, wara li temmet iż-żmien tagħha fid-dinja, ġiet imtellgħa s-sema bir-ruħ u bil-ġisem.

Din il-festa, li aħna soltu nsibuha bħala Santa Marija, hi l-eqdem festa f’ġieħ il-Madonna fil-Knisja. Sas-seklu ħamsa, fil-15 ta’ Awwissu, f’Ġerusalemm kienet issir tifkira ta’ Omm Alla.

Fis-seklu VI, il-festa msejħa Dormitio Mariæ, jiġifieri “Ir-Raqda ta’ Marija”, inxterdet fil-Lvant kollu. Fis-seklu tmienja f’dan il-jum bdiet tiġi ċċelebrata l-Assunzjoni tal-Madonna.

Il-Papa Piju XII fl-Enċiklika tiegħu ‘Munificentissimus Deus’ wera kif l-insara għarfu dejjem aktar din il-verità matul is-sekli u wkoll wera kif il-verità tal-Assunzjoni taqbel ma’ ħafna veritajiet oħra tal-fidi, bħalma hi r-resurrezzjoni ta’ Kristu u tagħna. Dan l-istess Papa kien bagħat dawn iż-żewġ mistoqsijiet lill-isqfijiet tad-djoċesijiet kollha tad-dinja: “Taħseb li l-assunzjoni bil-ġisem tal-Madonna tista’ tiġi proposta u definita bħala domma ta’ fidi? Inti, flimkien mal-kleru u l-poplu tiegħek, tixtiquha?”

Għal dawn, il-Papa rċieva risposti prattikament unanimament fl-affermattiv. Għalhekk Piju XII, nhar l-1 ta’ Novembru 1950 solennement ipproklama bħala verità divinament ispirata “li l-Immakulata Omm Alla, dejjem verġni Marija, meta temmet ħajjitha fuq l-art ġiet meħuda fis-sema bir-ruħ u bil-ġisem.”

Malta tqim lill-Madonna taħt dan it-titlu tal-Assunta bħala l-patruna prinċipali tal-ġzejjer tagħna u diversi parroċċi f’Malta u Għawdex huma ddedikati lilha taħt dan it-titlu.

Riflessjoni: Bil-misteru ta’ Marija mtellgħa s-sema, seħħu darba għal dejjem f’Marija l-effetti kollha tal-medjazzjoni waħdanija ta’ Kristu l-Feddej tad-dinja u l-Mulej li qam mill-imwiet: “Ilkoll jiksbu l-ħajja fi Kristu. Imma kulħadd skont kif imissu: jibda l-ewwel frott li hu Kristu; wara, dawk li huma ta’ Kristu” (I Kor. 15, 22-23). Fil-misteru ta’

Page 32: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 31

Marija mtellgħa s-sema hemm imfissra l-fidi tal-Knisja li tistqarr li Marija “hi marbuta ma’ Kristu b’rabta hekk sħiħa li ma tista’ tinħall qatt,” għaliex, kif bħala verġni u omm kienet marbuta miegħu b’mod singulari fl-ewwel miġja tiegħu, hekk bil-kollaborazzjoni tagħha miegħu li ma tieqaf qatt, hi tibqa’ dejjem marbuta miegħu tistenna t-tieni miġja tiegħu: “mifdija b’mod tassew għoli minħabba l-meriti ta’ binha”i hi għandha wkoll id-dmir speċifiku ta’ omm bħala medjatriċi ta’ ħniena, fit-tieni miġja tiegħu, meta dawk kollha li huma ta’ Kristu jieħdu l-ħajja u “jinqered l-aħħar għadu: il-mewt” (I Kor. 15,26).

San Ġwanni Pawlu II - Papa, silta minn Redemptoris Mater

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 156, l-1 punt

The Most Blessed Virgin, filled with the love of God throughout her life, remained on earth only with reluctance and solely through submission to God’s will. For this reason, death appeared to her pleasant and desirable, and because her soul held on to her body so lightly, as it were, she died without pain. The extreme joy she felt at that moment, caused by the desire to see God, who possessed her, filled her soul with such consolation that she easily went from earth to heaven without any struggle. What blessed detachment from the bonds of her body in the soul of Mary, already detached from whatever could have attached her to earth! Because we have left the world, nothing ought to be able to attach us to it. We must always be ready to die. This is the consequence of detachment from all things. We find it hard to die because we find it hard to leave what we love and what holds on to us. Strive, then, to imitate the Most Blessed Virgin in her total detachment, and ask God through her intercession for the grace of a happy death.

TALBA IL-MANIFIKAT

Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Alla s-salvatur tiegħi,

għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa 'l quddiem kull nisel isejjaħli hienja,

għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu.

Il-ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu. Hu wera l-qawwa ta' driegħu,

xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom. Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom,

u għolla ċ-ċkejknin. Mela b'kull ġid lil min hu bil-ġuħ,

u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn. Ħa ħsieb Iżrael qaddej tiegħu, għax ftakar fil-ħniena tiegħu,

bħalma wiegħed lil missirijietna, b'riżq Abraham u nislu għal dejjem.

Missierna ...

Page 33: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

32 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 16 t’Awwissu San Stiefnu tal-Ungerija Santu Rokku - konfessur

Il-Beata Marija Sagrario ta’ San Alwiġi Gonzaga - verġni u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Dewteronomju 34, 1-12 Mosé miet fl-art ta’ Moab. Qatt iżjed ma deher

f’Iżrael profeta bħal Mosé. 2. Salm 65: 1-3a.5.16-17 Imbierek Alla: hu li jżommna fost il-ħajjin. 3. Mattew 18: 15-20 Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk. SANTU ROKKU (c. 1340-1378) Illum il-knisja tiċċelebra t-tifkira ta’ dan il-qaddis, li hu popolari ħafna bħala

l-protettur kontra l-marda tal-pesta. Ma tantx waslilna tagħrif awtentiku dwaru. Jingħad li twieled f’Montpellier, fi

Franza, iben il-gvernatur ta’ dik il-belt. Meta miet missieru, Rokku kellu 20 sena u telaq għal pellegrinaġġ f’Ruma.

Malajr, hu ddedika ruħu għal dawk li kienu morda bil-pesta, li dik il-ħabta kienet qed tagħmel ħerba fl-Italja. Hu ttieħed mill-marda fi Pjaċenza, imma kien imfejjaq minnha bi grazzja speċjali.

Jingħad li meta mar lura pajjiżu ma għarfuhx u billi ħasbuh xi spija tefgħuh il-ħabs għal ħames snin. Hu miet fil-ħabs u għarfu min kien meta waqt il-kefen raw fuq sidru marka speċjali li kien twieled biha.

Il-qaddis miet fis-16 ta’ Awwissu 1378 meta kellu madwar 38 sena. F’Malta diversi kappelli żgħar huma ddedikati lil Santu Rokku u xbihat

tiegħu jinsabu mxerrdin f’ħafna knejjes tagħna, bħalma hi dik ta’ Sarria fil-Furjana.

Riflessjoni: Meta Ġesù qal lil San Pietru: “Jekk ħuk jaqa' f'xi dnub (kontra tiegħek), mur sibu waħdu u widdbu” (Mt. 18, 15), jiena qgħadt inqis il-ħażen kbir tal-bniedem. U rajt li hu dejjem jiġġudika ħażin, jaġixxi ħażin, jisma' ħażin: jekk jitkellem, jitkellem ħażin u dak li jara jinterpretah dejjem ħażin. U b'danakollu, Ġesù jridna nħobbuh. U fhimt li min ma jħobbx lil għajru, kemm lill-ħbieb u kemm lill-għedewwa, ma jistax isalva. Minħabba f'hekk huwa jitlob mingħandna li nikkoreġuh u nieħdu ħsieb is-salvazzjoni tiegħu daqskemm nieħdu ħsieb tagħna. U minħabba li hija ħaġa iebsa li aħna jista' jkollna ġewwa fina din l-imħabba tal-proxxmu, Ġesù ma riedx jagħti l-virtujiet kollha lill-istess ħlejqa waħda, hekk li bilfors irridu nirrikorru għand xulxin, b'mod li wieħed jagħmel il-ġid lill-ieħor u hekk tiġġenera l-imħabba u għallinqas, għax ikollna bżonn, inħobbu lil xulxin.

Santa Marija Maddalena de' Pazzi

Page 34: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 33

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 58, it-3 punt

People living in the world think very little about God and have little concern about their salvation. Their sole occupation is usually with their temporal affairs and the needs of the body. It would seem that most have nothing to hope for or to fear beyond this present life. If we speak to them about God, about what leads us to God, about the essential duties of a Christian, about the practice of what is right, and about avoiding occasions of sin and dangerous company, they then have ears and hear nothing, because all they can grasp is what strikes their senses. You have withdrawn from the world to lead a life above nature and human inclinations and to labor for the salvation of your neighbor; therefore, you must not be attached and devoted to anything but God and the ministry with which he has honored you. All your concern ought to be concentrated on purely spiritual matters.

TALBA Mulej Ġesù, int għallimtni

li l-Missier jirrivela lilu nnifsu liż-żgħar u ’l-fqar.

Għallimni dik l-umiltà sinċiera u s-sempliċità taż-żgħar. Nixtieq u rrid nħobb ’il-Missier bħalma tħobbu int

għinni Ġesù, niskopri l-intimità tal-imħabba tiegħu,

u ġedded lil qalbi b’dik ix-xewqa qawwija biex jien nagħraf lill-missier

kuljum aktar mill-bieraħ bil-kelma tiegħek – għax irrid ngħaddi jiemi nisimgħek.

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Il-Ħamis, 17 t’Awwissu Santa Kjara ta’ Montefalco - verġni San Ġjaċint tal-Polonja - presbiteru

Santa Beatrice de Silva - verġni Santa Beatrice de Silva - fundatriċi tal-kongregazzjoni tal-Konċezzjonisti u

verġni Il-Beatu Anġlu Wistin Mazzinghi - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Page 35: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

34 SIGNUM FIDEI

Qari: 1. Ġożwe 3: 7-10a.11.13-17 L-arka tal-patt tal-Mulej sejra tgħaddi quddiemkom

fil-Ġordan. 2. Salm 113A:1-2.3-4.5-6 Hallelujah. Hallelujah. 3. Mattew 18: 21 – 19,1 Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet imma sa sebgħa u sebgħin darba. San Ġjaċintu (c.1185-1257) - saċerdot Ftit tagħrif waslilna dwar San Ġjaċint, u dan il-ftit nafuh l-aktar mill-ewwel

bijografu tiegħu, Stanislaw ta’ Krakovja, li kiteb madwar mitt sena wara l-mewt tal-qaddis. Ismu bil-Pollakk kien Jaċek (jew Jako) li mbagħad ħa l-forma latina Ġjaċint. Jaċek twieled f’Kamien, qrib Wroclaw (illum fil-lbiċ tal-Polonja) lejn it-tmiem tas-seklu 12, u sar kanonku tal-katidral ta’ Krakovja.

Huwa mar ma’ zijuh Ruma u hemm flimkien ma’ ħbiebu ngħaqad mal-ordni tal-Predikaturi (Dumnikani) li kienet għadha kemm twaqqfet.

Fl-1221, fil-kapitlu ta’ Bolonja, San Duminku għażel lil Ġjaċint wieħed minn grupp żgħir tal-ewwel patrijiet missjunarji biex imorru l-Polonja. Il-ħeġġa, il-qdusija u l-kwalitajiet sbieħ ta’ Ġjaċint għenu ħafna biex l-ordni ġdid Dumnikan jixtered fil-pajjiżi kbar tat-tramuntana.

