OTTUBRU 2021

66
OTTUBRU 2021 Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Transcript of OTTUBRU 2021

Page 1: OTTUBRU 2021

OTTUBRU 2021

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Page 2: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 1

San Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

Intenzjonijiet tal-Papa Franġisku għax-xahar t’Ottubru:

Tema: Biex id-dixxipli kollha jkunu missjunarji Nitolbu: Nitolbu biex min hu mgħammed jikkommetti ruħu fl- evanġeliiżżazzjoni, hu jagħti sehmu billi jkun xhieda ta’ ħajja mfassla fuq il-Vanġelu Dati importanti għax-xahar ta’ OTTUBRU: 2 t’Ottubru: L-Anġli Kustodji Mqaddsa 5 t’Ottubru: Santa Fawstina Kowalska 7 t’Ottubru: L-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju 9 t’Ottubru: Il-Martri Brothers ta’ Turon 11 t’Ottubru: San Ġwanni XXIII – Papa 18 t’Ottubru: San Luqa – Evanġelista 22 t’Ottubru: San Ġwanni Pawlu II – Papa 23 t’Ottubru: Il-Beatu Brother Arnold Reche Nota: Dan il-ktejjeb, wieħed jista’ wkoll ikollu aċċess għalih minn fuq l-internet –

signumfideimalta.wordpress.com

Signum Fidei

Ħajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

Fidi

- OTTUBRU 2021-

EJJEW NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH!

San Ġwann Battista De La Salle

Page 3: OTTUBRU 2021

2 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, l-1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Baruk 1: 15-22 Aħna dnibna quddiem il-Mulej, ma smajniex minnu. 2. Salm 78: 1-5.8.9 Eħlisna Mulej, f’ġieħ is-sebħ tal-isem tiegħek. 3. Luqa 10: 13-16 Min iwarrab lili jkun iwarrab lil dak li bagħatni SANTA TEREŻA TA’ LISIEUX TAL-BAMBIN ĠESÙ (1873-1897) - verġni u duttur

Santa Tereżina, kif ġeneralment insibuha, hi waħda mill-qaddisin l-aktar popolari.

Tereża twieldet f’Alencon, Franza; missierha, Louis Martin, kien arluġġar u ommha Zélie Guérin – li llum it-tnejn huma beati - qabel ma żżewġu kienu qed jaħsbu biex isiru reliġjużi, imma minflok taw lill-Knisja ħames vokazzjonijiet. Thérèse kienet l-iżgħar fost disa’ aħwa. Ta’ 5 snin tilfet lil ommha u għalhekk ħadu ħsiebha ħutha akbar minnha u zijietha. Ta’ 10 snin mardet b’marda tan-nervi, iżda fieqet f’daqqa minnha meta rat statwa tal-Madonna titbissmilha.

Kellha ġibda lejn il-missjonijiet f’artijiet barranin iżda hi aċċettat il-ħajja kontemplattiva minħabba li t-talb seta’ jgħin lill-missjonijiet. Wara li ħadet il-każ tagħha personalment quddiem il-Papa Ljun XIII hija rnexxielha tidħol fil-kunvent tal-Karmelitani f’Lisieux ta’ 15-il sena, fejn qabel kienu ġa daħlu tnejn minn ħutha, u aktar tard oħtha Céline li kienet baqgħet id-dar iddur b’missierha.

Tereża pprofessat fl-1889 (ta’ 16-il sena) u għal tliet snin kienet mogħtija xogħol ordinarju fil-kunvent, bħal tiknes u tnaddaf. Wara ntgħażlet majjistra tan-novizzi.

F’Ġunju 1894 dehru l-ewwel sinjali tal-marda tat-tuberkolożi, imma hi baqgħet taqdi dmirijietha bħas-soltu. Fil-Ġimgħa l-Kbira, it-3 t’April 1896, kellha l-ewwel emorraġija.

Hi mietet fit-30 ta’ Settembru 1897, meta kellha 24 sena. Id-disa’ snin li Tereża għaddiet fil-kunvent għaddiethom f’mod tant ordinarju,

is-sigriet tagħha kien li tfassal ħajjitha fuq dik li hi ssejjaħ “it-Triq Ċkejkna tat-Tfulija Spiritwali”. Din it-triq hi tispjegaha fil-famuż ktieb tagħha Storja ta’ Ruħ li fih tispjega dan il-mod sempliċi ta’ ħajja Nisranija b’kunfidenza sħiħa u kompleta fl-imħabba ta’ Alla għalina. L-iStorja ta’ Ruħ ta’ Santa Tereżina jurina wkoll li hi kellha bżonn ta’ eroiżmu kostanti biex tegħleb l-ostinazzjoni u l-passjoni għas-setgħa li kienu reqdin f’qalbha. Hi turina wkoll kif meta esperjenzat ġranet twal ta’ dipressjoni u ta’ skrupli kbar, hi ntelqet fil-forn tal-imħabba t’Alla. L-aħħar dikjarazzjoni li hi għamlet fuq is-sodda tal-mewt, “l-imħabba biss tgħodd”, kienet is-sigriet tal-qdusija tagħha.

Għamlet bosta mirakli wara mewtha - minkejja li ma għamlet ebda wieħed tul

Page 4: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 3

ħajjitha, u hekk seħħet il-wegħda li kienet għamlet ftit qabel mietet: “wara mewti, se nitfa’ xita ta’ ward”.

Santa Tereża ta’ Lisieux kienet iddikjarata qaddisa minn Piju XI fl-1925, 28 sena biss wara mewtha; sentejn wara ddikjaraha Patruna tal-Missjonijiet kollha fl-Esteru ma’ San Franġisk Saverju.

F’Ottubru 1997, fl-okkażjoni tal-mitt sena minn mewtha, il-Papa ddikjaraha Duttur tal-Knisja, it-tielet mara u l-iżgħar fost il-41 qaddis li għandhom dan it-titlu.

Riflessjoni: Nosservaw li l-evanġelizzazzjoni hi essenzjalment marbuta max-xandir tal-Vanġelu lil dawk li ma jafux lil Ġesù Kristu jew li dejjem ċaħduh. Ħafna minnhom ifittxu lil Alla bil-moħbi, imqanqla min-nostalġija għal wiċċu, anki f’pajjiżi ta’ tradizzjoni Kristjana antika. Kulħadd għandu d-dritt jirċievi l-Vanġelu. L-Insara huma fid-dmir li jxandruh mingħajr ma jħallu lil ħadd barra, mhux qishom xi ħadd li qed jimponi obbligu ġdid, imma bħal min irid jaqsam ma’ ħaddieħor bil-ferħ, jurih xefaq sabiħ, joffrilu ikla mixtieqa. Il-Knisja mhux bil-proselitiżmu tikber, imma “bl-attrazzjoni”. Il-Papa Franġisku, silta mill-Enċiklika Evangelii Gaudium Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 102, it-2 punt This saint (St. Ignatius) was so filled with the Spirit of Jesus Christ and with his holy love that he very often had our Lord’s holy name on his lips. In this way he shared his love with those he instructed and with whom he conversed. Because he belonged entirely to Jesus Christ and had consecrated himself to him to preach the Gospel, he also wanted the Christians to whom he taught his doctrine to be attached only to Jesus and to work only for him. If you love Jesus Christ well, you will try in every possible way to enkindle his holy love in the hearts of the children you are forming to be his disciples. See to it that they often think of Jesus, their good and only Lord, that they often speak of Jesus, and that they long only for Jesus and desire only Jesus.

TALBA Agħtina, mela li nifhmu sewwa kull ma ngħidu,

dawwal il-fehma tagħna, agħmel li nibżgħu għall-ġieħ tal-ħwejjeġ

li nitkellmu fuqhom, imliena bil-fidi fil-verità.

Agħmel li ngħidu dak li nemmnu. San Ilarju, isqof u duttur tal-Knisja

Missierna ...

“Il-qdusija ma tikkonsistix f’din jew f’dik il-prattika, iżda

f’dispożizzjoni tal-qalb li tagħmilna umli u ċkejknin f’dirgħajn Alla.”

Santa Tereża tal-Bambin

Ġesù

Page 5: OTTUBRU 2021

4 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, it-2 t’Ottubru L-Anġli Kustodji Mqaddsa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżodu 23: 20-23 L-anġlu tiegħi jimxi quddiemek. 2. Salm 90: 1-6,10,11 L-anġli tiegħi jibgħatlek, biex iħarsuk. 3. Mattew 18: 1-5,10 L-anġli tagħhom fis-sema dejjem jaraw wiċċ il-Missier. L-Anġli Kustodji Mqaddsa L-Anġli Kustodji huma anġli tajbin imqabbdin biex jgħinuna, waqt li dejjem

jibqgħu fil-preżenza t’Alla. L-anġli, skont l-Ittra lil-Lhud, huma “spirti qaddejja, mibgħutin biex jaqdu għall-ġid ta’ dawk li se jiksbu s-salvazzjoni” (Lhud 1, 14).

Il-kelma anġlu ġejja mill-Grieg u tfisser ‘messaġġier’. Huma fl-ewwel lok messaġġieri t’Alla, iżda l-qadi tagħhom hu aktar wiesa’ u hu idealment muri f’San Rafel, li akkompanja lil bin Tobit.

It-tagħlim tal-Knisja fuq l-Anġlu Kustodju hu bbażat fuq il-kliem ta’ Ġesù li nsibu f’Mt.18:10, u li Ġesù mdawwar mid-dixxipli tiegħu qal wara li kien sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom: “Araw li ma tonqsux mill-istima lejn xi wieħed minn dawn iż-żgħar; għax, ngħidilkom, l-anġli tagħhom fis-smewwiet dejjem jaraw wiċċ missieri li hu fis-smewwiet.”

Jissemmew diversi episodji fil-ħajjiet tal-qaddisin li fihom jissemmew l-anġli kustodji; mingħandhom irċevew għajnuniet kemm għar-ruħ kif ukoll għall-ġisem, kif eżempju tirrakkonta Santa Franġiska Rumana.

San Bernard jgħid: “Weġġgħu lill-anġlu kustodju tiegħek! Kun rikonoxxenti għall-kura li hu jieħu tiegħek! Ikollok fiduċja fih, ħobbu u dur lejh, itlob il-protezzjoni tiegħu f’kull diffikultà, periklu u tentazzjoni.”

Il-festa tal-Anġli Kustodji bdiet fi Spanja fis-seklu 15 u kienet imdaħħla għall-Knisja tal-Punent mill-Papa Klement X, fl-1670.

Riflessjoni: Din mhix xi duttrina fantażjuża dwar l-anġli: le, hija r-realtà. Dak li qal Ġesù, li qal Alla: Jien nibgħat anġlu quddiemek biex iħarsek, biex jakkumpanjak fil-mixja, biex ma tiżbaljax. Jien illum nagħmel mistoqsija: kif inhi r-relazzjoni tiegħi mal-anġlu kustodju tiegħi? Nisimgħu? Ngħidlu l-għodwa t-tajba filgħodu? Ngħidlu: ħarisni waqt li nkun rieqed? Nitkellem miegħu? Nitolbu l-pariri? Hu dejjem ħdejja. Il-Papa Franġisku jkompli jgħid: Dawn il-mistoqsijiet nistgħu nweġbuhom illum, kull wieħed u waħda minna: kif inhi r-relazzjoni tiegħi mal-anġlu kustodju li l-Mulej bagħatli biex iħarisni u jakkumpanjani fil-mixja, hu, li dejjem jinsab fil-preżenza tal-wiċċ tal-Missier li hu fis-smewwiet?

Silta mill-kummentarju dwar ir-riflessjoni tal-Papa Franġisku f’Sta. Marta

Page 6: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 5

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 172, l-1 parti

Let us admire God’s goodness and thank him for the grace he has given us in assigning an angel to take care of us, protect us, and serve us. God was not satisfied to give us his only Son to rescue us from sin and to send us his Holy Spirit to fill us with his holy grace. To omit nothing of all his care that could advance our interests and keep us in piety and in his holy love, he also sends the holy angels to be with us on earth. He sends these blessed spirits, who rejoice before him in heaven, to be near us always, to help us, and to serve us in every kind of situation. He orders them to watch over us on his behalf, to guide us, and to enlighten us in all our ways, so that we may be able to go straight to heaven in safety without wandering astray. This is truly a marvelous effect of his goodness, says Saint Bernard, and one of the greatest proofs of his love. Let us, then, show our gratitude for this by carrying out exactly what the angels inspire us to do.

TALBA Anġlu t’Alla,

illi fit-tjubija tiegħu Alla tani biex tħarisni,

iftaħli moħħi, ħarisni, żommni u mexxini f’dan il-jum/lejl, hekk ikun,

Ammen. Missierna ...

Il-Ħadd, it-3 t’Ottubru Is-27 Ħadd ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 2:18-24 Isiru ġisem wieħed. 2. Salm 127: 1-6 Iberikna l-Mulej il-jiem kollha ta’ ħajjitna. 3. Lhud 2: 9-11 Kemm dawk li jqaddes, u kemm dawk li jiġu mqaddsin,

ilkoll huma mill-istess wieħed. 4. Mark 10: 2-16 Dak li għaqqad Alla, m’għandux jifirdu l-bniedem Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

“Jista’ jitlaq lil...?”. Minn mistoqsijiet bħal dawn , innoċenti u bla ħażen fl-apparenza tagħhom, li jinbtu tant gwajjijiet li jifnu lil qalb tad-dinja u tal-umanità: “taf int, nixtieq inkun ċert li m’inix niżbalja, li m’inix nagħmel dnub”, iżidu ftit wara biex jimmotivaw il-mistoqsija . Hekk magħmulin: ngħaddu ħajjitna nħażżu l-fruntieri u nistabbilixxu l-limiti u nipprevedu eċċezzjonijiet għal kull sitwazzjoni. Taqa’ taħt dan l-iskrutinju saħansitra r-regola

Page 7: OTTUBRU 2021

6 SIGNUM FIDEI

evanġelika l-iktar sempliċi, dik li tirregola r-rapporti bejn il-bnedmin u li Ġesù jiġbor fi ftit kliem ċar: “ħobb lill-għajrek bħalek innifsek”. Minbarra hekk, il-ħajja prekarja u inċerta ta’ żmien Ġesù, fi żmienna saret tqila u stressanti tant li sar diffiċli li l-qalb ma tibbiesx u tingħalaq fiha nnifisha. M’aħniex kapaċi nissaportu kollox u l-anqas nilqgħu lil kulħadd... inkunu qegħdin nippretendu wisq.

Il-ħajja spiss iġġiegħelna nagħmlu għażliet, nagħmlu limiti, neskludu lil min jista’ jkun jagħmlilna l-ħsara, nitilfu lil min ibeżżgħana jew iġiegħelna nistħu (għax hekk fil-fatt tfisser “jitlaq”). L-esperjenza konkreta ma turiniex spiss, li x-xewqa t’Alla li r-raġel u l-mara jkunu ġisem wieħed u ruħ waħda, mhijiex possibbli? Ma narawx kif, waqt li Alla jibgħat lil Ibnu fid-dinja biex jerġa’ jagħti n-nifs – dak tal-Ispirtu – lin-nifs tqil tal-bniedem mgħaffeġ taħt it-toqol tal-liġi, dan tal-aħħar, imbeżża’ minn dan il-ftuħ infinit tal-imħabba t’Alla u minn din il-libertà imprevedibbli li tinbet minnu, ikompli jistaqsi jekk ikunx aħjar li jibqa’ fuq ġewwa ta’ dawk il-fruntieri bejn leċitu u illeċitu, fejn kollox hu iktar faċli u iktar ċar?

Dan hu l-mod ta’ kif taħseb id-dinja, li issa sar ukoll komuni fost dawk l-Insara li għalihom ir-realtà konkreta saret iktar evidenti mill-volonta t’Alla u l-verità divina hi għadu tal-miserikordja umana: u jiġġustifikaw ruħhom billi jgħidu “l-bniedem maħluq hekk”, m’hemm xejn x’tagħmel u għalhekk trid taċċettah kif inhu, anke minħabba l-fatt li ħadd m’għandu dritt jitlob iktar minn dak li wieħed kapaċi jagħti.

Din ir-rassenjazzjoni għar-regoli tad-dinja, dan l-addattament għall-istil tagħha, mhux biss iġiegħel il-messaġġ evanġeliku tal-lum jidher opprimenti, saħansitra diżuman, imma jċekken il-Vanġelu ta’ Ġesù għal liġi, jew regola - dik tal-indissolubbiltà taż-żwieġ, b’dak kollu li ġġib magħha. Ma kinitx din l-intenzjoni ta’ Ġesù, li ma ġiex biex jistabbilixxi iktar regoli, imma biex iwassal kollox lura lejn il-bidu lejn dak il-prinċipju li għax Alla ħalaq kollox tajjeb, jara lill-umanità bħala l-għarusa tiegħu, iħobbha bħalu nnifsu, u ma jirrassenjax ruħu li jitlef imqar lil xi ħadd wieħed: il-prinċipju li jiġbor il-liġijiet fl-imħabba t’Alla u tal-proxxmu. It-tagħlim ta’ Ġesù jieħu tifsira biss jekk il-kelmiet il-kbar tal-ħajja u tal-imħabba – fedeltà, uniċità, imħabba esklussiva u għal dejjem, fertilità, kastità – ikunu mgħixa bħala don u sejħa t’Alla.

Mhijiex kumbinazzjoni li t-test jagħlaq b’Ġesù li jħaddan miegħu lit-tfal u jgħid: “min is-Saltna ta' Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha.” Spiss minflok, anke aħna li nemmnu nħossu fina l-qrusa tar-rabta, in-nixfa taċ-ċaħda u jogħlew fuq il-gost tal-iskoperta ta’ dak it-teżor awtentiku li hu l-imħabba infinita li Alla waddab fil-qalb tagħna.

Ħafna drabi fl-għażliet tagħna ta’ kuljum iktar jinħassu togħma ta’ staġnar, rabta mal-passat u l-għeluq taċ-ċertezzi ta’ ħajjitna, milli t-tiġdid u l-awdaċja tat-tama f’sema ġdida u art ġdida li wegħedna Alla. Tiġi mwarrba liġi u minnufih nintrabtu b’oħra, nevitaw dik l-isfida li Bernanos jiġbor bil-motto “jeħtieġ li nerġgħu nagħmlu bnedmin ħielsa”, bnedmin li flimkien ma; ħarsa u qalb safja bħal tat-tfal, jafu jgħaqqdu l-entużjażmu ġovanili u r-responsabbiltà adulta; li ma jibżgħux isiru dak li huma: xbiha t’ Alla.

Minn “La Realtà é Cristo” – Don Davide Rota

Page 8: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 7

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 5, silta mit-3 punt

For us, let us probe the depths of our hearts. Are they truly penetrated with what Jesus Christ said: Blessed will you be when people falsely say all sorts of evil against you? How many there are who violate rules on many points, as though they were obliged to observe only the rules that they find convenient. Such people soon fall into disorderly living, for as Saint Dorotheus remarks, as soon as we beginto say, “What does it matter if I say this word? What harm is there if I eat this morsel? What crime do I commit in doing this or that?”, we end up smothering all remorse of conscience, even on the most essential points. Let us fear that we will be lost if we attach ourselves to maxims that lead to laxity, for we are people whom God has called to live according to the perfection of the Gospel.

TALBA Għażiż Ġesù,

għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek kull fejn immur. Fawwar il-qalb tiegħi bl-ispirtu u l-ħajja tiegħek.

