Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis...

40
PERSONAĠĠI LI TAW KONTRIBUT LIL- LINGWA MALTIJA L-ORAL TAL-MALTI ĊES. Miġbura minn Sa Josepha Spiteri Sa Josepha Spiteri

Transcript of Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis...

Page 1: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

PERSONAĠĠI LI TAW

KONTRIBUT LIL-

LINGWA MALTIJA L-ORAL TAL-MALTI ĊES.

Miġbura minn Sa Josepha Spiteri

Sa Josepha Spiteri

Page 2: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis

• Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru

1712, ir-Rabat, Għawdex.

• Ta’ sbatax-il sena, l-Isqof laħħqu kanonku tal-

Kolleġġjata ta’ Għawdex, u ftit snin wara laħaq

qassis.

Sa Josepha Spiteri

Page 3: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Il-biċċa l-kbira ta’ ħajtu qattagħha l-Belt, Għawdex.

• Kien jogħxa jikteb fuq l-istorja, il-kultura, l-

arkeoloġija u fuq l-ilsien Malti.

• Huwa ta xhieda tar-rabta tiegħu ma’ Għawdex bil-

kitba tal-istorja ta’ din il-gżira. Sa żmienu, min kien

jikteb fuq Malta lil Għawdex kien jaqbżu.

• De Soldanis kiteb fuq kemm hija għammiela l-gżira

tiegħu, fuq il-kaċċa, l-għasafar u l-ħut, l-istorja tal-

ordnijiet reliġjużi f’Għawdex, drawwiet qodma u fuq

familji Għawdxin magħrufa.

Sa Josepha Spiteri

Page 4: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• De Soldanis kien jippubblika l-kotba tiegħu barra

minn Malta għax fi żmienu mhux dejjem kellna

stamperija.

• Dan kien ifisser battikata kbira minħabba s-safar li

kien ikollu jagħmel u minħabba l-ispejjeż tal-ġarr

tal-kotba.

• Huwa ppubblika Ruma, Napli, Venezja u Avignon.

Sa Josepha Spiteri

Page 5: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Il-patrijottiżmu ta’ de Soldanis nikkonfermawh

minn żewġ xogħlijiet.

• Fl-ewwel wieħed, xandar bit-Taljan u bil-Franċiż

il-fehma tiegħu li San Pawl innawfraga Malta u

mhux Meleda.

• It-tieni xogħol patrijottiku għandu xejra politika u

nkiteb wara l-konġura tal-ilsiera tal-1749. De

Soldanis ħejja ktieb kontroversjali fuq din il-ġrajja

għax fih ikkritika l-abbużi tat-tmexxija tal-Kavallieri

u ddefenda d-drittijiet tal-Maltin.

Sa Josepha Spiteri

Page 6: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• De Soldanis kien l-ewwel bibljotekarju tal-

Bibljoteka Pubblika (illum il-Bibljoteka Nazzjonali),

il-Belt.

• De Soldanis miet fit-30 ta’ Jannar 1770. Difnuh fil-

knisja parrokkjali ta’ San Pawl, il-Belt. Ħafna mill-

manuskritti tiegħu ħalliehom lill-Bibljoteka.

Sa Josepha Spiteri

Page 7: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• L-ikbar biċċa xogħol ta’ de Soldanis fuq l-ilsien

Malti kienet id-dizzjunarju. Dam jiktbu mill-inqas

17-il sena. Kellu jagħmel ħafna sagrifiċċji biex

jiktbu.

• De Soldanis kien idum ifisser il-kliem għax kien

jagħti ħafna dettalji li llum ma narawhomx imorru

f’dizzjunarju.

Sa Josepha Spiteri

Page 8: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• De Soldanis jikkritika lil dawk il-Beltin, b’mod

speċjali n-nisa, li kienu qed iħalltu l-Malti mat-

Taljan.

• Għalih b’dan il-mod la kienu qed jitkellmu Malti

tajjeb u lanqas Taljan tajjeb.

• Hu kien jaqbel li meta jkun hemm bżonn, nissellfu

kliem minn ilsna oħra. Imma kien joħodha kontra

min juża kelma Taljana flok waħda Maltija

b’kapriċċ.

Sa Josepha Spiteri

Page 9: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Id-dizzjunarju ta’ de Soldanis hu mera tal-Malti

mitkellem mill-ħaddiema, in-nies tal-klassi l-

għolja, il-foqra, ir-raħlin u l-beltin tas-seklu 18.

