RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL ĦAJJA · 2020-04-10 · Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u...

11
Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 1 minn 11 ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU, RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena għall-Iskejjel Primarji 2018 Il-Karta Alternattiva 1 IL-MALTI Il-Ħin: Siegħa u Kwart (Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba) L-isem u l-kunjom: _____________________________ Il-klassi: ________ Il-Marki Il-Fehim mill-Qari Il-Kitba _______ 20 marka _______ 40 marka Aqra sew dan li ġej: Ikteb ismek, kunjomok u l-klassi. Qabel tikteb it-tweġiba, ifhem sewwa l-mistoqsija. Jekk ma tkunx taf tagħti xi tweġiba, ħalliha vojta u kompli l-oħrajn. Imbagħad erġa’ ppruvaha fl-aħħar. Jekk tieħu żball, ingassah pulit u erġa’ ikteb. Qis li ma tħalli xejn barra. Meta tlesti, irrevedi l-karta kollha mill-bidu biex tirranġa xi żbalji li jista’ jkollok u timla li tkun ħallejt barra.

Transcript of RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL ĦAJJA · 2020-04-10 · Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u...

Page 1: RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL ĦAJJA · 2020-04-10 · Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 1 minn

Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 1 minn 11

ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU, RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA

Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet ta’ Nofs is-Sena għall-Iskejjel Primarji 2018

Il-Karta Alternattiva 1 IL-MALTI Il-Ħin: Siegħa u Kwart (Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba)

L-isem u l-kunjom: _____________________________ Il-klassi: ________

Il-Marki

Il-Fehim mill-Qari

Il-Kitba

_______ 20 marka

_______ 40 marka

Aqra sew dan li ġej:

Ikteb ismek, kunjomok u l-klassi. Qabel tikteb it-tweġiba, ifhem sewwa l-mistoqsija. Jekk ma tkunx taf tagħti xi tweġiba, ħalliha vojta u kompli l-oħrajn. Imbagħad

erġa’ ppruvaha fl-aħħar. Jekk tieħu żball, ingassah pulit u erġa’ ikteb. Qis li ma tħalli xejn barra. Meta tlesti, irrevedi l-karta kollha mill-bidu biex tirranġa xi żbalji li jista’

jkollok u timla li tkun ħallejt barra.

Page 2: RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL ĦAJJA · 2020-04-10 · Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 1 minn

Paġna 2 minn 11 Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018

Intilef viċin l-Iskola Primarja ta’ Ħal Ġmiel.

Min isibu huwa mitlub iċempel lil sidu fuq 15022100.

Jingħata rigal speċjali.

IL-FEHIM MILL-QARI

A. Aqra dan l-avviż li deher fil-gazzetta:

Pakku

Pappagall

aħdar

Għandu ċurkett

tad-deheb

Page 3: RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL ĦAJJA · 2020-04-10 · Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 1 minn

Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 3 minn 11

Wieġeb il-mistoqsijiet fuq l-avviż li qrajt. 1. Agħmel fil-kaxxa t-tajba biex turi hux veru jew falz. (5 marki)

Veru Falz

a. Dan huwa avviż dwar pappagall mitluf.

b. Il-pappagall jismu Razzu.

ċ. Jingħaraf miċ-ċurkett tiegħu.

d. Is-sid lest li jagħti rigal lil min isiblu l-pappagall.

e. Min isibu għandu jikteb ittra lil sidu.

2. Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel fil-kaxxa. (2 marki)

a. Kulur il-pappagall huwa

aħmar.

blu.

aħdar.

b. Intilef qrib

skola.

il-bandli.

ġnien.

3. Li kieku kont sid il-pappagall, x’kont tagħmel biex tipprova ssibu? (3 marki) _______________________________________________________________

_______________________________________________________________

_______________________________________________________________

Page 4: RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL ĦAJJA · 2020-04-10 · Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 1 minn

Paġna 4 minn 11 Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018

B. Aqra l-istorja Nella l-Isturnella.

L-Ewwel Parti

Iss! Iss! Ċipp! Ċipp!

Mal-ewwel raġġi tax-xemx, f’Ħal Ġmiel, stajt tisma’ t-tpespis tal-għasafar. Is-smewwiet

inksew bl-isturnell jittajjar.

“X’qed nara jleqq? Dik għadira bl-ilma?” qalet Nella. (paragrafu 1)

1. Agħmel fil-kaxxa t-tajba biex turi hux veru jew falz. (3 marki) Veru Falz

a. L-istorja seħħet filgħaxija.

b. F’Ħal Ġmiel instema’ t-tisfir tal-għasafar.

ċ. L-isturnell beda jtir fis-sema.

It-Tieni Parti

Nella kienet ferħa ta’ sturnella. Lewnha kien iswed, ikanġi fil-vjola u

fl-aħdar u kienet miksija b’tikek bojod. Ladarba l-Ewropa bdiet tiksaħ, kellha

ssib post għall-kenn biex tqatta’ x-xitwa mal-familja tagħha. Nella kienet

ilha tivvjaġġa għal jiem sħaħ. (paragrafu 2)

2. Agħmel fil-kaxxa t-tajba. (3 marki)

a. Nella kienet

sewda, tagħti fil-vjola u fl-aħmar.

vjola, tagħti fl-iswed u fl-aħdar.

sewda, tagħti fil-vjola u fl-aħdar.