Idħol ġewwa fija u ħu kontroll tiegħi nnifsi kollni kemm jien, b’mod li l-ħajja tiegħi tkun tirrifletti lilek biss.

Iddi minn ġo fija, kun ġo fija nnifsi b’mod li kull persuna li niġi f’kuntatt magħha

tħoss il-preżenza tiegħek ġo fija. Ħalli jħarsu u jaraw mhux aktar lili, imma lilek biss! Il-Kardinal John Henry Newman

Missierna …

It-Tnejn, l-4 t’Ottubru San Franġisk ta’ Assisi - djaknu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġona 1:1 – ; 2: 1,11 Ġona qam biex jaħrab minn quddiem il-Mulej. 2. Salm Ġona 2: 2-5,8 Mulej, int tellajtli ħajti minn ġol-ħofra. 3. Luqa 10: 25-37 Il-proxxmu tiegħi min hu? SAN FRANĠISK T’ASSISI (1182-1226) – djaknu San Franġisk twieled f’Assisi fl-1182 meta missieru kien barra mill-pajjiż.

Ommu semmietu Ġwanni. Iżda meta missieru li kien kummerċjant għani tad-drappijiet ġie lura, sejjaħlu “Franġisk” għal Franza li hu tant kien iħobb.

Franġisku tela’ jgawdi mis-suċċess ta’ missieru, u għalhekk kellu ħajja mill-aħjar. Il-ġibda għall-avventura qanqlitu biex jieħu sehem f’xi gwerer.

Page 9: OTTUBRU 2021

8 SIGNUM FIDEI

Fl-1205, kien sejjer biex jieħu sehem f’battalja, iżda hekk kif wasal fi Spoleto marad, u ma setax ikompli fi triqtu. Meta kien marid sema’ xi jgħidlu : “Aqdi lill-imgħallem u mhux lill-qaddej”.

Meta rritorna f’Assisi għamel bidla kbira fih. Beda jkun aktar miġbur u jitlob, iżur lill-morda u jgħin lill-fqar.

Ġurnata waħda, fl-1206, kien qed jitlob quddiem kurċifiss fi knisja żgħira abbandunata fil-kampanja, dik ta’ San Damjan, u sema’ leħen jgħidlu: “Franġisku, sewwi l-Knisja tiegħi li qed tiġġarraf”.

Mar biegħ dak li kellu, u beda jiġbor biex isewwi l-ħsarat li kien hemm fi tliet knejjes żgħar, ta’ San Damjan, ta’ San Pietru u dik tal-Porzjunkola, iddedikata lil Santa Marija tal-Anġli.

Meta missieru insista biex jibdel ħajtu inkella ma jkollux x’jaqsam iktar miegħu, San Franġisk neħħa ħwejġu minn fuqu tahom lil missieru u qal: “S’issa sejjaħtlek missier; mil-lum ’il quddiem nibda ngħid, “Missierna li inti fis-smewwiet”.

Fl-1208, meta kien fil-knisja ta’ Santa Marija tal-Anġli sema’ l-qari tal-Vanġelu (Mt.10:7-10) u ħass li dawk il-kelmiet kienu għalih. Mar libes ċoqqa griża, fqira, li rabat b’ħabel ma’ qaddu u beda jimxi ħafi.

Xi żgħażagħ bdew jingħaqdu miegħu biex jgħixu l-istess ħajja li kien qed jgħix hu, u fl-1209, meta kienu tnax ħadhom Ruma, u l-Papa Innoċenzu III, tahom l-approvazzjoni tiegħu. Hekk beda l-ordni tiegħu tal-“Frati Minori”.

Fl-1212, bl-għajnuna ta’ Santa Klara, waqqaf it-tieni ordni li kien dak tas-sorijiet li ġew imsejħa Klarissi.

Fl-1219, bagħat l-ewwel missjunarji f’Tuneż u l-Marokk. Hu stess mar fl-Art Imqaddsa u fl-Eġittu.

Lura l-Italja, fl-1220, waqqaf it-tielet ordni tal-Penitenti, it-Terzjarji Franġiskani.

Fl-24 ta’ Diċembru 1223, laqqa’ xi nies u għamel presepju ħaj li għalkemm ma kienx l-ewwel presepju li sar, iżda bih San Franġisk qanqal l-imħabba tan-nies lejn il-presepju.

Fil-festa tas-salib, ta’ Settembru 1224, daħal f’estażi waqt li kien qed jimmedita fuq il-passjoni u t-tbatija ta’ Kristu, u rċieva l-pjagi ta’ Ġesù magħrufa bħala l-istigmata.

San Franġisk, li minħabba l-mard, kien kważi tilef id-dawl ta’ għajnejh, miet meta kellu biss qrib il-45 sena, fit-3 ta’ Ottubru 1226, filgħaxija, waqt li kienet qed tinqara l-ġrajja tal-passjoni ta’ Ġesù mill-Vanġelu ta’ San Ġwann. San Franġisk imqanqal mill-umiltà tiegħu qatt ma aċċetta li jsir saċerdot.

Il-Papa Benedettu XV ipproklamah: “ L-iktar xbieha perfetta ta’ Ġesù li qatt għexet”.

Riflessjoni: “Imbierek il-qaddej li jħobb lil ħuh kemm meta jkun marid u bla ħeġġa daqs meta jkun b’saħtu u jkun ta ’servizz għalih. U mbierek min iħobb lil ħuh ukoll meta jkun 'il bogħod bħal ma kieku hu maġenbu, u li ma jgħid xejn minn wara dahru dak li bi mħabba, ma jgħidx quddiem wiċċu." San Franġisk t’Assisi

Page 10: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 9

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 173, it-2 parti

Not content with loving the poor, Saint Francis also wanted to be poor and detached from earthly things. To accomplish this completely, one day when his father was complaining that he was giving a great deal to the poor, Saint Francis at once went with him before the bishop and, having publicly renounced his father’s inheritance before this prelate, left home on the spot and never wished to live there any more. He then also undertook to give up all the pleasures and all the comforts that a person can enjoy in this world. He always lived in this detachment, which made him often repeat these words: My God and my all, because when he had stripped himself of everything on earth, he no longer had anything but God and was able to possess him to the full. He discovered perfect poverty and total emptying of self in Jesus Christ at his birth and in Jesus Christ suffering and dying. This is why he had special devotion to these two mysteries and every year celebrated the Nativity of Jesus Christ with very particular devotion in the desire to conform himself to Jesus Christ in the extreme poverty of his birth and death. Learn from this saint to love poverty and to live in detachment from all things. The more detached you will be from creatures, the more you will possess God and his holy love. What! Will you keep on saying, as Saint Augustine said before his conversion, They are mere trifles that hold me back and keep me from belonging entirely to God!

TALBA O Alla

l-aktar għoli u glorjuż, dawwal id-dlamijiet ta’ qalbi.

Sawwab fija fidi retta, tama ċerta u mħabba perfetta.

Agħtini, Mulej, li nħoss u nagħraf lilek,

biex nagħmel ir-rieda vera u mqaddsa tiegħek. Ammen.

San Franġisk Missierna ...

Page 11: OTTUBRU 2021

10 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, il-5 t’Ottubru Santa Fawstina Kowalska - verġni Il-Beatu Pietru Pattarini ta’ Imola

Il-Beatu Raymond ta’ Capua - presbiteru Il-Beatu Albertu Marvelli

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġona 3: 1-10 In-nies ta’ Ninwé reġgħu lura minn triqthom il-ħażina u Alla reġa’ bdielu mid-deni li qal li kien se jagħmlilhom. 2. Salm 129: 1-4.7-8 Jekk tal-ħtijiet int tagħti kas, Mulej, min jista’ jżomm sħiħ? 3. Luqa 10: 38-42 Marta laqgħetu. Marija għażlet l-aħjar sehem. SANTA MARIJA FAWSTINA KOWALSKA (1905-1938) - verġni Santa Marija Fawstina Kowalska twieldet fl-1905, minn familja kbira ta’

raħħala fi Glogowiec qrib Lodz, fil-Polonja. Għal xi żmien għamlet xogħol ta’ qaddejja ma’ xi familji għonja. Imbagħad daħlet fil-kongregazzjoni tas-sorijiet tal-Madonna tal-Ħniena. Fil-kunvent tal-kongregazzjoni fi Krakovja, Plock, fil-Polonja, u f’Vilnius fil-

Litwanja, qdiet b’ħerqa kbira l-uffiċċji ta’ koka, purtinara jew xogħol ieħor fil-ġnien.

Għexet ħajja tassew qaddisa u Alla taha ħafna doni. Il-missjoni tagħha kienet li tħeġġeġ lill-bnedmin ħalli jiftakru li Alla jħobbhom u jħenn għalihom, u għal dan inqdiet b’forom ġodda ta’ devozzjoni lejn il-ħniena ta’ Alla u ħabirket biex il-ħajja spiritwali tiġġedded bl-għajnuna ta’ dik id-devozzjoni.

Din il-qaddisa tissejjaħ l-“Appostlu tal-Ħniena ta’ Alla.” Hija kienet qalbha tajba u karitattiva, imma tul ħajjitha ftit fehmu l-grazzji

profondi spiritwali interni. Fawstina esperjenzjat viżjonijiet, profeziji u stigmati interni.

Fil-lejl tal-22 ta’ Frar 1931 hija esperjenzjat viżjoni bħal qatt qabel: rat lil Ġesù liebes l-abjad b’idu l-waħda maħruġa ’l barra qiegħda tbierek, u l-oħra tmiss sidru. Minn sidru kienu ħerġin żewġ raġġi, wieħed aħmar u l-ieħor bajdani. Hu qal lil Fawstina biex tpinġi xbieha fil-forma li kienet qed tara u bil-kliem taħt: Ġesù, jiena nafda fik. Fawstina ma kinitx taf tpinġi. Wara li tħabtet biex tiġi emmnuta, id-direttur spiritwali tagħha, Dun Mikiel Sopocko (ibbeatifikat fl-2008), għen biex jinstab pittur biex jagħmel it-tpinġija; ix-xbieha ta’ Ġesù tal-Ħniena Divina kienet murija lill-pubbliku għall-ewwel darba fit-28 ta’ April, 1935.

Id-devozzjoni lejn il-Ħniena Divina baqgħet tikber kif Fawstina kompliet tikber fl-għaqda tagħha ma’ Kristu. Biex timxi mal-istruzzjonijiet ta’ Dun Sopocko, Fawstina niżżlet bil-miktub il-viżjonijiet u l-profezija tagħha fi djarju u dawn il-kitbiet mistiċi ġew tradotti f’ħafna lingwi.

Fawstina ħabbret bil-quddiem id-data ta’ mewtha li seħħet bil-marda tat-

Page 12: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 11

tuberkolożi fil-5 ta’ Ottubru 1938. Il-Papa Ġwanni Pawlu II, iddikjaraha beata fit-18 ta’ April 1993; u seba’ snin

wara ddikjaraha wkoll bħala l-ewwel qaddisa tat-tielet millenju. Riflessjoni: “Meta jiena nikkunsidra l-kobor u s-sbuħija tiegħek, O Alla tiegħi, jiena nifraħ bil-bosta li l-Mulej li jiena naqdi hu daqshekk kbir. Bl-imħabba u bil-ferħ jiena nagħmel ir-rieda tiegħek, u iktar ma nsir nafu, iktar nixtieq inħobbu. Jiena nħossni naqbad bix-xewqa li nsir inħobbu dejjem iżjed u iżjed.” Mid-djarju ta’ Santa Fawstina Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle Med 147, it-2 punt

This saint (St Martha) was very grateful for such great favors, and every time that Jesus did her the honor to visit her, she devoted herself to prepare his meals and to serve him with all possible affection. So great was her eagerness to offer Jesus Christ this service that she even complained once that her sister, absorbed in listening to Jesus, did not bother to help her. She had nothing more at heart than to serve Jesus well. She even had such great esteem and such deep respect for Jesus that when he came to raise Lazarus to life, she went out quite a distance to welcome him. Are you as eager for Communion as Saint Martha was to welcome Jesus into her home and to give him food from her resources? The respect you ought to show him when he comes to you consists in not tolerating in your heart any imperfection and in preparing your soul for him ahead of time with great devotion.

TALBA

lil Santa Fawstina Għażiża Santa Fawstina,

inti għidtilna li l-missjoni tiegħek fuq din l-art tibqa’ anke wara mewtek, u li ma tinsiniex.

Il-Mulej, tak il-privileġġ kbir li tqassam il-grazzji kif tixtieq, lil min tixtieq u meta tixtieq.

Għalhekk, nitolbuk, biex bl-interċessjoni tiegħek, tidħol għalina, biex naqilgħu l-grazzji li għandna bżonn.

Fuq kollox, għinna nintelqu kompletament f’idejn Ġesù kif għamilt int

u b’hekk nigglorifikaw il-Ħniena Divina tiegħu kull mument ta’ ħajjitna.

Ammen. Missierna ...

Page 13: OTTUBRU 2021

12 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, is-6 t’Ottubru San Bruno - presbiteru

Santa Marija Franġiska tal-Ħames Pjagi - verġni Il-Beatu Diegu Lwiġi di San Vitores - presbiteru u martri

Il-Beatu Bartolo Longo - lajk

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġona 4: 1-11 Int ġietek ħasra mis-siġra tar-riġnu, u mela jiena ma kellix tiġini ħasra minn Ninwé? 2. Salm 85: 3-6.9-10 Il-Mulej kollu tjieba u fedeltà. 3. Luqa 11: 1-3 Mulej, għallimna nitolbu. IL-BEATU BARTOLO LONGO (1841-1926) Bartolo Longo twieled f’Latiano, fil-provinċja ta’ Brindisi (l-Italja t’Isfel) fl-10

ta’ Frar 1841. Studja f’Lecce u fl-Università ta’ Napli u sar avukat meta kellu 23 sena.

Minħabba l-ispirtu antiklerikali li ltaqa’ miegħu, hu tilef għal xi żmien il-fidi, sakemm iltaqa’ ma’ patri Dumnikan (Padre Radente) li għenu biex jerġa’ jsib il-fidi u jsir Kattoliku mħeġġeġ.

Hu kien il-prokuratur tal-beni tal-Kontessa Maria Anna de Fusco li kellha ħafna proprjetà fil-post imsejjaħ Il-Wied ta’ Pompej, post li f’dak iż-żmien kien abbandunat u minsi, kollu faqar u miżerja.

Sar Terzjarju Dumnikan u megħjun mill-Beatu Franġiskan Ludovico minn Casoria, beda jżur il-morda u l-anzjani, kif ukoll jgħallem lit-tfal u anki lill-kbar fil-Wied ta’ Pompej. L-arċisqof ta’ Napli, il-Kardinal Sanfelice, kif ukoll il-Papa Ljun XIII approvaw din il-ħidma tiegħu.

Wara li kiseb xbieha tal-Madonna tar-Rużarju, nhar it-8 ta’ Mejju 1876, tqiegħdet l-ewwel ġebla u ngħata bidu għas-santwarju, illum magħruf mad-dinja kollha, iddedikat lill-Madonna tar-Rużarju ta’ Pompej.

Bena wkoll l-istitut għal “Ulied il-Ħabsin” biex iwaqqa’ t-teorija tal-kittieb Lambroso li dawn bilfors joħorġu delinkwenti. Waqqaf ukoll stamperija u beda jippubblika diversi kotba u rivista kull xahar jisimha Il Rosario e la Nuova Pompei, li bdieha fl-1884.

Bartolo Longo miet ta’ 85 sena fil-5 ta’ Ottubru 1926, u jinsab midfun fil-kripta tal-Bażilka-Santwarju tal-Madonna ta’ Pompei.

Dan id-devot kbir tar-rużarju u benefattur kbir tal-morda u emarġinati kien ibbeatifikat mill-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1980.

Riflessjoni: Id-dixxipli kienu ma’ Kristu, u kienu rawh jitlob. Huma kienu għarfu jifhmu xi ħaġa mill-konnessjoni bejn il-ħajja meraviljuża tiegħu fil-pubbliku u l-ħajja sigrieta tiegħu ta’ talb. Huma kienu tgħallmu jemmnu fih bħala mgħallem fl-arti tat-talb - ħadd ma seta’ jitlob bħalu. U hekk ġew għandu b'din it-talba: "Mulej għallimna nitolbu." U

Page 14: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 13

fis-snin ta’ wara kienu jgħidulna li ftit kien hemm tagħlim daqshekk sabiħ jew qaddis aktar mil-lezzjonijiet tiegħu dwar it-talb. Andrew Murray, “Lord, teach us to pray” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 36, silta mit-2 punt

What ought escpecially to lead you to pray is the weakness to which sin has reduced you, a weakness that makes you incapable of accomplishing any supernatural good. Because we become weaker every day by falling into new sins daily, we also have a much greater need for God’s help every day. Prayer, says Saint John Chrysostom, is a divine medicine that drives out of our hearts all the malice it finds there and fills them with all justice. This is why, if we wish to deliver ourselves from sin completely, we cannot do anything better than to devote ourselves to prayer. No matter how many sins a person who loves prayer commits, he still has, even in the midst of a greatly disordered life, a quick and easy recourse, which is prayer, to obtain the grace of repentance and pardon.

TALBA

O Alla tiegħi, agħmel li qalbi titgħallem fejn u kif tfittxek, fejn u kif issibek.

Inti Alla tiegħi u inti kollox għalija. Għalkemm jien qatt ma rajtek,

inti għamiltni u tajtni t-tajjeb kollu li għandi; Madanakollu għadni ma nafikx.

Jien għadni ma wettaqx dak kollu li kont maħluq biex nagħmel;

għallimni nfittxek. Ma nistax infittxek jekk inti ma tgħallimnix, jew insibek jekk inti ma turinix lilek innifsek.

Ħallini nfittxek fix-xewqat tiegħi, ħallini nixtieqek fit-tfittxija tiegħi,

ħallini nsibek billi nħobbok, ħallini nħobbok billi nsibek.

Ammen. San Anselmu

Missierna ...

Page 15: OTTUBRU 2021

14 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, is-7 t’Ottubru L-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Malakija 3: 13-20a Ara, jiġi l-Jum, jaqbad qisu forn. 2. Salm 1: 1-4 u 6 Hieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu. 3. Luqa 11: 5-13 Itolbu, u jingħatalkom. IL-MADONNA TAR-RUŻARJU Ir-Rużarju huwa talba mill-isbaħ, għax jitlob meditazzjoni dwar il-ħajja ta’

Ġesù u Marija. Wara r-rebħa kbira tal-Insara fuq it-Torok f’Lepanto, fis-7 t’Ottubru, 1571, il-Papa Dumnikan San Piju V (dak li għen għall-bini tal-Belt Valletta) waqqaf il-festa tal-Madonna tal-Vittorja, li l-Papa ta’ warajh, Girgor XIII, sejħilha tar-Rużarju. San Piju V żied ukoll fil-Litanija tal-Madonna, it-titlu “Għajnuna tal-Insara”. U wara rebħa oħra Nisranija fuq it-Torok fil-gżira ta’ Korfu, il-Papa Klement XI (1700-1721) ordna li l-festa ssir fil-Knisja kollha.

Il-Papa Leone XIII żied fil-litanija s-sejħa “Sultana tar-Rużarju Mqaddes”. U speċjalment l-aħħar Papiet minn mitt sena ’l hawn taw l-ikbar importanza lil din id-devozzjoni. Il-Madonna stess f’Lourdes u f’Fatima talbitna ngħidu r-rużarju.

