Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL...

28
ROGER ELLUL-MICALLEF Tobba Maltin matul Meta mitlub sehem fdan il-kungress u nitkellem dwar il-kontribut li tat il-professjoni medika Maltija maqbud bejn Minn deherli li kelli validi biex ma nilqax l-istedina, fosthom pressjoni ta' u l-fatt li li kien sejjer ikolli kienet sejra barra kollox mit-triq professjonali tas-soltu. mill-banda li kont inkun ingrat ma' dawk it-tobba, Maltin li tul medda ta' mijiet ta' snin taw servizz tajjeb lil dan il-poplu li mhux dejjem deher grat lejhom. Dawn it-tobba jiffurmaw katina li huma t-tobba ta' Huma kienu dawk li u t-tradizzjonijiet kif obbligati li lil ta' warajna. Kienet din ewlenija li hawn illum biex b'sens kbir ta' gratitudni lejhom nipprova l-istorja ta' kif dawn mhux biss kemm lil min kien marid skond ix-xjenza medika ta' imma taw ukoll kontribut lill- ta' kif ukoll lil dak xjentifiku u dak artisti k u -Ietterarj u. bikrin It-tradizzjoni medika f Malta hija twila sewwa. L-ewwel tabib li jissemma' f Malta huwa Domesticos. Ftit li xejn nafu fuqu; hu kollu minn skrizzjoni bil-grieg fuq ta' qabar li l-istoriku Dun Injazju Saverju Mifsud l li nstabet tl-1690 l-Oratorju ta' San il-knisja tal-patrijiet ta' l-Ordni minuri fir-Rabat. Skond 'al museo dell'Abela lasciato ai padri Gesuiti'. Isemmih ukoll Fra Giuseppe Zammit li fis-seklu sbatax u li sejrin

Transcript of Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL...

Page 1: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

ROGER ELLUL-MICALLEF

Tobba Maltin matul iż-Żminijiet

Meta ġejt mitlub nieħu sehem fdan il-kungress u nitkellem dwar il-kontribut li tat il-professjoni medika lill-iżvilupp tas-soċjeta Maltija ħassejtni maqbud bejn ħaltejn. Minn naħa waħda deherli li kelli raġunijiet validi biżżejjed biex ma nilqax l-istedina, fosthom pressjoni ta' xogħol u l-fatt li r-riċerka li kien sejjer ikolli nagħmel kienet sejra toħroġni barra għal kollox mit-triq professjonali tiegħi tas-soltu. Iżda mill-banda l-oħra ħassejt li kont inkun ingrat ma' dawk it-tobba, Maltin bħalL li tul medda ta' mijiet ta' snin taw servizz tajjeb lil dan il-poplu li mhux dejjem deher grat lejhom.

Dawn it-tobba jiffurmaw katina li l-aħħar ħolqa tagħha huma t-tobba ta' żmienna. Huma kienu dawk li għaddewlna l-għerf u t-tradizzjonijiet tagħhom. kif aħna obbligati li ngħadduhom lil ta' warajna. Kienet din ir-raġuni ewlenija li qiegħed hawn illum biex b'sens kbir ta' gratitudni lejhom nipprova ninseġ l-istorja ta' kif dawn mhux biss għenu kemm setgħu lil min kien marid skond ix-xjenza medika ta' żmienhom, imma taw ukoll kontribut lill­iżvilupp soċjo-politiku ta' pajjiżna. kif ukoll lil dak xjentifiku u dak artisti k u -Ietterarj u.

Żminijiet bikrin It-tradizzjoni medika f Malta hija waħda twila sewwa. L-ewwel

tabib li jissemma' f Malta huwa Domesticos. Ftit li xejn nafu fuqu; it-tagħrif hu meħud kollu minn skrizzjoni bil-grieg fuq irħama ta' qabar li l-istoriku Dun Injazju Saverju Mifsud l igħidilna li nstabet tl-1690 taħt l-Oratorju ta' San Ġużepp ħdejn il-knisja tal-patrijiet ta' l-Ordni minuri fir-Rabat. Skond Cianta~ l-irħama spiċċat 'al museo dell'Abela lasciato ai padri Gesuiti'. Isemmih ukoll Fra Giuseppe Zammit li għex fis-seklu sbatax u li sejrin niltaqgħu

Page 2: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET

miegħu iżjed 'il quddiem. Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta medika ta' Malta. Zammit igħid li Domesticos 'Floriut ante dominatum Saracenorum .. ' u jgħid li wieħed seta' jara l-irħama fid-dar tal-Ġiżwiti fil-kampanja3. Jingħad fuqu li kien nisrani u tabib u li għex għal 73 sena. Ciantar igħid li miet fis-sena 810, biss jidher li din id-data żbaljata żgur. Sfortunatament ħadd ma jaf sewwa fejn tinstab l-irħama. Skond Dr Joyce Reynolds aktarx li l-irħama hi tas-seklu sitta wara Kristu4 . Għalkemm Domesticos huwa l-ewwel isem ta' tabib f'Malta żgur li qablu kien hawn oħrajn. Hekk per eżempju, fuq irħama ta' qabar f'katakombi ta' żminijiet Rumani jidhru numru ta' strumenti kirurġiċi. Dawn Sir Temi Zammit kien identifikahom bħala għodod li jintużaw fis-sengħa ta' l-insiġ u iżjed tard it-tabib u storiku Pawlu Cassar wera li dawn ma kienu xejn ħlief għodod kirurġiċi li kienu jintużaw fi żmien ir­Rumani5.

X'kien hawn fi żmien l-Għarab ma nafux imma wieħed jista' jippreżumi li dawn meta ġew Malta x'aktarx minn Sqallija, ġiebu tobba magħhom, wara kollox dak iż-żmien l-Għarab kienu fl-aqwa tagħhom. Lejn iż-żminijiet tan-nofs jidher li f'Malta kien hawn bosta tobba Lhud, jissemmew minn Wettinger fost oħrajn, Abram Safaradi u Xema Girbi6. L-aħwa Lagumina jsemmu numru ta' Lhud Maltin li jidher li marru jistudjaw u jaħdmu Sqallija fis-seklu erbatax u ħmistax bħal Leone da Malta, Simon Maltese u Lia Sabbae. Xi wħud minnhom, bħal Angelo Anello, ċaħdu twemminhom - conversors - biex setgħu jibqgħu Malta, wara li tkeċċew il-Lhud fl-1492. Ma' dawn kien hawn ukoll tobba nsara; hekk nisimgħu bil-fjorentin Iacobus Finus fl-12838, u fis-seklu ħmistax bil-katalan Micheli Ferriolu, b'Gaspar De Monbron, b'Johanni Beniveni, u b'Bartholomeo De Assaldo. Hafna minn dawn jissemmew fl-istudju li wasal biex jippubblika Fiorini fuq l-isptar ta' Santu Spirtu9 . Bosta minnhom kienu jiġu minn Sqallija. Hekk fl-1520 insibu li bħala tabib ewlieni ta' l-Universita ta' l­Imdina kien hawn Bernardo de Munda, Sqalli minn Caltagirone li miet madwar 1-1540.

L-Ewwel Snin ta' l-Ordni Mal-miġja f'Malta tal-Kavallieri ta' San Ġwann fl-1530 ġie

magħhom minn Sirakuża, fejn x'aktarx tgħallem u kien qed

Page 3: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

ROGER ELLUL-MICALLEF 237

jaħdem, Gużeppi Callus. Callus magħruf b'mod żbaljat bħala Mattew twieled iż-Żurrieq, ingħata l-post ta' medicus fisicus fl-1537 biex igħin lil de Munda li saħħtu kienet bdiet tnin u qasmu bejniet­hom is-somma ta' erbgħin onze. Callus kompla jaqdi l-bżonnijiet ta' l-Universita u ta' Santu Spirtu bejn 1-1540 u 1-1560 meta kiser difru mal-Gran Mastru La Vallette. Dak iż-żmien il-medicus chirurgus ta' l-isptar kien Joan Luca Ferriolo li nsihuh għilOll jilħoem wa'lt il-pesta ta' 1-1592 fi żmien il-Gran Mastru de Verdalle. Il-kirurgi Rayneri Bonello, impjegat f'Santu Spirtu sa mill-1517, Mastro Salvo Schembri u Ġużeppi Callus huma l-ewwel tobba Maltin imsemmija f'dokumenti. Callus spiċċa ħażin għax ittra li kiteb lir­Re ta' Spanja biex jipprotesta kontra l-aġir ta' La Vallette inqabdet u Callus spiċċa mgħallaqlO. Fuq Schembri ma nafu xejn għajr li miet fl-Imdina fl-1560. Barra milli kienu jiġu tobba mill-Italja biex jaħdmu Malta, mal-Kavallieri ġew ukoll tobba minn Rodi, bħalma kien il-kirurgu Leonardo Myriti u l-medicus fisicus Joanni Raimundo Calamia li ħa post Callus f'Ottubru tal-1561 u li kien fost ta' l-ewwel li għaraf il-miġja tal-pesta tal-1592-1593. Fis-sekli sittax u sbatax kien hawn bosta tobba barranin jaħdm'.l Malta fosthom it-Taljani Antonio Tramontana, Francesco Saltalla, Camillo la Munda, Jacobo Sebastiano Sala, Giacomo Corogna, Giuseppe Ducosso u Blasio Cazzola, kif ukolll-Ispanjol Fran~esco Iniquesll .

Fi żmien l-Assedju l-Kbir it-tabib ewlieni kien it-Taljan Camillo Russo, li Bosio jgħid li "fu poi Protomedico della Religione, e Huomo alla Republica utilissimo" .11a Hafna minn dawn stabbilew irwieħhom f'Malta. Hekk Russo żżewweġ hawn tliet darbiet u kien l-ewwel rettur tal-Konfraternita tas-Sagrament meta din ġiet imwaqqfa fil-parroċċa tal-Portu Salvu fil-Belt. M'hemmx dubju li Malta kellha bżonn lil dawn it-tobba barranin, hekk naraw lil Pietro Parisi minn Trapani jinthagħat mill-Viċi-Re ta' Sqallija biex imexxi l-ġlieda kontra l-pesta fl-1593 u jibqa' hawn. Iżda jidher li dawn kellhom xi problemi biex jikkomunikaw man­nies. Fis-seklu sittax, u preċiżament fl-ewwel ta' Marzu ta' 1-1596 Giovanni Domenico Mangion, li kien jaħdem bħala tabib il-Birgu, għamel talba biex jieħu post Dr Rosario Saura u jibda jaħdem ma' l-Universita fl-Imdina u fir-Rabat. Dan Mangion igħid li barra l-kwalifiki u l-esperjenza li kellu, kien jaf ukoll jitkellem tajjeb bil-Malti; 'et quel che importa piu sendo Maltese intende et sa

Page 4: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

238 TOBBA MALTIN MATUL IZ-ZMINIJIET

parlare in maltese nella quale lingua parlano tutti di detta Cita Notabile et Rabat'I2. 13.