Fl-1228, twaqqfet provinċja awtonoma Dumnikana li kienet tiġbor fiha s-saltniet tal-Polonja u tal-Boemja. Il-ħidma tal-patrijiet kienet mifruxa ħafna.

Ġjaċint għadda xi żmien fi Gdansk, u meta twaqqfet komunità ta’ patrijiet Dumnikani fi Kiev (Ukraina), hu kien attiv hemm bejn is-snin 1229-1233.

L-art tal-ħidma tiegħu kienet tabilħaqq wiesgħa, u tinkludi l-Iskandinavja, il-Prussja u l-Litwanja.

Hu kkonsidrat bħala l-appostlu tal-Polonja. San Ġjaċint miet fi Krakovja fil-15 t’Awwissu 1257 meta kellu madwar 72 sena. Kien iddikjarat qaddis fl-1594.

Riflessjoni: Dak biss li jduq il-maħfra jkun jista’ jaħfer tabilħaqq. Min f’ħajtu ħass ħnientek, min intmess tabilħaqq bid-don tiegħek, ma jkunx irid jibqa’ fuq it-tron tal-imħallef, iżda jħobb jagħrfek hemm fejn ħnientek iltaqgħet miegħu, fuq in-naħa tal-foqra u l-midinbin. Għallimna, Missier, naħfru u nħobbu bħalma tħobb u taħfer int. Agħtina qalb ħanina, li tkun rifless umli ta’ dik tiegħek u għinna nilqgħu lil min ma jħossu milqugħ minn ħadd jew jibża’ li ma għandu jedd għal ebda lqugħ. Għinna noħolqu relazzjonijiet li jagħtu l-ħelsien, solidarjetà li ma toħloqx dipendenzi, qrubija mogħnija bid-delikatezza, bir-rispett u l-attenzjoni. Agħmilna appostli tal-ħniena, li jgħidu lid-dinja bil-qawwa umli tas-sewwa l-esperjenza li għamlu tal-maħfra u s-sliem tiegħek.

Bruno Forte, Pater Ave Gloria (Pub. RUĦ)

Page 36: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 35

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 74, silta mill-1 punt

God has forgiven you a huge debt; he certainly expects you also to forgive those of your Brothers who owe anything to you. It is impossible for several people living together not to have to suffer from one another. One will have a touchy disposition; another will have a contrary spirit; another, bad manners; another will be disagreeable; another will be too prone to give in; another will say what he thinks too quickly; another will be too reserved and secretive; another will be too critical. It is rare that all these various dispositions and all these different spirits do not cause difficulties among the Brothers. If grace does not come to the rescue, it is almost impossible that they live in harmony with one another and that charity does not suffer severely. The way to maintain union in a community in spite of all these different personalities is to bear up charitably with the defects of one another, to be ready to make allowances for others just as we want others to make allowances for us. This is what we necessarily commit ourselves to do when we decide to live in a community. Pay serious attention to this today and for the rest of your life.

TALBA

O Missier qaddis, dak kollu li aħna ma jirnexxilniex naħfru

agħmel, Mulej, li naħfru għal kollox. Biex hekk, għal imħabbtek

inħobbu tassew lill-għedewwa tagħna u biex bil-ħeġġa kollha

nidħlu għalihom quddiemek, bla ma nroddu lil ħadd deni b’deni

imma nagħmlu ħilitna biex fik

nagħmlu l-ġid lil kulħadd. Ammen.

San Franġisk t’Assisi

Missierna ...

Page 37: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

36 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, 18 t’Awwissu Santa Elena - imperatriċi

San Alberto Hurtado Cruchaga - presbiteru Il-Beatu Mannes, ħu San Duminku - presbiteru

Il-Beati Lwiġi-Armandu Adam u Nikola Savouret – presbiteri u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġożwe 24: 1-13 Jiena ħadt lil missierkom Abraham min-naħa

l-oħra tax-xmara; u mbagħad ħriġtkom mill- Eġittu, u tajtkom l-art.

2. Salm 135: 1-3.16-18.21-22 u 24 Għax għal dejjem it-tjieba tiegħu. 3. Mattew 19: 3-12 Kien minħabba l-ebusija ta’ qalbkom li Mosé takom il-permess tibgħatu n-nisa tagħkom. Iżda ma kienx hekk mill-bidu. SAN ALBERTO HURTADA CRUCHAGA (1901-1952) - saċerdot Dan l-appostlu kbir tal-ġustizzja soċjali Ċilen ġie msejjaħ “il-ħabib ta’ Alla u

tal-bniedem”, laqam li tabilħaqq jixraqlu. Alberto twieled f’Viña del Mar, fiċ-Ċilì fit-22 ta’ Jannar 1901. Tilef lil missieru

ta’ 4 snin u l-familja waqgħet f’faqar kbir. Żagħżugħ ta’ intelliġenza mhux komuni, irnexxielu jikseb borża ta’ studju biex seta’ jmur jistudja fil-kulleġġ tal-Ġiżwiti f’Santiago, fejn hemm żviluppa fih interess kbir lejn il-foqra. Kien jgħaddi l-Ħdud wara nofsinhar magħhom f’postijiet fqar qrib il-kulleġġ.

Fl-1923 daħal mal-Ġiżwiti u ħa l-quddiesa fl-1933. Għallem ir-reliġjon f’Collegio San Ignacio u l-pedagoġija fl-Università kattolika ta’ Santiago. Kien jagħti ta’ spiss irtiri lill-irġiel żgħażagħ, u wassal ħafna minnhom għas-saċerdozju, anki għen ħafna oħrajn bħala lajċi nsara mill-aħjar.

Fl-1941 ippubblika l-ktieb famuż tiegħu: Huwa pajjiż kattoliku ċ-Ċilì? Fl-istess sena ġie mitlub biex iservi ta’ kappillan tal-moviment tal-Azzjoni Kattolika, għall-ewwel fl-arċidjoċesi ta’ Santiago u aktar tard fuq il-livell nazzjonali. Ħa din il-ħidma b’dedikazzjoni u sagrifiċċju tassew eċċezzjonali.

Fl-1944, waqt li kien qed jagħti rtir, ħassu mbuttat biex isaqsi lill-udjenza biex jaħsbu fuq il-bosta nies foqra fil-belt, l-aktar in-numru kbir ta’ tfal, li ma kellhomx dar u li kienu jiġġerrew fit-toroq ta’ Santiago u talabhom biex jagħmlu xi ħaġa konkreta għal din is-sitwazzjoni ta’ tbatija. Din it-talba kellha tweġiba ġeneruża, u kienet il-bidu ta’ inizjattiva li għaliha Hurtado hu l-aktar magħruf: l-“El Hogar de Cristo”, opra ta’ karità li tipprovdi mhux biss saqaf, imma wkoll atmosfera ta’ dar (home) għal dawk li ma kellhomx fejn joqogħdu.

Bl-għajnuna ta’ benefatturi u lajċi impenjati, hu fetaħ dar għat-tfal, u mbagħad oħrajn bħal din għan-nisa u għall-irġiel. Id-djar kotru ħafna; uħud minnhom kienu ċentri ta’ rijabilitazzjoni, oħrajn skejjel tas-sengħa, eċċ.

Page 38: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 37

Fl-1945 P. Hurtado żar l-Istati Uniti tal-Amerika biex jistudja l-moviment tal-“Boys Town” (Belt tat-Tfal) mibdija minn Mons. Flanagan u jara kif dan il-proġett seta’ jiġi adottat għal pajjiżu.

L-aħħar sitt snin ta’ ħajtu kienu ddedikati biex jiżviluppa forom diversi tal-“El Hogar de Cristo”.

Fl-1947 P. Hurtado waqqaf l-Assoċjazzjoni tat-Trade Unions Insara (ASICH) biex iġib ’il quddiem il-moviment unjonistiku bbażat fuq it-tagħlim soċjali tal-Knisja.

Bejn l-1945 u l-1950 kiteb tliet kotba importanti: fuq it-Trade Unions, l-Umaniżmu Soċjali u l-Ordni Soċjali Nisranija.

Fl-1951 waqqaf il-ġurnal Mensaje (il-Messaġġ), iddedikat biex ifisser it-tagħlim tal-Knisja.

Minkejja din il-ħidma sfiqa li ma kienet tħallilu ebda ħin għalih, hu kien bniedem magħqud bis-sħiħ ma’ Alla fit-talb, kif jidher mill-kitbiet privati tiegħu, u li bla dubju kien il-mutur wara dan l-appostolat kbir tiegħu.

Fi żmien ftit xhur, kanċer fil-frixa wasslu fi tmiem ħajtu. Fost uġigħ tal-biża’ kien jinstema’ jgħid: “Jiena ferħan, Mulej.” Filfatt, il-ferħ u t-tbissima kienu karetteristika speċjali tiegħu. Kull ritratt tiegħu li waslilna juri dan.

Wara li għadda ħajtu juri l-imħabba ta’ Ġesù lejn il-foqra, P. Alberto Hurtado miet nhar it-18 ta’ Awwissu 1952. Il-funeral tiegħu wera kemm dan il-Ġiżwita kien verament f’qalb il-poplu. Hu wettaq ix-xogħol kollu tiegħu li semmejna fl-aħħar ħmistax-il sena ta’ ħajtu bejn it-“terz’anno” u mewtu fl-età relattivament żagħżugħa ta’ 51 sena.

Iddikjarah beatu l-Papa San Ġwanni Pawlu II f’Ottubru 1994. Fit-23 ta’ Ottubru 2005 ġie ddikjarat qaddis mill-Papa Benedittu XVI.

Riflessjoni: M’hemmx dubju li rridu nagħmlu ħafna iżjed b’riżq il-mara, jekk nixtiequ nagħtu mill-ġdid iżjed saħħa lir-reċiproċità bejn irġiel u nisa. Fil-fatt, hemm bżonn li l-mara mhux biss tiġi mismugħa, imma li l-leħen tagħha jkollu piż veru, awtorevolezza rikonoxxuta, fis-soċjetà u fil-Knisja. L-istess mod kif Ġesù qies lill-mara, f’kuntest inqas favorevoli minn dak tagħna, għax f’dawk iż-żminijiet il-mara kienet sewwa sew fit-tieni post, u Ġesù qiesha b’mod li jixħet dawl qawwi, li jdawwal triq li twassal ’il bogħod, li minnha mxejna biss biċċa żgħira. Għadna ma fhimniex biżżejjed x’għandu x’jirregalalna l-ġenju femminili, dak li l-mara tista’ tagħti lis-soċjetà u anki lilna: il-mara taf tara l-affarijiet b’għajnejn oħra li jikkompletaw il-ħsieb ta’ l-irġiel. Hi triq li jeħtieġ nimxuha b’iżjed kreattività u kuraġġ.

Il-Papa Franġisku, silta mill-Udjenza Ġenerali ta’ nhar 15 t’April 2015 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 121, l-1 punt

Saint Helena, mother of Emperor Constantine, had such great zeal for religion and profound respect for the cross on which Jesus Christ was nailed that she traveled to Jerusalem to try to recover this sacred wood. The great faith of this saint did not allow her to grow discouraged in the face of the many difficulties she

Page 39: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

38 SIGNUM FIDEI

encountered in the execution of her project. She took so much trouble that at last she found the true cross and arranged to have it displayed for the veneration of the faithful. It is not enough to adore the cross, says one Father of the Church; we must carry it. Nor do we need to go very far looking for it. The cross, says the author of the Imitation, is always ready wherever we are and wherever we might look: above, below, outside, and within. On all sides, the same author says, you will find the cross. Prepare today, then, to love the cross, because you will always have it.