Lilhom kollha kien iqishom kelliema ndaqs tal-

Malti.

• Din hi r-raġuni għala fid-dizzjunarju ma ħalliex

barra l-kliem ta’ nisel Taljan li kien jinstema’ f’ħalq

in-negozjanti u n-nies “il-puliti” fl-inħawi tal-Port.

Sa Josepha Spiteri

Page 10: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Fl-1749, kavallier Portugiż xtaq li jkollu f’idu

grammatika tal-Malti. De Soldanis sema’ b’dan u

daħal għal din il-biċċa xogħol b’ruħu u b’ġismu

tant li sena wara għaddielu kopja manuskritta.

• De Soldanis kiteb fuq kemm għandna nibżgħu

għal dan l-ilsien qadim li sa żmienu kien

ittraskurat minn kulħadd.

Sa Josepha Spiteri

Page 11: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• De Soldanis jibqa’ magħruf fuq kollox għad-

djalogi li inkluda fil-grammatika.

• Huma jirriflettu r-realtà tas-seklu tmintax, mhux

biss għax juruna kif kienu jitkellmu missirijietna

imma wkoll għax jixhdu l-istil ta’ ħajjithom.

• De Soldanis kiteb djalogi fuq il-kaċċa, l-aħbarijiet,

il-qoton, iż-żjarat tan-nisa fid-djar, iż-żwieġ u l-

mewt.

• Huwa ħadem ukoll fuq ġabra ta’ qwiel li kienu

jintużaw fit-taħdit.

Sa Josepha Spiteri

Page 12: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

2. Mikiel Anton Vassalli

• Vassalli twieled Ħaż-Żebbuġ fil-5 ta’ Marzu 1764 fi

żmien meta bosta ma kinux jirfsu l-għatba tal-

iskola u b’hekk ma kinux jitgħallmu jaqraw u

jiktbu.

• Vassalli nnifsu jgħid li qabel kellu 17-il sena ma

kien jaf bl-ebda lsien barrani imma nafu li ta’ 19-il

sena kien idur l-irħula jitħaddet mal-bdiewa u

mar-ragħajja biex jiġbor il-qwiel u tifsiriethom.

Sa Josepha Spiteri

Page 13: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Mikiel Anton studja l-Għarbi fl-Iskola tal-

Propoganda Fide fil-Belt u ta’ 21 sena rebaħ

premju u bil-għajnuna ta’ patrimonju sagru

Vassalli mar Ruma biex ikompli jistudja għal

qassis.

Sa Josepha Spiteri

Page 14: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Il-Malti kien jinteressah mhux biss kif kien mibni

imma wkoll bħala għodda f’idejn in-nies biex

jitgħallmu kulma jinħtieġu biha.

• Vassalli fehem li jekk isib tarf kif il-Malti jiktbu tajjeb,

ikun jista’ jistampa kotba sħaħ bih, u fuq is-suġġetti

differenti.

• Għalhekk qatta’ żgħożitu jistinka biex jibni r-regoli

tal-Malti, u meta sab tarfhom ippubblika minn butu:

• Alfabet Malti Mfysser byl Malti u bit-Taljan,

• Il-grammatika Mylsen Phoenico-Punicum,

• Id-dizzjunarju ta’ tmintax-il elf kelma Ktyb yl Klym Malti

Mfysser byl-Latin u byt-Taljan.

Sa Josepha Spiteri

Page 15: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Waħda mill-akbar skoperti li kien għamel kienet il-

preżenza tal-għerq fil-kliem Malti.

• Vassalli sab li kelma tista’ tlissinha differenti imma

l-ittri tal-għerq ma tibdilhomx fil-kitba. Ngħidu

aħna, għalkemm inlissnu “miktup”, “kitep” u

“ktiep” irridu niktbu “miktub”, “kiteb” u “ktieb” għax

l-għerq hu K-T-B.

Sa Josepha Spiteri

Page 16: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Skont Vassalli, l-isbaħ Malti kien jinstema’ f’fomm

ir-raħlin.

• Ir-raħlin ta’ żmienu kienu jinqdew b’Malti safi,

mhux bħan-nies tal-Belt u tal-Kottonera li kienu

jħalltu l-Malti bi kliem Taljan.

• Vassalli maqdar lil dawk l-ommijiet li kienu jkellmu

lil uliedhom bit-Taljan, kemm għax ma kinux jafu t-

Taljan tajjeb kif ukoll għax kienu jċaħħdu lit-tfal

mill-Malti.