Ma' dawn it-tobba barranin, madankollu, kien hawn ukoll tobba Maltin xejn inqas ta' ħila li studjaw u ggradwaw barra bħal, per eżempju, Gregorio Mamo li ġab id-dottorat fil-mediċina mill­Universita ta' Salerno fl-1569, Francesco Garibo li sar tabib Napli fl-1586, u Giovanni Domenico Falzon li studja Ruma u laħaq tabib fl-1593 14. Gregorio Mamo ħadem flimkien ma' Parisi u Saltalla kemm wa?t il-pesta u wara u jingħad li kien 'compagno indivisibile dei Parisi' 5. Tul sekli sħaħ, anki ħafna warn li ġiet imwaqqfa skola medika f'Malta, żgħażagħ Maltin kienu jmorru barra sabiex jis­tudjaw il-mediċina. L-aktar li marru kien fl-Universita ta' Salerno, minn fejn iggradwaw numru kbir ta' tobba Maltin, bħal Arkangelo Pullicino, imma anki f'Napli bħal Agostino Naudi u Saverio Arpa, u ġo Firenze bħal Henin, Magri u Grima. Tobba oħrajn marru ġo Franza bħal, Giovan Francesco Bonamico li ggradwa mill­Universita Aix en Provence; dan ħa dottorat ieħor mill-Universita famuża ta' Leyden fl-Olanda. Universita Franċiża oħra fejn marru bosta Maltin hi dik ta' Montpellier fejn iggradwaw tobba bħal Ġużeppi Demarco li għex fis-seklu tmintax. It-tobba Maltin tul is-snin kienu stmati u meqjusa daqs il-barranin. Hafna drabi kienu jiġu msejħa biex jagħmlu konsulti flimkien magħhom. Ġieli ġara, kif naraw iżjed 'il quddiem fil-każ tal-pesta ta' 1-1675, li l-Maltin batew għax il-Gvern ħa l-parir ta' tabib barrani flok tat-tobba Maltin.

Is-Seklu Sbatax

Dan is-seklu ra l-bidu ta' tagħlim fil-mediċina f'Malta f'sura ftit jew wisq formali meta fl-1676 il-Gran Mastru Nicola Cotoner ħatar il-Fra Dr Giuseppe Zammit, 'Iettore' ta' l-Anatomija u Kirurġija ġewwa l-isptar ta' l-Ordni fil-Belt I6 . Din kienet speċi ta' kattedra u kien unur kbir għal Zammit li kellu biss 33 sena meta ħa l-kariga. Minbarra li kien tabib, Zammit kien ukoll Kappillan ta' l-Ordni fil-Lingwa ta' Aragona. Hafna jqisu li l-iskola medika Maltija bdiet minn dan iż-żmien, għalkemm it-tagħlim ma kienx xi wieħed strut­turat bħalma sar aktar minn mitt sena wara u lanqas ma kien hemm Universita ta' l-istudji.

Page 5: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

ROGER ELLUL-MICALLEF 239

Fuq Zammit ftit li xejn nafu għajr li kien it-tabib ta' ħames Gran Mastri u kien igawdi fama kbira bħala tabib. Ciantar isejjaħl!.! 'peritissimo Professore di Medicinad7 u t-tabib Gavino Gulia, 'grandissimo medico non solo in patria 18. Ftit li xejn ħalla kitba warajh, imma forsi kien l-ewwel tabib li deher jinteressa ruħu fil-wirt storiku ta' pajjiżna. Ciantar igħid 'cosi egli si rese iIIustre col ricercnre le noti7ie rlei nostri l10mini illl1'itri. p ron f::tr rlipingprp ;1

spese sue i loro ritrattid9 . Ir-riċerka tiegħu tinsab miġbura fmanuskritt li semmieh 'De Melitensibus Viris Sanctitate et Sapientia IIlustribm Elogia'. Mifsml, maJwaI mitt sena wara, igħid li sfortunatament, 'I suddetti Ritratti sono stati delineati senza la vera somiglianza dei Letteratid9 . Bosta lmentaw minn nuqqas ta' pubblikazzjonijiet minn Zammit fosthom Gavino Gulia, li qal, 'E colIa eccezione dei notissimi 140 elogi, commemoranti gli uomini celebri Maltesi, nessun monumento letterario 0 scientifico ne fu a noi trasmesso,20. Għall-kuntrarju tobba oħra ta' żmienu, bħal Bonamico, kif naraw aktar 'il quddiem, kitbu w ippubblikaw ferm iżjed.

Waħda mill-iżjed ġrajjiet importanti tul il-ħajja ta' Zammit żgur li kienet il-pesta li faqqgħet fl-aħħar ta' 1-1675. Din kienet l-agħar pesta li qatt nafu li sofriet Malta u hemm min igħid li ddaħħlet minn baħrin Ingliżi21 . Din il-marda ġiet dijanjostikata korrettament mit-tobba Maltin, fosthom il-Protomedicus Gio. Domenico Xiberras, Zammit u Bonamico. Sfortunatament il-Gvern ta' l-Ordni għażelli jemmen lil tabib barrani, Dr Giuseppe deI Costo, li qal li ma kienet pesta xejn, imma 'febbre maligna comunicabile, ma non pestilenzialem . Meta raw hekk it-tobba Maltin qabbdu lit-tabib Gian Francesco Bonamico biex jikteb rapport kliniku u jibagħtu lill-akkademji tal-mediċina ta' Pariġi, Firenze, Pisa, Ruma u Valenzja biex jitlob l-opinjoni tagħhom.

Bonamico hu mingħajr dubju wieħed mill-iżjed tobba kolti li kellha Malta23 . Ta' tmintax-i1 sena telaq Franza jistudja l-mediċina u hemm sar tabib. Imbagħad għadda bosta snin oħra jistudja fċentri fil-Ġermanja, fl-Olanda, fil-Belġju, fl-Isvizzera u fl-Italja. B'koIIox dam għaxar snin barra minn Malta u meta ġie lura nħatar 'medico generale delle galere'. Aktarx li kien minħabba l-kuntatti tiegħu fl-Ewropa li għażluh biex jikteb lid-diversi akkademji. Dawn l-akkademji qablu mat-tobba Maltin imma, sakemm ġew lura r-

Page 6: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

240 TOBBA MALTIN MATUL Iż..ŻMINUIET

risposti, il-pesta kienet laħqet ħakmet sewwa. F'disa' xhur il-pesta qatlet madwar 11,300 ruħ fosthom sittax-il kirurgu u għaxar mediċi fiżiċi. Deskrizzjoni ta' din il-pesta ħallewhielna t-tobba Fra Filippo Cavallini li kiteb fuqha fl-167624 u L. Hasciac li kiteb dwarha sena wara25 .

Jingħad li wara li spiċċat il-pesta, Zammit issuġġerixxa lill­Gran Mastru li kellha titwaqqaf akkademja medika fejn setgħu jiġu diskussi affarijiet ta' natura medika u li tiġbor fi ħdanha t-tobba kollha. Din it-talba ġiet milqugħa, Zammit inħatar 'Principe uell' Accauemia' u t-tobba bdew jiltaqghu kull nhar ta' Erbgħa. Fl-1690 il-Gran Mastru Gregorju Carafa ta lill-Akkademja l-foss ta' Sant'Iermu biex fih isir ġnien botaniku. Din kienet l-ewwel għaqda formali ta' tobba Maltin b'għanijiet akkademiċi. It-tabib Zammit ippresjeda din l-Akkademja bejn 1-1679 u 1-1694. Igħidilna l-istoriku Injazju Saverju Mifsud li Zammit ħa ħsieb ukoll iwaqqaf l-ewwel librerija medika, 'eretta dal Dottor Zammit nel Grand'Ospedale,26. Hu miet ta' disgħin sena u jinsab midfun fil­knisja parrokkjali ta' Hal Balzan.

Hawn forsi ta' min wieħed jieqaf ftit biex jagħti iżjed tagħrif u ġieh lil Bonamico, li Zammit kiteb hekk dwaru fl-Elogia tiegħu: 'Vir latinus et graecis Litteris insigniter ex cultus, arte vero poetica multum claruit'27. Twieled fl-1639 u għex biss għal wieħed u erbgħin sena. Iżda fi żmien daqshekk qasir laħaq għamel isem kbir għalih innifsu mhux biss bħala tabib imma kif igħid Ciantar28 kien 'perito Astronomo, Geografo, Antiquario, Geometra, Matematico, Medico, Fisico, Meccanico, Poeta et Oratore'. Ta' tmienja u għoxrin sena ġie maħtur tabib ewlieni tal-Flotta ta' l-Ordni. Kiteb fuq diversi suġġetti fosthom il-mediċina bħal 'De Epidemico colli tumore'. 'De Tossi convulsiva, il-ġeoloġija, 'Circa l'origine delle glossopetre, conchiglie ed altre pietre figurate che si cavano dalle roccie dell'Isole di Malta'. Kiteb ukoll fuq il-ġeografija fejn iddeskriva xi wħud mill-vjaġġi tiegħu li ħallielna fil-manuskritt 'Memorie dei Viaggi'. Bonamico hu meqjus bħala l-missier tal­botanisti Maltin. FI-1670 ġabar tagħrif f'daqsxejn ta' ktejjeb fuq ħxejjex li jikbru Malta li semmieh 'Brevis notitia de plantis quae in Melita et Gaulo observantur,29. Suġġett ieħor ta' natura botanika li kiteb fuqu kien l-hekk imsejjaħ Fungus melitensis li mhu fungu xejn u lanqas jikber Malta biss, 'Dissertatio de fuco spicato coccineo

Page 7: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

ROGER ELLUL-MICALLEF 241

melitensi, pJanta singulari ac ransslma nunc primum curiosus evuJgata,30. Kiteb tliet kollezzjonijiet ta' poeżiji bil-Latin f'versi saffil:i li ddedikahom lill-Gran Mastru Nicola Cotoner; 'Laureae Cotoneriae' ippubblikat f'Lyons fl-1672 u 'Gratulatorii Plausus' fRuma sena wara u 'Gaudia Melitensia' li baqa' ma ġiex stampat u jinsab bħala manuskritt fil-Biblijoteka. Qabel ma nstabet il-'Cantilena' ta' Pietro Cax;;Jrn minn WcttiugeI u FsadmJ1

Il-poeżlja 'Meiju gie bl'UUard, u Zahar' ta' Bonamico kienet l­eqdem biċċa xogħol letterarja miktub bil-Malti. Din il-poeżija

waslet għan<ina għax ġiet ikkupjata minn Agius de Soldanis u tinsab fil-manuskritt tiegħu fuq il-lingwa Maltija32 . F'ittra li l-Kardinal Brancati kiteb fl-1665 u li Ciantar isemmi fil-ktieb tiegħu jingħad 'che il detto Porporato si dolea, che il nome di Illi (Bonamico) fosse ristretto in una piccola isola, per amor delIa patria e della prole,28. Bonamico u x-xogħlijiet tiegħu għadhom ta' interess għal studjużi Maltin bħal Lanfranco33 , Mangion23 , u Cassola34, kif ukoll barra­nin bħal Reichert35 . Tobba oħra Maltin li kitbu fis-seklu sbatax kienu Giuseppe Cosseo li ppubblika t-teżi tiegħu fl-1636 fMontpellier u Carlo Cosentino li Fra Girolamo Marulli jgħid li kiteb sunett bit-Taljan b'ġieh il-ktieb, 'I Natali delle Religiose Milizie ,36.

Iżda jekk dawn it-tobba ħallew isem għall-għerf tagħhom, tabib Malti li għex f'dan is-seklu ħalla isem għall-karita u l-ħniena tiegħu. Dan it-tabib kien Niccolo Saura, li fir-Rabat waqqaf l-isptar li għall-ewwel issemma għal qaddisu, San Nikola, u aktar tard sar magħruf bħala Saura u għadu jġib ismu sa Ilum. Ftit nafu dettalji fuq ħajtu għajr li bi-atti tan-nutar Mario Saliba li jġibu d-data ta' 17.9.1654 ħalla ġidu kollu u dak tat-tifla tiegħu Isabella miżżewġa lil Andrea Castelletti kemm-il darba din tmut mingħajr tfal, għall-bini ta' sptar għall-fqar u morda kroniċi. Miet fl-1654 u l-isptar beda jinbena tlettax-il sena wara, ftit xhur biss wara li kienet mietet bintu. Zammit, li lil Saura ma kienx jafu, ikkonsidrah importanti biżżejjed biex daħħlu fil-lista li għamel ta' 140 Maltin distinti3.

