Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9
-
Upload
kiayada-lara -
Category
Documents
-
view
52 -
download
0
description
Transcript of Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9
![Page 1: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/1.jpg)
Qari mill-Ittra lil-Lhud.Lhud 11, 1-2.8-9
Kien iħares ’il quddiem lejn il-belt li 1-imgħallem u
1-bennej tagħha huwa Alla.
![Page 2: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/2.jpg)
Huti, il-fidi hija pedament tal-ħwejjeġ li għandna nittamaw, hija 1-prova tal-ħwejjeġ li ma narawx. In-nies tal-imgħoddi għoġbu lil Alla sewwasew għax kellhom il-fidi.
![Page 3: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/3.jpg)
Kienet il-fidi li ġagħlet lil Abraham jobdi s-sejħa ta' Alla, meta dan qallu biex imur f’art li kien se jagħtih b'wirt; u telaq, bla ma kien jaf fejn kien sejjer.Kienet il-fidi li ġagħlitu
![Page 4: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/4.jpg)
jgħammar fl-art imwiegħda, qisu barrani f’art barranija, u jgħix taħt it-tined flimkien ma' Iżakk u Ġakobb, li kienuwerrieta miegħu tal-istess wegħda; għax hu kien
![Page 5: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/5.jpg)
iħares ’il quddiem, lejn il-belt mibnija fis-sod, li 1-imgħallem u 1-bennej tagħha huwa Alla.Kienet ukoll il-fidi li biha Sarah, mara mdaħħla fiż-żmien, setgħet titqal,
![Page 6: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/6.jpg)
għax hija għarfet li ta' kelmtu kien dak li għamlilha 1-wegħda. Kien għalhekk li minn bniedem wieħed, li kien tista' tgħid mejjet, twieldu nies bil-kotra daqs il-kwiekeb
![Page 7: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/7.jpg)
tas-sema u daqs ir-ramel ta’ xatt il-baħar, li ħadd ma jista' jgħoddu.Kollha bil-fidi mietu dawn in-nies. Kienu għadhom ma ħadux dak li kien imwiegħed, iżda huma
![Page 8: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/8.jpg)
rawh mill-bogħod usellmulu, waqt li għarfu li huma kienu barranin u għorba fuq 1-art. Tabilħaqq, dawk li jitkellmu b'dan il-mod juru ċar li huma qegħdin ifittxu pajjiż
![Page 9: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/9.jpg)
għalihom. Li kieku kellhom fi ħsiebhom il-pajjiż li minnu kienu ħarġu, kellhom żmien biżżejjed biex jerġgħu lura fih. Imma issa huma jixtiequ pajjiż aħjar, jiġifieri, dak tas-sema.
![Page 10: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/10.jpg)
Huwa għalhekk li Alla ma jistmellx jissejjaħ Alla tagħhom, għax hu ħejja belt għalihom.Kienet il-fidi li ġagħlet lil Abraham joffri '1 Iżakk meta Alla ġarrbu; u
![Page 11: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/11.jpg)
kien se joffri lil ibnu 1-waħdieni sewwasew dak li kien ħa 1-wegħdiet, hu li Alla kien qallu:
“Minn Iżakk int għad ikollok nisel.”
Huwa fehem li Alla kellu
![Page 12: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/12.jpg)
s-setgħa saħansitra lijqajjem mill-mewt; u, fis-sens ta' tixbiha, ħadu tabilħaqq lura mill-mewt.
![Page 13: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/13.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla
![Page 14: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/14.jpg)
Salm Responsorjali
R:/ Imbierek il-Mulej, Alla ta' Iżrael,
għaliex ġie jżur u jifdi 1-poplu tiegħu
![Page 15: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/15.jpg)
Hu waqqaf għalina qawwa ta' salvazzjoni
f’dar David qaddej tiegħu,bħalma wiegħed
fl-imgħoddi b'fomm il-profeti qaddisin
tiegħu.
![Page 16: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/16.jpg)
R:/ Imbierek il-Mulej, Alla ta' Iżrael,
għaliex ġie jżur u jifdi 1-poplu tiegħu
![Page 17: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/17.jpg)
Hu jsalvana mill-għedewwa tagħna,
u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.
![Page 18: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/18.jpg)
B'hekk juri ħniena ma' missirijietna
u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu.
![Page 19: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/19.jpg)
R:/ Imbierek il-Mulej, Alla ta' Iżrael,
għaliex ġie jżur u jifdi 1-poplu tiegħu
![Page 20: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/20.jpg)
Hu jiftakar fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missiernali jagħtina 1-grazzja
li, wara li jeħlisna minn idejn l-għedewwa tagħna,
![Page 21: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/21.jpg)
naqduh bla biża, tul ħajjitna kollha,
bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu, ħajjitna kollha.
![Page 22: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/22.jpg)
R:/ Imbierek il-Mulej, Alla ta' Iżrael,
għaliex ġie jżur u jifdi 1-poplu tiegħu
![Page 23: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/23.jpg)
Hallelujah, Hallelujah Alla hekk ħabb lid-dinja li
ta lil Ibnu 1-waħdieni,biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu
1-ħajja ta' dejjem.Hallelujah, Hallelujah
![Page 24: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/24.jpg)
QariMill-Evanġelju ta’
San MarkMk 4, 35-41
R:/ Glorja lilek Mulej
Dan min hu, mela, biex saħansitra r-riħ u 1-baħar
jisimgħu minnu?
![Page 25: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/25.jpg)
Dakinhar, xħin sar filgħaxija Ġesù. qal lid-dixxipli: “Ejjew naqsmu għax-xatt
1-ieħor.”Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien
![Page 26: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/26.jpg)
fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra.U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela' għal god-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela bl-ilma. Hu kien fil-poppa, rieqed
![Page 27: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/27.jpg)
fuq imħadda. Qajjmuh u qalulu:“Mgħallem, dan qisu mhu
xejn għalik li aħna se nintilfu?”
Imbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-bahar:
![Page 28: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/28.jpg)
“Iskot! Biżżejjed!”U r-riħ waqaf u waqgħet kalma kbira. U qalilhom: “Dal-biża' kollu għaliex?
Mela ma għandkomx fidi?”U qabadhom biża' kbir, u bdew jgħidu lil xulxin:
![Page 29: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/29.jpg)
“Dan min hu, mela, biex saħansitra r-riħ u 1-baħar
jisimgħu minnu?”
![Page 30: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/30.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ It-tifħir lilek Kristu
![Page 31: Qari mill-I ttra lil-Lhud . Lhud 11, 1-2.8-9](https://reader036.fdocument.pub/reader036/viewer/2022081501/56812fa8550346895d9529f2/html5/thumbnails/31.jpg)
ĦSIEB