• Għal Mikiel Anton Vassalli, l-isbaħ djalett kien iż-

Żebbuġi, u l-kotba tiegħu bniehom fuq dan id-

djalett.

Sa Josepha Spiteri

Page 17: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Waqt li Vassalli kien qed jippubblika l-aħjar kotba

tiegħu, Malta kienet bdiet tintlaqat minn taqlib

politiku kbir.

• Fi ftit snin artna għaddiet mill-ħakma tal-Kavallieri

għal taħt il-Franċiżi u spiċċat taħt l-Ingliżi. Il-

fiduċja kbira fil-Franċiżi waslitu biex f’Mejju 1797

Vassalli spiċċa arrestat wara li nkixfet konfoffa

kontra l-Ordni tal-Kavallieri li hu kellu sehem fiha.

Il-Kavallieri tefgħuh il-ħabs għal għomru imma

ħelsu Napuljun wara li ħa ’l Malta f’idu.

• Fi żmien il-Franċiżi reġa’ daq il-ħabs wara li r-

raħlin u l-Ingliżi bdew jissuspettaw fih għax kien

simpatizzant tal-Franċiżi. Il-Maltin kienu jqisuh

traditur u l-Ingliżi eżiljawh.

Sa Josepha Spiteri

Page 18: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Fl-istess żmien Vassalli ġie mqabbad mill-

Protestanti biex jaqleb il-Vanġelu bil-Malti.

• Fl-1827 ħareġ it-tieni edizzjoni tal-grammatika u

s-sena ta’ wara ħareġ ġabra ta’ 863 qawl.

• Mikiel Anton Vassalli miet ta’ 65 sena.

• Huwa magħruf bħala Missier l-Ilsien Malti.

Sa Josepha Spiteri

Page 19: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Twieled fis-6 ta’ Ġunju 1817 minn Vincenzo u

Maria Vassallo.

• Kien jaf tajjeb il-Malti, it-Taljan, il-Latin barra l-

Franċiż, l-Għarbi u xi ftit l-Ingliż.

• Ġan Anton beda l-kors tal-liġi fl-Università fl-1839

u ħa l-lawrja fl-1842. Fl-1850 beda jgħallem it-

Taljan il-Liċeo, u fl-1863 laħaq Professur tat-

Taljan fl-Università.

3. Ġan Anton Vasallo

Sa Josepha Spiteri

Page 20: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Ta’ 25 sena beda jikteb il-poeżija bil-Malti.

• Kiteb ħafna bijografiji ta’ nies.

• Bil-Malti ħareġ Storja ta’ Malta miktuba għall-

poplu Malti (1862), Il-ħajja tal-Appostlu Missierna

San Pawl (1858), kif ukoll Ġesù Kristu fid-

Dinja (1861) u żewġ kotba ta’ poeżija, wieħed bl-

isem ta’ Ħrejjef (1861) u ieħor bl-isem ta’ Ħrejjef

u Ċajt bil-Malti (1863).

• Aktarx li l-aktar xogħol magħruf tiegħu huwa Il-

Ġifen Tork, epika li kiteb fl-1842.

Sa Josepha Spiteri

Page 21: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Il-ħsieb letterarju ta’ Vassallo jinqasam fi tnejn:

fuq naħa hemm il-ġid morali, filwaqt li fuq in-

naħa l-oħra hemm il-gost letterarju. Ried

jgħallem daqskemm ried jagħti gost u pjaċir.

• Ġan Anton Vassallo kien juża kemm il-Malti kif

ukoll it-Taljan bħala għodda għat-tagħlim.

• Il-Malti kien jidhirlu li għandu jinkiteb kif inhu

mitkellem fil-bliet biex ikun Malti suffiċjenti, anzi

għani u jkun jista’ jinqeda bih kull min irid ifisser il-

kunċetti tal-ħajja ċivili.

• Vassallo miet qasir il-għomor fl-età ta’ 51 sena fit-

28 ta’ Marzu, 1868.

Sa Josepha Spiteri

Page 22: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

4. Ġużè Muscat Azzopardi

• Twieled Ħal Qormi fl-1 ta’ Settembru 1853.

• Hu studja fis-Seminarju tal-Imdina u fl-Università

ta’ Malta fejn ħa d-diploma ta’ prokuratur legali fl-

1875.