Fra Giuseppe Zammit jiddiskrivi lil Saura bħal 'vir singularis, ad homines a mortis periculo vindicandos, ob Medicae artis praestantiam alter Hippocrates creditus, ita salutem corporum curavit, ut non negligeret animarum'. Fil-ktieb ta' Ciantar insibu lil

Page 8: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

242 TOBBA MALTIN MATUL IZ-ZMINUIET

Niccolo Saura deskritt bħala 'Medico peritissimo, e di molta pieta e carita .... ,)7.

L-Aħħar Seklu ta' l-Ordni

!t-tagħlim mediku f'Malta kompla jissaħħaħ matul dan is-seklu. Wara t-tmexxija ta' Zammit u dak li ġie warajh, il-kirurgu Giuseppe Farrugia, il-Granmastru Zondadori ħaseb u ra li kien hemm bżonn li t-tagħlim ta' natura klinika kellu bżonn bażi soda ta' anatomij a u ddeċieda li jdaħħal id-dissezzJoni tal-katavIi. Għal dan il-għan Zondadori bagħat lill-kirurgu Gabriele Henin, 'a sue proprie spese'38 fir-Regio Arci-Spedale ta' Santa Maria Nuova ġewwa Firenze, biex jistudja l-anatomija. Meta Henin ġie lura Malta fl-ln3 il-Granmastru de Vilhena laħħqu kap ta' l-iskola medika bit-titlu ta' 'Professore deI Sacro Senocodio,39. Wieħed jista' jqis lil Henin bħala l-ewwel veru anatomista Malti. Michel' Angelo Grima, wieħed mill-aqwa kirurgi Maltin ta' kull żmien, u alljev ta' Henin jgħid li Henin, 'in linguaggio Fiorentino esponeva con eleganza e chiarezza', Grima jkompli biex jiddiskrivi l-lezzjonijiet ta' Henin bħala 'veramente assai erudite ed assai intelligibile,38. Henin kien jieħu t-tagħlim bis-serjeta, narawh fl-1743 igerger ma' l-awtoritajiet li l-istudenti mhux qed jistudjaw anatomija biżżejjed u itlobhom itejbu l-livell ta' studju fl-iskola li kienet ġiet fdatha lilu 0. Għajr li kien kirurgu famuż, tant li anki pazjenti minn Sqallija marru għandu għall-kura, u għalliem tajjeb, ma tantx nafu iżjed fuqu. Meta ġie lura Malta kien jitħallas tnax-il skud kuljum talli jaqdi d-doveri tiegħu kemm ta' kirurgu kif ukoll ta' għalliem. Iżjed tard beda jingħata għaxar skudi ta' kull operazz­joni ta' litotomija u ħames skudi kull meta jneħħi kataretta, imma f'dan il-każ il-ħames skudi kien jeħodhom biss jekk l-operazzjoni kienet tirnexxi41 . Baqa' jgħallem sa 1-1753 meta marad mental­ment. Miet fil-ħmistax ta' Ottubru ta' 1-1754.

Minbarra lil Grima, li fuqu sejjer nitkellem ftit iżjed 'il quddiem, Henin kellu alljev famuż ieħor, dan kien it-tabib Michelangelo Magri li fl-1740 tawh il-post ta' 'Pubblico Incisore' fl-anatomija fl-isptar ta' Santa Maria Nuova ta' Firenze u tmien snin wara nsibuh "Maestro" ta' l-Anatomija u l-Fiżjoloġija fir-Regio

Page 9: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

ROGER ELLUL-MICALLEF 243

Spedali di Messina38. Magri ma kienx l-uniku professur Malti fi Sqallija fis-seklu tmintax. F'Palermo nsibu li l-Professur ta' l-ostetriċija kien it-tabib Malti Emmanuele Grillet42 .

Hawn nixtieq niftaħ parentesi żgħira biex insemmi żewġ tobba li f'dan is-seklu kellhom fama ta' matematiċi tajba. F'Catania fit-23 ta' Ġunju ta' 1-1786 insibu li 'Professore di ruolo delia cattedra di matematka' kien It-tabib Malti Giuseppe Zahra13 . Lahra tWieled Malta fl-1730, studja l-mediċina u ggradwa fl-Universita ta' Napli. Jidher li lil Zahra iktar kienu jinteressawh ix-xwieni milli l-mediċina għax taħt Pinto sar 'molto esperto nella guida dei vascelli'. Zahra għamel xi żmien ir-Russja fejn iż-Żar qabdu jarmalu xi xwieni u fl-aħħar fdalu l-kmand ta' waħda minnhom. F'Petroburgu Zahra ltaqa' ma' matematiċi kbar, fosthom Leonard Euler. Hu ħalla r­Russja fl-1779 u mar Sqallija fejn barra li għallem il-matematika għen ukoll fir-rikostruzzjoni tal-port ta' Catania. Fl-istess żmien bejn wieħed u ieħor ta' Zahra, Malta kien hawn tabib ieħor li kien igawdi fama ta' matematiku kbir. Dan kien Filippo Zammit li twieled fl-1719 fiż-Żurrieq. Kien jaħdem fl-isptar ta' Saura. Miet fl-1796 u jinsab midfun fil-knisja ta' Santu Wistin fir-Rabat. Meta miet ħalla hu wh)ll flusu kollha lill-isptarfejn ħadem44 .

Mal-mewt ta' Henin it-tagħlim tal-mediċina f'Malta mar lura. Għal ftit ta' żmien kien ħa r-riedni f'idejh Dr Enrico Maggi li Grima jsejjaħ 'uno dei piu insigni professori di medicina in questa nostra patria', imma wara ftit dan tatu puplissija u spiċċa nofsu para­lizzat38 . Minħabba l-indħil ta' l-Inkiżitur il-post ta' Maggi ma mteliex għax hu ried li dan il-post jieħdu t-tabib personali tiegħu Dr Vincenzo Galli, 'condiscepolo' ta' Grima38. Hawn jidħol fix-xena dak li ħafna jqisu l-iktar kirurgu ta' fama li qatt kellha Malta, għall-inqas jekk wieħed ma jqisx xi pproduċiet Malta fis-seklu għoxrin. Dan kien il-kirurgu Mikelanġ Grima45 . Bla ebda dubju Grima hu t-tabib Malti li l-aktar inkiteb fuqu. Twieled il-Belt madwar is-sena 1730. Għall-ewwel beda jistudja l-kirurġija taħt Henin fis-Sacra Infermiera u x'aktarx kien l-assistent tal-kirurgu tal-ħabs, it-tabib Lott46 . Grima ħalla Malta fl-għaxra ta' Mejju ta' l-1750 u mar Firenze biex jitħarreġ aħjar fl-isptar fejn qablu kienu marru Henin u Magri, jiġifieri Santa Maria Nuova. Kemm dam Firenze żamm korrispondenza kontinwa ma' Agius de Soldanis, u

Page 10: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

244 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET

ħafna minn dawn l-ittri għadhom jeżistu. Ikkorrisponda wkoll ma' Injazju Saverju Mifsud.

Għall-bidu sabha diffiċli, kif sabuha bosta minn dawk it-tobba li kellhom iħallu Malta biex jistudjaw f'pajjiż ieħor. Barra li kien nieqes mill-flus jidher li kien ukoll xi ftit imdejjaq. F'ittra li bagħat lil De Soldanis fl-1752 jgħidlu "ed in questo intervallo di tempo ho provato piu angustie di cuorc, 0 colere, e saette che mi posso spiegare .. , ,,47. Grima ggradwa fil-mediċina u fil-filosofija fl-1754 mill-Universita ta' Pisa u mill-ewwel beda jaħdem fl-isptar ta' Santa Maria Nuova. Hawn bdew l-esperimenti tiegħu tuq il-klIeb -esperimenti ta' kif tħit ġrieħi fl-imsaren b'mod ġdid - b'sutura spirali. Dan ix-xogħol Grima ppreżentah fil-laqgħa li saret fis-Sacra Accademia Fiorentina fil-5 ta' Ottubru ta' 1-1756 u fl-1760 ippub­blikah f'Pariġi bit-titlu ta' "Dei Nuovo e sicuro metodo di cucire gl'intestini" u ddedikah lil Pinto. Din hi aktarx l-ewwel biċċa xogħol ibbażat a fuq riċerka oriġinali li ġiet ippreżentata barra minn Malta minn tabib Malti.

F'Ottubru ta' 1-1758 Grima ġie approvat bħala kirurgu mill­Collegio dell'Arte Medica di Firenze. Wara tmien snin Firenze, Grima ħass li kellu jmur Pariġi biex ikompli jitħarreġ fil-kirurġija. Hawnhekk fl-1761 rebaħ kompetizzjoni mnedija mill-Akkademja Kirurġika ta' Pariġi bix-xogħol tiegħu fuq leżjonijiet fil-moħħ wara trawma fir-ras. Dan ix-xogħol, "De cranii repercussione" ma nafux jekk qatt ġiex ifPubblikat. Hu wieħed mill-ħames xogħlijiet mit­lufin ta' Grima4 . B'dan ix-xogħol Grima rebaħ medalja tad-deheb u ħames mitt lira franċiżi49'. FI-1760 Grima mar Kassel, fil­Ġermanja ma' l-armata Franċiża, fejn għal sentejn sħaħ ħadem l-isptar idewwi suldati li ħadu sehem fl-hekk imsejħa gwerra ta' seba' snin (1765 - 1763). Din l-esperjenza Grima jistqarr li tgħallem ħafna minnha. FI-I773 kiteb dwarha u ppubblika ġo Firenze 'Delia Medicina Traumatica'.

Jikteb Grima "che poi la guerra sia il Teatro luminoso, 0 perdir mcglio, la grande Scuola non solo delia Medicina Traumatica, ma di tutta la Medicina, non si puo negare"So. F'Settembru ta' 1-1763 Grima rritorna Malta fejn ma tantx ġie milqugħ tajjeb mit-tobba tas-Sacra Infermeria, għax beżgħu, kif fil-fatt ġara, li Grima sejjer ikun il-kirurgu ewlieni ta' l-isptar. Wara l-mewt ta' Dr Magri fl-

Page 11: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

ROGER ELLUL-MICALLEF 24S

1765, i1-Granmastru Cottoner fdalu wkoll it-tmexxija ta' l-iskola medika li Grima jgħid li kienet 'totalmente decaduta'38. Grima rnexxielu jirriforma l-iskola medika u taħtu laħqet l-ogħla livell għal ħafna snin. Biex igħin lill-istudenti ġabar numru ta' lezzjonijiet ta' l-Anatomija u ppubblika nofshom Venezja fl-1781 bħala 'Institu­zioni d'Anatomia'. Dan kien l-aħħar ktieb tiegħu. Fl-1769, eżatta­ment fl-għoxrin ta' Ottubru, il Papa Clement XIV ikkonfelllla t­twaqqif ta' l-Universita tagħna mill-Granmastru PintoS1 .