Fis-sena tal-familja li kienet imnedija mill-Ġnus Magħquda, fl-1994, il-Papa Ġwanni Pawlu II ħareġ ittra appostolika dwar il-familja. F’din is-sena fil-Litanija tal-Madonna ġiet miżjuda; “Sultana tal-Familja”

Fl-2002 l-istess Papa Ġwanni Pawlu II ħareġ ittra appostolika dwar ir-rużarju, hekk imsejħa Rosarium Virginis Mariae. Kien f’din l-ittra appostolika li l-Papa waqqaf il-ħames misteri hekk imsejħa tad-Dawl, fejn silet siltiet mill-ħajja pubblika ta’ Ġesù fil-mixja tiegħu tat-tħabbir tal-Evanġelju tas-Saltna.

Fl-20 ta’ Ġunju 2020, il-Papa Franġisku żied tliet invokazzjonijiet ġodda fil-litanija; dawn huma:

OMM TAL-ĦNIENA

OMM IT-TAMA

FARAĠ TAL-MIGRANTI X’qalet il-Madonna lil San Duminku: Lil dawk kollha li bil-qima jgħidu r-rużarju tiegħi, inwiegħed ħarsien speċjali

u grazzji kbar. Dawk li jibqgħu dejjem jgħidu r-rużarju tiegħi, jaqilgħu grazzji straordinarji. Ir-rużarju jkun arma qawwija kontra d-dlamijiet; jeqred id-drawwa ħażina,

jeħles mid-dnub u jxejjen l-ereżija.

Page 16: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 15

Riflessjoni: Ir-Rużarju tal-Verġni Marija, li ssawwar bil-mod il-mod matul it-tieni millennju taħt il-ħarsien tal-Ispirtu ta’ Alla, huwa talba li ħafna qaddisin għożżewha u li l-Maġisteru tal-Knisja jinkoraġġiha. Fis-sempliċità u l-profondità tagħha, din tibqa’ talba b’tifsira kbira, anki f’dan it-tielet millennju li għadu kemm beda, u għandha twassal għal ħafna frott ta’ qdusija. Tinkwadra tajjeb fil-mixja spiritwali tal-kristjaneżmu, li wara elfejn sena ma tilef xejn mis-safa tiegħu tal-bidu, u jħoss l-Ispirtu ta’ Alla jqanqlu biex «jaqdef ’il barra fil-fond» («duc in altum!») ħalli mill-ġdid ixandar quddiem id-dinja, anzi ‘jgħajjat’ b’leħen għoli, li Kristu huwa l-Mulej u l-Feddej, «it-triq, is-sewwa u l-ħajja» (Ġw. 14, 6), li huwa «l-iskop tal-istorja tal-bniedem, il-punt li lejh jieħdu x-xewqat tal-istorja u taċ-ċiviltà».

Il-Papa San Ġwanni Pawlu II, Rosarium Virginis Mariae

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 150, silta mit-3 punt

One of their (St. Domnic and his disciples) main practices for promoting piety among the faithful is to inspire them with devotion to the Most Blessed Virgin, especially to her rosary, which they recite daily in choir with much piety... One of the best means you can use to succeed in your work is to have a very special devotion to the Most Blessed Virgin and to communicate this devotion to the hearts of those entrusted to you. Do you recite the rosary every day? Do you lead your students to do the same? With what piety do you recite it and have them recite it? Do you offer this prayer as a tribute that we in our Institute pay to the Most Blessed Virgin and as a powerful way to draw down her help and protection on our Institute and on your work?

TALBA O rużarju mbierek ta’ Marija,

katina ħelwa li tgħaqqadna ma’ Alla, rabta ta’ mħabba li sseħibna mal-anġli,

qawwa għall-ħelsien meta jaħbtu għalina d-dlamijiet, port żgur mit-tempesti tal-ħajja, aħna ma nħalluk qatt.

Int tkun l-hena tagħna fis-siegħa tal-agunija u lilek nagħtu l-aħħar bewsa tal-ħajja li tintemm.

U l-aħħar kelma li toħroġ minn fommna, ikun l-isem ħelu tiegħek,

O sultana tar-rużarju, O Madonna ta’ Pompej, O omm għażiża tagħna,

O kenn tal-midinbin, O faraġ tal-imnikktin.

Tkun imbierka, illum u għal dejjem fl-art u fis-sema.

Supplika lis-sultana tar-rużarju mqaddes

Missierna ...

Page 17: OTTUBRU 2021

16 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, it-8 t’Ottubru San Ugo - konfessur

Santa Pelaġja – verġni u martri Santa Tajde – penitenti

L-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Katidral tal-Imdina

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Slaten 8: 22-23.27-30 Ħarstek taqlagħhiex minn fuq din id-dar. 2. Salm 83: 3-5, 10,11 Kemm hi għażiża d-dar tiegħek, Mulej tal-eżerċti! 3. Luqa 19: 1-10 Illum ’il din id-dar ġietha s-salvazzjoni. L-ANNIVERSARJU TAD-DEDIKAZZJONI TAL-KATIDRAL TAL-IMDINA Fit-8 t’Ottubru, il-Knisja f’Malta tiċċelebra l-Konsagrazzjoni tal-Kattidral tal-

Imdina bħala l-knisja ewlenija tal-isqof u l-omm tal-knejjes kollha tad-djoċesi.

Għalhekk il-katidral huwa s-simbolu tal-uffiċċju tripliku tal-isqof, dak li jgħallem, li jqaddes u li jiggverna l-merħla ta’ Alla fid-djoċesi.

Skont tradizzjoni ma taqta’ xejn u qawwija, il-Katidral tal-Imdina huwa mibni fuq il-post fejn kien hemm id-dar ta’ Publiju li laqa’ għandu lil Pawlu, u, ma’ Pawlu l-fidi Nisranija. Dak iż-żmien l-Imdina kienet bil-wisq akbar milli hija llum. Kienet tinfirex sa fejn illum hemm il-Parroċċa ta’ San Pawl tar-Rabat. Kien taħt il-ħakma tal-Għarab li ċkienet għad-daqs li hija llum.

Il-katidral li naraw illum inbena flok ieħor medjevali jew Normann tas-seklu 13. Parti sewwa minn dan il-katidral medjevali sfat imġarrfa fit-terremot qawwi li kien sar fil-11 ta’ Jannar, 1693 u li nħass sewwa fil-gżejjer Maltin. Dakinhar kien iġġarraf il-katedral Normann tal-Imdina u parti sew mill-istess belt, kif ukoll il-katedral taċ-Cittadella t’Għawdex.

Il-Gran Mastru Vilhena ħa l-opportunità li jinqeda bil-ħerba li kien għamel it-terremot fl-Imdina biex jagħtiha dehra isbaħ u aktar barokka kif narawha llum.

Fortunatament dan seta’ jagħmlu bis-servizz ta’ wieħed mill-aqwa arkitetti militari u urbanistiċi li kellu, il-Franċiż Francios Mondion.

Fl-1697 beda x-xogħol fuq il-katidral il-ġdid tal-Imdina. Il-katidral ta’ qabel kellu bosta ħsarat u kienet ilha tinħass il-ħtieġa u x-xewqa li jinbena ieħor. Il-pjanta tal-katidral il-ġdid saret mill-magħruf arkitett Malti Lorenzo Gafà, li jiġi ħu l-iskultur magħruf Melchiore.

Il-katidral tal-Imdina huwa ġawhra tal-arkitettura barokka. Il-faċċata hija waħda imponenti u ta’ perfezzjoni f’dak li hu proporzjon. Il-koppla hija l-kuruna tal-binja kollha kemm hi u hija meqjusa bħala l-isbaħ f’Malta u l-aqwa li ddisinja Lorenzo Gafà.

Bil-għan li dan il-katidral ikun jista’ jitgawda kienu nħattew diversi djar li kien hemm quddiem il-katidral medjevali u hekk inħoloq misraħ mill-isbaħ quddiemu.

Page 18: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 17

Riflessjoni: Żakkew il-kurżità salvatu. Kien jiġbor it-taxxi. Kien tat-tajjeb minn fuq il-commission li kien jiġbor u anke minn dak li kien jeħel ma’ jdejh. Ried jara lil Ġesù, kurżità biss? Jista’ jkun, iżda kienet kurżità fatali għalih għax Ġesù ried jiekol għandu! Żakkew inħakem mill-qawwa tal-imħabba divina ta’ leħen il-maħbub. Obda, niżel u mar iħejjilu l-ikla. Aħna li rridu ntaqtqu fuq kollox, li nippretendu li aħna niġġudikaw aħna u mhux Alla, li m’aħniex naċċettaw li Alla jħobb il-midneb, li aħna bħall-iben il-kbir fil-parabbola tal-iben il-ħali, bdew igergru kontra Ġesù għax kien sejjer jiekol għand midneb. Żakkew inbidel u wiegħed pubblikament li ser ipatti s-serq kollu tiegħu. Ġesù ma qallu xejn biex jagħmel dan iżda l-preżenza tal-Mulej f’daru bidlitu u għaraf li kien fid-dlam meta d-dawl daħal f’daru. Kemm lest inti li tagħmel bħal Żakkew?

Fr. Joe Fenech, Mitt minuta mal-Mulej

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 36, silta mit-2 punt

Reflect that the custom of consecrating churches to God is very holy and very ancient; innumerable holy places were built and consecrated by the Apostles and their successors. God, who is indeed everywhere by his immensity, is, nevertheless, present in a very special way in those places where he has willed buildings to be in his honor, like so many tabernacles where he has chosen to dwell with people, to be adored, and to receive their prayers. In these sacred places, God wishes the holiest of actions to be performed and the most august services of religion to be offered. Consider how you have acted there, with what spirit you enter the church, and with what dispositions you offer there your prayers to God. Is it with lively faith in the presence of God and genuine sentiments of respect that you owe to this infinite majesty?

TALBA Alla Missier tagħna,

meta inti ħlaqt id-dawl, fil-bidu tal-ħolqien bil-kelma tiegħek, Int keċċejt id-dlamijiet;

u meta Int erġajt bgħatt il-Verb biex jgħix fostna u jifdina, rbaħt fuq id-dalma tan-nuqqas ta’ għarfien.

Saħħaħ ġewwa qlubna, il-fidi li inti wassaltilna fil-Verb magħmul bniedem, Ġesù Kristu,

u tħalli l-ebda tentazzjoni teqred in-nar ta’ mħabba li int xgħelt fina. Dan nitolbuk bl-istess Ġesù Kristu, Ibnek,

li jgħix u jsaltan miegħek, flimkien mal-Ispirtu s-Santu Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem, Ammen

T.Neil

Missierna ...

Page 19: OTTUBRU 2021

18 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, id-9 t’Ottubru L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt

San Jaime Hilario u San Cirillo Bertran u sħabu, martri ta’ Turon - frères San Djonisju - isqof u sħabu - martri San Ġwann Leonardi - presbiteru San Ludovik Beltran - presbiteru

Il-Beatu Antonju Patrizi – presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġoel 4: 12-21 Ressqu l-minġel, għax laħaq il-ħsad! 2. Salm 96: 1-2.5-6.11-12 Ifirħu ġusti, fil-Mulej. 3. Luqa 11: 27-28 Hieni l-ġuf li ġiebek! Aktar hienja dawk li jisimgħu l- kelma ta’ Alla u jħarsuha!. IL-QADDISIN BROTHERS MARTRI Il-Brothers martri kienu:

Bro. Cirillo Bertvan – id-direttur

Marciano Josè

Victoriano Pio

Julian Alfredo

Benjamin Julian

Augusto Andres

Aniceto Adolfo

Benito de Jesus, li kien mill-Arġentina

Br. Hilario minn Catalonia Magħhom kien hemm ukoll ic-Chaplain tal-Kommunità, il-patri Inocencio de la Immaculada Passjonista. Wieħed minnhom, Brother Jaime Hilario minn Catalonia, miet f’ċirkustanzi li werwru lil dawk li sparawlu. Il-Brother baqa’ bilwieqfa wara li sparawlu l-ewwel balal. Reġgħu sparawlu u l-brother baqa’ bilwieqfa. Is-suldati twerwru, xeħtu l-azzarini fl-art u ħarbu. Il-kaptan beda jitkellem ħażin, beda jisħtu u mar maġenbu u sparalu diversi tiri f’wiċċu bil-pistola. Il-kaptan kien student tal-brother. It-tmien Brothers ta’ Turon flimkien mac-Chaplain Patri Inocencio u Brother Jaime Hilario ġew ikkanonizzati mill-Papa Ġwanni Pawlu II nhar il-21 ta’ Novembru tal-1999. Fl-istess jum tal-kanonizzazzjoni tal-Brothers, waħda mara min-Nigaragwa, kellha fejqan li ma jistax jitfisser. Riflessjoni: U x’eżempji ta’ ħniena Ġesù ma taniex matul ħajtu kollha? Hawn fuq l-art kienet nisġa kontinwa ta’ tbatijiet u sagrifiċċji għall-ġid tal-bnedmin; tagħlimu u għemilu kollu kien effett tal-ħniena bla qies tiegħu lejna. U mhux kuntent bl-eżempji ried

Page 20: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 19

iżid raġuni oħra wisq qawwija, biex aktar iħajjarna u jiġbidna bl-eżerċizzju ta’ din il-virtù. Qalilna li kull ma nagħmlu ma’ min huwa fil-bżonn inkunu qegħdin nagħmluh miegħu stess. Ġesù ma jħallix mingħajr ħlas l-iċken għemil tajjeb. Liema grazzji u benefiċċji f’din il-ħajja, liema glorja wara l-mewt ma jagħtix lil min fil-persuna tal-miżerabbli jagħmel miegħu din l-opra tal-ħniena tant u tant għal qalbu?

Dun Ġużepp Cauchi (1900-1955)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 38, l-1 punt

To induce us powerfully to pray, Jesus Christ assures us explicitly that we will receive everything that we ask for. Whoever asks, he says, will receive. Prayer has this efficacy in itself; this is precisely what God promises us. The more we ask of God, the more he gives, because he takes great delight in granting our prayers. God would not urge us so strongly to make requests of him, says Saint Augustine, if he were not disposed to give us what we ask and if he did not will this effectively. Be ashamed, then, to be so slothful and negligent in praying to God, who has a greater desire to give than you desire to ask. He has more compassion on your wretchedness than you have the desire to be delivered. Have the courage, therefore, to believe the One who so strongly addresses you. Be worthy of his promises, and take pleasure in having recourse to him. “Is there anyone,” asks Saint Augustine, “who has been confident of obtaining something from God and has been disappointed”?

TALBA O Alla,

la tinsinix Int meta ninsiek jien. La tħallinix Int meta nħallik jien.

La ċċanfarnix meta nidneb. Sejjaħli jekk naħrablek.

Iġbidni lejk jekk ma nkunx irrid naf bik. Erfagħni jekk naqa’.

Erġa qegħedni fuq riġlejja u mexxini fit-triq tiegħek.

Ammen. San Tumas ta’ Aquino

(Kliem ta’ Fidi ... Pubblikazzjoni ĊAK)

Missierna ...

Page 21: OTTUBRU 2021

20 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, l-10 t’Ottubru It-28 Ħadd ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Għerf 7: 7-11 Intbaħt li l-għana mhu xejn ħdejn l-għerf. 2. Salm 89: 12-17 Imliena bit-tjieba tiegħek, Mulej. 3. Lhud 4: 12,13 Il-kelma ta’ Alla tgħarbel il-ħsibijiet u l-fehmiet tal-qalb. 4. Mark 10: 17-30 Mur, biegħ li għandek, u ejja imxi warajja.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

San Mark mhux biss ma jagħtix isem lil dan l-għani li jiġi jiltaqa’ u jitkellem ma’ Ġesù, imma bħal donnu jeħles minnu malajr. Madankollu huwa personaġġ li jistħoqqlu ċerta stima għax għaraf f’Ġesù mgħallem tajjeb u jersaq lejh b’rispett u fiduċja. Jurina kif mhux biss jaf x’inhi l-iktar ħaġa importanti, jiġifieri l-ħajja ta’ dejjem, imma jixtieq jakkwistaha kif jixraq, jixtieqha b’qalbu kollha, u jiġi jistaqsi lill-iktar bniedem li seta’ jurih sew x’għandu jagħmel. Jaf il-Liġi t’Alla minn mindu kien żgħir u għex fidil magħha, dan kollu għamlu bniedem ta’ personalità għolja, tant li Ġesù ammirah, u “Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta' mħabba” (Mk. 10:21).

San Mark jiddeskrivihulna bħala żagħżugħ li hu għani ħafna. Il-ġid li kellu kien jeħilsu mill-problemi tal-faqar, iż-żgħożija tispjega l-entużjażmu tiegħu għat-tajjeb. San Luqa jkompli jgħidilna li tassew ma kien jonqsu xejn, kien irrispettat u magħruf minn kulħadd. Imma xħin ġie għall-prova biex ħajtu tkun ta’ kwalità aħjar, xħin kellu t-tweġiba sħiħa għax-xewqat ta’ qalbu, l-għani jingħalaq fih innifsu u jimtela bid-diqa, u jibqa’ mingħajr isem. Meta nqabblu r-rakkont ta’ Bartilmew l-għama, li jiġi ftit wara, naraw kif dan il-karattru goff u fqir tat-tallab ta’ Ġeriko, jirnexxi fejn “wieħed” ta’ livell tant għoli jfalli bil-kbir.

Niġu għalina; irridu nammettu li n-nanniet tagħna kienu jixbhu lill-għama, u forsi dan il-fatt kien iġegħelhom jistħu xi ftit: forsi għalhekk li ħadmu biex lilna għamluna nixbhu liż-żagħżugħ għani. Li dan il-persunaġġ anonimu jixbahna , jurih il-fatt li qatt ma konna f’pożizzjoni ekonomika daqshekk tajba u edukati kulturalment; u nuru li għandna livell ta’ moralità tajjeb. Illum nafu nużaw kliem u modi konvenjenti, uħud jiddedikaw ruħhom għall-volontarjat, ngħidu li aħna kontra l-gwerra, kontra l-kaċċa, kontra t-tipjip... Fil-qosor żgħażagħ minn tagħna, imġegħelin jgħixu f’dinja kerha mmarkata bir-relattiviżmu, kumplessità u materjaliżmu u jużaw sistemi antiki biex jinterpretaw ir-realtà. L-iktar li huma konvinti huma dawk l-istess żgħażagħ (eterni għax ma jikbru qatt) li jistagħġbu jekk turihom li jonqos xi ħaġa, anzi ħafna affarijiet; li saħansitra jduru lejn Alla, bil-kundizzjoni imma li jisimgħu min jgħidilhom li kollox sew. Li jadattaw ruħhom faċilment għall-opinjonijiet u modi ta’ żmienna tant li jsiru kollha kloni, kollha l-istess, u bħall-għani tal-Vanġelu kollha perfettament “anonimi”, għad-differenza tal-għama li mhux

Page 22: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 21

biss għandu isem, identità, imma wkoll paternità: fil-fatt hu iben Timew u, fuq kollox, iben Alla.