Page 5: RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL ĦAJJA · 2020-04-10 · Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 1 minn

Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 5 minn 11

b. L-isturnella kellha

ħafna tikek bojod.

ftit tikek bojod.

ħafna tikek suwed.

ċ. Nella kienet qed tpassi lejn Malta

mill-Asja.

mill-Ewropa.

mill-Afrika.

It-Tielet Parti

Nella kienet mejta bil-għatx. Għalhekk niżlet lejn l-għadira li

kien hemm fuq il-blat tax-xgħari. Nella bdiet tixrob u tixrob u

tixrob... Xħin ħarset madwarha ma lemħet lil ħadd... la

lill-ġenituri tagħha, la lil ħutha u lanqas lil sħabha. (paragrafu 3)

“X’waħda din! Kif baqgħu sejrin mingħajri? Ajjut! Tħallunix waħdi!” bdiet tgħajjat

l-isturnella... (paragrafu 4)

Wieġeb:

3. Fejn kienet tinsab l-għadira? (marka)

__________________________________________________________

4. Xi ġralha Nella sakemm kienet qed tixrob? (marka)

__________________________________________________________

5. Kif taħseb li tkompli l-istorja? (2 marki)

_______________________________________________________________

_______________________________________________________________

Page 6: RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL ĦAJJA · 2020-04-10 · Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 1 minn

Paġna 6 minn 11 Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018

IL-KITBA

A. IL-GRAMMATIKA U L-ORTOGRAFIJA

1. Imla l-vojt bl-ittri doppji. (6 marki)

Eżempju:

2. Agħżel il-kelma t-tajba mill-ġenb. (3 marki)

Eżempju: Dan telefown.

Dan / Din / Dawn

_______ xemx.

Dan / Din / Dawn

_______ rigali.

Dan / Din / Dawn

_______ għasfur.

Dan / Din / Dawn

frott

tra__ __

si__ __u

go__ __a

qa__ __us

gara__ __

farfe__ __

b.

d. ċ.

a.

e. f.

a.

b.

ċ.

Page 7: RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL ĦAJJA · 2020-04-10 · Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 1 minn

Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 7 minn 11

3. Imla l-vojt bin-numri. (3 marki)

tmienja għaxra ħamsa erbgħa

4. Imla l-vojt bil-pronomi personali. (3 marki)

Hi Huma Aħna Inti

Eżempju:

Aħna nilagħbu l-futbol.

__________ tidderieġi t-traffiku.

__________ fejn toqgħod?

__________ Ġappuniżi.

Eżempju:

tmienja

a.

b.

ċ.

a.

b.

ċ.

Page 8: RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL ĦAJJA · 2020-04-10 · Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 1 minn

Paġna 8 minn 11 Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018

5. Imla l-vojt bil-kelma t-tajba. (5 marki)

tilgħab isuq tisma’ taqra jiekol jaqbeż

Eżempju:

Ester taqra ktieb kuljum.

Miro ___________ il-ħabel.

Rita ___________ il-futbol.

L-ors ___________ l-għasel.

Albert ___________ ir-rota.

Antida ___________ l-mużika.

a.

b.

ċ.

d.

e.

Page 9: RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL ĦAJJA · 2020-04-10 · Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 1 minn

Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 9 minn 11

B. IL-KITBA TA’ KLIEM (5 marki)

Sib ħames oġġetti fl-istampa u iktibhom fil-kaxxi.

Ara l-eżempju.

bini

Page 10: RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL ĦAJJA · 2020-04-10 · Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 1 minn

Paġna 10 minn 11 Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018

Ċ. IL-KITBA TA’ STORJA QASIRA

Agħżel WAĦDA minn dawn iż-żewġ stejjer u ikteb bejn 20 u 40 kelma dwarha.

1. Sibt mappa ta’ teżor...

Dan il-kliem jista’ jgħinek:

mappa senduq flus deheb sibt mort rajt rkibt

Il-Pjan - Wieġeb il-mistoqsijiet. (2 marki)

Uża l-pjan tiegħek biex tikteb l-istorja li għażilt. (13-il marka)

Meta ġrat l-istorja?

Fejn kont meta sibt il-mappa? Waħdek kont?

Kif ħassejtek meta sibtha?

X’fih dan it-teżor?

Min se jgħinek tfittxu?

X’għandek bżonn tieħu miegħek?

Page 11: RIĊERKA, INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL ĦAJJA · 2020-04-10 · Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 1 minn

Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 1 tal-Iskejjel Primarji – 2018 Paġna 11 minn 11

JEW 2. Ġurnata ċ-ċirklu. Dan il-kliem jista’ jgħinek:

tinda buffu praspar nies idawwar jgħolli ħwejjeġ bużullotti

Il-Pjan - Wieġeb il-mistoqsijiet. (2 marki)

Uża l-pjan tiegħek biex tikteb l-istorja li għażilt. (13-il marka)

- Tmiem il-Karta -

Meta ġrat l-istorja? Fejn kien iċ-ċirklu? Ma’ min mort? Iddeskrivi x’rajt.

Kif ħassejtek?