Fl-1771 twaqqfu l-fakultajiet tal-liġi u tal-mediċina. Il­'Collegio Medico' twaqqaffil-25 ta' Mejju u kien magħmul minn Dr Gaetano Azzopardi, Medico Principale e Censore di questa Facolta, Dr Giorgio Locano, Dr Michelangelo Grima u t-tobba prinċipali Giorgio Imbert, Gio Domenico Biagio u Giuseppe Bigeni; l-aħħar tlieta membri tal-Collegio Protomedicale u Dr Lorenzo Thein, tabib tal-fqar tal-Belt. Ma' dawn Pinto żied 'i Professori rrotempori delle Matematiche, Logica, Fisica e Metafisica's . Minbarra Grima l-kirurgi li kienu jaħdmu fis-Sacra Infermeria kienu Michele Grillet, Giuseppe Farrugia u Antonio Labini, dawn ukoll x'aktarx kienu jieħdu sehem fit-tagħlim. Giorgio Locano li kien studja u ggradwa Montpellier fl-1749 beda jgħallem il-botanika u s-suġġetti oħra li ma kienx igħallem Grima. Hadem għal xi sentejn u nofs fi Franza u fl-17S1 inħatar membru ta' l-Akkademja rjali Franċiża tax-Xjenzi. Locano ma tantx kien jin­gwalaha ma' sħabu u wisq inqas ma' Grima. Mal-mewt ta' Pinto fl-24 ta' Jannar ta' 1-1773 Grima tilef protettur importanti. Fi żmien 19-il jum Locano pperswada lill-Granmastru l-ġdid Ximenes de Texada biex jagħti l-post ta' Grima lilu, għax, kif qallu, l-għalliem ta' l-Anatomija u l-'Principe dell' Accademia dei Medici' minn dejjem kien tabib fiżiku u mhux kirurgu. It-tobba l-oħra xejn ma laqgħu tajjeb din id-deċiżjoni għax wara li pprotestaw mal­Granmastru, Ximenes reġa' ta l-post lura lil Grima4S . Fid-djarju tiegħu, Agius, ħu Agius de Soldanis, kiteb fit-18 ta' Frar 1773, "il Gran Maestro ha rimesso nel suo luogo il Sigr. eccellente Grima senza pregiudicarlo niente"S3. Jidher li f'daż-żmien Grima kien marid, probabbli bit-tuberkulożi għax talab ,permess biex imur Pisa għal sitt xhur 'e prendere I'acque minerali,5 . Grima telaq fil-IS ta' Ġunju ta' 1-1773 imma ma għamilx is-sitt xhur ta' kura li kellu bżonn għax ġie lura f'Ottubru. Fiż-żmien li Grima kien imsiefer Locano

Page 12: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

246 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET

reġa' rnexxielu jieħu t-tmexxija ta' l-iskola medika f'idejh u din id-darba żammha4S .

Għaddew sentejn u f'Marzu tas-sena 1775 insibu lil Grima jmexxi Istitut ieħor ta' studji għall-'barberotti chirurgi', fundazzjoni simili bħal dik li'kien waqqaf oriġinarjament Cottoner. Dan l-Istitut iffinanzjah il-B ali Clemente Ressegnie~5. Ximenes miet f'Ottubru ta' 1-1775, u l-Granmastru ta' warajh, De Rahan, għaxar xhur wara għaqqad mill-ġdid iż-żewġ skejjel u poġġa għal darb'oħra lil Grima bħala kap56. Jidher li għal Locano s-sena 1776 ma kienet sena tajba xejn, ~ħax meta sar Protomedicus ġdid il-post ħadu Lorenzo Thein . Grima rtira f'April ta' 1-1797 u warajh għal żmien qasir ħa t-tmexxija ta' l-iskola Aurelio Badat. Grima miet fil-25 ta' Awissu ta' 1-1798, u jinsab midfun fil-knisja tal-Franġiskani Minuri l-Belt fil-kripta tal-konfraternita tas-Sagrament, post li sabu ftit ilu, it­tabib Pawlu Cassa~8. Grima ra d-disfatta ta' l-Ordni u l-miġja f'Malta ta' Napuljun; kien żmien ta' taqlib kbir. Ġimgħa wara mewtu l-Maltin qamu kontra l-Franċiżi. Hija tassew ħasra li Malta kienet daqshekk xħiħa ma' Grima, kif fil-fatt ma' ħafna minn uliedha li tant għamlulha ġieh u baqgħet ma fakkritu mkien.

Tabib Malti ieħor li għex matul dan is-seklu kien Giuseppe Demarco. Għalkemm ma jidhirx li kien involut fl-iskola medika xorta waħda ħalla warajh isem kbir bħala tabib59 . Demarco kien ħabib ta' Ignazio Saverio Mifsud. Hu twieled Bormla fI-1712 u wara li studja fil-kulleġġ tal-Ġiżwiti mar MontpeIIier fejn fI-1744 iddefenda b'suċċess it-teżi tal-Iawrja tiegħu "Dissertatio phisiolo­gica de respiratione, ejusque uso primario,,60. Dan kien l-ewwel xogħol fuq is-sistema respiratorja miktub minn Malti. Wara li żżewweġ fI-1748 għex u ħadem l-iktar fl-Isla u l-inħawi tagħha. Kiteb bI-iktar mod prolifiku fuq diversi suġġetti61 speċjalment fuq il-mard ta' żmienu - mard li jittieħed, imma anki fuq suġġetti anatomiċi, fuq il-grieżem, l-ażma, mard tal-fwied u d-dijabete. Kiteb trattat fuq il-mard li ltaqa' miegħu Malta bejn is-snin 1763 u 1787, l-hekk imsejjaħ, 'Fasci Morborum Melitensis'. Barra minn hekk kiteb żewġ trattati fuq il-matematika u ieħor fuq il-fiżika.

FI-1765 jidher li kellu xi tilwim ma' sħabu t-tobba u b'bandu l-Gvern żamm lill-ispiżjara u t-tobba l-oħra milli jiddispensaw ir-riċetti

tiegħu62 . Din it-tilwima ma damitx iżjed minn ġimgħa. Hija ħaġa stramb a li għalkemm jidher li Demarco kien studjuż ta' livell għoli

Page 13: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

ROGER ELLUL-MICALLEF 247

ta' l-inqas daqs dawk li kienu jgħallmu Sacra Infermerija hu qatt ma ġie mitlub biex jieħu sehem f'din l-iskola. Miet il-Belt f'Awissu ta' 1-1789 imma ndifen fil-knisja parrokkjali ta' Bormla63 .

Is-seklu tmintax ra l-bidu ta' tradizzjoni oftalmoloġika Maltija63a li baqgħet ħajja tul is-sekli u għadha valida sa llum. FI-1754 twieled Giuseppe Barth, iben Nicolo u Maddalena Sciberras. Barth beda l-istudju ta' l-anatomija u tal-kirurġija tiegħu taħt Grima. Minn Malta Barth mar ikompli jistudja fl-isptar ta' Santu Spirtu f'Rum<t. H<twnh~kk inrhm<t hih Fra Francesco Carlo Von Smitmer, Kommendatur ta' l-Ordni u Kanonku fil-Kattidral Metropolita ta' Vjenna. Smitmer ħajjar lil Barth imur Vjenna fejn seta' jkompli l-istudji tiegħu aħjar. Fi Vjenna l-fortuna baqgħet tgħinu għax Barth iltaqa' mal-Baruni Van Swieten minn Lejden­belt li dak iż-żmien kellha waħda mill-aqwa skejjel mediċi fl­Ewropa. Van Swieten kien għadu kif ġie mqabbad ftit qabel mill­Imperatriċi Maria Tereża biex jirrijorganizza l-Universita u speċjalment il-fakulta tal-mediċina. Van Swieten mill-ewwel impjega lil Barth ma' l-Universita hekk kif intebaħ bit-talenti tiegħu. Jingħad li waqt li kien Vjenna Barth tħarreġ fil-kirurġija ta' l-għajnejn mill-Baruni Wenzel. B'xorti tajba Barth irnexxielu jfejjaq lit-tifel ta' l-Imperatriċi minn marda f'għajnejh. Dan it-tifel wara sar l-Imperatur Ġużeppi lI.

FI-1773 Barth ġie maħtur Professur ta' l-Anatomija u tal­Fiżjoloġija u fl-istess waqt Professur ta' l-Oftalmoloġija, kattedra li ġiet maħluqa apposta għalih. Kien l-ewwel Professur ta' l-Of tal­moloġija fl-Universita ta' Vjenna u kien għad għandu biss disgħa u għoxrin sena. Barth kellu wkoll it-titlu ta' Oculist ta' l-Imperatur li kien ukoll Kunsillier Imperjali fil-Gvern Awstrijak. Barth mela din il-kattedra b'unur kbir u kienu jmorru jitgħallmu fil-klinika tiegħu tobba mill-Ewropa kollha, fosthom Josef Beer li wara sar of tal­mologu kbir ieħor. Barth kien kollezzjonist kbir ta' l-antikitajiet u kien ħabib ta' l-iskultur famuż Taljan Canova. Meta miet il-kollezzjoni tiegħu spiċċat għand l-Imperatur Leopoldu lI64 . 65.

Ma għandna xejn x'juri li Barth qatt reġa' żar Malta għalkemm fl-1798 kien wera x-xewqa tiegħu lill-Imperatur li jiġi lura Malta. Forsi t-taqlib li sar Malta mat-telqa tal-Kavallieri u l-miġja tal­Franċiżi ġegħluh ibiddel fehmtu. Miet f' April ta' 1-1818, u skond

Page 14: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

248 :rOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET

il-'Filologo Maltese' tfakkar f'laqgħa tas-'Societa medica d'incoraggiamento' tnejn u għoxrin sena wara minn Dr Gian Carlo Grech Delicata li sejrin niltaqgħu miegħu ftit iżjed 'il quddiem66.

Tobba Maltin oħra li mxew wara l-passi ta' Barth jistgħu jis­semmew hawnhekk, tobba bħal Lorenzo Manche (1846-1921) li kien l-ewwel professur ta' l-oftalmoloġija fl-Universita tagħna bejn 1-1880 u r-1907, ibnu Charles (1875-1936) li kien Kurunell fl-Armata Ingliża, il-Professur Alfredo Vassallo, li l-Konti Sir Luigi Preziosi jsejjaħ 'mio insigne predecessore e maestro,67. Luigi Preziosi laħaq professur fl-1924 u akkwista fama kbira ta' oftalmologu 'I barra minn xtut artna. Il-ġlieda kontra t-trakoma f'Malta mibdija mill­Professur Manche tkompliet b'suċċess mit-tabib Ċensu Tabone68 li għal xi żmien, bħala Konsulent ta' l-Għaqda dinjija tas-saħħa (WHO) , iġġieled lil din il-marda anki fil-lvant mbiegħed, u mit­tabib Francis J. Damato69 li ħalliena biss ftit snin ilu.

Żmien i!-Franċiżi Sitt ijiem wara li ġie ffirmat l-armistizzju abbord L'Orient bejn

Franza u l-Ordni, Napuljun Bonaparte b'digriet tat-18 ta' Ġunju ta' 1-1798 abolixxa l-Universita 70. Ma' l-Universita waqfet ukoll l-iskola medika. Is-Sacra Infermeria ttieħdet bħala sptar militari għall-użu ta' truppi Franċiżi. Il-morda li kien hemm inġarru fil­monasteru tas-sorijiet tal-Maddalena l-Belt li beda jintuża bħala sptar ċivili71 . Għall-bidu nsibu bosta tobba bħala membri tad­diversi muniċipalitajiet li ħolqu l-Franċiżi. Hekk, per eżempju, Dr Manwel Micallef fil-muniċipalita ta' Casal Fornaro (Qormi u Luqa), Dr Franġisk Falzon f'dik tal-Mosta, Dr Alexander Zammit fiż-Żejtun u Dr Saver Bernard fl-Imdina. Xi wħud kienu saħansitra Presidenti bħal Dr Mikelanġ Azzopardi fil-muniċipalita tas­Siġġiewi u Dr Pawlu Mallia f'dik taż-Żejtun 72.

