Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è
description
Transcript of Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è
![Page 1: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/1.jpg)
Qari mill-ktieb
tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35
Raw lil Mosè
bil-ġilda ta’ wiċċu tiddi u beżgħu
jersqu lejh.
![Page 2: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/2.jpg)
Meta Mosè niżel minn fuq il-mutanja tas-Sinaj biż-żewġ twavel tax-xhieda f’idu, hu ma kienx jaf li l-ġilda ta’ wiċċu kienet tiddi billi kien qorob lejh Alla.
![Page 3: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/3.jpg)
U meta Aron, u l-ulied kollha ta’ Iżrael raw lil Mosè bil-ġilda ta’ wiċċu tiddi, beżgħu jersqu lejh. Iżda Mosè sejħilhom, u resqu lejh Aron u l-kbarat kollha tal-ġemgħa,
![Page 4: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/4.jpg)
u Mosè qagħad ikellimhom. Imbagħad resqu wkoll l-ulied kollha ta’ Iżrael, u Mosè ordnalhom kulma kien qallu l-Mulej fuq il-muntanja tas-Sinaj.
![Page 5: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/5.jpg)
Meta Mosè temm jitkellem magħhom, għatta wiċċu b’velu. Imma meta kien jidħol quddiem il-Mulej biex jitkellem miegħu, Mosè kien ineħħi
![Page 6: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/6.jpg)
l-velu sa ma kien joħrog. Meta mbagħad kien joħrog, kien jgħid lil ulied Iżrael kulma kien ordnalu l-Mulej.Meta wlied Iżrael kienu
![Page 7: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/7.jpg)
jħarsu lejn Mosè, kienu jarawlu l-ġilda ta’ wiċċu tiddi, u Mosè kien jerġa’ jqiegħed il-velu fuq wiċċu sa ma jerġa’ jidhol jitkellem mal-Mulej.
![Page 8: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/8.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla
![Page 9: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/9.jpg)
Salm Responsorjali
R:/ Qaddis hu l-Mulej,
Alla tagħna
![Page 10: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/10.jpg)
Għollu bit-tifħir lill-Mulej, Alla tagħna,
inxteħtu quddiem mirfes riġlejh,
għax hu qaddis!
![Page 11: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/11.jpg)
R:/ Qaddis hu l-Mulej, Alla tagħna
![Page 12: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/12.jpg)
Mosè u Aron fost il-qassisin tiegħu,
u Samwel fost dawk li jsejħu ismu,
kienu jsejħu l-Mulej, u hu jweġibhom.
![Page 13: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/13.jpg)
R:/ Qaddis hu l-Mulej, Alla tagħna
![Page 14: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/14.jpg)
F’kolonna ta’ sħab kien jitkellem magħhom;
kienu jħarsu l-preċetti u l-liġi li tahom.
![Page 15: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/15.jpg)
R:/ Qaddis hu l-Mulej, Alla tagħna
![Page 16: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/16.jpg)
Għollu bit-tifħir lill-Mulej, Alla tagħna,
u inxteħtu quddiem l-għolja mqaddsa tiegħu; għax qaddis hu l-Mulej,
Alla tagħna!
![Page 17: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/17.jpg)
R:/ Qaddis hu l-Mulej, Alla tagħna
![Page 18: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/18.jpg)
Hallelujah, Hallelujah “Sejjaħtilkom ħbieb”,
jgħid il-Mulej, “għaliex kulma smajt mingħand
Missieri jiena għarrafthulkom.”
Hallelujah, Hallelujah
![Page 19: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/19.jpg)
Qari mill-Evanġelju
skont
San Mattew Mt 13, 44-46
R:/ Glorja lilek MulejImur ibigħ kulma jkollu u
jixtri dik l-għalqa.
![Page 20: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/20.jpg)
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:“Is-Saltna tas-Smewwiet
tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel
isibu u jaħbih,
![Page 21: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/21.jpg)
u kollu ferħan imur ibigħ kulma jkollu u jixtri dik
l-għalqa. Tixbah ukoll is-Saltna
tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar
fin;
![Page 22: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/22.jpg)
meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kulma
kellu u xtara lilha.”
![Page 23: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/23.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ It-tifħir lilek Kristu
![Page 24: Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 34, 29-35 Raw lil Mos è](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022061502/5681454d550346895db21dda/html5/thumbnails/24.jpg)
ĦSIEB