Teżisti kura għal dawn it-tip ta’ gwajjijiet? Iva u jurihielna Ġesù stess. Tikkonsisti prinċipalment f’li nkeċċu l-illużjonijiet: mhux ta’ b’xejn Ġesù jfakkar liż-żgħażagħ ftit jew wisq għonja ta’ kull żmien li Alla biss hu tajjeb u li anke lill-aħjar bniedem jonqsu dejjem xi ħaġa. Ġesù jwissi li t-triq għal-libertà tgħaddina mill-ubbidjenza lejn it-Tajjeb Suprem li hu Alla stess u għalhekk hemm bżonn li mill-ġdid nibdew nosservaw il-kmandamenti.

Ifakkarna mill-ġdid li xejn bħall-ġid – mhux biss materjali – ma joħloq fil-bniedem prospettiva falza ta’ sigurtà u awtosuffiċenza, li huma l-iżjed żewġ ostakli diffiċli biex ngħelbu għall-kisba tas-Saltna t’Alla u tal-fidi, u li flimkien huma kawża tal-inġustizzja u d-diżugwaljanza li taqsam id-dinja fi tnejn. Fl-aħħar l-istedina għall-mixja wara Ġesù, li tfaqqar lid-dixxipli minn dak li mhux neċessarju imma tgħanihom għall-mitt darba iktar bil-ġid li joħloq il-libertà u toroq li joħolqu l-fraternità; li jirbaħ id-difikkultajiet u l-persekuzzjonijiet u jiftaħ beraħ quddiemhom il-bibien tas-saltna.

Minn “La Realtà é Cristo” – Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 5, siltiet mit-3 punt

It is not enough for us to avoid contradicting the moral precepts of the Gospel. Saint Paul says that he will show us an even more perfect, more excellent way to which Jesus Christ calls us, which he has illustrated for us by his own example. If anyone wishes to follow me, says our Lord, let him renounce himself—that is, let him renounce his own spirit and his own will—let him carry his cross daily and follow me. Who, indeed, does not contradict this divine saying of Jesus Christ, our Master, if not in word at least in heart? How many take to heart the words of Saint Dorotheus: “Let us be faithful in the slightest matters, lest they lead to regrettable consequences and unfortunate results”? To how many do not these words of Jesus Christ seem harsh? Blessed are the poor in spirit; it is harder for a rich man to enter heaven than for a camel to pass through a needle’s eye. Let us fear that we will be lost if we attach ourselves to maxims that lead to laxity, for we are people whom God has called to live according to the perfection of the Gospel.

TALBA LIL ĠESÙ Ġesù, noffrilek lili nnifsi,dak li jien u dak li għandi,

kollox huwa tiegħek. Noffrilek ix-xogħol tiegħi u inti tagħtini l-mistrieħ.

Noffrilek in-niket tiegħi u inti tagħtini l-faraġ. Noffrilek it-tentazzjonijiet tiegħi u inti tagħtini r-rebħa.

Noffrilek it-tbatija tiegħi u inti tagħtini s-sabar Jien nagħtik iż-żmien tiegħi u inti tagħtini l-eternità.

Inħobbok Ġesù! Bernard Vaughan

Missierna ...

Page 23: OTTUBRU 2021

22 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, il-11 t’Ottubru San Ġwanni XXIII - Papa

Il-Beatu Elija tas-Sukkors Nieves - presbiteru u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Rumani 1: 1-7 Bi Kristu aħna rċevejna l-grazzja tal-appostolat biex inwasslu

għall-ubbidjenza tal-fidi l-bnedmin fost il-ġnus kollha. 2. Salm 97: 1-4 Għarraf il-Mulej is-salvazzjoni tiegħu. 3. Luqa 11: 29-32 Ebda sinjal ma jingħata lil dan in-nisel ħlief is-sinjal ta’ Ġona.

SAN ĠWANNI XXIII (1881-1963) - Papa - Il-Papa li twieled fqir, għex fqir u miet fqir Fil-25 ta’ Novembru 1881: Angelo Giuseppe Roncalli twieled f’Sotto l-Monte

- ħdejn Bergamo. Missieru kien Battista Roncalli u ommu kien jisimha Marianna Mazzola. Huwa ġie mgħammed dakinhar stess. Kien minn familja numeruża ta’ bdiewa u ferm fqira.

Fis-sena 1904 ordna saċerdot. Minn meta qaddes qatt ma naqas li jagħmel irtir kull sena. Kien ikun irtir ta’ tmint ijiem. Ta’ spiss kien jagħmel pellegrinaġġ għal xi Santwarju tal-Madonna fl-Italja u f’pajjiżi oħra.

Matul l-Ewwel Gwerra kien suldat u bħala saċerdot kien il-kappillan tal-isptar ta’ Bergamo.

Fl-1921, kien inkarigat mill-opri missjunarji tal-Knisja kollha. Fl-1924, laħaq professur tal-Patroloġija fl-Università tal-Lateran. Fl-1925, kien ikkonsagrat isqof għall-knejjes tal-Lvant. Mis-sena 1924 sal-1944, kien viżitatur appostoliku, l-aħħar għoxrin sena kien nunzju appostoliku, f’diversi minn dawn il-pajjiżi tal-Lvant, anke fl-aħħar snin qabel il-Konċilju Vatikan II, fl-Ewropa.

Il-Papa Piju XII, fl-1952 għażlu bħala patrijarka ta’ Venezja. Fl-1953, ġie nnominat kardinal mill-istess Papa Piju XII. Fl-1954-1957 ħa sehem f’diversi laqgħat pastorali u pellegrinaġġi f’diversi pajjiżi.

Fid-9 ta’ Ottubru tal-1958, miet il-Papa Piju XII. Fit-28 ta’ Ottubru 1958 ġie elett Papa. Huwa kiteb diversi enċikliki. Fil-31 ta’

Marzu 1961 ħareġ l-enċiklika: Mater et Magistra. Fl-1963 sejjaħ Konċilju Ekumeniku. U ftit wara fl-istess sena tal-1963 ħareġ l-enċiklika: Pacem in Terris.

Miet fit-3 ta’ Ġunju 1963, imma l-festa tiegħu ssir illum 11 ta’ Ottubru, il-jum meta nfetaħ il-Konċilju Vatikan II – li allura kienet issir festa ta’ Marija Omm Alla li issa ġiet trasferita għall-1 ta’ Jannar. Ġwanni XXIII, magħruf mill-poplu bħala l-Papa Buono, ġie ddikjarat beatu mill-Papa Ġwanni-Pawlu II fit-3 ta’ Settembru 2000 flimkien mal-Papa Piju IX.

Ġie kkanonizzat nhar is-27 t’April, 2014 mill-Papa Franġisku

Page 24: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 23

Mid-djarju tal-Papa Ġwanni XXIII, nhar il-11 t’Ottubru, 1962: Il-ftuħ solenni tal-Konċilju Ekumeniku: “Inrodd ħajr lill-Mulej li żejjinni bil-grazzja u l-ġieħ li f’ismu niftaħ dan il-bidu ta’ sensiela ta’ grazzji kbar għall-Knisja Mqaddsa tiegħu. Hu ried li l-ewwel xrara li ħejjejt, matul it-tliet snin li għaddew, toħroġ minn fommi u minn qalbi. Kont lest li niċċaħħad mill-ferħ ta’ dan il-bidu. Bl-istess kalma ntenni: “Ikun li trid int” dwar jekk nibqax fil-qadi fiż-żmien kollu u fiċ-ċirkustanzi kollha tal-ħajja umli tiegħi, jew jekk inħossx li għandi nieqaf f’xi ħin, biex dan l-impenn tat-tmexxija, tat-tkomplija u tat-tmiem jgħaddi f’idejn is-suċċessur tiegħi.”

Riflessjoni: Ġesù jagħti sinjal ta ’dejjem - is-sinjal ta’ Ġona. Ġona nqabad f’maltempata u ġie sagrifikat biex isalva lill-irġiel abbord mill-qerda u mewta ċerta. Ġona tħabat tlett ijiem u tlett iljieli. Huwa jitlob bil-ħniena lil Alla li minnu tiġi s-salvazzjoni, u l-Mulej tas-salvazzjoni jikkmanda lill-balena, u Ġona jqum għall-ħajja fuq art niexfa! Dan huwa s-sinjal li joffri Ġesù fil-ħajja tiegħu stess.

Fr. Emmerich Vogt, addattata mill-ktieb Praying with St. Luke’s Gospel

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 70, silta mit-2 punt It is not possible for us to love God with all our heart without loving him also with all our soul. This means that we are prepared to give up not only all external and sensible goods but also our life, signified by the word soul, rather than be for a single instant deprived of the love of God. This is because we ought to prefer God to everything else that might be the object of our love. For God is, in fact, infinitely superior to all created things, such as our life, which does not deserve any consideration on our part if we compare it with the One who is its author. Must you not, then, offer your life willingly to God and sacrifice it to him to preserve his holy love or to increase it in you? God has given you this life out of an entirely gratuitous goodness. It is quite right, then, that you show God how much you are indebted to him and how totally you belong to him by paying homage to God for your life as something that belongs to him and of which you are only the guardian.

TALBA Mulej għal-lum biss:

ser inwettaq għall-inqas ħaġa waħda li ma tantx għandi aptit nagħmilha.

Jekk offendewni nagħmel minn kollox biex ħadd ma jkun jaf. Mulej għal-lum biss:

nemmen b’fidi ferma anke jekk iċ-ċirkustanzi jkunu kontra, u li l-providenza tal-Ħanin Alla tieħu ħsiebi, bħallikieku xejn ma jeżisti aktar fid-dinja.

Mulej għal-lum biss: ma nibża’ xejn u speċjalment ma nibża’ xejn nuri

l-apprezzament tiegħilejn dak li huwa sabiħ, u nemmen fit-tjubija.

San Ġwanni XXIII, Papa

Missierna ...

Page 25: OTTUBRU 2021

24 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, it-12 t’Ottubru San Serafin minn Montegranaro - reliġjuż

Il-Beatu Jan Beyzyn - presbiteru Il-Beata Marija Tereza Fasce - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Rumani 1: 16-25 Il-bnedmin għad li lil Alla għarfuh, ma tawhx ġieħ ta’ Alla li hu. 2. Salm 18: 2-5 Is-smewwiet ixandru l-glorja ta’ Alla. 3. Luqa 11: 37-41 Agħtu karità minn dak li hemm ġewwa, u taraw kif kollox ikunilkom nadif.

SAN SERAFIN TA’ MONTEGRANARO (1540-1604) - reliġjuż Dan il-qaddis kien iben bennej fqajjar minn Montegranaro, fil-Marche ta’

Ancona. Hu nnifsu kien qed jistenna li jikber biex bħal ħuh akbar minnu jieħu s-sengħa ta’ missieru, imma sadanittant kien jaqla’ xi ħaġa tal-flus jirgħa n-nagħaġ f’raħal fil-qrib.

Mal-mewt ta’ missieru, hu kien imsejjaħ lura d-dar; u ħuh ikbar minnu, li allura issa kien beda jaħdem miegħu jgħinu fil-bini bħala assistent, kien jiddieħak bih minħabba t-tjubija tiegħu, kien jumiljah u jheddu, u kien ukoll isawtu u jitrattah ħażin ħafna.

Huwa kellu l-ħsieb li jmur eremit iżda meta sema’ bil-Kappuċċini applika biex jidħol ajk magħhom f’Tolentino. Wara li ġie rrifjutat kemm-il darba, il-provinċjal daħħlu ta’ 16-il sena.

Serafin għamel progress kbir fil-ħajja spiritwali iżda ma tantx kien tajjeb għax-xogħol ordinarju li jagħmlu l-ajkijiet u kien isir ħafna tgergir dwar li Serafin kien bla grazzja f’għemilu.

Il-fedeltà tiegħu lejn ir-regola, id-devozzjoni lejn is-Santissmu Sagrament, il-karità lejn kulħadd u l-mirakli tiegħu għamluh maħbub mill-poplu. L-ajk kien kapaċi wkoll jaqra l-qlub.

Għadda żmien twil mill-ħajja tiegħu monastika f’deżolazzjoni interna, spiss kien anki jiddubita mis-salvazzjoni ta’ ruħu.

Huwa miet f’Ascoli fl-età ta’ 64 sena u sitt snin wara Pawlu V ppermetta li jinxtegħlu l-lampi fuq il-qabar tiegħu. Ġie kkanonizzat mill-Papa Klement XIII, fis-16 ta’ Lulju, 1767.

Għad li kien kważi illitterat għalih jgħidu li kien jaf jaqra ħafna l-Ktieb tal-Ħajja, li hu Sidna Ġesù Kristu.

Riflessjoni: Kun fil-verità, karitattiv, safi, u dan l-ispirtu jgħammar dejjem fik. Huwa ma jinżilx fi qlub foloz, għaliex huwa spirtu ta' verità, lanqas jistrieħ fi qlub bla kwiet, għaliex huwa spirtu ta' sliem, u lanqas jgħammar fi qlub li mhumiex safja, għaliex huwa safi; ma joqgħodx fl-ispirti bla għaqal, fiergħa u ambizzjużi, għaliex huwa qaddis;

Page 26: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 25

huwa jaqbad gwerra kontra l-ġisem, għaliex huwa spirtu li ma jaċċettax ġibda diżordinata lejn xi ħaġa, hi liema hi. Ibża', fuq id-diżgrazzji kollha, minn dik li tieqaf lill-aspirazzjonijiet tal-Ispirtu s-Santu għaliex, mingħajr l-għajnuna tiegħu, inti ma jista' jkollok la ħsieb u lanqas xewqa tajba, u lanqas tgħid kelma tajba: jekk inti tiqaflu, x'ġid tista' tagħmel? Dak li teħtieġ l-aktar f'din id-dinja huwa d-dawl, il-qawwa, il-faraġ: ikollok dan kollu xħin issejjaħ lill-Ispirtu s-Santu.

San Nerik de Ossó, Il-Kwarta Talb

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 65, silta mit-2 punt

Charity is kind; this is the second characteristic given to charity by Saint Paul. It is not by scolding, murmuring, complaining aloud, or quarreling that we show our love and union. It is by speaking in a kind and affable way, in humbling ourself before our Brothers. A kind word, says the Wise Man, turns away wrath, while a harsh reply stirs up fury. For this reason, our Lord, in the Sermon on the Mount, said to his Apostles: Blessed are those who show kindness toward others, for they will possess the land. This means the whole earth, because those who possess the hearts of others do possess the whole earth, which is what people whose temperament is kind and moderate easily achieve. They gain entry so well into the hearts of those with whom they speak and relate that they win them over, little by little, and obtain from them whatever they desire. That is how we gain possession of hearts and get them to do whatever we wish. In this way those who were born with this fortunate disposition or have acquired it with the help of grace make themselves, as it were, masters of others and turn them whichever way they like.

TALBA

Għażiż Mulej li tfejjaq, jien immil quddiemek

għax kull don perfett ġej mingħandek. Nitolbok agħtini s-sengħa f’idejja, moħħ miftuħ

qalb ħanina u mansweta. Agħtini għan waħdieni, qawwa biex nerfa’

biċċa mit-toqol tat-tbatija ta’ ħuti l-bnedmin. Naddafli qalbi minn kull ħtija u ħwejjeġ tad-dinja

biex b’fidi sempliċi bħal dik ta’ tfajjel jiena nistrieħ fuqek.

Ammen. Il-Beata Madre Tereża ta’ Kalkutta

Missierna ...

Page 27: OTTUBRU 2021

26 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, it-13 t’Ottubru San Edwardu - re tal-Ingilterra

Il-Beatu Gerardu Sasso Il-Beatu Onorat Kozminski - presbiteru

Il-Beata Alessandra M. da Costa - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Rumani 2: 1-11 Alla jħallas lil kulħadd skont ma jkun għamel: l-ewwel

għal-Lhud, u mbagħad għall-Griegi. 2. Salm 61: 2-3.6-7.9 Mulej, int tagħti ’l kulħadd skont għemilu. 3. Luqa 11, 42-46 Ħażin għalikom intom il-Farizej! Ħażin għalikom ukoll intom l-għorrief tal-Liġi! SAN EDWARDU RE TAL-INGILTERRA (1002-1066) Kien bin ir-Re Etheired II u bin Emma min-Normandija, it-tieni mara. Billi d-Daniżi kisbu s-setgħa fuq l-Ingilterra, Edward, ta’ 10 snin, u ħuh

Alfred, inbagħtu biex jitrabbew minn zijuhom id-Duka. Hawnhekk, fl-eżilju Edwardu għadda l-biċċa l-kbira ta’ ħajtu. Tgħallem kemm hi kiefra l-ambizzjoni.

Kiber fis-safa tar-ruħ. Kien iħobb iservi l-quddies, jassisti għall-funzjonijiet u jagħmilha mar-reliġjużi.

Fl-1042, ir-Re Canute, sejjaħlu lura l-Ingilterra bħala re. Kellu erbgħin sena u kien aktar Normann milli Ingliż.

Billi kien twajjeb u kwiet ħafna, anki d-Daniżi qagħdu kuntenti taħtu. Wara sentejn iżżewweġ lil Edith, bint ministru minn tiegħu. Kienet tfajla

reliġjuża u kolta ħafna. Qabel iżżewġu għamlu l-vot tal-kastità, u għexu bħal aħwa.

Fin-Normandija kien għamel wegħda li jżur Ruma iżda wara li sar re ma setax iwettaqha bl-impenji li kellu. Għalhekk bil-flus li kien irid għall-vjaġġ, huwa ġedded il-monasteru ta’ Thorney.

Edwardu tant kien bniedem ġentili li qatt ma kien iċanfar lil ebda persuna, lanqas l-aktar waħda baxxa ta’ madwaru.

Kien ġeneruż mal-fqar, l-istranġieri u ħabib kbir tal-patrijiet. Miet fl-1066.

Riflessjoni: Billi dawn li jkunu għadhom jibdew it-triq iħossuhom mimlijin ħeġġa u attenti ħafna fil-ħwejjeġ spiritwali u t-taħriġ devot... għalkemm huwa minnu li l-ħwejjeġ qaddisa minnhom infushom iġibu l-umiltà, ta' sikwit minħabba n-nuqqasijiet ta' dawn l-erwieħ, tiġihom xi xorta ta' kburija, u b'hekk jibda jkollhom xi grad ta' sodisfazzjon bil-ħidma tagħhom u bihom infushom. U tiġihom ukoll xi xewqa, li ftit jew wisq hija fiergħa u xi drabi fiergħa bosta, li jitkellmu dwar il-ħwejjeġ spiritwali quddiem l-

Page 28: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 27

oħrajn, u xi drabi saħansitra li jgħallmu dawn il-ħwejjeġ aktar milli jitgħallmu fuqhom. Jikkundannaw f'qalbhom bnedmin oħra, meta jaraw li dawn ma għandhomx dik ix-xorta ta' devozzjoni li huma nfushom jixtiequ, u xi drabi jgħidu dan bil-kliem ukoll. Hawn isiru jixbhu lill-Fariżew li tkabbar bih innifsu, waqt li faħħar lil Alla għall-għemil tajjeb tiegħu nnifsu u maqdar lill-pubblikan (Lq. 8, 11-12). San Ġwann tas-Salib

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 196, silta mit-2 punt

Sometimes he proposed as a happiness everything that the world holds in horror, such as poverty, injuries, insults, slander, and every kind of persecution for the sake of justice, even telling his disciples that they ought to be glad and rejoice6 when such things happen to them. At other times he inspired horror for the sins into which people ordinarily fall, or he proposed virtues to practice, such as gentleness, humility, and the like. He also made them understand that unless their justice surpassed that of the scribes and the Pharisees (who bothered themselves about externals only), they would not enter the kingdom of heaven. Lastly, he wanted the rich and those who have their pleasures in this world to be regarded as unfortunate. It is according to these and all the other practices of Jesus Christ that you must teach the Christian youth entrusted to you.