Mar-rewwixta tal-Maltin kien hemm tobba li nqabdu assedjati fil-bliet u dawk li għażlu l-kawża Franċiża u tobba oħrajn li ħarbu mill-ibliet u ngħaqdu mal-Maltin fil-kampanja. Hekk insibu fil-bidu ta' Frar ta' 1-1799 lit-tobba Franġisku Dimech, Franġisku Leon Gravagna, Ġanni Grech, Saver Micallef u Aurelio Badat jiffurmaw il-Kunsill tas-Saħħa fiż-żmien li kienu assedjati fil-Belt73 .

Tabib li jidher li ħaddan il-kawża Franċiża kien Nikola Randon (1764-1837) li studja l-mediċina fl-Universita ta' Salerno. Randon

Page 15: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

ROGER ELLUL-MICALLEF 249

ħadem b'xejn fil-Kottonera tul is-sentejn ta' l-imblokk u meta l­Franċiżi ħallew Malta mar magħhom u serva ta' tabib ma' l-armata Franċiża fl-Italja u fi Spanja. Randon inqabad priġunier milI-Ingliżi f'Pampalona meta baqa' hemm mal-feruti wara l-irtarata tal­Franċiżi f'Novembru ta' 1-1813. Nikola Randon ġie lura Malta wara li ġiet iddikjarata l-paċi u ħadem mal-Gvern bħala tabib prinċipali fI-T<;tit1\to di Carita sal-ġurnata li miet. Fl-aħbar tal mewt tiegħu fil-Government Gazette ta' 18.1.37, Randon jingħad li kien "a person of much learning and experience in the medical pro[ession,,7t1.

Igħidilna Dr Testa fil-ktieb tiegħu 'Maż-żewġ Naħat tas-Swar', li biex il-Maltin kienu jkunu żguri li fost dawk li kienu qed iħallu l-bliet ma kienx ikun hemm spiji Franċiżi, il-Maltin mill-ibliet kienu jittieħdu fil-kamp ta' San Ġużepp u mbagħad jintbagħtu Għawdex. Hekk ġralhom għal xi żmien it-tobba Bjaġju Consoli, Lawrenz Cassar u Franġisk Scicluna li kienu ħarġu mill-Belt. Wara ftit il­Kungress kien tahom permess biex jiġu lura Malta u jaħdmu hawn fost il-battaljuni tal-Maltin. Kienu bosta t-tobba li ħarġu mill-ibliet u ħadmu mal-Maltin fil-kampanja fosthom Angelo Pace, Mikiel Adriano, Leopoldo Bernard li kien jieħu ħsieb il-morda ta' Bir­kirkara u li ħafna minnhom daħħalhom f'daru, li bidilha fi sptar żgħir73 , u Gio Batta Saydon li kien maħtur minn Ball biex jieħu ħsieb il-battaljun taż-Żurrieq75.

Storja traġika hi dik tat-tabib Giovanni Spiridione Bruno li hu wkoll ħareġ fil-kampanja. Iżda billi oħtu kienet miżżewġa lil Ġużeppi Maurin, li kien President tal-muniċipalita tal-Lvant (Bormla, Isla, Birgu) il-folla ssuspettat fih. Xlewh bħala spija fil­qorti ta' l-Imdina imma l-Imħallef Ġużeppi Debono ma sabux ħati. Meta l-Maltin riduh xorta waħda jikkundannawh għall-mewt

Debono rrifjuta. Bruno nqatel xorta waħda mill-folla hekk kif ħareġ mill-Qorti. Kellu biss tlieta u tletin sena73 .

L-Ewwel Seklu ta' Hakma Ingliża F'Ottubru ta' 1-1800, ftit ġimgħat wara li l-Franċiżi kienu

ħallew Malta, Sir Alexander Ball reġa' waqqaf l-Universita mill­ġdid76 . 77, u bħala parti mill-Universita twaqqaf il-Collegium Medicum b'Ludovico Abela bħala Professur tal-mediċina. It­tagħlim ta' l-anatomija u l-kirurġija tħalla f'idejn Aurelio Badat, li

Page 16: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

250 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET

kien jaħdem ma' Grima, għalkemm Badat ma jidhirx li qatt sar Professur. Għall-ewwel it-tagħlim xejn ma jidher li kien organizzat għax wara li rtira Badat għall-ħabta ta' l-1810, l-istudenti kienu jmorru jitgħallmu privatament l-ewwel għand Dr Agostino Naudi u aktar tard għand Dr Gavino Portelli. !t-tabib Naudi kien igawdi fama kbira; il-Professur Nikola Zammit jgħidilna li "Naudi era da noi medico e maestro: aveva una clientela ed una scuola, clinica e cattedra, ammalati e adepti"78. Jingħad li offrewlu l-kattedra tal­mediċina ta: l-Universita ta' Napli fejn qabel studja biex sar tabib.

Il-pesta li laqgħet lil Malta fl-1813 għamlet ħerba u tefgħet kollox lura79 . Mal-mijiet· kbar li ġarret magħha qatlet mill-inqas tlettax-il tabib, fosthom lil Dr Francesco Lorenzo Gravagna li kien iddajanjostika l-ewwel każ80 , 81. Minn ftit wara l-għoxrinijiet ta' dan is-seklu l-affarijiet ġew organizzati aħjar. Ġew mitfugħa mill­ġdid l-egħruq ta' dipartimenti varji fl-iskola medika. Issaħħu u ġġeddu tradizzjonijiet qodma82 . Fil-kattedra tal-mediċina wara Abela nsibu lil Stefano Grillet, Stefano Zerafa, Giorgio Costantino Schinas u Giuseppi O. Galea. Schinas kien Grieg imma għex, ħadem u miet Malta. F'dik tal-kirurġija, l-ewwel professur li ġie appuntat kien Gavinu Patrizju Portelli u warajh Charles Galland, G.L. Engerer, Salvatore Pisani u Teodoro Bonnici. Bħala pro­fessuri tal-maternita nsibu lil Agostino Bonnici, Saverio Arpa, Antonio Mifsud u G.B. Schembri. Kollha kienu tobba validi u li taw sehemhom mhux biss biex ħadu ħsieb il-morda ta' żmienhom imma biex għallmu ġenerazzjoni waħda wara l-oħra ta' tobba li kienu ta' servizz għall-poplu Malti. Mhux possibbli li fil-ħin li għandi nidħol fid-dettal fuq kull tabib li jistħoqqlu li jingħata din l-attenzjoni. Għalhekk sejjer nagħżel xi wħud li ħajjithom tista' titfa' ftit dawl fuq il-ħajja Maltija ta' żmienhom.

Il-kirurgu famuż Michel'Angelo Grima kien wera x-xewqa li jmur jistudja u anki jaħdem fl-Ingilterra: "ho fatto pensiero di non ritornare piu ma di restare in Inghilterra", kiteb lil de Soldanis83 , ħsieb li ma wettaqx. Iżda proprju lejn nofs is-seklu dsatax insibu l-ewwel tobba Maltin sejrin biex jistudjaw fir-Renju Unit. L-ewwel tnejn jidhru li kienu Vincent D. Portelli u S.L. Pisani. !t-tnejn studjaw f'Edinburgu, it-tnejn ulied tobba oħra, ta' l-ewwel ħa liċenzjat mill-Kulleġġ Irjali tal-kirurgi u l-ieħor dottorat mill-Universita. Kif għadni kemm semmejt, Pisani għadda snin twal

Page 17: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

ROGER ELLUL-MICALLEF 251

professur igħallem il-kirurġija fl-Universita tagħna. Din it­tradizzjoni ta' studji fir-Renju Unit ilha sejra għal fuq minn mitt sena, għalkemm dan l-aħħar mhux bil-firxa u n-numri li wieħed jixtieq wara li d-dottorat tagħna ma baqax jiġi rrikonoxxut mill­Kunsill Ġenerali Mediku Ingliż. It-tobba preżenti b'responsabbil­tajiet ta' tmexxija fl-iskola medika jħossu d-dmir li dan il-pont jitw(lf]fJaf mill-ġdid. Forsi ta' min jirrcpcti x'qalet il-'Malta Ti1lle~' td'

1-1853H4 hi u tifraħ lil Pisani: "We trust that this example will stimulate other Maltese young men to pursue the study of medicine with ardour here, with a Vlew to prosecuting their studies still further in the UK". Minn dik is-sena sal-ġurnata ta' llum marru mijiet ta' tobba Maltin biex jistudjaw u jaħdmu fir-Renju Unit. Naturalment, wieħed m'għandux iħares biss lejn l-Ingilterra imma lejn dawk il-pajjiżi kollha fejn iż-żgħażagħ tagħna jistgħu jmorru jkomplu jitħarrġu. Iżda l-Ingilterra tibqa' l-pajjiż li l-aktar għandha x'toffrilna fdan il-qasam.

Meta fuq proposta tat-tabib Gian Carlo Grech Delicata fI-1837 saret l-ewwel laqgħa bejn tobba fid-dar tiegħu stess ġiet rifondata l-akkademja medika li kien bdieha Giuseppe Zammit fis-seklu sbatax, u li kienet sfaxxat fI-1813 meta faqqgħet il-pesta. L-akkademja ssejħet 'Societa Medica d'Incoraggiamento,R5 u kellha bħala l-ewwel President tagħha lil Giuseppe Maria Stilon u warajh lil Luigi Gravagna, Stefano Zerafa, Tumas Chetcuti u Gavino Patrizio Portelli. Segretarju dejjem kien Delicata. li barra li kien tabib kien ukoll avukat. Fil-laqgħat regolari li kienu jsiru ma kinux jiġu diskussi ħwejjeġ ta' natura medika biss. Hekk, fil-laqgħa tas-16. l. 1843 inħatret kummissjoni biex tagħmel regolamenti ħalli tiġi mwaqqfa Societa Agraria. Tlieta mill-erba' membri ta' din il-Kummissjoni kienu tobba, Giovanni Gaetano Aquilina, Grech Delicata u Stefano Zerafa. Minn żmien Giuseppe Zammit, li waqqaf l-ewwel ġnien botaniku fil-foss ta' Sant'Iermu u Bonamico li kien l-ewwel tabib Malti li kiteb fuq il-botanika, it-tobba Maltin minn dejjem interessaw irwieħhom b'mod serju fl-istudju tal-fIora Maltija. Wara Bonamico, Giorgio Locano, ir-rival kbir ta' Grima, minbarra kitbiet mediċi kien kiteb ukoll fuq il-ħut li jgħix madwar Malta.

Fis-seklu dsatax Agostino Naudi u Stefano Zerafa kkollaboraw mal-Patri Karmelitan Carlo Giacinto li f1-1825 kien Professur tal-

Page 18: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

252 TOBBA MALTIN MATUL IŻ·ŻMINIJIET

Botanika U ppubblikaw flimkien lista ta' 'l fuq minn 800 pjanta Maltija. Zerafa li fl-1829 laħaq Professur tal-Botanika, u minn żmien għal ieħor kien ukoll Professur tal-mediċina, tal-fiżjoloġija u tal-patoloġija, kiteb l-ewwel flora komprensiva bejn is-snin 1827 u 1831, il-'Florae Melitensis Thesaurus'. Madwar 1-1845 Vincenzo Dionisio Portelli kiteb fuq ħxejjex mediċi, il-'Flora Medica M::tlt~~~' FI-l R49 Grech Delicata, li laħaq Professur tal-Botanika wara Zerafa, ippubblika lista ta' 400 speċi ta' pjanti Maltin fil­ġurnal speċjalizzat Svediż, Transactions of the Academy of Sdences of Stod .. holm'. Grech Delicata ppubblika x-xogħol tiegħu 'Flora Melitensis' fl-185386.

