IS-SAĊERDOTI U AĦNA

Post on 10-Jan-2016

55 views 3 download

description

IS-SAĊERDOTI U AĦNA. 31 Ħadd matul is-sena. L-1 QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Malakija. Mal 1, 14b-2, 2b, 8-10. Jien Sultan kbir – jgħid il-Mulej ta’ l-eżerċti – u ismi hu tal-biża’ fost il-ġnus. U issa għalikom dan il-kmandament, intom il-qassisin!. - PowerPoint PPT Presentation

Transcript of IS-SAĊERDOTI U AĦNA

IS-SAĊERDOTI

U AĦNA

31 Ħadd matul is-sena

L-1 QARI

Qari mill-Ktieb tal-Profeta

Malakija.

Mal 1, 14b-2, 2b, 8-10

Jien Sultan kbir – jgħid il-Mulej ta’ l-eżerċti – u ismi hu

tal-biża’ fost il-ġnus.

U issa għalikom dan il-

kmandament, intom il-qassisin!

Jekk intom ma tisimgħux, jekk ma tfittxux minn qalbkom li tweġġhu lil ismi – jgħid il-Mulej ta’ l-eżerċti – jiena nibgħat fuqkom is-saħta.

Intom twarrabtu mit-triq, ġagħaltu ’l ħafna jitfixklu bit-tagħlim tagħkom; ħassartu l-

patt ta’ Levi – jgħid il-Mulej ta’ l-eżerċti.

U jien ukoll tlaqtkom għaż-żebliħ u għat-

tmaqdir tal-poplu kollu, bħalma

intom ma żammejtux

triqati, imma fit-tagħlim tagħkom

ħaristu lejn l-uċuh.

Mhux Missier wieħed

għandna, ilkoll kemm aħna?

Mhux Alla wieħed

ħalaqna? Mela għaliex nimxu

bil-qerq bejnietna u nonqsu mill-

ġieh lejn il-patt ta’ missirijietna?

Il-Kelma tal-Mulej.

Irrodu ħajr lil Alla.

SALM RESPONSORJALISalm 130

Mulej, ħarisli

ruħi fis-sliem.

Mulej, ma tkabbritx qalbi,anqas ma ntrefgħu għajnejja;jien ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar,anqas wara ħwejjeġ ogħla minni. R/.

Mulej, ħarisli

ruħi fis-sliem.

Imma żammejt ruħi fil-kwiet u l-

mistrieħ,bħal tarbija

f’ħoġor ommha;

bħal tarbija miftuma,

hekk hi ruħi ġewwa fija.

R/.

Mulej, ħarisli

ruħi fis-sliem.

Ittama, Iżrael, fil-Mulej,minn issa

u għal dejjem.

R/.

Mulej, ħarisli

ruħi fis-sliem.

Qari mill-

Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu

lit-Tessalonk

in1 Tess 2, 7b-9, 13

Ħuti: Aħna ġibna ruħna fostkom bil-ħlewwa,

bħalma omm tħaddan lil uliedha.

Aħna għożżejniekom hekk li ridna naqsmu

magħkom mhux biss l-Evanġelju ta’ Alla, imma ħajjitna stess, daqskemm

sirtu għeżież għalina.

Intom, ħuti, tiftakru

fit-taħbit u t-tbatija

kbira tagħna. Sakemm

konna qegħdin

inxandrulkom l-

Evanġelju ta’ Alla,

aħna ħdimna bil-lejl u

bin-nhar, biex lil ħadd

minnkom ma

ngħabbu.

U għalhekk

aħna wkoll niżżu ħajr bla heda lil Alla talli l-kelma ta’ Alla, li

intom smajtu minn

għandna,

ilqajtuha mhux bħala kelma ta’ bniedem, iżda bħala kelma ta’ Alla, kif tassew hi: dik il-kelma li qiegħda taħdem fikom li

emmintu.

Il-Kelma tal-Mulej.

Irrodu ħajr lil Alla.

Hallelujah. Halleluljah.

Ilqgħu l-kelma ta’ Alla, mhux bħala kelma ta’ bniedem,

iżda bħala kelma ta’ Alla, kif tassew hi. - Hallelujah.

Qari mill-Evanġelju

ta’ San

Mattew.Mt 23, 1-12

F’dak iż-żmien: Ġesù kellem lin-nies u lid-

dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-

kattedra ta’ Mose qagħdu

l-kittieba u

l-Fariżej.

Mela kull ma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom imma fatti xejn.

Huma jorbtu qatet kbar u

tqal u jgħabbuhom fuq spallejn l-oħrajn, waqt li huma stess anqas

b’sebagħhom ma jridu

jħarrkuhom.

Kull ma jagħmlu, jagħmluh

għal għajnejn in-

nies; għalhekk

ikabbruhom il-filatterji tagħhom u

jtawlu l-

ġmiemen tagħhom.

Iħobbu l-postijiet ewlenin fil-pranzijiet, u s-siġġijiet ta’ quddiem fis-sinagogi, u jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez u li n-

nies isejħulhom Rabbi.

Imma intom tħallux min isejħilkom

Rabbi, għax l-

Imgħallem tagħkom

wieħed hu, u intom

ilkoll aħwa.

U ssejħu ’l ħadd missierkom fuq din l-art,

għax il-Missier

tagħkom wieħed hu,

dak li hu fis-

smewwiet.

Hekk ukoll tħallux min isejħilkom mexxejja,

għax il-mexxej tagħkom wieħed hu, il-

Messija.

Il-kbir fostkom

għandu jkun qaddej

tagħkom; min

jitkabbar, jiċċekken; u

min jiċċekken, jitkabbar.”

Il-Kelmatal-Mulej.

Tifħir lilek Kristu.