Download - FREDU ABELA - Kitbietna

Transcript
Page 1: FREDU ABELA - Kitbietna

leħħ

il-Malti

Folja elettronika b’tagħrif lingwistiku, ortografiku, grammatikali u kulturali

dwar il-lingwa Maltija maħruġa mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Kulleġġ San

Injazju sabiex il-lingwa tagħna tingħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment

u/jew diffikultà huma ġentilment milqugħa fuq [email protected]

leħħ[email protected] [email protected] [email protected] [email protected] LEĦĦ IL -MALTI [email protected]

meta l-ewwel vers jaqbel mat-tielet, u t-tieni jaqbel mar-raba’ (a-b-a-b).

ALTERNATA:

IMBEWSA:

INTERNA:

ĦIELSA / AĊĊIDENTALI:

Ieqaf mill-mixi. Taħtek hawn art ċkejkna, Mdawla fl-iljieli sbieħ minn qamar sfajjar, Bin-nhar mix-xemx ħanina—art imsejkna Tistenna fuq ix-xwiek li int titħajjar.

Lis-Sħaba ta’ Ġużè Chetcuti

meta żewġ versi li jirrimaw huma mħaddna minn żewġ versi oħra li jirrimaw bejniethom (a-b-b-a).

MAGĦLUQA: Tar is-sħab minn wiċċ is-sema, Sa fl-iġbiel nibtet il-ħdura, Reġgħet tgħanni kull għasfura U fil-ferħ kull qalb tirtema.

Mejju Ġie bil-Ward u ż-Żahar

ta’ Ġan Franġisk Bonamico meta żewġ versi jirrimaw bejniethom (a-a). Jiena siġra kbira

U int l-għadira. Jien Siġra Kbira ta’ Ġorġ Borg

Kliem li jirrima fl-istess vers. Moħħna tinfed bħal berrina sa therrina.

Tradiment ta’ Victor Fenech

Ma jkunx hemm rima jew inkella ma tkunx konsistenti; irregolari.

F redu Abela twieled fid-19 t’April tal-1944 minn Manwel u

Salvina. Meta wieħed jisma’ l-laqam tal-Bamboċċu, moħħu

jmur dritt fuq l-għana. Il-Bamboċċu għamel karriera ta’ għana u

makkjetti li wassluh biex ikun leġġenda f’dan il-qasam tal-folklor

wara mewtu. Żgur li n-nies għadhom jiftakruh minħabba

l-karattru ferrieħi li kellu u t-tbissima li dejjem kien iġorr fuq

fommu.

W aħda mill-aktar makkjetti li għamlet suċċess lill-Bamboċċu

kienet Taxi Mary li ħareġ flimkien ma’ George Azzopardi,

il-Makk. Forsi kien minn din il-makkjetta li tbiddel il-wiċċ tal-

għana u l-mod kif in-nies iħarsu lejh. Il-lirika ta’ din il-makkjetta

kienet kollha ta’ Fredu u hu ħoloqha billi fuq ix-xogħol, sħabu

kienu jsemmulu rħula differenti ħalli hu joqgħod iqabbel fuqhom.

Fl-aħħar qabad il-vrus kollha, irranġahom, u rrekordjaha għand

D’Amato Records. Meta ħarġet kienet splodiet, b’aktar minn

10,000 kopja mibjugħa f’Malta, u 20,000 kopja mibjugħa fl-

Awstralja. Din hija parti mil-lirika ta’ din l-għanja:

FREDU ABELA l - B a m b o ċ ċ u

FREDU ABELA l - B a m b o ċ ċ u

il-Makk: Tridx naqbdu t-Taxi Mary Bamboċċ nagħmlu bħall-Ingliżi.

il-Bamboċċu: Iva Makk nisma’ minnek u nduru dawra l-pajjiżi.

il-Makk: Taxi Mary, aħna tlaqna u ħriġna minn Ħaż-Żabbar.

il-Bamboċċu: Immorru ġo xi post ieħor forsi nsib xi tfajla aħjar.

il-Makk: Mela ħriġna minn pajjiżna tridx naqbżu sa Raħal Ġdid.

il-Bamboċċu: Lil Carmen minn hawnhekk kelli jekk taraha taqta’ l-aptit.

il-Makk: Mela tridx inkomplu nsuqu u nidħlu ġo Ħal Tarxien?

il-Bamboċċu: Hawn lil Joycee kont inkellem; din fitta daqs id-dubbien.

il-Makk: Taxi Mary, il-gass se nagħfas biex nidħlu ġewwa ż-Żejtun.

il-Bamboċċu: Hawn ma tantx kampajt ma’ Doris kellha tort riedet raġun.