Tabib Malti ieħor, fit-tieni nofs ta' dan is-seklu, li ħalla isem kbir warajh, kien Gavino Gulia li wkoll kien Professur tal­Botanika. Gulia kien l-editur tal-ġurnal mediku l-Barth u fih ippub­blika numru ta' xogħlijiet fuq aspetti diversi ta' l-istorja naturali. Kiteb ukoll f'ġurnali barranin bħal 'Bulletin de Ia Societe Botanique de France'. Gavino Gulia kiteb fuq ħafna aspetti mediċi wkoll. FI-1880 sar Direttur tal-ġonna Argotti wara Grech Delicata. Gulia miet ta' 54 sena gabel ma temm l-aħħar xogħol tiegħu 'Analytical Flora of Malta'87. Ibnu Giovanni, li kien tabib ukoll, mexa wara missieru, u ħallielna bosta kitbiet xjentifiċi fuq il-flora u l-fawna Maltin. Post Gavino Gulia, kemm fl-Universita bħala Professur tal-Botanika, kif ukoll fl-Argotti, ħadu tahih ieħor, Francesco Debono. L-aħħar xogħol kbir fuq il-flora Maltija miktub minn tabib hu 'Descriptive Flora of the Maltese Islands' ta' John Borg li ħareġ fl-1927. Dan l-interess fil-flora u l-fawna Maltija min-naħa ta' tobba Maltin baqa' jidher tul dan is-seklu fix-xogħol ta' Salvu Vella. Carmelo De Lucca, Joseph Baldacchino u Oscar Zammit.

Kien il-Professur Grech Delicata li l-ewwel kejjel ix-xita b'mod xjentifiku wara li f'Malta kien hawn tliet snin ta' nixfa kbira bejn 1-1839 u 1-184188 . Grech Delicata beda jkejjel ix-xita mill-Isptar Militari - dak li qabel kien is-Sacra Infermeria. Minn hemm kompla jiġbor informazzjoni fuq ix-xita minn osservatorju żgħir fuq il-bejt ta' l-Universita fi Triq San Pawl. Hafna minn dawn il-figuri ppubblikahom fl-1856 fix-xogħol tie?ħu "Delia Quantita di Acqua cħe Cade Annualmente in Malta"s u oħrajn dehru minn żmien għal ieħor fil-minuti tas-Societa medica d'Incoraggiamento bħala

Page 19: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

ROGER ELLUL-MICALLEF 253

'Osservazione e Tavole Astronomiche' u 'Osservazioni Fiskhe'. Barra Grech Delicata kienu jiġbru tagħrif meteoroloġiku t-tobba Zerafa, Aquilina, Calleja u Galizia85 .

Il-problema ta' l-ilma interessat ukoll lill-Professur Nicola Zammit li fl-1855 ippubblika l-ħsibijiet tiegħu f"'Richerche Idrauliche"90. Delicata u Zammit ma kinux l-uniċi tobba li ħasbu u kitbu fuq problemi mctcoroloġiċi gt1dX tul ghoxIin sena bejn 1-1820 u 1-1840 it-tabib Saver Schembri kejjel it-temperatura fMalta91 . Schembri sar Professur tal-Fiżika u bejn 1-1854 u 1-1880 kien rettur ta' l-Umversita76 . Schembri kien l-ewwel tabib li laħaq rettur. Wara Schembri kien hemm erba' tobba oħra li saru retturi ta' l-Universita sa 1-1964, kollha fis-seklu li qegħdin fih. Dawn kienu Enrico Magro (1854-1880), Temi Zammit (1920-1926), Thomas Agius (1926-1934) u Joseph Manche (1943-1964). Minbarra Temi Zammit li kien Professur tal-Kimika, l-oħrajn kollha okkupaw il-kattedra tal-Fiżika.

Is-'Societa medica d'Incoraggiamento' ma jidhirx li kienet tinvolvi ruħha fi kwistjonijiet mediċi, xjentifiċi u letterarji biss. Fil-ktieb tagħha, 'Malta rifugio di esuli e focolare ardente di cospirazione durante il risogimento italiano,92 Bianca Fiorentini tgħid li din is-soċjeta, "fin dall'inizio delIa sua attivita assunse un carattere nettamente politico", u kienet favur it-Taljani eżiljati

f Malta. Jekk forsi mhux is-soċjeta kollha kienet timpenja ruħha politikament, żgur li s-segretarju tagħha Grech Delicata kien politikament attiv ħafna. Lejn nofs is-seklu dsatax fl-Italja kien hemm qawmien ta' nazzjonaliżmu u xewqat ta' unifikazzjoni f'pajjiż indipendenti. Dan iċ-ċaqliq ġab miegħu numru ta' politiċi Taljani li sfaw eżiljati f'Malta. Din il-mewġa ta' nazzjonaliżmu importata mill-Italja ħalliet effett fuq Malta wkoll. Meta Camillo Sceberras waqqaf il-Comitato Nazionale Maltese biex jibda l-ġlieda għad-drittijiet kostituzzjonali tal-Maltin insibu miegħu numru ta' tobba, fosthom Arcangelo Pullicino u Pietru Pawlu Bonavia. Dawn kienu żminijiet meta l-Ingilterra kienet tqis lil Malta bħala fortizza militari u għalhekk ma kienet lesta li tagħtina l-ebda parteċipazzjoni vera fit-tmexxija tal-pajjiż.

F"'The development of the Maltese Constitution" Lee tikteb: 'It is in the period after 1835 that the political activity of the Maltese liberals organized by him (Camillo Sciberras) may be judged as of

Page 20: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

254 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET

vital importance in the chain of events leading to the grant of a partly elected Legislative Council in June 1849,93.

Prominenti fost dawn il-Liberali Maltin kien hemm it-tobba Grech Delicata, Giuseppe Galizia, Francesco Pullicino, Francesco Adami, Salvatore Bernard, Pietro Paulo Darmanin, Salvatore Borg u oħrajn. Meta f1-1849 waqgħet ir-'Republica Romana' u waslu Malta numru ta' Taljani eżiljati, il-Gvernatur Richard More O'Ferrall ma ħallihomx jiżbarkaw92 . Il-firma ta' Grech Delicata nsibuha l-ewwel waħda fost tmienja u erbgħin f'ittra li ntbagħtet fit-13.8.1849 lill-Gvernatur bi protesta talli ma ħalliex lit-Taljani jinżlu l-art94 . F'Ottubru ta' 1-1848 kien twaqqafiċ-'Circolo Maltese' bi Grech Delicata bħala Viċi-President. Fuq mozzjoni ta' Grech Delicata fit-3.7.1849 iddeċidew li jressqu lista ta' kandidati tagħhom biex jikkontestaw l-elezzjoni li kellha ssir f' Awissu95 . Fost dawk magħżula ma' Sceberras kien hemm it-tobba Grech Delicata, Francesco Adami u Salvatore Borg.

Mhux il-membri kollha taċ-ċirklu qablu ma' l-idea li ssir lista; fost dawk li ma qablux kien hemm Giuseppe Galizia u Francesco Pullicino. LilI-Gvernatur xejn ma għoġbitu l-idea u ħareġ qatta bla ħabel kontriehom. F'diskors li għamellill-'Consiglio deI Governo' fit-tmienja ta' Awissu, ġimgħa biss qabel l-elezzjoni qal, "II dominio dei clubs e una anarchia organizzata. Esso solo riunisce tutti i mali delia licenza e deI despotismo,,96.

Mhux ta' b'xejn li ħadd mil-lista ma tela'. L-uniku tabib li tela' f'din l-elezzjoni kien Arcangelo Pullicin097 . F'Novembru ta' 1-1849 grupp radikali ħareġ miċ-'Circolo Maltese' u fformaw għaqda oħra. Din kienet l-'Associazione Patriottica Maltese', bi Grech Delicata b'segretarju u fost il-membri, it-tobba Pietro Paolo Darmanin, Francesco Adami u Salvatore Bernard. Naturalment O'Ferrall ma ħax gost bihom u f'ittra li bagħat lis-Segretarju ta' l-Istat għall­Kolonji Ingliż Lord Grey fit-23.12.1850, akkużahom li kienu soċjeta sigrieta bil-għan waħdieni li jxewxu kontra l-gvern. L' Associazione patriottica maltese xoljiet f1-185292 . It-tobba Maltin mhux biss ħadu sehem attiv fl-iżvilupp soċjo-politiku ta' pajjiżhom iżda kien hemm minnhom li mar jiġġieled ukoll għall-ħelsien ta' l-Italja. Dan kien it-tabib Giuseppe Xuereb imwieled il-Belt fl-1825. Xuereb kien logutenent fit-tieni 'Compagnia delia Guardia

Page 21: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

ROGER ELLUL-MICALLEF 255

Nazionale deI Mandamento' ta' Pozzuoli u fl-1863 insibuh seg­retarju tal-'Consiglio di Disciplina'98. Wara ġie Malta u laħaq direttur ta' l-Isptar ċivili tal-Furjana.

Tabib li ta sehem kbir lill-iżvilupp politiku ta' pajjiżna kien Filippo Sceberras. Wara l-ewwel gwerra kbira, fil-25 ta' Frar ta' 1-1919 laqqa' flimkien rappreżentanti minn diversi għaqdiet biex ifforma L'Assemblea Nazionale bil-għan li jibdew ifasslu talbiet għal Kostituzzjoni ġdida98a . Il-Kostituzzjoni ġdida twasslet per­mezz ta' Letters Patent fit-12 ta' Ġunju, 1920. L-ewwel Parlament Malti nfetaħ uffiċjalment tI-l ta' Novembru ta' 1-1921 mill-Prinċep ta' Wales. Waqt din iċ-ċerimonja Filippo Sceberras ingħata t-titlu ta' 'Sir'.

L-interess fil-ħajja politika mit-tobba Maltin baqa' jidher tul is-snin sa żminijietna u dan jixhduh in-numru kbir ta' tobba li kienu Membri Parlamentari u li ħadu parti bħala Ministri fi Gvernijiet differenti. Irrid insemmi wieħed b'ismu għaliex kien l-uniku tabib li sar Prim Ministru. Dan kien Sir Paul Boffa li kellu l-kariga bejn Novembru ta' 1-1947 u Settembru ta' 1-195099 .

Qabel ma nħallu dan is-seklu nixtieq nagħti ġieh lil żewġ tobba oħra. Dawn huma Nikola Zammit u Tumas Chetcuti. Zammit barra li kien tabib kien Professur tal-Filosofija, ġurnalista, editur ta' bosta rivisti kulturali fosthom 'La Fenice', 'La Rivista' u 'L'Arte', kif ukoll awtur ta' ħafna xogħlijiet bħal 'Pensieri d'un retrogrado' !0o.

Kien ukoll arkitett u xogħlu wieħed jista' jammirah fil-faċċati tal­knejjes tal-Furjana, ta' San Pawl, il-Belt, taż-Żurrieq, kif ukoll fil-knisja ta' raħal twelidu, is-Siġġiewi.