TALBA O Alla

li għallimt il-qlub tal-fidili tiegħek bid-dawl tal-Ispirtu s-Santu,

agħmel li bil-grazzja tal-istess Spirtu aħna nkunu dejjem tassew

għaqlin u ferħana fil-faraġ tiegħek.

Ammen.

Missierna ...

Nitolbu għal Bro. Wilfred Albert Gros (1972) Bro. William Raphael Tabone (1977) Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ...

Page 29: OTTUBRU 2021

28 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, l-14 t’Ottubru San Kallistu - Papa u martri Il-Beatu Gonzalo ta’ Lagos

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Rumani 3: 21-30 Il-bniedem hu ġġustifikat permezz tal-fidi mingħajr l-opri tal-liġi. 2. Salm129: 1-6 Għand il-Mulej hemm it-tjieba, u l-fidwa għandu bil-kotra. 3. Luqa 11: 47-54 Dan in-nisel ikollu jagħti kont ta’ demm il-profeti kollha, ibda mid-demm ta’ Abel sad-demm ta’ Żakkarija. SAN KALLISTU I (†222) - Papa u martri Jingħad li San Kallistu kien Nisrani Ruman. F’żgħożitu kien ilsir ta’

Karpoforu, Nisrani impjegat fil-Qorti Imperjali. Karpoforu ħatar lil Kallistu meniġer ta’ bank. Għal xi raġuni, il-bank falla. Biex isewwi kif seta’ t-telfa, Kallistu mar jitlob lura minn min kellu jagħtih. Fosthom kien hemm xi Lhud li xlewh bħala Nisrani. Il-maġistrat bagħtu jaħdem fil-minjieri ta’ Sardinja bħala kastig. Inħeles minn ilsir wara talba għall-ħelsien tiegħu li Marcia għamlet lill-Imperatur Kommodu, li kien ħabib tagħha.

Għal għaxar snin ma nafux x’sar minn Kallistu ħlief li mar jgħammar f’Anzio. Fis-sena 199, il-Papa San Żeferinu sejjaħlu Ruma, ordnah djaknu, u ħatru amministratur tal-ħwejjeġ temporali tal-Knisja.

F’din il-kariga, Kallistu ħa ħsieb iċ-ċimiterju tal-Insara, li kien jinsab fi Triq Appia, probabilment l-ewwel biċċa art li l-Knisja kellha tagħha. Dan iċ-ċimiterju għadu jeżisti sal-lum, u hu magħruf bħala ċ-ċimiterju ta’ San Kallistu, għalkemm il-qaddis mhux midfun fih.

Kallistu żamm sħiħ mal-Papa San Żeferinu, kontra r-rigoruż Ippolitu, li wara ħalla lilu nnifsu jsir l-ewwel antipapa fl-istorja tal-Knisja .

Wara l-mewt ta’ San Żeferinu, Kallistu nħatar Papa, fis-sena 217. Matul il-papat tiegħu li dam ħames snin u xahrejn, wera li kien ragħaj għaqli, kuraġġuż u fl-istess ħin ħanin.

Huwa żamm it-tagħlim Kattoliku fuq it-Trinità, u kkundanna lil Sabellju li ċaħad it-tliet Persuni fit-Trinità Mqaddsa. Żamm ukoll, li kull dnub, kbir kemm ikun kbir, jista’ jinħafer bl-indiema, u kkundanna t-tagħlim kuntrarju li kienu qed ixerrdu Ippolitu u Terturjanu. Żamm ukoll li ż-żwieġ tal-ilsiera ma’ dawk li ma kinux ilsiera kien validu avolja l-liġi Rumana kienet tipprojbih.

Miet martri fis-sena 222, fi rvell li qam fi Trastevere u difnuh fiċ-ċimiterju ta’ Kalepodju, fi Trastevere, fi Triq Aurelia.

Uħud huma tal-opinjoni li wkoll mill-ftit li nafu dwaru, San Kallistu jista’ jitniżżel fost il-papiet il-kbar.

Page 30: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 29

Riflessjoni: Alla li b’Ibnu u permezz ta’ Ibnu Ġesù, ħalla ċ-ċavetta tas-saltna tiegħu f’idejn Pietru u s-suċċessuri tiegħu, li jien obbligat li nobdi. Ħajti hija konformi mal-għerf ta’ Alla kif espressa fit-tagħlim tar-rappreżentanti tiegħu fuq l-art? Ġesù u l-għarusa tiegħu huma perfettament ħaġa waħda. Li tisma’ mill-Knisja huwa li tisma’ lil Ġesù. Ġesù jiftaħ lil dawk li jħabbtu, jagħti lil dawk li jitolbu, imma t-talb u t-taħbit m’għandhomx ikunu bil-kliem biss imma bl-għemil, kif naraw fil-parabbola tal-Aħħar Ġudizzju (Mt. 25; 41-46). Li tgħix il-Vanġelu ħafna drabi ifisser li trid tweġġa’. Jista' jkun li bil-kburija tiegħi, inweġġa’ meta nitlob maħfra, li nammetti xi ħaġa ħażina li għamilt, li nħobb lill-għadu. Dawn huma l-għemejjel li ħajti qatt ma għandha tkun nieqsa minnhom. Iżda t-tbatija li tgħix il-Evanġelju fl-aħħar mill-aħħar tagħti l-ħajja.

Fr. Emmerich Vogt, addattata mill-ktieb Praying with St. Luke’s Gospel Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 199, silta mit-3 punt There is no need to be astonished if the holy Apostles and the first bishops of the early Church had such esteem for the function of instructing the catechumens and the new Christians and if Saint Paul especially gloried in being sent to preach the Gospel, not with learned words, for fear that the cross of Jesus Christ would be destroyed, for God turned the wisdom of the world into folly. Saint Paul, enlightened by God’s wisdom and inspiration, says that the world did not recognize God through its wisdom, so it pleased God, through the folly of the preaching of the Gospel, to save those who accept the faith.

TALBA

Mulej Alla, veru u ħaj, inti mħabba,

inti għerf, inti umiltà,

inti kollok sabar inti l-mistrieħ

inti l-paċi, l-ferħ u l-hena, inti l-ġustizzja u l-moderazzjoni

inti l-ġid kollu tagħna inti biżżejjed għalina.

Ammen. San Franġisk t’Assisi

Missierna ...

Page 31: OTTUBRU 2021

30 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, il-15 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Ġesù – verġni u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Rumani 4: 1-8 Abraham emmen lil Alla u kien magħdud lilu b’ġustizzja. 2. Salm 31 : 1,2,5,11 Mulej, int kenn għalija. 3. Luqa 12: 1-7 Sax-xagħar ta’ raskom, kollu magħdud. SANTA TEREŻA TA’ ĠESÙ (1515-1582) - verġni u duttur tal-Knisja Tereża kienet bint familja ta’ tlett ibniet u disa’ subien. Ta’ seba’ snin kienet

ġa turi kwalitajiet li kellhom jagħmluha kontemplattiva u attiva bla mistrieħ. Ta’ 16-il sena lil Tereża daħħluha tistudja f’kunvent tal-Agostinjani, fejn

damet 18-il xahar. Wara għaddiet xi jiem għand zijuha, raġel tar-ruħ, li mill-konverżazzjonijiet li kienet tagħmel miegħu ddeċediet li tidħol soru. Tereża daħlet Karmelitana fil-kunvent tal-Inkarnazzjoni f’Avila, pajjiżha, u ħadet il-voti ta’ 19-il sena (1534).

Sakemm kellha għoxrin sena Tereża ppruvat tgawdi kemm il-gosti mill-ħajja ta’ talb u mill-pjaċiri tal-konverżazzjonijiet fuq ħwejjeġ tad-dinja. Imma ma sabitx l-hena ta’ qalbha, u fl-aħħar fehmet li hi kellha tingħata kollha kemm hi lil Alla.

Ta’ 21 sena, mardet serjament, u kellha dik li hi ssejjaħ ‘konverżjoni’. Minn dak iż-żmien ħajjitha kienet tikkonsisti f’talb, apparizzjonijiet ta’ Kristu, tbatijiet u estasijiet. Hi sabet għajnuna u tfixkil minn diretturi spiritwali li mhux dejjem fehmuha.

Fl-1562 Tereża bdiet ir-riforma tal-Ordni tal-Karmelu. Waqqfet bil-moħbi l-ewwel komunità tagħha ta’ sorijiet Karmelitani Skalzi. Fost ħafna persekuzzjonijiet u diffikultajiet waqqfet kunventi f’Avila, Toledo, Valladolid, Salamanca, Alba u bnadi oħra.

F’Toledo hi kellha biss tliet dukati (muniti ta’ dak iż-żmien) biex tibda l-bini tagħha. “Tereża u tliet dukati” qalet, “mhuma xejn, imma Alla, Tereża u tliet dukati huma biżżejjed biex wieħed jagħmel suċċess f’kollox.”

Permezz ta' San Ġwann tas-Salib għamlet ukoll ir-Riforma Karmelitana fost il-patrijiet.

Santa Tereża hi waħda mill-aktar nisa ammirati fid-dinja. Il-kwalitajiet tagħha spiritwali u umani, it-talenti tagħħa bħala kittieba, u l-esperjenzi tagħha sopranaturali, kisbulha post speċjali fost il-qaddisin tal-Knisja.

Mietet f’estasi, fil-kunvent ta’ Alba, b’ħarsitha ffissata fuq il-kruċifiss, fil-lejl ta’ bejn l-4 u l-5 ta’ Ottubru 1582 meta kellha 67 sena.

It-tagħlim tagħha dwar it-talb jinsab fil-kitbiet tagħha: It-Triq tal-Perfezzjoni, Il-Kastell Intern u Il-Ħajja.

S. Tereża ġiet iddikjarata l-ewwel duttur tal-Knisja mill-Papa Pawlu VI fl-1970.

Page 32: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 31

Riflessjoni: Ejjew nagħmlu minn ħajjitna sagrifiċċju bla heda, martirju ta' mħabba, sabiex infarrġu lil Ġesù. Hu ma jridx ħlief ħarsa, tnehida, iżda ħarsa u tnehida li jkunu għalih biss! ... Jalla l-waqtiet kollha ta' ħajjitna jkunu għalih biss. Jalla l-ħlejjaq kollha jmissu magħna biss b'mod li jgħaddi ... M'hemmx ħlief ħaġa waħda x'nagħmlu matul il-lejl, il-lejl waħdieni tal-ħajja li jiġi fuqna darba biss, u din hija li nħobbu, li nħobbu lil Ġesù bis-saħħa kollha ta' qalbna u li nsalvaw l-erwieħ għalih, biex hu jkun maħbub ... O! Agħmel li Ġesù jkun maħbub! Santa Tereża ta’ Ġesù Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 177, l-1 parti

Saint Teresa was so favored by grace from her childhood that at the age of seven, upon reading the lives of the holy martyrs, she felt herself inspired to suffer martyrdom for the faith. With one of her brothers, she even set out for Africa to find there among the Moors the chance to shed her blood. When they were brought back by one of their uncles, she spent her time with this brother building little hermitages in order to seclude themselves there and to pray to God. How happy it is to begin to serve God from early life! When piety has been taken in with the infant’s milk, it takes hold of the heart to such an extent that it is almost impossible to lose it entirely. It sometimes can fade away, as it did in Saint Teresa for a time, but the fundamentals always remain in the soul and revive, little by little, to produce new action, as happened in the case of Saint Teresa. In her this spirit grew day by day until the last breath of the saint’s life. This example teaches us how advantageous it is to inspire children with piety and to procure it for them, especially by making them read good books capable of making good impressions on their minds. Because God has called you to give children a Christian education, for this purpose use the same means that God employed for Saint Teresa to prepare her early with his graces.

TALBA

Tħalli xejn jinkwetak. Tħalli xejn ibeżżgħek.

Kollox jgħaddi. Alla biss ma jinbidilx.

Bil-paċenzja, kollox tikseb. Għal min hemm Alla fih,

ma jonqsu xejn, Alla waħdu biżżejjed. Ammen.

Santa Tereża ta’ Avila – ta’ Ġesù

Missierna ...

Page 33: OTTUBRU 2021

32 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, is-16 t’Ottubru Santa Edwige - reliġjuża

Santa Margerita Marija Alacoque - verġni L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Rumani 4: 13.16-18 Meta ma kellu ebda tama, Abraham ittama u emmen. 2. Salm 104: 6-9.42-43 Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu. 3. Luqa 12: 8-12 L-Ispirtu s-Santu jgħallimkom dak il-ħin stess x’għandkom tgħidu. SANTA MARGARITA MARIJA ALACOQUE (1647-1690) - reliġjuża Din il-qaddisa hi magħrufa bħala l-Appostlu tal-Qalb ta' Ġesù. Twieldet fil-

Borgonja, Franza; ta’ tmien snin, wara l-mewt ta’ missierha, daħħluha fl-iskola tas-Sorijiet Klarissi ta’ Charolles. Hi għaddiet ħames snin f’sodditha marida bir-rewmatiżmu sakemm kellha ħmistax-il sena. Hi fieqet f’salt wara li, fuq suġġeriment ta’ ommha, għamlet wegħda lill-Madonna.

Minn kmieni wriet devozzjoni speċjali lejn Ġesù Ewkaristija. Irrifjutat proposti għaż-żwieġ, u ta’ 24 sena (1671), daħlet soru tal-Viżitazzjoni f’Paray-le-Monial, u pprofessat is-sena ta’ wara.

Hija talbet lill-majjistra tan-novizzi tgħidilha x’kellha tagħmel biex timmedita. Il-majjistra weġbitha biex tpoġġi lilha nnifisha quddiem Alla bħala tila vojta.

Sa minn mindu kellha 20 sena Margerita esperjenzat dehriet ta’ Kristu, u fis-27 ta’ Diċembru 1673, kellha bidu għal serje ta’ rivelazzjonijiet li kellhom ikomplu għas-sena u nofs ta’ wara. F’dawn ir-rivelazzjonijiet Kristu għarrafha li hu kien għażilha bħala strument biex ixxerred id-devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa tiegħu; għarrafha wkoll b’devozzjoni ġdida fil-Knisja li kellha tkun magħrufa bħala tad-Disa’ Ġimgħat u wkoll l-Ora Santa. Talabha wkoll li fil-Knisja titwaqqaf il-festa tal-Qalb Imqaddsa tiegħu fil-jum tal-Ġimgħa li jiġi fuq l-Ottava ta’ Corpus Christi.

Is-superjura tagħha, Madre de Saumaise, ħaditha kontra tagħha fl-isforzi tagħha biex timxi fuq l-istruzzjonijiet li hija kienet irċeviet fir-rivelazzjonijiet. Imma mbagħad aċċettat.

Anki fost sħabha, ħafna ma setgħux iniżżluha li kellha dehriet ta’ Kristu. Margerita sabet appoġġ kbir fil-persuna ta’ San Klawdju la Colombière, SJ li għal xi żmien kien il-konfessur tal-komunità.

L-oppożizzjoni fil-komunità waqfet meta fl-1683 ġiet eletta superjura l-Madre Mélin li għażlet lil Margerita bħala l-assistenta tagħha. Hi mbagħad saret majjistra tan-novizzi.

Hi rat ukoll, fl-1686 – erba’ snin qabel mietet – il-kunvent jibda josserva privatament il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù; u sentejn wara nbniet kappella

Page 34: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 33

f’Paray-le-Monial iddedikata lill-Qalb ta’ Ġesù. Malajr l-osservanza tal-festa bdiet tixtered fil-kunventi l-oħra tas-Sorijiet Viżitandini.

Margerita Alacoque mietet ta’ 43 sena fis-17 ta’ Ottubru 1690. Id-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesù ġiet uffiċjalment rikonoxxuta 75 sena wara mewtha fl-1765 minn Klement XIII.

Kienet iddikjarata qaddisa fl-1920.

Riflessjoni: Toqgħodx tnikket lilek innifsek minħabba xi dispjaċir jew nixfa li tesperjenza fis-servizz ta' Alla. Huwa veru li jrid li inti taqdih bil-ħeġġa u kontinwament, imma mingħajr ebda għajnuna oħra għajr sempliċi l-fidi, u b'hekk l-imħabba tiegħek ma tkunx taħseb għaliha nfisha aktar u s-servizz tiegħek isir jogħġob aktar lilu.

Santa Margerita Marija Alacoque

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 44, l-1 punt

Jesus Christ says that the light had come into the world, but the world preferred darkness to the light. By the descent of the Holy Spirit, the true light came into the world. The first effect that this light produces in a soul fortunate enough to receive it is to cause it to see spiritual things altogether differently from those who live according to the spirit of the times. This is why Jesus Christ, in another place in the Gospel, told his Apostles that when this Holy Spirit, whom he calls the Spirit of Truth, would come, he would teach them all truth. He would make all things known to them by showing things not only as they appear outwardly but as they are in themselves and as we can know them when we understand them truly with the eyes of faith. Do you make use of this light to judge all visible things and to learn what is true and false about them, what is only apparent and what is substantial? If you act as a disciple of Jesus Christ enlightened by God’s Spirit, this is the only light that ought to guide you.

TALBA

O Alla, Missier tagħna, inti ssejħilna b’isimna,

lil kull wieħed u waħda minnha żżommna bħal teżor uniku, bħallikieku ma jeżisti ħadd iżjed.

Nebbaħna biex nirrispettaw u napprezzaw

kull persuna li niltaqgħu magħha matul il-jum. Ammen.

Bro. Nicholas Hutchinson

Missierna ...

Page 35: OTTUBRU 2021

34 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, is-17 t’Ottubru Id-29 Ħadd ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Isaija 53: 10,11 Is-sagrifiċċju ta’ Kristu. 2. Salm 32: 4,5,18,19,20,22 Ħa tkun Mulej it-tjieba tiegħek fuqna, kif fik hi t- tama tagħna. 3. Lhud 4: 14-16 Nersqu b’qalbna qawwija lejn it-tron tal-grazzja. 4. Mark 10: 35-45 (42-45) Bin il-bniedem ġie biex jagħti ħajtu b’fidwa għall- kotra.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Fost il-kwalitajiet sbieħ tal-Vanġelu nsibu wkoll dik li hu miktub bi kliem ċar: fil-fatt fis-silta tal-lum Ġesù jkellem lid-dixxipli tiegħu b’mod ċar ħafna. Huma inqas ma jafu xi jridu, iktar jippretendu minn Alla bħallikieku jistgħu jgħidu li jistħoqqilhom xi ħaġa mingħandu... Daqs kemm hi ħaġa li tiddiżappuntana daqshekk ieħor hi aħbar tajba li l-Missier ma jagħtix widen għal talbiet bħal dawn, kif jispjega Ġesù mingħajr tidwir ta’ kliem. Donnha hi ħaġa mhix ta’ veru li t-tnax li ġew imsejjħa jimxu l-istess itinerarju ta’ fidi lejn il-milja sħiħa tagħha, għadhom ma fehmu xejn minn dak li qiegħed jiġri u għadhom jillitigaw bejniethom dwar min fosthom għandu jkollu l-ewwel postijiet, minkejja it-tliet tħabbiriet li Ġesù tahom dwar dak li kellu jgħaddi minnu u t-tagħlim li l-Imgħallem kien jagħti lilhom biss.... U jekk dawn iż-żewġ appostli fuq tagħhom – li mhux ta’ b’xejn San Mark isejħilhom “ulied ir-ragħad” – bit-talba tagħhom juru kemm huma wiċċhom tost, l-għaxra l-oħra mhux inqas b’dik iċ-ċanfira li tikxef għira u ambizzjoni tal-biża’.