TALBA

Minħabba fina lkoll, imsejkna u midinbin,

ma jistħoqqilniex lanqas inlissnu ismek. Nitolbu bl-umiltà lill-Mulej tagħna Ġesù Kristu,

ibnek il-għażiż, li fih issib l-għaxqa tiegħek flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Paraklitu,

biex iroddlok ħajr għal kull ma jogħġob lilek u lilu, u li hu dejjem jogħġbok f’kollox

u li bih għamiltilna tant u tant gid, Alleluia!

San Franġisk t’ Assisi

Missierna ...

Is-Sibt, 19 t’Awwissu L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt

San Ġwann Eudes – presbiteru San Eżekjel Moreno y Diaz - isqof San Ludovik minn Toloża – isqof

Il-Beatu Bernardu Tolomei - abbati

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġożwè 24, 14-29 Agħżlu llum lil min tridu taqdu. 2. Salm 15: 1-2a u 5.7-8.11 Mulej, inti s-sehem ta’ wirti. 3. Mattew 19: 13-15 Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi.

Page 40: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 39

SAN ĠWANN EUDES (1601-1680) - saċerdot San Ġwann Eudes twieled fin-Normandija fi Franza. Ta’ 14-il sena għamel

wegħda tas-safa. Wara studji brillanti għand il-Ġiżwiti f’Caen, meta kellu 22 sena ngħaqad

mal-Oratorju ta’ Kardinal de Bérulle. Kien ordnat qassis ta’ 24 sena u rnexxa ħafna bħala predikatur u konfessur. Hu kien l-aktar qassis missjunarju magħruf li kellha Franza minn żmien S. Vinċenz Ferrer.

Megħjun minn grupp ta’ saċerdoti, hu ta aktar minn 120 missjoni matul l-20 sena ta’ wara, kull waħda minnhom tieħu sitt ġimgħat jew aktar, u li għalihom kienu jattendu folol immensi ta’ nies. Konverżjonijiet kienu jsiru bl-eluf.

S. Ġwann waqqaf fin-Normandija l-Kongregazzjoni ta’ Ġesù u Marija (Eudisti) biex tħarreġ il-qassisin; waqqaf ukoll is-Sorijiet tal-Madonna tal-Karità, li minnhom tnisslu s-Sorijiet tal-Bon Pastur biex jipprovdu kenn lit-tfajliet imtajrin.

Il-qassisin tiegħu fis-seminarji kienu mezz qawwi kontra t-tagħlim żbaljat tal-Ġansenisti billi kienu jisħqu ħafna fuq id-duttrina vera dwar il-ħniena u kompassjoni ta’ Alla mal-bnedmin. Imma l-Ġansenisti bdew kampanja ta’ kalunji li kienu diretti l-aktar kontra d-djar li fetaħ għan-nisa penitenti.

Il-qaddis għal xi żmien kien ipprojbit li jipprietka u jisma’ l-qrar. Hu xerred id-devozzjoni lejn il-Qlub Imqaddsa ta’ Ġesù u Marija. L-ewwel

ċelebrazzjoni tal-festa tal-Qalb ta’ Ġesù saret taħt id-direzzjoni ta’ S. Ġwann Eudes, fil-kappella tas-seminarju f’Rennes, tliet snin qabel ma S. Margerita M. Alacoque kellha l-ewwel rivelazzjoni.

Hu nnifsu kkompona l-uffiċċju u l-Quddiesa. Huwa wkoll kien l-ewwel wieħed li beda l-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Marija.

Kien iħobb jgħid li biex tiċċelebra sewwa l-Quddiesa trid tliet eternitajiet: waħda biex tħejji, oħra biex toffri l-Quddiesa u oħra biex tirringrazzja.

Miet fid-19 ta’ Awwissu 1680, meta kellu 79 sena. Il-Papa Piju XI iddikjarah qaddis fl-1925.

Riflessjoni: Bħalma kull kawża normalment tipproduċi l-effetti tagħha, hekk ukoll l-umiltà tipproduċi l-virtujiet l-oħra illi huma l-frott, il-ferħ, is-sebħ u t-tiżjin prezzjuż tagħha. Huma, bħal tfal għeżież, jitnisslu mill-ispirtu fil-qawwiet superjuri tar-ruħ, u l-effetti tagħhom jaslu sal-qawwiet inferjuri u wara dan, jidhru fil-beraħ. Għalhekk, fejn hemm l-omm, hemm ikun hemm ukoll l-ulied, invista tal-akbar tiżjin tagħha. Qegħdin nitrattaw dwar tnissil jew produzzjoni spiritwali tal-imħabba-amore u tal-umiltà li tiġi kompletata f'Alla, l-għan aħħari tagħna, ’l hemm minn kulma l-moħħ jista' jifhem. Il-Ven. Ġwann ta' San Sansun Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 166, silta mit-2 punt

Every day you have poor children to instruct. Love them tenderly, as this saint did, following in this the example of Jesus Christ. Prefer them to those who are not poor, for Jesus Christ does not say that the Gospel is preached to the rich but

Page 41: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

40 SIGNUM FIDEI

to the poor. These poor children are also the ones whom God has entrusted to you and to whom you are obliged to proclaim the truths of the holy Gospel. The poor were the ones who most frequently followed Jesus Christ, our Lord. They are also the ones most disposed to profit by his teaching, because in them it meets with fewer external obstacles.

TALBA

Għażiż Ġesù, għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek kull fejn immur.

Fawwar il-qalb tiegħi bl-ispirtu u l-ħajja tiegħek. Idħol ġewwa fija u ħu kontroll tiegħi nnifsi kollni kemm jien,

b’mod li l-ħajja tiegħi tkun tirrifletti lilek biss. Iddi minn ġo fija, kun ġo fija nnifsi b’mod

li kull persuna li niġi f’kuntatt magħha tħoss il-preżenza tiegħek ġo fija.

Ħalli jħarsu u jaraw mhux aktar lili, imma lilek biss! Ammen.

Il-Kardinal John Henry Newman Missierna ...

Il-Ħadd, 20 t’Awwissu L-20 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 56: 1.6-7 Lil ulied il-frustier inwassalhom sal-muntanja mqaddsa tiegħi. 2. Salm 67: 2-3.5.6.8 Ifaħħruk il-popli kollha, o Alla. 3. Rumani 11: 13-15.29-32 Alla ma jreġġax lura d-doni u s-sejħa li ta lil Iżrael. 4. Mattew 15: 21-28 Mara, il-fidi tiegħek kbira.

Page 42: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 41

Riflessjoni, fuq il-Vanġelu:

Ma nistgħux nifhmu l-atteġġament ta’ Ġesù ma’ din il-mara Kangħanija, għaliex kien daqshekk iebes ma’ din l-omm imsejkna bl-inkwiet kollu tagħha? Drajnih issa, il-Mulej iġib ruħu b’libertà assoluta, u ma jinqabad f’ebda kategorija ta’ għerf uman, imma hawnhekk donnu anqas juża edukazzjoni u rispett meta jsejjaħ lill-pagani “ġriewi”.

Se nikkonċentraw fuq il-mara, imkissra bil-marda ta’ bintha: kif iġiegħelna nimmaġinaw kliemha “binti għandha fiha xitan” (Mt. 15:22) ninsabu quddiem każ gravi ta’ ossessjoni li – kif jinnota l-psikologu u teologu Ġermaniż Eugen Drewermann – qata’ l-komunikazzjoni u għalhekk il-ftehim bejn iż-żewġ nisa, tant li l-personalità tal-bint bħal għebet minn dak li setgħet tipperċepixxi ommha. B’dan l-inkwiet kbir tal-marda ta’ bintha quddiem għajnejha, din il-mara iddisprata ddur fuq Ġesù b’determinazzjoni li ma titwemminx u li xejn ma jista’ jwaqqaf: la l-indifferenza tal-bidu ta’ dan it-tawmaturgu famuż; la l-indħil tad-dixxipli irritati b’dik il-fittaġni, u jisperaw li l-imgħallem jeħles lit-tifla u jeħlishom mill-preżenza ta’ din il-mara fitta; u lanqas it-ton kważi offensiv li juża Ġesù meta jgħidilha li ma jistax jintervjeni fil-każ tagħha.

Imma lanqas Alla ma jista’ jirreżisti d-deteminazzjoni ta’ omm daqshekk mifnija bl-istorja ta’ bintha li ma tibqa’ tibża’ minn xejn, li ma tħares f’wiċċ ħadd; tant determinata li taqla’ l-fejqan, li tobbliga lil Alla jitfa’ ħarstu fuqha u fuq id-dwejjaq tagħha. Mara li fiha l-imħabba u n-niket qerdu kull ħjiel ta’ dinjità, u ħallew biss wisgħa għall-ħasra ta’ min ma jagħtix iktar kas ta’ kif jidher, ta’ min jinsa lilu nnifsu. Hemm xi ħaġa iktar qawwija minn hekk f’għajnejn Alla? Din il-Kangħanija li tinjora l-liġi t’Alla u ma tipprattikax id-doveri tal-Lhud, din il-pagana li l-ossessjoni ta’ bintha kienet sinjal ċar tal-ħakma ta’ Satana fuq l-infidili, ixxejjen il-personalità tagħha f’talba mħeġġa li għandha l-qawwa tasal direttament fil-qalb t’Alla, u ddawwar fuqha l-volontà salvifika divina.

Meta l-imħabba tkun kapaċi twieġeb b’don totali tal-persuna nnifisha, allura – jfakkarna G. Bernanos – jiġri l-miraklu: il-Ħallieq jingħaqad mal-ħlejqa tiegħu u l-għaqda sseħħ propju fejn hemm it-tbatija, esperjenza komuni tat-tnejn li huma għax Alla f’Ġesù għamel tiegħu dak li hu tipikament tagħna: minn dakinhar “fid-dinja msejkna tagħna, it-tbatija hi Alla l-ħanin. Is-sinjal li jagħraf Ġesù, l-imħabba tal-mara, u jaqsam magħħa t-tbatija u l-qsim tat-tbatija jwassal għall-ħelsien fiż-żewġ nisa, il-ħelsien mill-ħażen.

Quddiem in-nuqqas ta’ għarfien tal-misteru ta’ Alla, il-mara Kangħanija ssir mudell straordinarju ta’ fidi għaliex tibqa’ temmen li Alla hu abbundanza ta’ mħabba anke meta s-silenzju tiegħu quddiem l-għajta tat-tbatija tal-bniedem, u d-dehra ta’ indifferenza quddiem it-tbatija tagħna ġġiegħelna naħsbu l-kuntrarju. Mhux biss, hi jistħoqqilha t-tifħir ta’ Ġesù “Mara, il-fidi tiegħek kbira!” (Mt. 15:28) sempliċement għaliex ma poġġiet ebda kundizzjoni jew limitu għall-imħabba tiegħu, tant li xxejjen lilha nnifisha biex issalva lil dik li tħobb. Ġesù bħal donnu jistaqsina - hemm xi mod ieħor li bih nistgħu nsalvaw id-dinja?

Minn La Realtà é Cristo, Don Davide Rota

Page 43: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

42 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 38, it-2 punt

In the Gospel Jesus Christ gives two reasons for the efficacy of prayer. The first is the faith and confidence we have in praying. Whatsoever you ask in prayer with faith, says Jesus Christ, you will receive. He says all whatsoever, and he makes no exceptions. Would anyone believe that faith would have such an effect that we would obtain infallibly whatever we ask of God, if the Son of God, who is Truth, had not assured us of this? He not only made this known to you by his words but also gave you a great example of it in the Canaanite woman. She had insistently prayed and entreated with Jesus Christ to deliver her daughter, who was possessed by a demon. Because of her faith, she merited that Jesus Christ give her what she requested. O woman! exclaimed Jesus, how great is your faith! Let it be done as you desire. Be convinced, then, that God is ready to refuse you nothing that you ask of him with faith and confidence in his goodness.