• Ġużè Muscat Azzopardi miet fl-4 t’Awwissu 1927

fil-belt Valletta.

• Ġużè Muscat Azzopardi kien kelliem kapaċi,

politiku popolari, ġurnalist u parteċipant attiv fl-

ambjent soċjo-kulturali.

Sa Josepha Spiteri

Page 23: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Huwa kien ukoll membru tal-Giunta Teatrale tal-

Gvern fejn b’ħeġġa kbira kien jippromwovi d-

drama Maltija.

• Kien l-editur ta’ diversi fuljetti u pubblikazzjonijiet

li kienu joħorġu b’mod regolari, fosthom In-Naħla

Maltija (1878) u Il-Ħabib (1911).

• Kien kittieb regolari f’pubblikazzjonijiet oħra bħal

Id-Dawl (1892) u Il- Ħabbar Malti.

Sa Josepha Spiteri

Page 24: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Bl-għajnuna ta’ kittieba oħra, waqqaf l-Għaqda

Kittieba tal-Malti (li llum hija magħrufa bħala l-

Akkademja tal-Malti).

• Fl-1920 ġie elett bħala l-ewwel president tagħha,

kariga li żamm sa mewtu.

• Fl- 1924 sar l-ewwel editur ta’ Il-Malti, il-

pubblikazzjoni uffiċjali tal-għaqda u li għadha

toħroġ sal-lum mill-Akkademja tal-Malti.

• Huwa ‘Missier il-lettaratura Maltija’, isem li jixraqlu

tassew minħabba l-għadd kbir ta’ rumanzi,

poeżiji, reċti, bijografiji u traduzzjonijiet li kiteb.

Sa Josepha Spiteri

Page 25: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Muscat Azzopardi jibqa’ magħruf ħafna bħala

rumanzier.

• Huwa ppubblika għadd kbir ta’ rumanzi storiċi,

jiġifieri stejjer li jseħħu fi sfond u żmien storiku

partikulari tal-istorja ta’ pajjiżna. Fost l-aktar

magħrufa nsibu r-rumanzi Toni Bajjada (1878),

Mattew Callus (1878), Vicu Mason (1881),

Susanna (1883), Ċejlu Tonna (1886), Ċensu

Barbara (1893) u Nazju Ellul (1909).

Sa Josepha Spiteri

Page 26: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Ġużè Muscat Azzopardi kien ukoll poeta mirqum.

Ħafna mill-poeżiji tiegħu jinstabu f’Ġabra ta’

Poeżiji bit-Taljan u bil-Malti (1876), Ħamsin

poeżija bil-Malti (1890) u Ġabra sħiħa ta’ Sunetti

bi Studju fuqhom tal-Kittieb Innifsu (1956).

• Ġużè Muscat Azzopardi għamel ukoll xi

traduzzjonijiet għall-Malti mit-Taljan u l-Latin.

• Muscat Azzopardi kiteb bosta reċti, xi wħud

minnhom huma oriġinali filwaqt li oħrajn huma

maqluba mit-Taljan.

Sa Josepha Spiteri

Page 27: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

5. Dun Karm Psaila • Dun Karm twieled Ħaż-Żebbuġ nhar it-18 ta’

Ottubru 1871.

• Fi tfulitu Dun Karm attenda l-Iskola Primarja tal-

Gvern ta’ Ħaż-Żebbuġ.

• Wara daħal is-Seminarju u sar saċerdot meta

kellu 23 sena.

• F’din il-ħabta Dun Karm beda jikteb xi poeżiji bit-

Taljan, iżda l-bidu tiegħu bħala poeta seħħ meta

kellu 41 sena.

Sa Josepha Spiteri

Page 28: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Mons. Pawl Galea u Ġużè Muscat Azzopardi qalulu li

huma kellhom jibdew joħorġu gazzetta bil-Malti, Il-Ħabib, u stidnuh biex jiktbilhom xi poeżija sabiħa bil-Malti għall-ewwel ħarġa.

• Għalkemm Dun Karm minn dejjem kien iħobb il-lingwa tagħna, hu kien għadu jikteb poeżiji bit-Taljan biss.

• Għall-ewwel ħabat se jaqta’ qalbu, imma mbagħad niżel għarkupptejh quddiem inkwatru tal-Madonna li kellu f’kamartu u talabha biex tgħinu.