Din tat-tnax hi ebusija tal-qalb li tnikket, imma jistagħġeb biha biss min xi ftit jew wisq jilludi ruħu dwaru nnifsu u dwar ħajtu, u jirrifjuta li jagħraf ir-realtà tal-miżerja tal-umanità tagħna li Ġesù mhux biss juri li jafha tajjeb imma anke li jikkumpatiha, u ma jiskandalizza ruħu xejn. Għaliex l-ambizzjoni, ix-xewqa li tagħmel karriera, il-ġirja għall-ewwel post, ix-xewqa li tidher, iċ-ċaħda tal-qadi u t-tendenza li tkun tixtieq li jservuk, tant għandhom għeruq fid-DNA tagħna, li xi drabi ċerti ċaħdiet ifakkruna fl-istorja tal-għeneb u l-volpi, waqt li wara ċerti wirjiet t’umiltà naraw biss il-fdal ta’ xi ambizzjoni frustrata.

Ġesù dan jafu sewwa: għalhekk b’paċenzja liema bħala, ma jgħejjiex jisma’ lid-dixxipli tiegħu u jinkoraġġihom jitkellmu biex minn qalbhom joħorġu kollox anke dawk is-sentimenti ambigwi u żbaljati li jrabbu l-għeruq hemmhekk, biex imbagħad ikun jista’ jikkoreġihom mhux biss bi kliemu imma wkoll bl-eżempju konkret ta’ ħajtu kollha kemm hi ddedikata għas-servizz tal-aħwa u għaċ-ċaħda tal-poter. Li l-mixja li jipproponi Ġesù mhix tas-soltu, tikkonfermah il-wegħda li jagħmel lil min irid jimxi warajh: l-uniku privileġġ li jwiegħed lil min jaspira li joqgħod bilqiegħda fuq il-lemin tiegħu, hu l-kalċi li jrid jixrob u l-magħmudija li jrid jieħu, jew fi kliem iehor, is-salib li jrid iġorr.

Page 36: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 35

Imma dan x’Alla hu biex lil sħabu jitrattahom hekk? Hu Alla li jrid ifiehemna kif hemm rimedju wieħed biss għax-xewqa tal-bniedem li jrid li Alla jaqdih ukoll, (kif għamlu ż-żewġ aħwa appostli lil Ġesù): jiġifieri li nagħmlu dejjem ir-rieda tiegħu, mingħajr kundizzjoni, dejjem u akkost ta’ kollox. Li hemm mod wieħed biss biex jingħeleb l-ispirtu tal-poter li jiddomina d-dinja u jkisser l-umanità: spirtu ta’ qadi lejn il-proxxmu. Hemm alternattiva waħda biss għall-prepotenza ta’ min irid jissottometti u jisfrutta ’l-bniedem sa anke jeħodlu ħajtu: li tagħti ħajtek stess mingħajr eċċezzjonijiet.

Ġesù ma jillimitax ruħu li jgħallimhom biss dawn l-affarijiet, kif spiss nagħmlu aħna: Hu jgħixhom, jipprattikahom sal-punt li l-magħmudija li jiproponielna li nirċievu hi dik tiegħu, kif tiegħu hu d-demm tal-kalċi li jipproponielna nixorbu, kif tiegħu hu s-salib li jgħidilna nġorru.

Għal darb’oħra jiċċaralna kollox Dietrich Bonhoeffer: “Dak kollu li nixtiequ minn Alla u dak kollu li nistennew minnu jinsab f’Ġesù Kristu. Jeħtieġ li nfittxu li nidħlu fil-ħajja, fil-kliem, fl-għemejjel, fit-tbatijiet, fil-mewt ta’ Ġesù biex nagħrfu dak li Alla wiegħed u jwettaq dejjem fina. Alla fil-fatt ma jaqtax ix-xewqat kollha tagħna, imma jwettaq fina l-wegħdiet kollha tiegħu”.

Jekk din hi s-sejħa tagħna, jekk din hi l-kundizzjoni tagħna ta’ dixxipli, għaliex nibżgħu u minn xiex? Kif jgħid Georges Bernanos “jekk il-Mulej qiegħed iżomm il-ħabel, m’hemm xejn iktar x’nagħmlu milli mmorru warajh, ġwejdin bħan-nagħaġ.”

Minn “La Realtà é Cristo” – Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 40, l-1 punt

Jesus Christ, having come to this earth only to give us a new law and to accomplish the mysteries of our redemption and having entirely fulfilled everything relating to the duties of his ministry as Legislator and Redeemer, had nothing left to keep him in this world. He seemed to be in a sort of constrained condition, for the center of his glorious body was in heaven, and his proper place was at the right hand of his Father. But the dealings he was still obliged to have on earth made it necessary for him to veil the radiance of his glory in his apparitions to his disciples.

TALBA Mulej int l-imgħallem li tikkontrolla ż-żmien.

Int is-sid taż-żmien. Nitolbok li jien inkun dejjem

lest li nagħtik iż-żmien li tagħtini. Mulej, għinni biex kuljum

insib żmien biex niltaqa’ miegħek, żmien biex nisma’ lill-oħrajn,

żmien biex nammira l-għeġubijiet tiegħek u nadurak. Int Mulej, sidi, li tajtni ż-żmien.

Jien nagħtik is-sigħat kollha ta’ din il-ġurnata tal-jiem kollha ta’ ħajti, sal-aħħar mument li ħajti tintemm.

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 37: OTTUBRU 2021

36 SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, it-18 t’Ottubru San Luqa - evanġelista

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2Timotju 4: 10-17b Luqa waħdu baqa’ miegħi. 2. Salm 144:10-13,17,18 Ħbiebek ixandru l-ġmiel ta’ saltnatek. 3. Luqa 10: 1-9 Il-ħsad kbir, imma l-ħaddiema ftit.

SAN LUQA – evanġelista tal-ewwel seklu San Luqa kien minn Antjokja, belt ewlenija tas-Sirja. Hu kien ta’ razza u

kultura Griega. Fejn, kif u meta kkonverta ma nafux. X’aktarx li kkonvertieh San Pawl f’Antjokja, iżda żgur li kkonverta qabel sewwa s-sena 50 w.K.

San Luqa kien tabib, infatti San Pawl sejjaħlu “Luqa, l-għażiż tabib” (Kol. 4:14). Aktarx li kien ukoll jiddeletta jpitter, għax hemm xi pitturi li huma attribwiti lilu. F’Malta għal xi żmien kien jingħad li l-pittura tal-Madonna meqjuma fis-santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa hi xogħol idejh iżda xejn b’ċertezza.

San Pawl ħadu miegħu fit-tieni u fit-tielet vjaġġ tiegħu. San Luqa qatt ma ħallieh lil San Pawl jekk mhux għal xi waqtiet ta’ qadjiet għall-knejjes stess. Kien miegħu fl-aħħar priġunerija tiegħu fil-ħabs, f’Ruma.

Meta San Pawl telaq minn Ċesarija għal Ruma, Luqa kien miegħu, u miegħu kien fin-nawfraġju tiegħu f’Malta, u miegħu kien meta wara t-tliet xhur tax-xitwa telaq minn Malta, 61-63 w.K.

San Luqa kiteb it-tielet Vanġelu, u wara, il-ktieb tal-Atti tal-Appostli. L-istudjużi moderni jgħidu li kitibhom bejn is-sena 70-80 w.K. Ma nafux fejn kitibhom.

Tradizzjoni tgħid li San Luqa miet martri, imsallab ma’ siġra, f’Boeotia, il-Greċja, fl-għomor ta’ 84 sena.

Fl-arti jġibuh b’gendus. Dan għaliex jibda l-Vanġelu tiegħu bir-rakkont tal-qassis Żakkarija qed joffri sagrifiċċju fit-tempju.

Riflessjoni: Fil-kelma ta’ Alla kontinwament naraw dan id-dinamiżmu ta’ “ħruġ” li Alla jixtieq iqajjem f’min jemmen. Abraham laqa’ s-sejħa biex jitlaq lejn art ġdida (ara Ġen. 12:1-3). Mosè sema’ s-sejħa ta’ Alla: “Ejja, mela, ħa nibagħtek” (Eż. 3:10) u ħareġ lill-poplu lejn l-art imwiegħda (ara Eż. 3:17). Lil Ġeremija ordnalu: “Inti tmur kull fejn nibagħtek” (Ġer. 1:7). Illum, f’din il-“morru” ta’ Ġesù, nilmħu preżenti x-xenarji u l-isfidi dejjem ġodda tal-missjoni tal-Knisja li tevanġelizza, u lkoll aħna msejħa għal dan il-“ħruġ” missjunarju ġdid. Kull Nisrani u kull komunità trid tiddixxerni dwar liema hi l-mixja li l-Mulej qed jitlob, imma kollha aħna msejħin biex nilqgħu din is-sejħa: noħorġu mill-kumditajiet tagħna u jkollna l-kuraġġ li nilħqu l-periferiji kollha li għandhom bżonn id-dawl tal-Vanġelu.

Il-Papa Franġisku, silta mill-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium

Page 38: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 37

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 178, silta mill-1 punt

… This is also what made Saint Luke so firm in his faith, for he found in the holy Apostles and in their teaching, which he studied with the greatest attention, all that was most solid in his piety. He made his faith, his actions, and his way of life be ruled by what they had taught him. As for his faith, it was so enlightened that he had the happiness of knowing the purest truths of the holy Gospel and of being filled with the holiest maxims found there. As for his actions, they were so wise that they made him known and loved by everyone. As for his way of life, it was governed so well that it served as a model for the Christians of his time. In these three ways, you ought to be imitators of this saint. Your faith must be a light that guides you in all things and a shining beacon to lead to heaven those you instruct.

TALBA

O Ġesù, ragħaj tal-erwieħ, li sejjaħt lill-appostli biex ikunu sajjieda tal-bnedmin,

sejjaħ issa żgħażagħ qalbiena u mħeġġa biex jiġu warajk u jkunu ministri tiegħek.

Agħtihom l-għatx li kellek int għall-fidwa tal-bnedmin kollha, li minħabba fih jiġġedded kuljum is-sagrifiċċju tiegħek fuq l-altar.

Mulej Ġesù, dejjem ħaj biex taqbeż għalina, għallimna naħsbu fid-dinja kollha,

fejn ħafna minn ħutna fis-skiet jitolbu għad-dawl tas-sema u għan-nar tal-imħabba,

u hekk ħafna żgħażagħ iwieġbu għas-sejħa tiegħek biex ikomplu l-missjoni tiegħek,

jibnu l-ġisem mistiku tiegħek, il-Knisja, u jsiru l-melħ tal-art u d-dawl tad-dinja. Sejjaħ ukoll, Mulej, ħafna xebbiet safja,

mimlijin ħeġġa u qlubija, biex tikber fihom ix-xewqa tal-perfezzjoni Nisranija,

ħa jingħataw għall-qadi tal-Knisja u ta’ dawk kollha li jeħtieġu l-għajnuna

u l-imħabba tagħhom. Ammen. Laikos

Missierna ...

Page 39: OTTUBRU 2021

38 SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, id-19 t’Ottubru San Ġwann de Brebeuf u San Iżakk Jogues - presbiteri u sħabhom - martri

San Pawl tas-Salib - presbiteru San Pietru minn Alcantara - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Rumani 5: 12.15b.17-21 Jekk minħabba fil-ħtija ta’ wieħed waħdu saltnet il-

mewt, permezz ta’ dak il-wieħed, aktar u aktar dawk li jirċievu l-kotra tal-grazzja għad isaltnu fil- ħajja permezz ta’ wieħed li hu Ġesù Kristu.

2. Salm 39: 7-10.17 Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek. 3. Luqa 12, 35-38 Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom isibhom jishru! Mill-ħajja tal-Fundatur: Bħal-lum fl-1670, Ġwanni Battista De La Salle, jidħol is-Seminarju ta’ San Sulpice, f’Pariġi. SAN PIETRU TA’ ALCANTARA (1499-1562) - presbiteru

Twieled fi Spanja, fl-1499, fejn missieru kien gvernatur, u ommu mara nobbli. Wara li studja l-grammatika u l-Filosofija, fil-belt tiegħu, ta’ 14-il sena nbagħat fl-Università ta’ Salamanca.

Wara l-istudji tiegħu, reġa’ lura pajjiżu u daħal mal-Franġiskani. Ordna saċerdot fil-1524, u wara sena sar il-gwardjan tal-kunvent ta’ Santa Marija tal-Anġli, f’Robredillo.

Ftit snin wara sar predikatur famuż, u kien iħobb jipprietka l-iżjed lill-fqar. Kien juri simpatija kbira lejhom.

Fl-1538, kien elett ministru tal-provinċja ta’ San Gabrijel, u daħal għax-xogħol b’ruħu u ġismu. Fil-Kapitlu ta’ Plasencia, fl-1540, ir-regoli ħarxa li hu fassal, għall-kostituzzjoni aktar stretta, tant sab oppożizzjoni, li hu ċeda l-pożizzjoni tiegħu ta’ pronvinċjal u rtira fil-muntanji ta’ Arabida, fil-Portugal, ma’ żewġ eremiti oħra. Iżda xi rħieb oħra kif saru jafu, ingħaqdu magħhom u ġew stabbiliti komunitajiet żgħar.

Fil-1553, reġa’ lura Spanja u telaq ħafi lejn Ruma u ġab il-permess li jwaqqaf kunventi fqar fi Spanja. Fin-1556 sar is-superjur, u fil-1561, provinċja bl-isem ta’ San Ġużepp, b’riformi aktar ħarxa, intlaqgħet tajjeb u tferrxu provinċji oħra fi Spanja u l-Portugal.

San Pietru ta’ Alcantara, għen ħafna lil Santa Tereża ta’ Avila, bil-pariri tiegħu biex tirriforma l-Karmelu. Ismu nsibuh ma’ dak ta’ San Franġisk Borgia, San Ġwann tas-Salib u oħrajn.

L-akbar u l-isbaħ virtujiet tiegħu kienu, id-don tal-kontemplazzjoni u dak tal-penitenza u l-povertà, flimkien ma’ mħabba infinità lejn Alla.

Page 40: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 39

Pietru Alcantra miet fit-18 ta’ Ottubru 1562, u ġie bbeatifikat mill-Papa Gregorju XV, fl-1622, u kkanonizzat mill-Papa Klement IX, fl-1669.

Il-festa tiegħu ssir fis-19 ta’ Ottubru, minħabba r-riforma tal-kalendarju Ruman.

Fl-1826 San Pietru ta’ Alcantara sar il-patrun tal-Brażil.

Riflessjoni, djalogu ma’ Alla: Skont Gary Chapman, l-imħabba hija espressa f’ħames kelmiet prinċipali, f’ħames lingwaġġi partikulari, li huma dawn: kliem ta’ inkuraġġiment, mumenti speċjali, doni, ġesti ta’ servizz u kuntatt fiżiku. Jekk it-talb tagħna huwa verament talb, għandna nesperjenzaw dawn il-ħames tappi. U mbagħad bħas-soltu naslu biex niskopru li Alla nqeda bihom l-ewwel. Li titlob ifisser li tidħol f’sintonija ġusta ma’ Alla u twieġeb skont it-ton tiegħu.

Bruno Ferrero, 10 raġunijiet tajbin għaliex għandek tkun Kristjan u Kattoliku

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 179, it-3 parti This saint (S. Peter of Alcantara) had a marvelous gift of prayer and spent a great deal of time in this exercise. His recollection at prayer was ordinarily so great that it obtained for him an almost continual awareness of God. He took such delight in prayer that he had an extreme dislike for sleep, because, as he said, it was the only thing that could separate him from God’s presence, something that death cannot do, because it gives us the living, effective, and eternal presence of God. This saint, considering that prayer procures this happiness, used to say that a half hour of prayer ought to be regarded as only a preparation for making it well. Try to make interior prayer well in the same way this saint did, by the practice of interior recollection. If you persevere in it, recollection will make the practice of the presence of God easy. There is nothing you must or can procure with more care, for it is happiness anticipated in this life. It is also of great use to you in your work, because this work concerns God and aims at winning souls for him. It is, therefore, a matter of great consequence not to lose sight of God in your work. Be as faithful to this as you possibly can.

TALBA Mulej Ġesù Kristu,

agħmel li nkun ħieles minn kull xewqat ħżiena, u li nibqa moħbi u mhux magħruf, f’din id-dinja,

imma li għal imħabbtek nagħraf lilek biss. Agħmel li ma niħux minn rajha t-tajjeb

li sawwabt fija u bija , imma kull ġieħ ikun jaf lilek.

Waqt li nagħraf id-dgħufija tiegħi, niċħad kull tifħir tad-dinja,

u b’hekk nixxennaq għal dik il-glorja vera u dejjiema

li tiġi mingħandek biss. Ammen. San Franġisk Saver Cabrini

Missierna ...

Page 41: OTTUBRU 2021

40 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, l-20 t’Ottubru L-Imqaddsa Verġni Marija ‘Mater Admirabilis’

Santa Madalena minn Nagasaki - verġni u martri Santa Bertilla Boscardin – reliġjuża

Il-Beatu Ġakbu Strepar - isqof Il-Beatu Kontardu Ferrini – lajk

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Rumani 6: 12-18 Offru ruħkom lil Alla bħala nies li reġgħu mill-mewt għall- ħajja. 2. Salm 123 : 1-8 L-għajnuna tagħna f’isem il-Mulej. 3. Luqa 12: 39-48 Lil min tawh ħafna, ifittxu li jieħdu ħafna mingħandu.

SANTA BERTILLA BOSCARDIN (1888-1922) - reliġjuża Kienet bint familja fqira ta’ bdiewa u twieldet fir-raħal ta’ Brendola, qrib

Vicenza fl-Italja ta’ Fuq fl-1888 u semmewha Anna-Franġiska. Il-qassis Dun Capovilla għaraf li kellha l-vokazzjoni reliġjuża, imma l-

arċipriet ta’ Brendola qal li kienet tajba biss biex tqaxxar il-patata. Minkejja li ma kinitx brillanti, ġiet aċċettata mis-sorijiet ta’ Santa Dorotea ta’

Vicenza fl-1904, meta kienet għadha ta’ 16-il sena u semmewha Bertilla għall-badessa qaddisa ta’ Chelles.

Għamlet tliet snin fil-kċina u wara ħadmet ta’ ħassiela, taħsel il-ħwejjeġ, sakemm bagħtuha fl-isptar tat-tfal ta’ Treviso.

Tul l-Ewwel Gwerra Dinjija (1914-1918), kienet infermiera fl-isptar militari qrib Como, fejn uriet ruħha l-veru anġlu tal-faraġ, il-vera omm ħanina tal-morda u tal-feruti.

Fl-1919 wara t-tmiem tal-gwerra rritornat fl-isptar tat-tfal ta’ Treviso, imma ma damitx ma mardet gravament. Għamlulha operazzjoni biex neħħewlha tumur, imma kien kollu għalxejn. Lit-tabib qaltlu: “Jiddispjaċini li kellek toqgħod titħabat għalxejn minħabba fija.”