TALBA Mulej Ġesù Kristu,

sawwab fuqna l-grazzja tiegħek, biex minnek nitolbu u minnek nirċievu

l-milja tal-ħajja vera, u b’hekk nidħlu fil-ħajja ta’ dejjem.

Dan jista’ jseħħ bil-għajnuna tiegħek, li int il-bidu u t-tmiem, jistħoqqlok kull tifħir,

Alla tal-għaġeb, li ħadd ma jista’ jfisser,

għal kemm itul iż-żmien. Ammen.

Sant’Antnin ta’ Padova

Missierna ...

Nitolbu għal Bro. Charles Gatt (1992) Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem ...

Page 44: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 43

It-Tnejn, 21 t’Awwissu San Piju X - Papa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Mħalfin 2: 11-19 Il-Mulej kien iqajjem l-imħallfin, imma anqas

minnhom ma semgħu. 2. Salm 105: 34-37,39,40,43,44 Ftakar fija, Mulej, fi mħabbtek għall-poplu tiegħek. 3. Mattew 19: 16-22 Jekk trid tkun perfett, biegħ il-ġid li għandek, u jkollok teżor fis-sema. SAN PIJU X (1835 – 1914) – Papa

Kien jismu Ġużeppi Sarto u twieled fir-raħal ta’ Riese, fid-djoċesi ta’ Treviso, minn familja fqira, fit-2 ta’ Ġunju, 1835. Kien it-tieni fost l-għaxar ulied tal-pustier tar-raħal.

Ordinat qassis fl-1858, fis-sena tad-dehriet ta’ Lourdes, għadda 9 snin viċi fil-paroċċa ta’ Tombolo, u 7 snin kappillan ta’ Salzano, sakemm fl-1874, sar kanonku tal-katidral ta’ Treviso, kanċillier tad-djoċesi, u direttur spiritwali tas-seminarju.

Il-Papa Leone XIII, ħatru isqof ta’ Mantova fl-1884 u disa’ snin wara, patrijarka ta’ Venezja u kardinal. Mal-mewt ta’ Leone XIII, fl-1903, intagħżel papa bl-isem ta’ Piju X.

Tul il-11-il sena tal-pontifikat tiegħu, irriforma l-liturġija, ikkumbatta l-moderniżmu, iffaċilità t-tqarbin ta’ spiss u ta’ kuljum, kif ukoll dak tat-tfal, ippropaga t-tagħlim tal-katekiżmu, ippropaga studji serji tal-Bibbja, ta bidu għall-kodiċi l-ġdid tal-Liġi Kanonika, u ħadem tassew biex iġedded kollox fi Kristu.

Kien San Piju X li kkanonizza liż-żewġ redentoristi, San Ġerardu Majella, u San Klement Hofbauer, lill-barnabita San Alessandru Sauli, isqof ta’ Pavija, u lill-qassis Spanjol San Ġużepp Oriol.

Miet qalbu maqsuma ftit jiem wara li faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinjija, fl-20 t’Awwissu 1914.

Ta’ Terzjarju Franġiskan li kien, għamel testment spiritwali, li jinġabar fi ftit kliem: “twelidt fqir, għext fqir u nixtieq immut fqir.”

Il-Papa Piju XII ikkanonizzah fid-29 ta’ Mejju, 1954. Il-fdal tiegħu jinsab meqjum Ruma, fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, taħt

l-altar tal-Preżentazzjoni tal-Madonna.

Page 45: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

44 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni, mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tieni Ktieb, kap. VIII: Id-dinja mingħajr Ġesù x’tista’ tieħu minnha? Tgħix mingħajr Ġesù miegħek hu infern qalil: tgħix b’Ġesù miegħek, ebda għadu ma jista’ għalik. Min isib lil Ġesù jsib teżor ta’ ġid, u ta’ ġid akbar minn kull ġid ieħor. U min jitlef lil Ġesù jitlef wisq aktar milli kieku jitlef id-dinja kollha. L-akbar fqir hu dak li jgħix bla Ġesù miegħu, u l-aqwa għani hu dak li jaf jinħabb ma’ Ġesù. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 75, silta mit-3 punt

...the will of God is that you be holy and pure, meaning that your actions ought to be pure, having no other motive than to please God. This will be the true and surest means to walk in the way of God and to make more and more progress. Because God in the next life is the purpose and the goal of all your actions, he ought to be the same also in this life, especially in your state, which demands of you a high degree of perfection. For God did not call you, says Saint Paul, to be impure, that is, to do things unworthy of your state, actions degraded and corrupted by the bad ends you will give them; rather, he has called you to be holy. Therefore, whoever does not apply himself to do his actions with a view to God is despising God, not man.

TALBA

Glorjuż Papa tal-Ewkaristija, San Piju X, int fittixt ‘li żżomm kollox fi Kristu’. Aqlagħli l-imħabba vera ta’ Ġesù,

biex jien inkun nista’ ngħix fih. Għinni nakkwista dak il-fervur ħaj u rieda sinċiera

biex naħdem għall-qdusija ta’ ħajti, u li nżomm lili nnifsi dejjem dispost

għall-ġid tas-sagrifiċċju u s-sagrament tal-ewkaristija. Bl-imħabba tiegħek lejn Marija,

l-omm u reġina tagħna, ħeġġiġli qalbi b’dik id-devozzjoni ħanina lejha.

Ammen.

San Piju X, itlob għalina. Missierna ...

Page 46: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 45

It-Tlieta, 22 t’Awwissu Il-Verġni Mqaddsa Marija Reġina

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Mħalfin 6: 11-24a Gidgħon jeħles lil Iżrael. Mhux jien bgħattek? 2. Salm 84: 9,11-14 Il-Mulej is-sliem ixandar, għall-poplu u l-ħbieb tiegħu. 3. Mattew 19: 23-30 Eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed

għani jidħol fis-saltna tas-smewwiet. IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA REĠINA Wara l-festa tat-tlugħ tal-Verġni Mqaddsa Marija fis-sema, fil-15 ta’

Awwissu, huwa xieraq li jiġi wkoll iċċelebrat il-post tagħha fost l-anġli u l-qaddisin bħala r-reġina tas-sema u tal-art.

Fil-11 ta’ Ottubru 1954, il-Papa Piju XII, bl-enċiklika tiegħu “Ad Coeli Regina”, waqqaf il-festa tal-Verġni Mqaddsa Marija Reġina u ddikjara li għandha tiġi ċċelebrata mal-Knisja kollha, fil-31 ta’ Mejju, ta’ kull sena.

Il-festa twaqqfet b’tifkira tas-Sena Marjana li l-istess Papa kien nieda bl-enċiklika “Fulgens Corona”, fl-okkażjoni ta’ għeluq iċ-ċentinarju tad-definizzjoni tad-domma tat-Tnissil Bla Tebgħa tal-Verġni Marija.

Wara l-Konċilju Vatikan II, il-festa ġiet trasferita għat-22 ta’ Awwissu, nhar l-ottava tat-Tlugħ tal-Verġni Marija fis-sema, biex hekk tkun tidher aħjar ir-rabta bejn ir-regalità tal-Verġni Marija u t-tlugħ tagħha fis-sema.

Sa mill-ewwel sekli tal-Knisja, l-Insara emmnu li l-Verġni Mqaddsa hija reġina. Hi ġabet fid-dinja iben li sa mill-mument tat-tnissil tiegħu, minħabba l-għaqda ipostatika tan-natura umana ma’ dik divina, ukoll bħala bniedem, kien sultan u Mulej ta’ kollox. Għalhekk kien tassew xieraq li l-Knisja twaqqaf din il-festa biex tqim lill-Verġni Marija b’dan it-titolu ta’ ‘Reġina’.

Riflessjoni: Fis-sema Marija ssaltan fuq l-anġli u l-qaddisin. Bħala premju tal-umiltà profonda tagħha, Alla taha s-setgħa u x-xogħol li timla bil-qaddisin it-tronijiet vojta li ħallew l-anġli l-ħżiena bil-waqgħa supperva tagħhom. Hi r-rieda t’Alla, li jgħolli lill-umli, li jrid li s-sema, l-art u l-infern ibaxxu rashom bil-ħlewwa, jew bilfors, għall-kmand tal-umli Marija, li hu għamel sultana tas-sema u l-art, il-mexxejja tal-armati tiegħu, dik li wettqet l-għeġubijiet, dik li tpatti għall-umanità, il-medjatriċi tal-bnedmin, dik li teqred l-għedewwa t’Alla, u s-sieħba fidila tal-isplendur u t-trijonfi tiegħu.

San Alwiġi Marija De Montfort

Page 47: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

46 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 70, it-2 punt

It is not possible for us to love God with all our heart without loving him also with all our soul. This means that we are prepared to give up not only all external and sensible goods but also our life, signified by the word soul, rather than be for a single instant deprived of the love of God. This is because we ought to prefer God to everything else that might be the object of our love. For God is, in fact, infinitely superior to all created things, such as our life, which does not deserve any consideration on our part if we compare it with the One who is its author. Must you not, then, offer your life willingly to God and sacrifice it to him to preserve his holy love or to increase it in you? God has given you this life out of an entirely gratuitous goodness. It is quite right, then, that you show God how much you are indebted to him and how totally you belong to him by paying homage to God for your life as something that belongs to him and of which you are only the guardian. It is truly to sacrifice your life for God and to spend it only for him. This is what you can do in your profession and your work, not being concerned whether you die in a few years, provided that you are saved and that you win souls for God. They will help you rise to heaven because you have tried to help them procure admittance there, have taught them how to enter, and have helped them take all possible means of doing so. In this way you will show God that you love him with all your soul.

TALBA

Regina Coeli Sultana tas-Sema, ifraħ: hallelujah.

Għaliex dak li stħaqqlek tkun omm: hallelujah. Qam minn bejn l-imwiet kif kien qal: hallelujah.

Itlob ’l Alla għalina: hallelujah. Ifraħ u thenna, Verġni Marija: hallelujah.

Għaliex il-Mulej qam tassew minn bejn l-imwiet: hallelujah. Nitolbu: O Alla,

bil-qawmien mill-imwiet ta’ ibnek Ġesù Kristu sidna, għoġbok tferraħ id-dinja;

agħtina nitolbuk, li b’ommu l-Verġni Marija, niksbu l-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem,

bi Kristu sidna, Ammen.

tlob ‘l Alla għalina:leluja Missierna ...

Page 48: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 47

L-Erbgħa, 23 t’Awwissu Santa Roża minn Lima - verġni San Bernard ta’ Offida - reliġjuż

Sant’Awsterju u ħutu San Klawdju u San Neon - aħwa martri, flimkien ma' Santa Donnina u Santa Teonilla

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Mħalfin 9: 6-15 Għedtu: ħa jkollna re jsaltan fuqna. Iżda l-Mulej, Alla tagħkom, hu s-sultan tagħkom. 2. Salm 20: 2-7 Mulej, bil-qawwa tiegħek jifraħ is-sultan! 3. Mattew 20: 1-16a Qiegħed tgħir għax jien qalbi tajba? SANTA ROŻA TA’ LIMA (1586-1617) – verġni Santa Roża twieldet fl-20 ta’ April 1586, f’Lima, il-Perù. Meta kellha ħdax-il

sena rċeviet il-Griżma tal-Isqof mingħand San Turibju, arċisqof ta’ Lima, u ħadet l-isem ta’ Roża flok dak li kellha ta’ Isabella li kienu tawha fil-magħmudija.