• Dik il-lejla stess, fl-1912, Dun Karm kiteb l-ewwel poeżija bil-Malti u semmieha: Quddiem Xbieha tal-Madonna.

Sa Josepha Spiteri

Page 29: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Minn dakinhar ’l hawn, Dun Karm beda jikteb ħafna poeżiji bil-Malti.

• Fosthom insibu l-Innu ta’ Filgħodu (Reġa’ sebaħ Ja Mulejja), l-Innu ta’ Filgħaxija (Riesaq il-lejl Mulejja), Innu lill-Madonna (Fil-Ħlewwa ta’ Mejju) u fuq kollox l-Innu Malti u għadd kbir ta’ poeżiji sbieħ fuq pajjiżna li wassluh biex ikun magħruf bħala l-Poeta Nazzjonali.

• Dun Karm baqa’ dejjem mimli bi ħsibijiet kbar u bi mħabba safja lejn il-lingwa tagħna sakemm miet fit-13 ta’ Ottubru tal-1961, meta kellu kważi 90 sena.

Sa Josepha Spiteri

Page 30: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

6. Pietru Pawl Saydon • L-isem tal-Monsinjur Pietru Pawl Saydon jibqa’ għal

dejjem marbut mat-traduzzjoni tal-Kotba Mqaddsa

fil-Malti u mal-ilsna Semitiċi.

• It-traduzzjoni tal-Iskrittura Mqaddsa mill-ilsna

oriġinali kienet biċċa xogħol li ħadd qablu ma kien

daħal għaliha u swietlu tletin sena sħaħ ta’ ħidma u

dedikazzjoni. Kien ħa ħsieb ukoll jidħol għall-ispiża

kollha tal-pubblikazzjoni.

Sa Josepha Spiteri

Page 31: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Saydon twieled fl-24 ta’ Lulju tal-1895 fiż-Żurrieq.

• Tgħallem fl-iskola primarja tar-raħal u s-

Seminarju. Wara l-eżamijiet tal-Matrikola, daħal l-

Università biex jistudja għall-qassis u ggradwa fil-

Letteratura, fil-Liġi Kanonka u fit-Teoloġija.

• Mar Ruma fl-Istituto Biblico biex jispeċjalizza fl-

Istudji Bibliċi minn fejn kiseb il-Liċenzjat fl-

Iskrittura Mqaddsa.

Sa Josepha Spiteri

Page 32: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Fl-1931, meta Saydon kien għad kellu biss 36

sena, inħatar Professur tal-Iskrittura Mqaddsa,

tal-Lhudi u l-Grieg Bibliku fl-Università tagħna, u

baqa’ f’din il-kariga għal 33 sena.

• Nistgħu ngħidu li kien bis-saħħa tal-istudji bibliċi u

tal-istudju tal-ilsien Lhudi li Saydon beda

jinteressa ruħu fl-ilsien Malti. Kien attiv ħafna fl-

Għaqda tal-Malti (Università) u mexxieha għal

għaxar snin u ħa ħsieb joħroġ il-Leħen il-Malti.

Sa Josepha Spiteri

Page 33: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Fit-12 ta’ Novembru 1966, l-Università Rjali ta’

Malta tatu l-grad ta’ Duttur tal-Letteratura (Hon.

Causa) bħala għarfien tax-xogħlijiet kbar tiegħu.

• Saydon kien qrib ħafna tal-bdiewa ta’ Bengħajsa

fil-kappella ċkejkna tal-Kunċizzjoni u dejjem ta l-

kontribut pastorali tiegħu fil-parroċċa taż-Żurrieq

fejn miet fit-22 ta’ Marzu tal-1971, fl-għomor ta’ 76

sena.

Sa Josepha Spiteri

Page 34: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

7. Ninu Cremona

• Twieled nhar is-27 ta’ Mejju 1880 fir-Rabat,

Għawdex.

• Fl-1888 ssokta bl-istudju fis-Seminarju ta’

Għawdex kif ukoll f’tal-Furjana.

• Fl-1928 sar l-editur responsabbli mit-

traduzzjonijiet u l-pubblikazzjonijiet kollha tal-

Gvern.

• Kien jgħallem il-Malti fil-klassijiet ta’ filgħaxija u fl-

1936 kien l-ewwel għalliem tal-Malti fil-

Liċeo. Matul is-snin kien ukoll wieħed mill-

eżaminaturi tal-Malti fl-Università.