Din il-mara mill-iktar sempliċi, li kellha l-ħila ssir qaddisa qalb il-borom u l-platti, mietet ta’ 34 sena, fl-20 t’Ottubru 1922.

Il-Papa San Ġwanni XXIII ikkanonizzaha fil-11 ta’ Mejju 1961. Il-fdal tagħha jinsab meqjum fil-knisja tas-sorijiet ta’ Santa Dorotea Vicenza.

Riflessjoni: Waħda mis-sitwazzjonijiet ta' niket li d-dnub ħafna drabi jwassalna għaliha hija l-idea żbaljata li nistgħu naqsmu ħajjitna f'subsezzjonijiet differenti, kull waħda bil-kodiċi ta' mġiba tagħha stess: "Sidi jiddawwar ma jiġi." Nistgħu nemmnu b'mod falz li din hija l-ħajja privata tiegħi u dik hija l-ħajja pubblika tiegħi. Kapaċi nagħżel li nagħmel affarijiet differenti skont min hemm madwari dak il-ħin. Fil-verità, qed

Page 42: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 41

nikkonfermaw kemm qegħdin ’il bogħod minn Alla: Din hija “s-suppost ħajja tiegħi'' ma' Kristu u dik hija l-ħajja tiegħi mingħajru. Kristu jrid li l-għaqda li għandna miegħu tkun l-għaqda li għandna ma’ kulħadd, fis-sens li l-imħabba li torbotna ma’ Kristu tiġbed nies oħra lejh permezz tagħna stess. M'hemm l-ebda żminijiet meta nkun bil-ħin għal Kristu u oħrajn meta ma nkunx. Allura, kemm jekk l-Imgħallem ikun id-dar jew barra, l-imġiba tiegħi hija l-istess. Fil-verità, ħajti kollha għandha tidher bħala ħaġa waħda, mhux biċċiet żgħar li b'xi mod huma marbuta flimkien.

Fr. James M Sullivan, addattata mill-Ktieb Praying with St. Luke’s Gospel

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 85, silta mit-2 punt

You often receive Jesus Christ in your heart, but is he not there as though in a stable, finding there only dirt and corruption, because you have affection for other things rather than for him? If you looked upon him as your Savior and your Redeemer, what honor would you not pay him? Would you not keep him company, regarding him as God by paying attention to his holy presence and as man by meditating on his sufferings and his Passion?... If you wish to profit by the coming of Jesus Christ in you, let him be the master of your heart, and be docile to whatever he might require of you, often saying to him with the Prophet Samuel, Speak, Lord, for your servant is listening, and with David, I will hear what the Lord God will say in me.

TALBA

Agħtini d-doni li għandi bżonn fix-xogħlijiet tiegħi, u moħħ imħeġġeġ li jfittex il-verità

imxennaq biex jagħrafha u saħħa biex iħaddanha. Rieda li hija sħiħa u ta’ ħila.

Agħtini l-għajnuna meta tisma’ l-karba tiegħi, dawwalli d-dlam u wittili l-mogħdijiet. Nebbaħni dak li ma nafx jew insejt.

Agħtini l-kelma li ilni nfittex mingħajr suċċess. Ammen.

San Tumas Aquinas Missierna ...

Page 43: OTTUBRU 2021

42 SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, il-21 t’Ottubru Sant’Ursula u sħabha – verġni u martri

San Gaspare del Bufalo – saċerdot San Ilarju l-Kbir – eremit

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Rumani 6: 19-23 Issa li ħlistu mid-dnub, sirtu lsiera ta’ Alla. 2. Salm 1: 1-4,6 Hieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu. 3. Luqa 12: 49-53 Ma ġejtx inġib il-paċi fid-dinja, imma l-firda. SAN ILARJU L-KBIR (291-371) – eremit San Ilarju Abbati kien wieħed mill-padri tad-deżert u huwa magħruf l-aktar

permezz tal-ħajja tiegħu miktuba minn San Ġilormu. Hu twieled minn ġenituri pagani qrib Gaża fil-Palestina, lejn it-tmiem tas-

seklu tlieta. Sar Nisrani meta kien student f’Lixandra tal-Eġittu. Fid-deżert ta’ Tebajde ltaqa’ mal-famuż San Anton Abbati. Wara żmien qasir

taħt San Anton fl-Eġittu huwa reġa’ lura lejn daru ħdejn Gaża fil-Palestina, u għalkemm kien għadu żagħżugħ ħafna, beda jgħix ħajja solitarja f’deżert fil-qrib. Għall-ewwel kien jgħix biss bi 15-il tina kuljum u għalkemm għal raġunijiet ta’ saħħa aktar tard huwa żied ftit ħaxix u biċċa ħobż mad-dietà skarsa tiegħu, hu żamm id-drawwa tul ħajtu kollha, li ma jikolx qabel inżul ix-xemx.

Hu kien l-ewwel eremit Palestinjan u ħafna dixxipli marru warajh. Biex jeħles mill-fama tal-mirakli kien imur minn post għall-ieħor: l-Eġittu, il-Libja, Sqallija, id-Dalmazja u fl-aħħarnett Ċipru.

Huwa miet f’Ċipru fl-età ta’ 80 sena, għall-ħabta tas-sena 371. Riflessjoni: Għalhekk mhumiex biżżejjed is-sliem u l-kalma u s-sodisfazzjon tal-qalb li r-ruħ tista’ tilħaq f’din il-ħajja, biex teħles mit-tnehid ta’ ġo fiha (ukoll jekk dan ikun tnehid ta’ sliem u bla diqa) – tnehid bit-tama ta’ dak li għadha ma laħqitx. Dan it-tnehid hu marbut mat-tama kif jgħid l-Appostlu fuqu nnifsu u fuq l-oħrajn, għalkemm kienu perfetti: “Ukoll aħna li għandna l-ewwel frott tal-Ispirtu, aħna wkoll nitnehdu fina nfusna waqt li nistennew l-adozzjoni ta’ wlied” (Rum. 8, 23). Ir-ruħ tħoss dan it-tnehid fil-qalb tagħha kollha mħabba; għax fejn tħobb il-qalb hemm jinsab it-tnehid tal-ġerħa li tgħajjat dejjem minħabba l-firda; aktar u aktar meta wara li tkun daqet xi komunikazzjoni ħelwa u b’togħma tajba tal-Għarus, dan iħalliha u f’daqqa waħda tibqa’ weħidha u niexfa. Għalhekk mela żżid: “Qisek għażżiela ġrejt”. San Ġwann tas-Salib

Page 44: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 43

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 180, l-1 parti

Saint Hilarion was competent in the humanities and in literature, thanks to the keenness of his mind, but he made himself much more admirable by the purity of his life and especially by his great piety. The example of Saint Anthony, who was then famous throughout the desert, did much to help him acquire this spirit. The reputation won by this great Father of the desert induced Saint Hilarion to go out to find him. Once near him, he observed with great care Saint Anthony’s way of life and his great abstinence, which no infirmity could make him quit. He also noted the saint’s diligent application to prayer, his humility in dealing with his Brothers, his strictness joined to gentleness when he corrected them, and the zeal he showed for their sanctification. Later on, Saint Hilarion dedicated himself with all conceivable fervor to practice all the virtues he had observed in Saint Anthony. Oh, what power and efficacy does example have to convert souls and to lead them to make progress in virtue! This saint lived a life of great perfection; the example of Saint Anthony led him to it.

TALBA

Missier qaddis, agħtini fidi ta' ħidma,

fidi li ċċaqlaq il-muntanji. Dawwal ruħi bid-Dawl,

it-Tjubija, il-Qawwa u l-Għerf Tiegħek. Ħalli l-fidi tiegħi tkun xbieha Tiegħek

b’għemejjel ħajja u imħabba u billi ruħi toqgħod għar-rieda tiegħek f’kull ħaġa.

San Ilarju li minn età daqshekk żgħira fittex li jkun qrib t'Alla

u mitluq f'idejh jekk jogħġbok itlob għalina

biex inkunu nistgħu nuru din il-fidi vera, Ammen.

Missierna ...

Page 45: OTTUBRU 2021

44 SIGNUM FIDEI

Il-Ġimgħa, it-22 t’Ottubru San Ġwanni Pawlu II – Papa

Santa Marija Salome – martri tal-1el seklu San Alberċju – isqof ta’ Ċerapoli

San Timotju Giaccardo – saċerdot Il-Beata Ġużeppina Leroux - verġni u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Rumani 7: 18-25a Min se jeħlisni minn dan il-ġisem tal-mewt? 2. Salm 118: 66.68.76-77.93-94 Għallimni, Mulej, il-kmandamenti tiegħek. 3. Luqa 12: 54-59 Tafu taqraw wiċċ is-sema, u wiċċ l-art ukoll; mela ż-żmien ta’ issa kif ma tafux tfissruh? SAN ĠWANNI PAWLU II (1920-2005) - Papa Karol Jozef Wojtyla twieled Wadowice, il-Polonja fit-18 ta’ Mejju 1920. Kien

l-iżgħar minn tlett itfal. Ommu Emilia mietet meta kellu 8 snin, waqt li kienet qed twelled lil oħtu Olga, li mietet ukoll. Ħuh Edmund, li kien 14-il sena ikbar minnu, sar tabib imma mbagħad miet bl-iskarlatina.

Bħala tifel kien iħobb ħafna l-atletika, kien anke f’tim tal-futbol. Kien iħobb ukoll il-palk u kien jieħu sehem f’diversi reċti - speċjalment meta kien Krakow - ma’ grupp ta’ żgħażagħ oħra, il-biċċa l-kbira tagħhom Lhud.

Fl-1938, Karol u missieru telqu minn Wadowice għal Krakow. Hemm daħal fl-Università tal-post jistudja, il-lingwi fost suġġetti oħra. Tgħallem 12-il lingwa. Waqt dak iż-żmien kellu ta’ bilfors jieħu sehem f’taħriġ tal-armata.

Fl-1939, il-Ġermanja invadiet lill-Polonja u ngħalqet l-Università. Bejn l-1940 u l-1944, Karol kellu jagħmel diversi xogħlijiet, fosthom fil-barrieri u f’fabbrika tal-kimiċi.

Fl-1940 missieru miet b’attakk tal-qalb waqt li Karol kien għax-xogħol, b’hekk hu safa waħdu, mingħajr ebda membru tal-familja. Huwa kellu 20 sena.

Fl-1942, beda l-istudju tiegħu għas-saċerdozju fis-seminarju ta’ taħt l-art . Fis-17 ta’ Jannar 1945, il-Ġermaniżi ħarbu mill-belt ta’ Krakow u b’hekk is-

seminaristi komplew l-istudju tagħhom fis-seminarju nofsu mġarraf. Kien ordnat saċerdot fl-1 ta’ Novembru 1946. Kompla jistudja Ruma fejn ħa

d-dottorat fit-Teoloġija. Id-dottorat fil-Filosofija ħadha aktar tard fl-Università ta’ Krakow.

Fl-1948, reġa’ lura l-Polonja, jagħmel appostolat f’parroċċa qrib Krakow. Fl-1949 mar jgħallem fl-Università ta’ Krakow. Hawn beda jlaqqa’ grupp ta’ żgħażagħ soċjo-reliġjuż, li kien popolari ħafna.

Fit-13 ta’ Ottubru 1964 kien ordnat arċisqof ta’ Krakow u fis-26 ta’ Ġunju 1967, kardinal. Bħala kardinal kien strumentali biex issir l-Enċiklika Humanae Vitae.

Page 46: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 45

F’Ottubru tal-1978 wara l-mewt tal-Beatu Papa Pawlu VI, u mbagħad ta’ Ġwanni Pawlu I, li l-pontifikat tiegħu dam 33 ġurnata biss, il-Kardinal Karol Wojtyla kien elett Papa. Kellu 58 sena, u ħa l-isem ta’ Ġwanni Pawlu II. Kien inawgurat Papa fit-22 ta’ Ottubru. Poġġa l-ħidma tiegħu taħt il-patroċinju ta’ Ommna Marija Santissima ‘Totus Tuus’.

Il-pontifikat tiegħu kien it-tieni l-iżjed twil fl-istorja tal-papiet. Għamel taqlib kbir. Żar 129 pajjiż. Ibbeatifika 1,340 persuna u kkanonizza 483 qaddis. Kiteb 14-il enċiklika

Ħadem ħafna għall-għaqda tal-knejjes. Kellu sehem kbir biex jinqered il-komuniżmu. Il-motto tiegħu kien s-sejħa universali għall-qdusija. “Tibżgħux tiftħu qalbkom beraħ għal Kristu”, kienet waħda mill-frażijiet popolari tiegħu. Waqqaf il-Jum Dinji għaż-Żgħażagħ.

Fit-13 ta’ Mejju 1981 ippruvaw jassasinaw lill-Papa Ġwanni Pawlu II fi pjazza San Pietru. Kif ġie konxju l-isptar mill-ewwel qal li kien għadu ħaj bl-interċezzjoni ta’ Sidtna Marija ta’ Fatima. Bl-umiltà kollha mar iżur ’l-assassin il-ħabs u tah il-maħfra. Fl-1995, Ġwanni Pawlu reġa’ kien fil-mira, din id-darba tal-Al-Qaeda, fil-Filippini.

Fl-2001 beda jsofri bil-marda tal-Parkinsons u minkejja t-tbatijiet tiegħu kompla jaqdi dmiru sal-aħħar. Miet fit-2 ta’ April 2005.

Fis-19 ta’ Diċembru 2009 sar venerabbli u l-Papa, suċċessur tiegħu, Benedittu XVI, ibbeatifikah fl-1 ta’ Mejju 2011.

Huwa ġie mgħolli għall-altari flimkien mal-Papa Ġwanni XXIII, nhar is-27 t’April, 2014, fil-pjazza tal-Vatikan, mill-Papa Franġisku.

Riflessjoni: “Huwa fi żgur li aħna niltaqgħu ma’ okkażjonijiet ta’ prova. M’hemm xejn ta’ barra minn hawn, hija parti mill-ħajja tal-fidi. Xi drabi l-prova tagħna tkun ħafifa, drabi oħra tkun tqila ħafna, forsi anki drammatika. Waqt is-siegħa tal-prova aħna nistgħu nħossuna weħidna, imma l-grazzja t’Alla, il-grazzja ta’ FIDI REBBIEĦA, qatt ma tabbandunana. Għalhekk aħna nistennew li nkunu rebbieħa fuq kull prova, anke l-aktar waħda iebsa”.

San Ġwann Pawlu II – Papa ‘Rise let us be on our way’

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 167, silta mit-2 punt It is inconceivable how much Jesus Christ loves those who give up everything for him and how many graces he gives them both for themselves and for others. Because their hearts are empty of the things of this world, God fills them with his Holy Spirit, as he did the heart of Saint Matthew. For the more we give up exteriorly, the more God gives us interiorly. Be attached only to Jesus Christ, his doctrine, and his holy maxims, because he has done you the honor of choosing you in preference to a great many others to announce these truths to children, whom he loves so especially. Think highly of your work, which is apostolic, and carefully study the Gospel of Saint Matthew, in which we find proposed the holiest maxims of Jesus Christ and the fundamental truths of Christian piety. The more you study this, the more learned you will become in the science of the saints, and the better prepared you will be to instruct others.

Page 47: OTTUBRU 2021

46 SIGNUM FIDEI

TALBA O Trinità Mqaddsa,

nirringrazzjawk talli berikt ’il-Knisja bil-Papa San Ġwanni Pawlu II, li minnu dehret il-ħniena tal-Missier, il-glorja tas-Salib ta’ Kristu

u d-dija tal-Ispirtu s-Santu. B’fedeltà fil-ħniena tiegħek dejjiema, u bl-interċezzjoni materna ta’ Marija,

hu tana xbiha ħajja ta’ Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb u wriena li l-qdusija hija mezz bżonjuż tal-ħajja Nisranija

li hi t-triq biex ningħaqdu miegħek għal dejjem. Agħtina, bl-interċezzjoni tiegħu,

u skont ir-rieda tiegħek, il-grazzja li nixtiequ. Ammen.

Missierna ...

Is-Sibt, it-23 t’Ottubru L-Imqaddsa Verġni Marija f’jum is-Sibt

San Ġwann minn Capestrano - presbiteru San Guliermu – eremita, u l-Beatu Ġwanni t-Tajjeb - presbiteru

Il-Beatu Arnould Reche – reliġjuż, frère ta’ S.Ġwann Bta. De La Salle

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Rumani 8: 1-11 L-Ispirtu ta’ dak li qajjem lil Ġesù mill-imwiet jgħammar fikom. 2. Salm 23: 1-6 Aħna nfittxu ’l wiċċek, Mulej. 3. Luqa 13: 1-9 Jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu xorta waħda. IL-BEATU BROTHER ARNOULD – Jules Reche (1838-1890) 120 sena ilu, nhar it-23 ta’ Ottubru 1890, miet Br. Arnold, b’attakk qawwi ta’

apoplesija f’rasu. Ġie midfun, mingħajr l-ebda ħsieb li għad isir qaddis, fiċ-ċimiterju tal-komunità ta’ Reims.

Twieled minn familja fqira, ommu marradija għall-aħħar, u missieru kien l-iskarpan tar-raħal. Kien f’familja ta’ disa’ aħwa. Jules ra l-veru faqar: l-ewwel tarbija mietet fin-nieqa ta’ ftit jiem. Warajha twieled Jules.

Page 48: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 47

Ta’ 10 snin kellu jitlaq l-iskola biex imur jaħdem f’razzett. Anke ħutu warajh kellhom iħallu l-iskola biex jibdew jaħdmu u jaqilgħu xi ħaġa: il-faqar tal-familja kien tassew tal-biki. Imma kemm Jules u kif ukoll ħutu, kienu jitolbu u jiffrekwentaw il-Knisja. Kellu 13-il sena meta għamel l-Ewwel Tqarbina.

Ta’ 21 telaq mid-dar u mar f’post ieħor biex jaqla’ aktar paga u jgħin lill-familja – mar jaħdem ma’ wieħed bennej. Wara x-xogħol kien jgħaddi ħin twil jitlob. Kull jum għarkupptejh fl-art, ikun fejn ikun jaħdem, kien jgħid l-Angelus, b’idejh miftuħa.

Kull nhar ta’ Ħadd, kien imur jitgħallem il-Katekiżmu għand il-Brothers. Fix-xitwa, wara x-xogħol, Jules kien imur għall-korsijiet ta’ tagħlim għall-kbar. L-eżempju tal-Frères fl-iskola, il-ħeġġa li kien jara fihom biex jgħallmu lit-tfal, il-ġabra tagħhom u t-talb tal-Brothers flimkien, ħajruh biex isir wieħed minnhom.

Fl-1862, ta’ 24 sena, beda n-novizzjat, wara kompla l-istudji tiegħu, speċjalizza fil-Botanika u r-Reliġjon. Kien għalliem tal-affari tiegħu.

Fl-1870, l-iskola tiegħu, saret sptar minħabba l-gwerra bejn Franza u r-Russja. Il-Brothers kienu l-brankardjieri u l-infermieri.

Fl-1877, sar direttur tan-novizzi. Intefa’ b’ruħu u ġismu, għall-formazzjoni tal-Brothers żgħażagħ. Kien ammirat ħafna għad-devozzjoni li kellu lejn l-Ewkaristija, il-Madonna u San Ġużepp.