Sa minn ċkunitha, fid-dar rawmet ruħha fil-qdusija, u għażlet lil Santa Katerina ta’ Siena bħala mudell ta’ ħajjitha. Kienet tqatta’ ħafna ħin fit-talb u fil-mortifikazzjoni.

Billi kienet tfajla sabiħa ħafna, kienet togħrok wiċċha bil-bżar biex jitlgħalha kollu nfafet u jittebba’ ħalli b’hekk tnaqqas sbuħitha.

Meta l-ġenituri tagħha marru lura fin-negozju, hi bdiet taħdem fil-ġnien matul il-ġurnata u tħit bil-lejl. Il-ġenituri tagħha xtaquha tiżżewweġ, iżda hi ma riditx. Kienet ilha li għamlet il-vot tal-verġinità.

Meta kellha madwar 20 sena, Roża daħlet Terzjarja Dumnikana. Bdiet tgħix għaliha weħidha f’għarix fil-ġnien, u hemm bdiet tgħaddi ħafna

mill-ħin tagħha fit-talb, fil-kontemplazzjoni u fil-penitenza. Minkejja li kienet tgħix ħajja maqtugħa għaliha weħidha, kellha tidher

quddiem l-inkwiżizzjoni. Iżda hi impressjonat lit-tribunal bl-umiltà tagħha u bl-għaqda tagħha m’Alla.

Hija żammet parti mid-dar tagħha biex tkun tista’ tieħu ħsieb lit-tfal foqra, lix-xjuħ u lill-morda. Jgħidu li dan kien il-bidu tas-servizzi soċjali fil-Perù.

L-aħħar tliet snin ta’ ħajjitha għaddiethom marida u fi tbatija kbira, fid-dar ta’ ħabibitha li kienet il-mara ta’ impjegat għoli mal-Gvern.

Mietet nhar l-24 ta’ Awwissu 1617, meta kellha 31 sena. Il-belt kollha ta’ Lima ħarġet bi ħġarha għall-funeral tagħha u l-aqwa nies

tal-belt refgħu t-tebut tagħha. Fl-1671, il-Papa Klement X, iddikjaraha qaddisa u patruna tal-Perù,

tal-Amerika t’Isfel u tal-Filippini. Kienet l-ewwel waħda li ġiet ikkanonizzata mill-kontinent Amerikan.

Page 49: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

48 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: "... Ħadd ma kien igemgem mis-slaleb u t-tbatijiet li jistgħu jiġu fuqu kieku konna nafu x'hemm lest għalina fil-keffa l-oħra tal-miżien li bih jitqassam kollox lill-bnedmin." Santa Roża ta' Lima

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 11, l-1 punt

Because obedience is a source of grace for a religious, it can be compared to the good seed sown in a field, which produces a rich harvest for its owner. This, indeed, is the virtue that in people consecrated to God constitutes the entire merit of their actions, so that no matter how good these may be in themselves, they are valuable only in so far as obedience accompanies them. It may be said that what confers the crowning glory on their actions is obedience; however holy these works may be in themselves, unless obedience bestows on them their full luster, the beauty they possess is only apparent. This, it is true, suffices to dazzle those who do not look upon things with the eyes of faith, but truly enlightened people can discern all their falsity and vanity. Those who live under obedience must take care that it not be said of them what was stated of the scribes and Pharisees, whom the Oracle of Truth called whitened sepulchers, attractive enough externally and beautiful to behold, as long as viewed from the outside, but filled with dead men’s bones and corruption within.

TALBA

O Alla, missier tagħna, għall-imħabba tiegħek, Santa Roża

iċċaħdet minn kollox biex tat ħajjitha għall-penitenza.

Bil-għajnuna tat-talb tagħha, agħmel li aħna nimitaw

il-ħajja mortifikata li għexet f’din id-dinja, u agħmel li nirbħu l-barka tagħha mill-ġenna.

Dan nitolbuh b’Ġesù Kristu sidna, li jgħix u jsaltan

flimkien miegħek u mal-Ispirtu Santu, Alla wieħed għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Missierna …

Page 50: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 49

Il-Ħamis, 24 t’Awwissu San Bartilmew - appostlu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Apokalissi 21: 9b-14 Fil-pedamenti hemm it-tnax-il isem tat-tnax-il

Appostlu tal-Ħaruf. 2. Salm 144: 10-13,17,18 Ħbiebek ixandru l-ġmiel ta’ saltnatek. 3. Ġwanni 1: 45-51 Israeli li jistħoqqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih. SAN BARTILMEW APPOSTLU (l-1 seklu) Bartolmew ifisser iben Tolmew. Wara li Ġesù għamel lejl sħiħ jitlob fuq

l-għoljiet ta’ Kafarnahum, hu għażel it-tnax-il appostlu tiegħu, fosthom lil Bartolmew li dejjem jissemma ma’ Filippu.

San Ġwann fl-evanġelju tiegħu ma jsemmih qatt lil dan l-appostlu, imma jsemmi ċertu Natanael li l-Appostlu Filippu introduċa lil Ġesù u li dwaru Ġesù qal: “ara wieħed Israeli tabilħaqq li ma għandux qerq”.

Sa mis-seklu disgħa Bartilmew huwa komunement identifikat ma’ dan Natanael. Iżda xejn ma nafu b’ċertezza fuqu. Jaħsbu li kien minn Kana tal-Galilea.

Rakkonti tardivi jgħidu li pprietka l-fidi nisranija fl-Għarabja Felix, fl-Asja Minuri, l-Armenja, il-Persja u l-Indja. Jingħad ukoll li huwa sofra l-martirju billi ġie mqaxxar ħaj fl-Armenja.

Ir-relikwji tal-qaddis jinsabu fil-Knisja ddedikata lilu fuq gżira żgħira f’Ruma fix-xmara Tevere.

Hu msejjaħ kontra l-mard tal-ġilda. F’Malta, il-parroċċa tal-Għargħur hi ddedikata lil dan l-appostlu.

Riflessjoni: “Ħafna minnha jaħlu ħajjithom jaħarbu mit-twemmin żbalajt li jħossu li ma jistgħux jissaportu l-uġigħ. Imma inti diġà ġarrabt l-uġigħ. Dak li għadek ma għamiltx huwa li tħoss dak li int, int ’l hemm mill-uġigħ.” San Bartilmew

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 159, l-1 punt

Saint Bartholomew had the honor of being one of the Apostles chosen by Jesus Christ. To fill himself entirely with the Gospel truths, he always carried the Gospel of Saint Matthew with him on his journeys. This was the treasure in which he placed all his confidence for securing the salvation of the souls whom he converted in great numbers. It is true that he had the abundant grace of the apostolate and that this was what worked in him and drew souls to God. Because he was humble, he attributed the results of his preaching to the living and effective word of God, which he drew from Saint Matthew’s Gospel, much more than to anything he could say. He knew

Page 51: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

50 SIGNUM FIDEI

that this divine word alone is able to make the division between the flesh and the spirit that is so necessary to bring about the entire conversion of a soul. How fortunate you are to carry the holy Gospel with you at all times, for in it are found all the treasures of the knowledge and the wisdom of Jesus Christ. Be faithful to this practice. From this holy book, you must draw the truths that you are to teach your disciples every day to give them by this means the true Christian spirit. For the same reason, nourish your soul daily with the holy maxims contained in this wonderful book; make them familiar to you by often meditating on them.

TALBA

O glorjuz San Bartilmew, Ġesù sejjaħlek bniedem bla qerq

u inti rajt f’din il-kelma li hu iben Alla u re ta’ Israel.

Aqlgħalna l-grazzja li nkunu sinċiera u innoċenti bħall-ħamiem.

Fl-istess ħin, għinna biex ikollna d-don tal-fidi biex fil-ħajja ta’ kulljum naraw l-id divina. Agħmel li nagħarfu s-sinjali taż-żminijiet

li f’din id-dinja jwassluna lejn Ġesù u li fl-aħħar jgħaqqduna miegħu fil-ġenna.

Ammen.

Missierna ...

Il-Ġimgħa, 25 t’Awwissu San Ludoviku - re ta’ Franza

San Ġużepp Calasanz - presbiteru Il-Beata Marija Baouardy ta’ Ġesù Msallab – verġni

Jum ta’ talb għall-VOKAZZJONIJIET għall-ISTITUT LASALLJAN

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Rut 1: 3-6,14-16,22 Nagħomi u Rut il-Mowabija waslu Betlehem. 2. Salm 145: 5-10 Faħħar, ruħ tiegħi, ’il-Mulej. 3. Mattew 22: 34-40 Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek u ħobb lil għajrek bħalek innifsek.

Page 52: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 51

SAN LUDOVIKU IX (1214-1270) - re San Ludoviku kien iben Lwiġi VIII u Bjanka ta’ Kastilja. Ommu tellgħetu tabilħaqq ta’ nisrani; kien għadu ċkejken u kienet tgħidlu:

“Ibni, lanqas taf kemm inħobbok! Imma nippreferi narak mejjet f’riġlejja milli nkun naf li offendfejt ’l Alla bi ħtija gravi.”

Kellu biss ħdax-il sena meta laħaq re mal-mewt ta’ missieru. Għal għaxar snin ommu għamlitha ta’ reġġenti u baqgħet tħarreġ l-influwenza tajba tagħha fuq it-tmexxija tal-pajjiż. Ta’ 19-il sena żżewweġ lil Margerita ta’ Provence, li minnha kellu 11-l wild.

Bħala re t-trobbija reliġjuża soda li ħa mingħand ommu baqgħet tinħass sewwa: kien jisma’ żewġ quddisiet kuljum, jgħid l-Offiċċju Divin, u bil-moħbi tas-sudditi tiegħu, kien jgħaddi ħinijiet twal jitlob u jagħmel penitenzi. Id-drawwa li ninżlu għarkupptejna fil-Kredu għall-kliem “u ħa l-ġisem minn Marija Verġni u sar bniedem” (illum riservata għal-Lunzjata u l-Milied), kif ukoll għal meta naqraw li Ġesù miet fil-Passju ta’ nhar il-Ġimgħa Kbira l-Liturġija ħadithom mingħandu.

Kellu mħabba kbira lejn il-fqar u l-batuti; bena diversi sptarijiet u dar għall-għomja, kif ukoll kenn għan-nisa tat-triq konvertiti. Fil-qorti Rjali ma kienx jippermetti min jidgħi jew jitkellem oxxen.

Kien terzjarju Franġiskan u ħa sehem fil-kruċjata fl-1248 biex jieħdu l-Art Imqaddsa minn idejn it-Torok. Imma nqabad priġunier u ġie mifdi. Tnejn u għoxrin sena wara reġa’ kien se jieħu sehem fi kruċjata oħra imma qabdu deni qawwi f’Tuneż u miet fil-25 ta’ Awwissu 1270.

Kien ikkanonizzat 27 sena wara minn Bonifaċju VIII. Riflessjoni: Bi tweġiba għall-mistoqsija dwar liema kien l-ewwel kmandament, Ġesù qal: “Isma’ Israel: il-Mulej Alla tagħna huwa l-Mulej wieħed u int għandek tħobb il-Mulej Alla tiegħek b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha. U t-tieni hu dan: Ħobb lil għajrek bħalek innifsek. Ma hemmx kmandament ieħor akbar minn dawn” (Mk. 12, 29-31). L-Appostlu San Pawl ifakkarna: “Kull min iħobb, ikun iħares il-bqija tal-liġi. Għax il-kmandamenti ‘la tagħmilx adulterju, la toqtolx, la tisraqx, la tkunx rgħib’ u kull preċett ieħor, hu liema hu, kollha jinġabru f’kelma waħda: ‘Ħobb il-proxxmu tiegħek bħalek innifsek’. L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-liġi” (Rum. 13, 8-10).

Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika (Art. 2196) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 70, silta mill-1 punt

When a doctor of the Law asked Jesus Christ what is the greatest commandment in the Law, Jesus answered him: You shall love the Lord your God with all your heart, with all your soul, with all your mind, and with all your strength. This is indeed a great commandment, for its scope is very great, and the manner in which Jesus Christ says we must love God requires great courage of us. This will form the subject of our reflections today. We must, then, first love God with all our heart, that is, with all our affection, without reserving even the smallest part of it

Page 53: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

52 SIGNUM FIDEI

for any creature. We must desire wholeheartedly to love only God, who alone is lovable, because God alone is essentially good.

TALBA GĦALL-VOKAZZJONIJIET

O Alla, int għażilt lil San Ġwann Battista De La Salle biex jagħti edukazzjoni nisranija

lit-tfal u liż-żgħażagħ; qajjem fil-knisja tiegħek

Brothers u għalliema, nisa u rġiel li jingħataw b’qalbhom kollha biex

jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan

flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem,

Ammen. Missierna ...

Is-Sibt, 26 t’Awwissu Santa Tereża ta’ Ġesù fin-nifda tal-qalb

San Liberal u San Bonifazju Il-Beatu Ġakbu Retomet – presbiteru u martri

Il-Beatu Żeferinu – Papa u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Rut 2: 1-3,8-11; 4: 13-17 Imbierek il-Mulej, li ma ċaħħdekx minn qarib feddej illum. 2. Salm 127 :1-5 Ara, kif ikun imbierek il-bniedem li jibża’ mill-Mulej. 3. Mattew 23: 1-12 Huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. SANTA TEREŻA TA’ ĠESÙ JORNET E IBARS (1843-1897) Din il-qaddisa twieldet f’Aytona, fil-Katalonja (Spanja). Hija l-fundatriċi tas-

Sorijiet Ċkejknin tal-Anzjani Abbandunati li hi waqqfet f’Barbastro fi Spanja. Bħala tifla żgħira kienet iġġib nies foqra lejn id-dar raħlija tagħhom u l-ġenituri tagħha kienu jitimgħuhom.

Hija laħqet għalliema iżda malajr ħasset ġibda għall-ħajja reliġjuża. Ċerti ċirkustanzi u marda temporanja tal-ġilda impedewha li tidħol fil-kunventi li għażlet, għalhekk reġgħet bdiet tgħallem.

Page 54: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 53

Iżda fl-1873 meta kellha 30 sena Dun Saturninus Lopez Novoa għamilha ċ-ċentru ta’ komunità li kellu ħsieb iwaqqaf fejn kellha ddur b’nies xjuħ abbandunati. Għaxar nisa ħadu l-abitu fl-istess żmien.

Illum din il-kongregazzjoni tgħodd ’l fuq minn 3000 u għandha 214-il dar għax-xjuħ f’diversi pajjiżi, bid-dar ċentrali tagħha f’Valencia.

Mietet ta’ 54 sena f’Liria, fis-26 t’Awwissu 1897. Kienet ibbeatifikata fl-1958 u ġiet ikkanonizzata fl-1974, mill-Beatu Papa

Pawlu VI.

Riflessjoni: Il-ħajja ta’ qaddej tista’ tkun waħda bla gost; madankollu Ġesù jgħidilna, “l-akbar fostkom għandu jkun il-qaddej tagħkom”. Imma hu jagħmel aktar milli jgħid. Hu nnifsu jieħu rwol ta’ qaddej, f’ġest drammatiku. Fl-aħħar ċena hu jxedd minn fuqu l-libsa, is-sinjal tas-sid, u jilbes il-fardal. Ħa f’idejh l-aktar xogħol baxx tal-qaddejja; hu jaħsel saqajn l-Appostli. Din hija parabbola f’ħidma. L-għada, fil-Ġimgħa l-Kbira, hu jwettaq dak li qal il-profeta Isaija fl-Għanjiet tal-Qaddejja: huwa joffri l-ogħla att ta’ servizz.

Fr. Joseph T. Lienhard, S.J., Praying with Saint Matthew’s Gospel Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 79, silta mit-2 punt

In this spirit of humility, Saint Francis Xavier always traveled on foot, no matter how lengthy the journey, except when he had to cross the sea. In the same spirit, he usually stayed in hospitals, and during one long sea voyage, he acted as a servant toward everyone. Later, he served for two months as a domestic servant for a Japanese soldier. He wrote on his knees to Saint Ignatius, his superior. That is how this saint prepared for the conversion of a great number of souls, for God usually acts this way with those who serve him with humility, as the Most Blessed Virgin testifies in her canticle that God acted in her regard. The more humble people are, the more God accomplishes great things through them.

TALBA

Mulej Ġesù Kristu, agħmel li ngħannu l-għanja ta’ tifħirek,

nithennew fik biss, ngħixu ħajja rżina,

nitilqu wara daharna dak kollu li jħabbatna u ngħidu lilek biss dak li neħtieġu,

biex bis-sliem li tagħtina nkunu nistgħu nammru

fis-saltna ta’ Ġerusalemm tas-sema. Dan jista’ jseħħ bil-għajnuna tiegħek; int imbierek u msebbaħ għal dejjem.

Ammen. Sant’Antnin ta’ Padova

Missierna ...

Page 55: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

54 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 27 t’Awwissu Il-21 Ħadd ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 22: 19-23 Inqiegħed fuq spallejh il-muftieħ tad-dar ta’ David. 2. Salm 137:1,2abċ,3,6,8bċ It-tjieba tiegħek, Mulej, tibqa’ għal dejjem. 3. Rumani 11: 33-36 Kollox ġej minnu, kollox permezz tiegħu, kollox għalih. 4. Mattew 16: 13-20 Inti Pietru: jiena nagħtik l-imfietaħ tas-saltna tas-

smewwiet.

Riflessjoni, fuq il-Vanġelu:

Dwar l-interpretazzjoni ta’ dan it-test tal-vanġelu ta’ San Mattew inkitbu paġni sħaħ u qamet battalja sħiħa bejn l-insara ta’ twemmin differenti dwar il-primat ta’ Pietru, kwistjoni kumplikata u kontroversjali li ċertament mhux il-każ li naffrontaw f’dan il-kummentarju qasir. Dan id-djalogu bejn Ġesù u Pietru mhux sempliċi bdil ta’ kumplimenti reċiproċi, u dan jikkonfermahulna l-kliem “Hieni int Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma missieri li hu fis-smewwiet.” (Mt. 16:17). B’dan il-mod jiċċaralna mill-ewwel li l-fidi mhix xi ħaġa li noqogħdu niftaħru biha.

L-istess Pietru ftit wara jinduna b’dan għax iċedi għas-sentimenti umani tiegħu meta jissuġġerixxi lill-Imgħallem biex iwarrab mill-missjoni li kellu; u ta’ dan jaqla’ ċanfira iebsa. Mhux biss, dan l-imsejken Xmun bin Ġona, propju minħabba d-dgħufija umana jidħol f’serje ta’ sitwazzjonijiet imbarazzanti sakemm fl-aħħar jasal f’dak il-mument tal-mistħija meta jiċħad lill-imgħallem għal tliet darbiet.

Fil-fatt li wieħed jagħraf, f’bin il-mastrudaxxa ta’ Nazzaret mhux biss il-Messija mistenni, imma saħansitra l-iben waħdieni ta’ Alla, hi xi ħaġa li tmur lil hinn mill-possibiltajiet umani; ħaġa li ħadd – la Pietru, u lanqas l-iżjed bniedem li jemmen – ma jista’ jasal għaliha bil-ħila tiegħu biss.

Bħal dak iż-żmien, illum in-nies tara f’Ġesù, profeta, bniedem kbir, mudell li timitah, benefattur tal-umanità: imma li tagħraf wiċċ Alla fil-persuna, fil-ħajja u fil-kliem tan-Nazzarenu anke llum hi possibbli minħabba d-don divin li jagħmel “imbierek” lil min tgħallem jafda iktar lill-Ispirtu milli d-demm u l-laħam. Dan id-don, f’min jirċevih bl-umiltà u l-gratitudni, iwassal il-beatitudni tal-għaġeb tal-bidla sħiħa tal-identità. Is-sajjied tal-Galilija li bil-biża’ jegħreq fil-mewġ tal-ħajja, isir il-blata soda li fuqha Alla jafda li jorbot il-pedament tal-binja tiegħu. Il-prużuntuż, Xmun bin Ġona, li x-xitan dirsu bħall-qamħ, isir il-bieb tas-saltna li kontirha s-setgħat tal-infern iqumu għal xejn.

Id-dixxipllu li, meta jkun fil-prova, jfalli bl-ikrah, isir l-għassies li Alla jafdalu ċ-ċwievet tad-dar. Il-bniedem li jrid jagħmel limitu għall-maħfra – seba’ darbiet, mhux iżjed - jiġi msejjaħ minn Alla għall-ministeru tal-maħfra divina

Page 56: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 55

bla kundizzjoni, wara li ġarrab fih innifsu (“tħobbni int aktar minn dawn?”) l-effetti straordinarji tagħha. F’dinja bħal tagħna b’nies li jintelqu għas-sentimenti u jaħarbu mill-verità, nies suspettużi li tafda l-intwizzjoni iktar milli lil Alla u lill-proxxmu; dinja fejn iż-żgħażagħ jagħmlu l-għażliet fundamentali ta’ ħajjithom waqt li jiddubitaw mill-istess demm u laħam tagħhom, din il-beatitudni tolqot lil min ma jibżax jimxi wara Ġesù, għax jaf li m’hemmx mod aħjar kif tgħix. Imma jaf ukoll li d-don li Alla u l-privileġġi li li jiġu miegħu, ifissru parteċipazzjoni fil-ħajja u d-destin ta’ Kristu, prospettiva tal-biża’, li min jemmen jikkonsidraha bħala privileġġ. Mhux ta’ b’xejn li ċ-ċwievet tas-saltna li Alla jagħti lil Pietru, jsiru s-salib li l-oħrajn iqiegħdulu fuq spallejh, biex ifakkru li m’hemm ebda mod ieħor li tista’ titħaddem l-aworità jekk mhux b’servizz, id-don sħiħ u mingħajr kundizzjoni tiegħu innifsu.

Il-Vanġelu illum jeżortana biex nemmnu, b’konvinzjoni u entużjażmu li jittieħed, li l-Knisja li nagħmlu parti minnha, u li tagħha Pietru u s-sinjal viżibbli tal-għaqda, tinbet minn don mhux mistenni, tgħix beatitudini li ma tistħoqqilhiex, tagħmel xogħol impossibbli, tipparteċipa minn issa fir-rebħa definittiva fuq il-ħażen u xxerred b’idejn miftuħa, maħfra li tiftaħ beraħ il-bibien tas-saltna. Ma niqfux biss li nemmnuh dan, imma ngħixuh.

Minn ”La Realtà é Cristo”, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 106, it-2 punt

The Pope, being the Vicar of Jesus Christ, the visible head of the Church, and the successor of Saint Peter, has wide authority over the entire Church. All the faithful who are members ought to regard him as their father and as the voice God uses to give his orders to them. He possesses the universal power of binding and loosing that Jesus Christ gave to Saint Peter; to him Jesus Christ has committed the responsibility first given to this holy Apostle of feeding his flock. Your role, then, is to work to increase and to take care of this sheepfold; therefore, you must honor our Holy Father, the Pope, as the holy shepherd of this flock and the High Priest of the Church. You must respect his every word. It ought to be enough that something comes from him for you to be infinitely attentive. Is this how you have acted up to the present? Adore God’s authority in this sovereign Shepherd of souls, and in the future, look upon him as the great teacher of the Church.