Sa Josepha Spiteri

Page 35: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Ninu Cremona kien wieħed mill-Fundaturi tal-

Għaqda tal-Kittieba tal-Malti (illum magħrufa

bħala l-Akkademja tal-Malti).

• Kien żamm il-kariga ta’ Viċi-President u kien

wieħed mill-edituri ta’ Il-Malti (ir-rivista tal-

Għaqda). L-akbar kontribut tiegħu fil-Malti kien fit-

tfassil tal-ortografija Maltija.

• L-istudju tiegħu għadu jgħodd sal-lum u nsibuh fil-

ktieb Tagħrif fuq il-Kitba Maltija li deher għall-

ewwel darba fl-1924.

• Kien iħobb id-drama u l-aqwa xogħol tiegħu f’dan

il-qasam bla dubju huwa Il-Fidwa tal-Bdiewa.

Sa Josepha Spiteri

Page 36: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Fost il-kotba li ppubblika nsibu Weraq mar-

Riħ (1932), Rand u Rihan (1945) u Mis-Siġra ta’

Ħajti (1970).

• Ippubblika wkoll novelli: Ktajjen Maqtugħa(1968).

• Fil-qasam lingwistiku nsibu X’inhu l-Malti

Safi (1925), A Manual of Maltese Orthography

and Grammar (1929), Tagħlim fuq il-Kitba

Maltija (l-ewwel volum fl-1935 u t-tieni volum fl-

1938). Ippubblika wkoll A Historical Review of the

Maltese Language (1945).

Sa Josepha Spiteri

Page 37: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Fl-1946 ingħata l-midalja tad-deheb Ġużè Muscat

Azzopardi u fl-4 ta’ Ġunju 1960 ġie mogħti mill-

Università Rjali ta’ Malta l-Grad Honoris Causa

tad-Dottorat tal-Letteratura għall-ħidma kbira

tiegħu fil-qasam letterarju, grammatikali u

xjentifiku tal-Ilsien Malti.

• L-aħħar xhur ta’ ħajtu qattagħhom fil-gżira ta’

Għawdex sa ma miet nhar it-Tlieta, 4 ta’ Jannar

1972. L-Għaqdiet tawh ġieh b’pubblikazzjonijiet

speċjali b’tifkira tiegħu, fosthom għadd 18 tal-

Leħen il-Malti fl-1973.

Sa Josepha Spiteri

Page 38: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

8. Ġuże Aquilina

• Il-Professur Ġużè Aquilina twieled il-Munxar fis-7

ta’ April 1911 u studja fis-Seminarju tal-Isqof

f’Għawdex u aktar tard fl-Università ta’ Malta u

fis-School of Oriental and African Studies of the

University of London (1937-40).

• Minn meta laħaq Kap tad-Dipartiment tal-Malti u l-

Ilsna Orjentali fl-Università fl-1937 ma heda qatt

bl-inizjattivi favur l-istudju tal-Malti u f’ħafna ċentri

kulturali barra minn Malta

Sa Josepha Spiteri

Page 39: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Aquilina kiteb ’il fuq minn 50 ktieb fuq il-

lingwistika, proża, poeżija u kotba oħra fuq il-

lingwa u l-letteratura f’perjodiċi xjentifiċi f’Malta u

barra minn Malta.

• Ix-xogħlijiet ewlenin tiegħu huma Papers in

Maltese Linguistics, A Comparative Dictionary of

Maltese Proverbs, Comparative Maltese Arabic

Grammar, The Structure of Maltese, Teach

Yourself Maltese, u naturalment id-

dizzjunarju Maltese-English Dictionary f'żewġ

volumi u English-Maltese Dictionary f'erba'

volumi.

Sa Josepha Spiteri

Page 40: Sa Josepha Spiteri PERSONAĠĠI LI TAW - WordPress.com · 1. Ġan Franġisk Agius de Soldanis •Ġan Piet Franġisk Agius twieled fit-30 ta’ Ottubru 1712, ir-Rabat, Għawdex. •Ta’

• Rebaħ għadd ta’ premjijiet fosthom il-Midalja tad-

Deheb Ġużè Muscat Azzopardi (1966), il-Midalja

tad-Deheb tal-Konfederazzjoni tal-Kunsilli Ċivili

(1973), u l-Midalja tad-Deheb tas-Soċjetà tal-Arti,

Manifattura u Kummerċ (1979).

• Ġużè Aquilina miet fit-8 t’Awwissu 1997.

Sa Josepha Spiteri