Chetcuti studja f'Napli u kien wieħed mit-tobba ewlenin ta' żmienu. Għalkemm mhux l-ewwel tabib Malti li interessa ruħu fil-mard mentali, għax fis-seklu tmintax kemm Giorgio Imbert kif ukoll Salvatore Bernard kitbu fuq dan is-suġġett, hu meqjus bħala l-ewwel psikjatra Malti!Ol. Chetcuti għamel ħafna biex itejjeb il­kundizzjonijiet tal-biża' li kienu jinsabu fi żmienu dawk morda mentalment. Hariġhom mill-kmamar mudlama fejn kienu jin­żammu marbutin bil-ktajjen u msawta u beda jikkurahom b'mod xjentifiku f'Villa Franconi. Meta f'Malta fl-1837 waslet il-kolera, Chetcuti kien minn ta' quddiem fil-ġlieda kontra din il-marda qerrieda u ħallielna kitba dwarha !02. Igħidilna Gulia li t-tobba Ingliżi meta raw l-ewwel każi, insistew li ma kinetx kolera u 'I

Page 22: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

256 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET

medici maltesi davano dei ciuco agli inglesi' 103. Chetcuti żar minn butu bosta sptarijiet tal-moħħ fl-Italja, fi Franza u fl-Ingilterra biex akkwista esperjenza f'dan il-qasam. Meta kien President tas­Societa Medica, involva ruħu fi kwistjoni ma' l-għaqda u ma' Grech Delicata, għax jidher li Chetcuti kien jissimpatizza mal-Gvern Ingliż u spiċċa mkeċċi mill-għaqda f'Mejju ta' 1_1848102a.

Is-Seklu Għoxrin: 1900-1964 F'dan is-se:klll x-xjf':nza fI-0'1smil kol1hil tilgħha mxiet 'il

quddiem b'passi li ma jitwemmnux. Fost dawn l-oqsma mxiet ukoll il-mediċina. Minħabba mezzi dejjem aħjar ta' komunikazzjoni numru ta' tobba li dejjem baqa' jikber żammew irwieħhom iżjed aġġornati mal-progress kbir li kien qed isir fil-mediċina. Iżjed tobba speċjalizzaw barra minn Malta u l-livell tat-tagħlim hawn Malta baqa' dejjem jogħla.

Mhux possibbli li hawn wieħed isemmi lit-tobba kollha li ħadu sehem f'dan l-iżvilupp fil-qasam mediku, wisq inqas ma nista' nagħti tagħrif dettaljat fuqhom. Hafna minna għadhom jiftakru bosta minnhom sewwa. Insemmi xi wħud li għal1mu l-Universita, fil­qasam tal-mediċina; lill-Professuri Carmelo Mifsud, Alphonse Portelli Carbone, E.H. Ferro, Petrin Xuereb, J.E. Debono u Walter Ganado, li ħalliena sentejn ilu. Fil-kamp tal-kirurġija lil Salvu Cassar, Pietru Pawl Debono u Alfred J. Craig. Fuq Pietru Pawl Debono, wieħed mill-kirurġi ewlenin Maltin, inkiteb ħafna 104.

105. F'dan il-qasam nixtieq insemmi lit-tabib Alfred Mifsud li. għalkemm ma jidhirx li kien igħallem fl-Universita, għandu l-mertu li kien l-ewwel Malti li ħa l-'Fellowship' fil-kirurġiia (FRCS) mill­Kulleġġ ta' Edinburgu fil-bidu nett ta' dan is-seklu l 6. Fl-ostetriċija kien hawn igħallmu S. Grech, G. Debono, Joe Ellul u Oscar Zammit. Numru kbir ta' tobba validissimi jixirqilhom jissemmew iżda jkolli nieqaf hawn.

Qabel nagħlaq irrid in sellem lill-Professur Sir Themistocles Zammit li barra milli kien Professur tal-Kimika u wara rettur ta' l-Universita, kien fl-opinjoni tiegħi t-tabib Malti, jekk mhux l-akkademiku Malti, li f'dan is-seklu l-aktar li jistħoqqlu ġieħ. L­istorja ta' kif Temi Zammit flimkien ma' David Bruce u Giuseppe Caruana Scicluna solvew il-problema tal-kawża tad-deni rqiq -

Page 23: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

ROGER ELLUL-MICALLEF 257

il-Bruċellożi - kif din tiġi trasmessa, jafha kulħadd u wieħed irid iżjed minn siegħa biex igħidha 107, 109. Minbarra l-isem li għamel fil-qasam mediku, Temi Zammit akkwista fama intemazzjonali fil-kamp arkeoloġiku meta skava u kiteb dwar it-tempji neolitiċi ta' Hal Tarxien u l-Hypogeum.

"The Times" ta' Londra qalet hekk t1-1930: "Owing largely to the author's own archaeological work, Malta is now recognized as having been the centre of a Stone and Bronze Age culture unique in the Mediterranean" 110. Ma tantx hClwn min jaf li għal ftit Malta ma tilfitx lil dan il-bniedem kbir għax fl-1912 Zammit kien applika għall-post ta' professur tal-kimika fl-Universita ta' Western Australia, Perth. Kienu biss kwistjonijiet ta' pensjoni li jidhru li żammewh hawn 111. Meta għalaq is-sittin sena Zammit kellu jirtira mill-post ta' rettur għalkemm kellu reputazzjoni internazzjonali, ibbażata fuq riċerka soda u pubblikazzjonijiet xjentifiċi, li ħadd għadu ma laħaq tul dan is-seklu; iżda kompla bħala Direttur tal­Mużew. Sir Hannibal Scicluna jsejjaħlu "Uomo di vero ingegno e di grande intelligenza"112. Kiteb bosta xogħlijiet kemm ta' natura medika, arkeoloġika 113 u storika 114 kif ukoll għadd ta' stejjer bil­Malti1i5 .

U la qegħdin insemmu l-Malti jixraq li nagħti ftit ħjiel fuq dawk it-tobba li ħabbew ilsien arthom. Fis-seklu l-ieħor insibu li fil-minuti tas-Societa Medica d'Incora~giamento hemm inkluż alfabett propost minn Stefano Zerafa 11 . N aqraw li 'l' alfabeto progettato fu composto da segni gia usati da Tezan, Abela, Agius, Wizzino e Vassalli'. Fis-seklu dsatax it-tabib Cleardo Naudi, li kien Professur tal-Kimika, ukoll kiteb bil-Malti. Flimkien ma' Mikiel Anton Vassalli u l-ex qassis Mikiel Camilleri qaleb bosta xogħlijiet ta' natura reliġjuża protestanta mill-Ingliż għall-Malti 117, 118.

Kienu żewġ studenti tal-mediċina, Rużar Briffa u Ġuże Bonnici li fl-1931 waqqfu l-Għaqda tal-Malti (Universita) li fost l-ewwel sostenituri tagħha kellha diversi tobba119. Dawn flimkien ma' Ġuże Galea ħallewlna warajhom bosta xogħlijiet letterarji bil-Malti 120. F'dan is-seklu wkoll għex Robert Samut, ħu l-Professur Carmelo Samut. Samut studja l-mediċina f'Edinburgu u bejn 1-1904 u 1-1926 kien Professur l-ewwel tal-Fiżjoloġija u aktar tard tal-Patoloġija. Imma Robert Samut jibqa' mfakkar l-iżjed

Page 24: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

258 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET

għall-mużika li kiteb biex flimkien mal-versi ta' Dun Karm sawwar l-Innu Nazzjonali tagħna 121.

Minn din il-ħarsa mgħaġġla tul medda ta' sekli nittama li rnexxieli nurikom li f'kull żmien tobba Maltin taw kontributi sinjifi­kant i mhux biss' fil-ġlieda kontra l-mard imma wkoll f'oqsma xjen­tifiċi, letterarji u politiċi. Halluni biex nagħlaq, naqra silta mill­pocżija 'ĠCl1S il-Malti' tat-tabib pocta Rużar Briffa:

Trid taf mnejn ġejja l-ħila fix-xogħ'l iebes. ix-xeħta għaqlija, il-għerffil-lsien barrani, mnejn ġejja l-ġibda lejn allat pajjiżek, u mħabbet darek? Kollox minn ġensek: ġens li jaf elf ġrajja, u kien ewlieni fost il-ġnus bikrin, ġens illi bennen għerf u ġieh l-Ewropa fis-snin minsija.

Ma hemm l-ebda dubju li l-ġenerazzjoni preżenti ta' tobba wirtet minn ta' qabilha tradizzjonijiet kbar li fi dmirha għandha tgħożż u tgħaddi msaħħa u mhux mittiefsa lil ta' warajha.

BIBLJOGRAFIJA:

1. Mifsud LX., Stromatum Melitensium, Liber XIV, 1759, p. 439. 2. Abela, G.F e Ciantar, G.A. Malta Illustrata, Malta, 1772, Liber IV, not. IV,

par. XXXII,p. 530. 3. Zammit, Fra Giuseppe. De Melitensibus Viris sanctitate et sapientia illustribus

Elogia, Ms 1143 NLM. 4. Buhagiar, M. Late Roman and Byzantine Catacombs and Related Burial

Places in the Maltese Islands. Bar International Series 302, Oxford, 1986 pp. 166-167.

5. Cassar, P. Surgical Instruments on a Tomb Slab in Roman Malta. Medical History, 1974, 18, pp. 89-93.

6. Wettinger, G. The Jews of Malta in the late middle ages. Malta, 1985. 7. Lagumina, Bartolomeo e Giuseppe. Codice diplomatico dei giudei in Sicilia,

Palermo 1844, vol i u ii. 8. Galea, J. Documenti per servire alla storia medievale maltese, Melita

Historica, 1958,2, pp. 196-199. 9. Fiorini, S. Santo Spirito Hospital of Malta: The Early Years to 1575 (fl­

istampa). 10. Wettinger, G. Early Maltese Popular Attitudes to the Government of the Order

of St John, Melita Historica, 1974,6, pp. 255-278. 11. Fsadni, M. Id-Dumnikani fir-Rabat u fil-Birgu sa 1-1620, Malta, 1974.

Page 25: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

ROGER ELLUL-MICALLEF 259

Ila. Bosio. G. Dell'lslOria delia Sacra Religione et iIIustrissima Melitia di San Giol'(lnni Gerosolimitano, Seconda impressione. Napoli. 1684. p. 514.

12. MsUnivNo 115fo1468NLM. 13. Leopaldi. E. R. A Maltese district medical officer o(the XVI centllrl', "Melita

Historica" 1963.3. pp. 42-43. ... . 14. Borg V. Medical Practitioners in 16th Centllry Malta, Proceedings of History

Week. 1981. M. Buhagiar. ed. pp. 82-85. 15. Mifsud.I.S. Biblioteca Maltese, parte prima. Malta. 1764. pp. 100-102. 16. Ark. 262. fo161; Ms 7.79. vol ii fol811 Inrn';o f)f'r.r df.'l Cons. Tom 11. NLM. 17. Abela. G.F. e Ciantar. G.A; op. cit. Lib IV not. IV para CXXX p. 582. 18. Gulia. Gavino. Cenni Storici dell'istru::.ione superiore principalmente delia

sCllola medica nei temp i dell'ordine, Malta. 1886 p. 7. 19. Mif~uJ. I.S. ap. ci!. p. Ix. 20. Galea. Gavino. op. cit. p. 8. 21. Dal Pazzo. B. Historia delia Sa('Ta Religiol1e MilitarI' di Sal1 Giol'llnlli,

Venezia. 1715 Vo!. ii pp. 445-447. 22. Storia delia Socie{({ MediclI d'lncora[;giamel1to, Malta. 1845 p. iv. 23. Mangion. G. Giol'{/Il Fral1cesco Bllonllmico scien::.ato e letterato maltese dei

Seicento. L.S. Olschki editore. Firenze. 1971. 24. Cavallini. Fra. F. Melitll Liberata a peste. Roma. 1676. 25. Hasciac. L. De Postremll Melilellsi LilI' Praxis Historicll, Panormi. 1677. 26. Mifsud. I.S. op. cit. xxi. 27. Zammit. Fra Giuseppe. op. cit. No. 122. 28. Abela. G. B. e Ciantar G.A. op. cit. Liber IV Not IV para LXXIV. pp.