TALBA Mulej, għajn tal-ħajja eterna u tal-verità,

agħti lir-ragħaj tiegħek, il-Papa, spirtu ta’ kuraġġ u ġudizzju ġust, spirtu ta’ għerf u mħabba.

Billi jmexxi b’fedeltà lil dawk li ġew afdati f’idejh, agħmel li, bħala suċċessur tal-appostlu Pietru u vigarju ta’ Kristu,

jibni l-Knisja f’sagrament ta’ għaqda, imħabba u paċi għad-dinja kollha. Nitolbuk dan b’sidna Ġesù Kristu, ibnek, li jgħix u jsaltan miegħek

u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. Laikos

Missierna ...

Page 57: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

56 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 28 t’Awwissu Santu Wistin – isqof u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1.1Tessalonikin 1: 1-5,8b-10 Dortu lejn Alla u tlaqtu l-idoli biex taqdu lil Ibnu, li

hu qajjem mill-imwiet. 2. Salm149: 1-6, 9 Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu. 3. Mattew 23: 13-22 Ħażin għalikom, mexxejja għomja. SANTU WISTIN (354-430) - isqof u duttur tal-Knisja Santu Wistin hu l-akbar fost il-qaddisin-dutturi tal-Punent u l-għerf tiegħu

baqa’ jdawwal lill-Knisja sa żminijietna. Hu twieled f’Tagaste, illum Souk-Ahras fl-Alġerija, iben Patrizju li kien

pagan u Monika li kienet nisranija. Il-ġenituri tiegħu faddlu biex jagħtuh l-aħjar edukazzjoni u billi kien ta’ intelliġenza mhux komuni bagħtuh jistudja f’Kartaġni.

Hemmhekk poġġa ma’ mara għal 13-il sena u minnha kellu tifel. Huwa ma tax każ it-twissijiet ta’ ommu dwar il-kastità u abbanduna l-fidi, għalkemm kien għadu katekumenu (qed jitħejja għall-magħmudija), u ngħaqad mas-setta tal-Manikej. Ommu kienet titlob bla heda għall-konverżjoni tiegħu.

Meta Wistin qara l-opra ta’ Ċiċerun Hortensius imtela b’xewqa għall-għerf veru u dar lejn l-Iskrittura biex jara x’toffri, iżda malajr warrabha bħala inferjuri għal Ċiċerun.

Għallem ir-rettorika f’Tagaste, Kartaġni, Ruma u Milan. Għal 9 snin dam mal-Manikej imbagħad sar xettiku (jiddubita mill-verità ta’ kull reliġjon).

F’Milan iltaqa’ ma’ S.Ambroġ, inġibed lejh minħabba l-prietki tiegħu, li kien jismagħhom b’attenzjoni, u għaraf li seta’ jħaddan il-fidi kattolika fuq argumenti mibnija fuq ir-raġuni. Wistin reġa’ beda japprezza l-Iskrittura u reġa’ sar katekumen. Fl-aħħar ikkonverta tabilħaqq u nhar Sibt il-Għid tat-387, hu tgħammed minn idejn San’Ambroġ meta kellu 32 sena. Ommu issa setgħet tmut fil-paċi għax, kif qaltlu hi stess, rat lil binha mhux biss isir nisrani, imma wkoll jingħata għal ħajja qaddisa.

Irritorna fl-Afrika fil-belt fejn twieled bix-xewqa li jiddedika ħajtu fit-talb u ħidma f’komunità monastika. Ma damx jgħix wisq maqtugħ min-nies.

Fit-391 - 4 snin wara li tgħammed - kien ordnat saċerdot mill-isqof ta’ Ippona (illum Bona fl-Alġerija), u fit-396 kien maħtur isqof tal-istess belt. Kellu 40 sena. Bħala ragħaj tal-erwieħ huwa kien jgħallem lill-merħla tiegħu bi prietki u omeliji, u l-ġenju tiegħu dawwal il-Knisja kollha. Kellu jissielet għall-għaqda tal-Knisja kontra l-moviment xiżmatiku Afrikan tad-Donatisti.

Kiteb diversi opri u minħabba f’hekk Santu Wistin hu msejjaħ id-Duttur tal-Grazzja. Waħda mill-ittri tiegħu kienet indirizzata lil komunità ta’ sorijiet (monache) mimlija għaqal u b’enfasi fuq il-karità, u aktar tard saret il-bażi ta’ dik li tissejjaħ ir-Regola ta’ Santu Wistin u li kienet adottata minn ħafna

Page 58: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 57

stituti reliġjużi tal-irġiel u tan-nisa. Sakemm miet Wistin ipprietka u kiteb fuq kull kwistjoni teoloġika ta’ żmienu. Kiteb ukoll fuq suġġetti li llum insejħulhom problemi soċjali. L-opri tiegħu jgħoddu ’l fuq minn 100 ktieb u probabbli kien l-aktar kittieb nisrani magħruf u influwenti minn San Pawl ’l hawn.

Santu Wistin miet fl-430 waqt l-assedju tal-belt li tagħha kien isqof mill-barbari Vandali immexxija minn Ġenseriku.

Fost l-aktar opri magħrufa tiegħu hemm l-Istqarrijiet (Confessiones) u l-Belt ta’ Alla (de Civitate Dei) li huma wkoll maqlubin għall-Malti.

Riflessjoni: F’Agostino hija proprju din l-inkwetudni tal-qalb li twasslu għal-laqgħa personali ma’ Kristu, twasslu biex jifhem li dak Alla li kien qed ifittex ’il bogħod minnu, huwa Alla qrib ta’ kull bniedem, Alla qrib ta’ qalbna, huwa aktar intimu magħna milli aħna stess tagħna nfusna (ara ibid. III, 6,11). Imma wkoll fl-iskoperta u fil-laqgħa m’Alla, Agostino ma jieqafx, ma jnaqqasx il-pass, ma jingħalaqx fih innifsu bħal dak li jkun ġa wasal, imma jkompli mixjietu. L-inkwetudni tat-tfittix tal-verità, tat-tfittix t’Alla, issir inkwetudni biex jagħarfu dejjem aktar u biex joħroġ minnu nnifsu biex jagħmlu magħruf lill-oħrajn. Din hija l-inkwetudni tal-imħabba. Jixtieq ħajja kwieta ta’ studju u ta’ talb, imma Alla jsejjaħlu biex ikun ragħaj ta’ Ippona f’mument diffiċli, ma’ komunità maqsuma u bi gwerra wara l-bieb. U Agostino jħalli lilu nnifsu jiġi “inkwetat” [imqanqal] minn Alla, ma jgħajjiex iħabbru, jevanġelizza bil-kuraġġ, mingħajr biża’, ifittex li jkun ix-xbieha ta’ Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb li jagħraf in-nagħaġ tiegħu.

Il-Papa Franġisku, silta mill-omelija tat-28 t’Awwissu, 2013

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 123, l-1 punt

God, all good and merciful, for a long time and in many ways, urged Saint Augustine to be converted and to change his manner of living radically, yet for many years this saint led a disorderly life. He was not always resisting grace, but he was not consenting to its movements, and he was constantly hesitating to follow them. Now he wanted to change; now again he no longer wanted to change. He remained for a considerable length of time in this disturbed state of mind, and he was surprised to see himself so indecisive. On the one side, his disorderly behavior, and on the other, the strong urging of grace, made him shed tears in abundance. The effect this produced made him still more irresolute and unsettled. As he said, vanities and trifles held him back and prevented him from giving himself entirely to God. Is grace not urging you to live according to the perfection proper to your state? Do you not have, from time to time, a strong inspiration to do violence to self, to practice some significant act of virtue? Do you not find it difficult to follow these calls? Do you not sometimes even resist grace?

Page 59: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

58 SIGNUM FIDEI

TALBA Onfoħ fija int, Spirtu Qaddis, biex qaddisin ikunu ħsibijieti.

Mexxini ’l quddiem int, Spirtu Qaddis, biex qaddis ikun kull għemil tiegħi.

Iġbidni inti lejk, Spirtu Qaddis biex nibda nħobb il-ħwejjeġ il-qaddisa.

Iddefendini int, Spirtu Qaddis, biex qatt na nitlef jien il-grazzja tiegħek.

Ammen. Santu Wistin

Missierna ...

It-Tlieta, 29 t’Awwissu Il-Martirju ta’ Ġwanni l-Battista

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġeremija 1: 17-19 Għidilhom kull ma ordnajtlek; la tibżax minnhom. 2. Salm 70: 1-6,15,17 Fommi jxandar il-ġustizzja tiegħek. 3. Mark 6: 17-29 Irridek issa stess tagħtini ras Ġwanni l-Battista fuq

platt.

IL-MARTIRJU TA’ ĠWANNI L-BATTISTA Wara li l-Knisja tkun ġa għamlet l-festa tat-twelid tal-Battista fl-24 ta’ Ġunju,

hija terġa’ tfakkar il-martirju ta’ dan il-qaddis prekursur ta’ Ġesù fid-29 ta’ Awwissu.

Ir-rakkont tal-mewt ta’ dan l-aħħar fost il-profeti jagħtihulna bid-dettalji l-evanġelista San Mark (6, 17-29). Erodi Antipas, iben Erodi l-Kbir, kien keċċa ’l martu Marianne u żżewweġ lil Erodias, mart ħuh Filippu.

San Ġwann kien iċanfar lir-re fil-pubbliku u jgħidlu, “ma tistax iżżomm il-mara ta’ ħuk.” Minħabba f’hekk Erodias bdiet tobogħdu u bdiet taħseb kif teqirdu.

L-okkażjoni ġiet meta Erodi għamel il-festa ta’ twelidu, u ħarġet tiżfen bint Erodias li tant għoġbot lir-re li qalilha biex titolbu dak li xtaqet, imqar nofs is-saltna.

It-tfajla marret tieħu parir mingħand ommha li qaltilha: “Mur itlob lir-re biex jagħtik issa ras Ġwanni l-Battista fuq platt.”

Page 60: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 59

Għal din it-talba stramba, Erodi wera li ma ħax gost, imma biex joħroġ ta’ raġel quddiem il-mistednin, qabbad suldat biex imur jaqta’ ras Ġwanni li allura kien fil-ħabs mitfugħ minn Erodi nnifsu għax kien iċanfru, u jġibha fuq platt u jagħtiha lit-tfajla, li min-naħa tagħha mbagħad tatha lil ommha.

Id-dixxipli mbagħad ġabru l-ġisem u tawh difna xierqa. Il-ġrajja seħħet xi sena qabel ma Ġesù ħa l-passjoni.

Ġużeppi Flavju fil-kitba tiegħu jsemmi kif il-Lhud kienu jemmnu li l-qerda tal-armata ta’ Erodi kienet kastig t’Alla għall-qtil ta’ S. Ġwann.

Riflessjoni: Kull Nisrani magħmul biex ikun martri. Huma l-martri li jagħmlu l-Insara. Knisja li ma tiftakarx fil-martri tal-bieraħ, jew li ma tiskoprix aktar il-martri tal-lum, ma tistax tistenna l-unur li tkun il-Knisja ta’ Kristu. Il-Beatu Pawlu VI, meta kien għadu arċisqof ta’ Milan, waqt li kien qiegħed jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-mewt tal-Kardinal Stepinac, eroj tal-fidi fil-Jugoslavja, qal, “Il-passjoni ta’ Kristu tkompli ... Kien jeħtieġ li Kristu jbati (Lq. 24:46), għaldaqstant jeħtieġ li l-Knisja wkoll tbati; għall-fedeltà tagħha lejn Kristu, għall-awtentiċità tagħha, biex iġġedded il-kapaċità li tkellem lid-dinja u ssalvaha. Il-martirju huwa wieħed mill-kariżmi tagħha”. Il-Kardinal Roger Etchegaray, Nimbotta ’l quddiem bħal ħmar... Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 162, siltiet mit-3 punt The courageous and tireless zeal demonstrated by Saint John to do away with sin was finally the cause of his death. Herod, the Tetrarch of Galilee, having taken the wife of his brother, Philip, and having committed many other crimes, Saint John reproached him forcefully, which is why Herod had him arrested and put in prison. Yet he did not dare put him to death, because the people regarded this saint as a Prophet, and Herod considered him to be a saint and had much respect for him… Is this the reward you hope for in your work? Do you desire to suffer much in it, to be greatly persecuted for it, and in the end to die in it after having worked with all the energies of your soul for the destruction of sin?

TALBA O Alla,

inti ridt lil San Ġwann Battista biex iħejji ’l-poplu għal Kristu.

Imla l-poplu li għandu l-grazzja tiegħek bil-ferħ, u ressaq il-ħsibijiet tal-fidili kollha

fit-triq tal-paċi u s-salvazzjoni. Agħmel li bħalma San Ġwann sofra l-martirju

għall-verità u l-ġustizzja, hekk ukoll aħna bil-qawwa kollha

nixhdu l-fidi fik u agħmel li oħrajn jimxu fit-triq

tal-verità u tal-ħajja eternal. Ammen. Missierna ...

Page 61: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

60 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 30 t’Awwissu Santa Jeanne Jugan - verġni

Santa Margerita Ward - verġni Il-Beatu Alfredu Idelfonsu Schuster – isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1Tessalonikin 2: 9-13 Sakemm konna qegħdin inxandrulkom l-Evanġelju, aħna ħdimna billejl u binhar. 2. Salm 138: 7-12ab Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni. 3. Mattew 23: 27-32 Intom ulied il-qattiela tal-profeti. SANTA MARGERITA WARD (1550-1588) - verġni Margerita Ward twieldet ġewwa Congleton, f’Chesire l-Ingilterra fl-1550.

Meta bdiet titfarfar marret Londra taħdem ta’ seftura ma’ sinjura mlaħħqa sewwa fis-soċjetà.

Minn hemm semgħet kemm qed jiġi mmaltrattat is-saċerdot, Dun Richard Watson, ġewwa l-ħabs ta’ Bridwell. Dan kien ġie arrestat bla ħtija, sempliċement għaliex kien saċerdot kattoliku. Kien fiż-żmien tar-riforma protestanta ġewwa l-Ingilterra.

Hija rnexxielha ġġib permess biex tkun tista’ żżuru fil-ħabs. Kull darba il-gwardi kienu jagħmlulha tfixxija stretta qabel tidħol u anke meta tiġi biex toħroġ. Biż-żmien iżda, l-awtoritajiet bdew isiru iżjed laxki u rnexxielha ddaħħal ħabel ġewwa l-ħabs.

Bil-għajnuna tal-Beatu Ġwanni Roche, irnexxielhom jħarrbu lil dan is-saċerdot, sabiex ikun jista’ jerġa’ jkompli l-ħidma tiegħu fost l-kattoliċi. Is-saċerdot irnexxielu jaħrab iżda Margerita u Ġwanni Roche, li biddel ħwejġu ma’ tas-saċerdot, inqabdu. Huma ma ridux jagħtu informazzjoni ta’ fejn mar Dun Richard u għalhekk ġew arrestati.

Lil Margerita żammewha marbuta bil-ktajjen għal tmint ijiem, imbagħad dendluha minn idejha u ttorturawha. Ammettiet li għenet lil Dun Watson jaħrab u stqarret li kienet ferħana ħafna li rnexxielha teħles ħaruf innoċenti minn qalb il-ħafna lpup feroċi.

Offrewlha l-maħfra jekk hi tattendi għal servizz tal-Protestanti iżda hija rrifjutat. Hija ġiet mgħallqa ġewwa Tyburn, fi-30 ta’ Awwissu, 1588, flimkien ma’ ħamsa oħra, fosthom Ġwanni Roche.

Hija ġiet ikkanonizzatha fil-25 t’Ottubru fl-1970, mill-Papa Beatu Pawlu VI mal-40 martri mill-Ingilterra u Wales. Il-festa tagħhom ġieli tiġi ċċelebrata wkoll fl-4 ta’ Mejju.

Riflessjoni: Bil-kelma profeti nifhmu dawk kollha li ġew ispirati mill-Ispirtu s-Santu biex jitkellmu f’isem Alla. L-Ispirtu jwassal il-profeziji tal-Antik Testment fis-seħħ fi Kristu, li jurina l-misteru tiegħu fit-Testment il-Ġdid. Katekiżmu tal-Knisja Kattlika

Page 62: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 61

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 205, silta mill-1 punt Jesus Christ, having been appointed by God to be your judge, will say to you, as the owner said to his manager, Give me an account of your administration. He will then look into the very depths of your heart to examine whether you have been faithful managers of the wealth he has entrusted to you and the talents he has given you to work in his service. The good or the bad use you have made of these gifts will then become clear, for the Lord, who judges you, will unveil what is most hidden and most secret in the depths of your heart. If you want to prevent the account that you must give from becoming heavier with the passage of time, make one every day to yourself. Examine before God how you are conducting your work and whether you are failing in any of your duties. Come to see clearly who you are. Find fault accurately and unsparingly, so that when Jesus Christ comes to judge you, you will be able to face his judgment without being afraid. For when he comes, he will find nothing to condemn in you…

TALBA Agħtina, Mulej li nifhmu sewwa kull ma ngħidu,

dawwal il-fehma tagħna, agħmel li nibżgħu għall-ġieħ tal-ħwejjeġ

li nitkellmu fuqhom, imliena bil-fidi fil-verità.

Agħmel li ngħidu dak li nemmnu. San Ilarju - isqof u duttur tal-Knisja.

Missierna ...

JGĦIX ĠESÚ F’QALBNA !

GĦAL DEJJEM

Page 63: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

62 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 31 t’Awwissu San Rajmond Nonnatus - kardinal

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1.1Tessalonikin 3: 7-13 Jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-imħabba

għal xulxin u lejn kulħadd. 2. Salm 89: 3,4,12-14 -17 Imliena, Mulej, bit-tjieba tiegħek. 3. Mattew 24: 42-51 Kunu lesti. SAN RAJMONDU NONNATO (1204-1240) Jissejjaħ “Nonnato” jiġifieri mhux imwieled, għax twieled b’operazzjoni malli

mietet ommu, madwar is-sena 1204, fil-belt ta’ Portella, fil-Kalalonja fi Spanja.

Kien iben familja għanja u nobbli, imma daħal mal-Patrijiet Merċedarji taħt l-istess fundatur, San Pietru Nolasco.

Ħeles ħafna nsara mill-jasar tal-Misilmin, anki fl-Alġerija, fejn ikkonverta bosta Misilmin, u anki ġie ttorturat. Wasal biex kellu joqgħod fil-jasar huwa stess sakemm ġie mifdi minn San Pietru Nolasco.

Malli rritorna fi Spanja fl-1239, ġie maħtur kardinal mill-Papa Girgor IX imma miet fil-belt ta’ Cardona, qrib Barcellona, fil-31 t’Awwissu, 1240, ta’ madwar 36 sena. Il-fdal tiegħu jinsab meqjum Cardona fil-knisja ta’ San Nikola.

Il-Papa Alessandru VII (li bħala Monsinjur Fabio Chigi kien inkwiżitur Malta) mar jgħoddu mal-qaddisin fl-1657. Minħabba t-twelid tiegħu b’operazzjoni huwa l-prottettur tal-ommijiet, tal-qbiela u tat-trabi.

Riflessjoni: Il-ħsieb tal-eternità, huwa ħsieb serju tassew, għax kollox jispiċċa, il-ferħ u n-niket, is-saħħa u l-mard, il-ġid u l-faqar ... tibqa’ biss l-eternità. U kif ser tkun l-eternità tiegħi? Minni biss jiddependi. Jekk irrid eternità ta’ tgawdija nagħmel it-tajjeb, u jekk f’ħajti nagħżel li nagħmel il-ħażin immur f’eternità ta’ tbatija. Sakemm għadna fiż-żmien, nistgħu ntejbu t-tajjeb tagħna, u nistgħu nieqfu mill-ħażin tagħna, u nibdew nagħmlu dak li hu tajjeb. Din hija konverżjoni. Il-ħajja tan-nisrani hija konverżjoni kontinwa. L-ikbar miskin, hu dak li fil-ħajja tar-ruħ, hu kuntent, u jaħseb li ma jistax, jew ma jridx itejjeb ħajtu. Fl-eternità, ma jkollniex żmien la biex intejbu t-tajjeb tagħna u lanqas il-ħażin tagħna. Kieku kellna nistaqsu lil xi ħadd li qiegħed ibati fl-eternità, x’jixtieq, bla dubju ta’ xejn kien jgħidilna ftit taż-żmien biex jitlob maħfra u jikkonverti. Kollox jgħaddi, wieħed biss jibqa’ għal dejjem, Alla. Kemm jiswa ż-żmien Mulej. Fiż-żmien nista’ nirbħek u fiż-żmien nista’ nitilfek ... skont kif użajt iż-żmien. Patri Damian Cachia O. Carm., Il-Verità Teħlisna

Page 64: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 63

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 205; silta mill-1 punt

If you want to prevent the account that you must give from becoming heavier with the passage of time, make one every day to yourself. Examine before God how you are conducting your work and whether you are failing in any of your duties. Come to see clearly who you are. Find fault accurately and unsparingly, so that when Jesus Christ comes to judge you, you will be able to face his judgment without being afraid. For when he comes, he will find nothing to condemn in you, because you will have anticipated his judgment, regarding not only your own person but also the talents and the graces you have received from God to fulfill well the service that he assigned to you. For he has made you the guardians and guides of children, who belong to him and over whom he has acquired the right of father, not only by creation but also by holy Baptism, whereby they are all consecrated to him

TALBA Salm 25

Lejk jien nerfa’ ruħi Mulej, Alla tiegħi. Fik jien nittama, ma jkollix għax nitħawwad.

Triqatek Mulej għarrafni u l-mogħdijiet tiegħek għallimni. Mexxini fis-sewwa tiegħek u għallimni

għax int Alla tas-salvazzjoni tiegħi. Għalik nixxennaq il-jum kollu.

Serraħli qalbi mid-dwejjaq, min-niket tiegħi eħlisni. Ara n-niket u d-diqa tiegħi, u aħfirli ħtijieti kollha.

Ħarisli ħajti u eħlisni; is- sewwa u l-ġustizzja jħarsuni għax jien fik ittamajt.

Ammen.

Missierna ...

Page 65: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

64 SIGNUM FIDEI

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-providenza tiegħek, inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITÀ, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-melħ tad-dinja, id-dawl tad-dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesu’ Kristu, ibnek l-għażiż. Ammen.

Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw lil: Signum Fidei, Dar il-Frères, Triq Antonio Sammut, Il-Gżira. GŻR1563

Page 66: AWWISSU 2017 - WordPress.comSan Alfons Marija de’ Liguori – isqof u duttur tal-Knisja “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni.

SIGNUM FIDEI 65

ST. BENILDE ROMANSON

O God, who inspired

Saint Benilde Romanson to be an excellent educator

who carried out his daily work to perfection,

graciously grant that through

his intercession and example,

we too may be faithful to our vocation

and attain perfect charity. Through Christ our Lord.

Amen