539-544. 29. Bonamico. G.F. Brel'is l10titia de plalltis qllae in Melita et Galllo ohserl'tll1tllr.

Ms. 142 vol. IV fol438 NLM. 30. Bonamico. F. DisseTllltio de film spicato coccilleo melitense. Ms. 18. NLM. 31. Wettinger. G. and Fsadni. M. Peter Caxaro's Ca/ltilella, Malta. 1968. 32. Agius de Soldanis. G. P. F. Nllol'll SCllola dell'Antica Lill[;llll Punica Scoperta

111'1 Moderno Parlare Maltese I' Go::.ilal1o. Ms. 144. NLM. 33. Lanfranco. G. C\'llof1lorillll1 CO{'cillellf1l LiI1I1 .. A. Maltese Historical plant.

Melita Historica:1960. 3. p. 60.

34. Cassola. A. An alternatil'e meanin[; j()r adUlr iil G. F. BOllamico's SOlletto, Melita Historica. (fl-istampa).

35. Reichert. V.F. Eine IIl1hekat/nte heschreihlll1g Heidelhergs llt/d des Rhl'il1-neckar- gehietes alls dem jahre 1661. Heidelberger e Jahrbucher. 1988. XXXII. pp. 79-90. (Dan l-artiklu ġie ġentilment misluf lill-awtur mill-Professur A. Bonanno).

36. Mifsud. l. S. op. cit. p. 175. p. 20S. 37. Abela. G. F. e Ciantar. G. A. op. cit. Lib. IV. Not. IV. para LXXIII. p. 539. 38. Grima. M.A. Il1stitll::.iol1e d'An(/(ol1lia. Venezia. 1781. pp. 32-34. 39. Gulia. G. op. cit. p. 10. 40. Chirografi 1739-1756 N.l. NLM. 41. Ark. 648 fo!. 345. Lihro decreti delle Vel1 da Call1ra dei Tesoro. NLM. 42. Gulia. G. op. cit. p. 15. 43. Grillo. R. Giuseppe Zahra, Pro!i'ssore l1ell'Ul1i\'l'Tsi({{ di Cutal1ia. Melita

Historica. 1989.7. pp. 234-236. 44. Borg. J. SOl1le Maltese Pharl1lucists o(the pust. "St Luke\ Hospital Gazette".

1972. VII. p. 107.

Page 26: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

260 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET

45. Cassar Pullicino, G. Michel'Angelo Grima Chirurgo Maltese dei Sellecento, "'Rivista di Storia delle Scienze Mediche e Naturali", Anno XL (1949) I. pp. 1-39.

46. MsI46.vol.l.ffI76-177NLM. 47. Ms 146. vol. 1. ff 115-118 NLM. 48. Cassar P. The works of Michel'Angelo Grima (1731-17981. A bibliographv

with slImmaries and notes. "'St Luke's Hospital Gazette". 1974. IX. pp. 3-13. 49. Grima, M.A. Delia Medicina Trallmatica delia Vulneraria, Firenze. 1773. p.

82, p. 92. 50. Grima. M. A. ibid .. p. 7. 51. Ms. 575. ff459-498. NLM. 52. Ibid .. ff 498-500 NLM. 53. Ms.1146, vol. 2. 216-218 NLM. 54. Ms. Ark. 1192. f. 94 NLM. 55. Ms. 1146. vol. 2. p. 350 NLM. 56. Ms. Ark. 1192. f. 237 NLM. 57. Ibid .. ff. 326-332 NLM. 58. Cassar. P. On the trail of the bllrial place ofslIrgeon Michel'Angelo Grima, "'St

Luke's Hospital Gazette", 1975, X, pp. 23-25. 59. "'L'Arte", 1864, No. 44. pp. 5-6. 60. Demarco. G. Dissertatio physiologica de respiratione, ejusqlle lIS0 primario.

Monspelii. Augustinum Rochard, 1774. 61. Demarco. G. Fasti morborllm melitensis, Ms. 36 NLM. 62. Ms. 429. Bandi 1765-1772, ff 1-4 NLM. 63. Galea. J .. Dr Gillseppe De Marco, "'St Luke's Hospital Gazette". 1972, VII.

pp. 3 -13. 63a. Manche. L. La prima calledra oftalmologica. Clinica Oculista. 1907. vii. 64. "'L'Arte". 1862. No. 3 pp. 2-3. 65. Damato. F. J. The first chair of ophthalmogy: a biographical sk<,tch of Joseph

Barth. St Luke's Hospital Gazette 1966, l, pp. 10-13. 66. "lI Filologo Maltese". 1840. No. 11. pp. 46-47. 67. Preziosi, Luigi. La profilassi deltrachoma. Malta. 1928. p. 8. 68. Tabone. V. Anti-Trachoma Campaign in Gozo. "'Brit. med. 1.. .. 1951, i.

738-770. 69. Damato. F. J. The first against trachoma in the island of Malta. "'Brit. J.

Opth .... 1961. 45. 71-74. 70. Gulia, G. op. cit. p. 20. 71. Ark. 6523 ff. 8.20,30.288 NLM. 72. Scicluna. H. P. Documents relating to the French Occupation of Malta in

1798-1800, Malta, 1923, pp. 224-225. 73. Testa. C. Maż-żewġ Naħat tas-Swar, Malta. Klabb Kotba Maltin. 1982, pp.

509.602.604. 74. "'The Malta Government Gazette". 18.1.1837. 75. "lI Globo" 7.10.1841. p. 220. 76. Zammit. T. L'Unil'ersita di Malta, slIa originl' l' svilll{i{iO, Malta. 1913. 77. Cassar Pullicino, J. Thl' Re-Opening of thl' Uni\'ersit\' in 1800. "J. Faculty

Arts". 1958. i, pp. 140-148. 78. Zammit. N. "L'Arte" 1864. No. 33. pp. 3-5. 79. Depiro. G. M. Ragguaglio storico delia pestilenza che afflisse le isole di Malta e

Gozo negli anni 1813 e 1814, Livorno, 1833. 80. Burrell, W.H .. Appendix 10 the second report on qllarantine, London, 1854.

Page 27: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

ROGER ELLUL-MICALLEF 261

81. Hennen, J. Sketches cf the Med;cal Topography of the Mediterranean, London, p. 554.

82. Cassar, P. Medical History of Malta, Welcome Historical Medical Library, London, 1964, pp. 448-460.

83. Ms. 146, vol. 1, f. 165 NLM. 84. "The Malta Times", 2nd August, 1853, p. 3. 85. Storia deI/a Societa Medica d'lncoraggiamento di Malta, 1845. 86. Haslam, S. M. Sell P.D., Wolseley P.A. A Flora of the Maltese lslands, Malta

University Press, 1977, pp. ix-x. 87. Galea, M. Pioneers of Maltese natural history, Gavino and Giovanni Galea,

Malta,1987. 88. Mitchell, P. K. Pioneer Rainfall Observers in the Maltesp lslands. "Mplitil

Historica", 1962,3, pp. 59-64. 89. Grech Delicata, G. C. Delia quantita d' acqua che cade annualmente in Malta,

Malta, 1856. 90. Zammit, N. Ricerche ldrauliche, Malta, 1855. 91. Schembri, S. Sulla temperatura dell'atmosfera nell'lsola di Malta, memoria

contenente i risultati delle osservazioni termometriche dal/'anno 1820 all'anno 1840, Malta, 1841.

92. Fiorentini, B, Malta rifugio di esuli e focolare ardente di cospirazione durante il risorgimento italiano, Malta, 1966.

93. Lee, H. l. The development of the Malta Constitution 1813-1849, Melita Historica, 1952, pp. 7-18.

94. Mangion, G, Governo lnglese, Risorgimento ltaliano ed opinione pubblica a Malta (1848-1851), Malta, 1970pp. 47-50.

95. "I! Mediterraneo", II Luglio 1849. 96. "I! Mediterraneo" (Suppl.) 8 Agosto 1849. 97. Pullicino, P. Breve notizia della vita dei Dr Arcangelo Pullicino, Malta. 98. Bonello, V. Fiorentini B. Schiavone, L. Echi deI Risorgimenlo a Malla,

Istituto Editoriale Cisalpino, 1982 p. 14. 98a. Dobie, E. Malta's Road to lndependence, Universitv of Oklahoma Press,

1967, p. 74. . . 98b. Laferla, A. V. British Malta, Vol. lI, Malta, 1947, pp. 237-238. 99. Pirotta, J. M. Fortress Colony: The Final Act 1945-1964, Malta, 1987.

100. Zammit, N. Pensieri d'un retrogrado, Malta, 1888. 101. Cassar, P., Dr Thomas Chetcuti, the pioneer Maltese psychiatrisl, "Scientia,"

1949, XV. pp. 110-124. 102. Chetcuti, T., Notizie storiche e Patologico-C/iniche sul Cholera che divampo in

Malta e Gozo nell'estate de1I837, Malta, 1838. 102a. Storia della Societa medica d'lncoraggiamento, Malta, 1845, pp. 168-187. 103, Gulia, G. Biografia di Tommaso Chetcuti, Malta, 1863. p. 1 l. 104, Cassar, P. Professor Peter Paul Debono. The man and his times, "St Luke's

Hospital Gazette", 1975, pp. 127-150. 105. Griffiths, V. G, The attributes of a master surgeon, "St Luke's Hospital

Gazette," 1976, XI pp. 129-137. 106. GuideforMalta and Gozo, 1908,p.315. 107. Bruce, D, Note on the Discovery of a micro-organism in Malta Fever, "The

Practitioner", 1887,39, p. 163, 108. Reports of the Commissionfor the lnvestigation of Mediterranean Fever, Parts

l-VII, London, 1904-1907.

Page 28: Tobba Maltin matul iz-zminijiet - University of Malta · 2019. 3. 27. · 236 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET miegħu iżjed 'il quddiem.Zammit jista' jissejjaħ missier il-fakulta

262 TOBBA MALTIN MATUL IŻ-ŻMINIJIET

109. Zammit. T. Undulantfever in the goat in Malta . .. Annals ofTropical Medicine and Parasitology". 1922. 16. l.

110. "Times Literary Supplement". 3.4.1930. Melitensia Collection Ms. 120. 120A/1. UML.

111. Zammit. T. Curriculum Vitae application 30.8./912. Melitensia Collection Ms. 120UML.·

112. Scicluna. H. P. Temistocle Zammit. Arch. Storico di Malta. 1936. Anno VII. pp. 237-240.

113. Zammit. T. Prehistoric Malta. The Tarxien Temples. Oxford University Press. London. 1930.

114. Zammit. T. Malta. The Islands and their History. Malta Herald Office. 1926. 115. Zammit. T. Nies hla Sahar u Stejjer Oħra. Merlin Library Ltd .. 19H7. 116. Storia delia Socief{i Medica d·lncoraggiamento. 184:1. p. XXXIII. 117. Spini. G. Risorgimemo e Protestanti. Napoli. 1956. IIH. Cremona. A. Vas.willi and his times. Malta. 1940. p. 103. 119. Leħen il-Malti. 1931. l. pp. 11-12. 120. Friggieri. O. A Nlllionalldentity in Maltese Literature f'The British Colonial

Experience 1800-/964. editur V. Mallia-Milanes. 198H. pp. 3(H-3m. IlI. Cardona. G. Dun Karm ħajtu u ħidmietu. Klabb Kotba Maltin. 1972. pp.

139-140.