Miet fit-23 ta’ Ottubru 1890. Ħajtu ntemmet b’dawn l-aħħar kelmiet “O Alla tiegħi”.

Ġie bbeatifikat fl-1987 mill-Papa Ġwanni Pawlu II. Riflessjoni: Jekk tagħmel xi ħaġa ħażina, toqgħodx titfixkel jew tagħmel l-affarijiet bi kbar; għaraf l-fatt li nqast meta għamilt xi ħaġa mhux sewwa, umilja lilek innifsek quddiem Alla u pprova serraħ ir-ruħ tiegħek, u għid lilek innifsek, "Ah, sew! Jien waqajt imma issa rrid nimxi bil-mod, inħares lejn il-passi tiegħi." Kull darba li taqa', agħmel l-istess u meta taqa' spiss, anke jekk fi ħwejjeġ żgħar, ipprova agħmel bosta atti ta’ mħabba kif tista’, għax il-Mulej tagħna jgħid, “Min hu fidil f’ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll fil-ħafna ... " (Lq. 16:10).

San Franġisk de Sales

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 36, it-3 punt

We are so subject to temptation that, as Job says, our life is a constant temptation. This made Saint Peter say that our enemy, the demon, like a roaring lion, is always roaming around us seeking endlessly some way to devour us. Prayer puts us in a position to resist him. Jesus Christ even says of the demon of impurity that he cannot be put to flight except by prayer and fasting. He puts prayer before fasting to teach us that although mortification is most necessary to vanquish the unclean spirit, it is even more important that we arm ourselves with prayer when we are assailed. When you feel attacked by the tempting spirit, do not stop praying until you have driven it completely away.

Page 49: OTTUBRU 2021

48 SIGNUM FIDEI

TALBA O Alla,

int għamilt mexxej tal-għaġeb għaż-żgħażagħ fit-triq tat-talb u tal-imħabba lill-Beatu Brother Arnold,

li dejjem wieġeb bil-qalb, għal kull ma kien inebbħu l-Ispirtu s-Santu, fuq l-eżempju, u bl-għajnuna tat-talb tiegħu.

Agħmel li aħna wkoll naqduk f’ħutna, imqanqlin mill-ispirtu qaddis tiegħek.

B’Ibnek Ġesù Sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan

flimkien mal-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Missierna ...

Il-Ħadd, l-24 t’Ottubru It-30 Ħadd ta’ Matul is-Sena

IL-ĠURNATA MISSJUNARJA

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġeremija 31: 7-9 Il-Mulej salva ’l-poplu tiegħu. 2. Salm 125: 1-6 Kbir f’għemilu l-Mulej magħna! 3. Lhud 5: 1-6 Int qassis għal dejjem. 4. Mark 10: 46-52 Mgħallem, agħmel li jiena nara. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Il-fejqan tal-għama Bartilmew huwa l-aħħar miraklu fl-Evanġelju ta’ San Mark. Ġesù kien qiegħed fl-aħħar tal-mixja tiegħu lejn Ġerusalemm. San Mark, fir-rakkont tiegħu ta’ din il-ġrajja, jgħidilna li din il-laqgħa ta’ Ġesù ma’ Bartilmew seħħet fil-belt ċkejkna u qadima ta’ Ġeriko. Kif iħobb jagħmel, San Mark jippreżenta lil Ġesù mdawwar b’kotra kbira ta’ nies.

Fit-triq li kienet tgħaddi minn ħdejn din il-belt, kienet tkun miżgħuda bit-tallaba, jittalbu bil-ħniena, bit-tama li jdabbru xi ħaġa mingħand il-pellegrini li jkunu għaddejjin minn hemm fi triqthom lejn Ġerusalemm. Bartilmew kien wieħed minn dawn it-tallaba, li għalkemm qatt ma kien ra lil Ġesù, malli sema’ li Ġesù kien fil-viċin, ried jiġbidlu l-attenzjoni.

Page 50: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 49

Peress li kien għama, ma kienx jaf eżatt fejn kien Ġesù, għalhekk beda jgħajjat: “Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minni”. Il-folla riedet tisma’ lil Ġesù u bdew “jgħajtu miegħu biex jiskot”. Bartimew ma riedx jiskot anzi beda jgħajjat aktar u aktar għaliex hu ried li jfieq. Forsi kien hemm oħrajn fil-folla li kellhom bżonn ifiequ, imma hu biss għamel il-kuraġġ biex jiġbed l-attenzjoni ta’ Ġesù.

Interessanti li ninnutaw għaliex beda jgħajjat Bartimew. L-ewwel jirreferi għal Ġesù bħala ‘Bin David’. Dan hu fil-fatt titlu mogħti lill-Messija. Għalhekk forsi Bartimew jemmen tassew li Ġesù kien ħafna aktar minn rabbi ordinarju. Forsi kien dan it-titlu li ġibed l-attenzjoni ta’ Ġesù. It-tieni mbagħad jitlob aktar ħniena milli fejqan.

Malli Ġesù ntebaħ bih, sejjaħlu. F’dal-mument, Bartilmew itajjar minn fuqu il-mantar – għall-fqir, il-mantar kien jintuża biex jitgħatta bih bil-lejl, u binhar kien jifirxu fl-art biex jilqa’ l-offerti, għalhekk kien ifisser sigurtà. Ġesù jagħmillu mistoqsija: “Xi tridni nagħmillek?” Bartimew jurih li ried li jerġa’ jibda jara. Mal-mistoqsija ta’ Ġesù t-tallab ma baqax jeħtieġ la l-mantar u l-anqas l-għajnuna tas-soċjetà, għalih kienet bdiet ħajja ġdida kif naraw fid-djalogu li fetaħ miegħu.

Naraw kutrast mal-miraklu li għamel mal-għama ta’ Betsajda, mal-għama fl-evanġelju tal-lum m’għamel l-ebda azzjoni għax ra l-fidi qawwija ta’ dan id-dixxiplu. U Ġesù jgħidlu, “Mur, il-fidi tiegħek fejqitek”, u mill-ewwel reġa’ beda jara. Kienet il-fidi li fejqet lil Bartilmew biex minn għama sar jerġa’ jara u tefgħetu f’mixja wara Ġesù.

Bartimew sar dixxiplu ta’ Ġesù u baqa’ mixi wara Ġesù, għalkemm ma nisimgħux aktar bih. Imma din il-ġrajja impressjonat lid-dixxipli tant li Mattew, Mark u Luqa lkoll jirrakkontawha u jirreferu għalih b’ismu.

San Mark jgħidilna min huwa tassew dixxiplu ta’ Ġesù. Huwa dak li, bħal Bartilmew, jibda “jerġa’ jara”, u jimxi wara l-Imgħallem Ġesù lejn Ġerusalemm, fejn kellu jbati, imut u jqum mill-imwiet.

Aħna lesti li bħal Bartilmew ma nħallux l-għajjat tal-miġgħema jfixkilna milli nsejħu lil Ġesù, nwarrbu kull ma qiegħed jagħtina siġurtà falza fil-ħajja, nemmnu li Ġesù jista’ jbiddlilna ħajjitna u nimxu warajh sa “Ġerusalemm”? Din hija tassew il-fidi ta’ dixxiplu veru ta’ Ġesù.

Minn liema ‘għama’ Ġesù jrid ifejjaqna: Fil-ħajja tal-familja? Fil-komunità Nisranija? Fis-soċjetà Maltija? Fid-dinja?

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.15, l-1 punt

The blind man whom Jesus Christ cures in today’s Gospel and whom he had previously asked: “What do you wish me to do for you?” is a figure of those people whose superiors are forced to ask them what is agreeable to them and who want to examine what they are going to be asked to do before showing that they are disposed to do it. There are three kinds of such self-willed religious. Some examine the order given; before obeying they must know what the superior

Page 51: OTTUBRU 2021

50 SIGNUM FIDEI

intends to command them, so that they can consider whether it is acceptable to them, whether it will be too much trouble for them, or whether they have some condition to propose to make the execution easier and more convenient for them. They also have a number of other reflections to make, all completely natural. Truly obedient people examine nothing and pay attention to nothing except that they must obey. Faith has full charge of their minds and forbids all these considerations.

TALBA Mulej Ġesù,

infaħħruk għall-preżenza tiegħek fostna. Kun mal-missjunarji tiegħek li jxandru l-Evanġelju.

Qawwilhom qalbhom fil-ħin tal-prova. Mexxihom fil-mument tal-inċertezza.

Saħħaħhom meta jkunu dgħajfa. Agħtihom is-sabar fid-diżappunti tagħhom.

Agħmlilhom il-kuraġġ fil-ħin tad-dubju u mexxihom

fit-triq li trid int , li tgħix u ssaltan mal-Missier

u mal-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen.

Missierna ...

It-Tnejn, 25 t’Ottubru L-Istitut Lasalljan joffri t-talb ta’ dan il-jum għall-vokazzjonijiet

San Ġwann Stone - presbiteru u martri Il-Beatu Pietru Geremia – presbiteru

Il-Beata Marija ta' Ġesù u sħabha - martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Rumani 8: 12-17 Irċevejtu l-Ispirtu li jagħmel minnkom ulied adottivi. 2. Salm67: 2 u 4.6-7ab.20-21 Alla tagħna hu Alla li jsalvana. 3. Luqa 13: 10-17 Mela għax illum is-Sibt, din il-mara, bint Abraham, ma kellhiex tinħall mill-irbit?

Page 52: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 51

SAN ĠWANN STONE (†1539) – saċerdot u martri Dan il-qaddis kien patri Agostinjan f’Canterbury li rrifjuta li jagħraf lil Neriku

VIII bħala kap tal-Knisja. Ftit nafu fuq il-ħajja ta’ San Ġwann Stone, qabel daħal Agostinjan u l-ħajja

tiegħu bħala patri. Il-Parlament tal-Ingilterra għadda liġi, magħrufa bħala l-Att ta’ Supremazija

li kienet tipproklama lir-Re Enriku VIII bħala l-kap tal-Knisja. Erba’ snin wara uffiċjal tar-re mar Canterbury biex jagħlaq il-kunventi kollha

u jieħu bil-miktub mingħand kull patri d-dispożizzjoni għal dan l-att. Meta wasal għand l-Agostinjani, kulħadd iffirma dan il-kuntratt minbarra Ġwanni.

Ġwanni ġie arrestat u mitfugħ il-ħabs fit-Torri ta’ Londra, fl-1539. Anki wara sena fil-ħabs baqa’ sħiħ f’fehmtu u baqa’ jixtieq li jmut biex jibqa’ fidil lejn il-Papa.

Ħass lil Alla jinkuraġġih biex ma jċedix anke jekk ikun se jirċievi l-mewt. Dan imlieh b’saħħa liema bħalha.

Huwa ġie mgħallaq għall-fidi tiegħu u wara l-ġisem tal-martri ġie mqatta’. Rasu u biċċiet minn ġismu ġew imdendlin f’bieb il-belt, billi kien meqjus bħala traditur.

Kien ibbeatifikat fil-5 ta’ Diċembru 1886 mill-Papa Ljun XIII u l-Papa Pawlu VI kkanonizzah fil-25 ta’ Ottubru 1970.

Riflessjoni: Il-Vanġelu jipproponilna li nwiddbu u ngħinu persuna tikber billi l-ewwel nagħrfu l-ħażen oġġettiv tal-għemejjel tagħha (ara Mt. 18:15), imma mingħajr ma ngħaddu ġudizzji fuq ir-responsabbiltà u l-ħtija tagħha (ara Mt. 7:1 u Lq. 6:37). F’kull każ, akkumpanjatur tajjeb ma jċedix għall-frustrazzjoni jew għall-biża’. Hu dejjem jistieden lill-persuna li lilha qed jakkumpanja biex tfittex il-fejqan, terġa’ tqum, tħaddan is-salib, tħalli kollox, u toħroġ dejjem mill-ġdid biex ixxandar il-Vanġelu. L-esperjenza personali tagħna ta’ akkumpanjament u fejqan, jekk jirnexxielna nesprimu b’sinċerità sħiħa l-ħajja tagħna quddiem min qed jakkumpanjana, tgħallimna kif nistabru u nifhmu lill-oħrajn u tagħtina l-ħila nsibu modi kif inqanqlu mill-ġdid fihom il-fiduċja, il-ftuħ u x-xewqa li jikbru.

Il-Papa Franġisku, silta mill-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 71, silta mit-3 punt

Spiritual maladies differ from corporal ones. To heal corporal maladies, it is enough for Jesus to say a word or simply to will it, but in the case of maladies of the soul, we must on our part will to be cured. God does not constrain our will, although he does exhort and urge us. It is up to us to welcome his grace, to put it into effect, and to support his goodwill to cure our spiritual ailments. Thus, when your movement toward God is, as it were, suspended, be prompt and responsive to his voice. Rise up6 at once when he calls you, and walk, that is, resume the practice of virtue that you might find difficult, mortify your passions, and strive to overcome them. Be faithful, especially, to open your heart completely to your Director; this will, as a rule, prevent you from succumbing to this kind of weakness.

Page 53: OTTUBRU 2021

52 SIGNUM FIDEI

TALBA GĦALL-VOKAZZJONIJIET

O Alla, Int għażilt lil San Ġwann Battista De La Salle biex jagħti edukazzjoni nisranija

lit-tfal u liż-żgħażagħ; qajjem fil-knisja tiegħek

Brothers u għalliema, nisa u rġiel li jingħataw b’qalbhom kollha biex

jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala nsara.

B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan

flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem,

Ammen. Missierna ...

It-Tlieta, is-26 t’Ottubru San Everistu – Papa San Dimitri – martri

Il-Beatu Bonaventura minn Potenza

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Rumani 8: 18-25 Il-ħlejjaq kollha jistennew ħerqana r-rivelazzjoni ta’ wlied

Alla. 2. Salm 125: 1-6 Kbir f’għemilu l-Mulej magħna! 3. Luqa 13: 18-21 Iż-żerriegħa kibret u saret siġra. IL-BEATU BONAVENTURA MINN POTENZA (1651-1711) Twieled fl-4 ta’ Jannar 1651, ġewwa Potenza fil-limiti ta’ Napli, l-Italja, ġo

familja fqira, iżda għanja fil-virtujiet. Ta’ 15-il sena daħal mal-Patrijiet Konventwali Minuri, f’Noceva. Huwa

kompla bl-istudji tiegħu. Is-superjuri tiegħu bagħtuh Amalfi u hemm taħt direttur spiritwali kompla jikber fil-virtujiet tal-umiltà, safà u ubbidjenza, fost oħrajn.

Page 54: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 53

Kien ta’ eżempju kbir għal kulħadd. Kellu ubbidjenza għamja għas-superjuri tiegħu. Kien jagħti l-għajnuna tiegħu fil-paroċċa speċjalment lill-batuti, lill-fqar u lill-morda. Meta f’pajjiżu faqqet epidemija, lejl u nhar intefa’ b’ruħu u ġismu jdur bil-morda u jassistihom. Kien jaħdem ħafna mal-priġunieri speċjalment dawk li kienu qed jistennew il-piena tal-mewt, iqarhom u jassistihom.

Bħala saċerdot kien jipprietka u jipprattika d-devozzjoni lejn l-Ewkaristija u l-importanza tas-sagrament tar-rikonċiljazzjoni. Kien iqatta’ ħin twil fil-konfessjunarju tant li ħa l-fama tal-appostlu tal-konfessjunarju u tal-appostlu tal-ubbidjenza.

B’ubbidjenza lejn is-superjuri aċċetta l-kariga ta’ majjistru tan-novizzi. Kien irawwem fl-istudenti tiegħu l-prattika tal-virtujiet tal-umiltà u l-ubbidjenza.

Wara 45 sena ta’ servizz impekkabbli, mogħni b’kull virtù Patri Bonaventura mar jingħaqad mal-Mulej. Fl-aħħar nifs ta’ ħajtu kien imdawwar minn sħabu l-patrijiet kollha, u talabhom skuża għal kull darba li naqashom. Kien is-26 ta’ Ottubru 1711.

Fis-26 ta’ Novembru, 1775, il-Papa Piju VI bbeatifikah. Riflessjoni: Iż-żerriegħa tal-mustarda u l-ħmira - kemm huma xbihat sbieħ li magħhom tqabbel is-Saltna ta’ Alla! Xi drabi nkunu bla paċenzja u nibdew nistaqsu fejn hi din is-Saltna ta' Alla? Meta ser tasal? Nafu li l-espressjoni is-"Saltna ta 'Alla" ma tirreferix għal xi territorju politiku jew dak spazjali, kif normalment ifisser it-terminu "saltna". Anzi, tirreferi għal Alla nnifsu, għall-awtorità sovrana u d-dominju tiegħu. Meta Ġesù jħabbar li s-saltna hi fil-qrib, ifisser li Alla, bħal sultan, bil-qawwa u l-glorja tiegħu kollha, jiġi biex iwaqqaf s-sovranità fuq il-poplu tiegħu. Il-proċess diġà beda, iż-żrieragħ inżergħu, u l-ħmira qiegħda tgħolli l-għaġna bil-mod.

My Daily Gospel

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 12, siltiet mill-1 u t-2 punt In today’s Gospel Jesus Christ declares that the kingdom of heaven is like a grain of mustard seed, which is the smallest of all seeds but which, however, when it has grown, becomes a tree such that the birds of the sky come to rest in its branches…. This is why Saint Bonaventure says that obedience must enter into everything done in a community; without it all the most perfect actions cease to be good. Fasting, which is so meritorious before God, is rejected when inspired by self-will; in this case a person assumes the proprietorship of an action over which God alone possesses sovereign dominion and for which that person has the right only to do what God requires of him. We ought to consider ourselves happy to be in a state that requires obedience of us; we ought to regard this virtue as the mother and the support of all the other virtues. But if you wish this to be true in your case, you must practice it with all possible perfection, for God gives this grace only to those who have renounced self-will and who regard his will as the rule and the principle of everything they do.

Page 55: OTTUBRU 2021

54 SIGNUM FIDEI

TALBA Int issejjaħli, Mulej, biex nimxi t-triq miegħek.

Iva! Jien nimxi lejk mimli tama fik. Mexxini int Mulej,

imla lil qalbi bi mħabba, b’tenerezza, b’sentimenti ta’ ħniena u b’tama.

Jiena nixtieq inwassal il-bxara t-tajba lil dawk li llum ser tlaqqgħani magħhom.

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

L-Erbgħa, is-27 t’Ottubru San Frunenzju - isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Rumani 8: 26-30 Alla ma’ dawk li jħobbuh, f’kollox jaħdem għall-ġid tagħhom. 2. Salm 12: 4-5.6 Jien fit-tjieba tiegħek nittama, Mulej. 3. Luqa 13: 22-30 Jiġu nies mil-Lvant u mill-Punent, u joqogħdu għall-mejda fis-Saltna ta’ Alla. SAN FRUMENZJU (†383) - isqof ta’ Aksum appostlu tal-Etjopja (Abissinja) Frumenzju u ħuh Edesju, Griegi minn Tiru, għadhom tfal, marru għamlu

vjaġġ ma’ zijuhom u t-tutor tagħhom, Metropju, lejn l-Etjopja. Waqt li kienu sejrin lura, daħlu f’port tal-Baħar l-Aħmar għall-proviżjonijiet.

In-nies tal-inħawi qatlu lil kulħadd, ċorma u passiġġieri, minbarra liż-żewġt itfal, li kienu jistudjaw taħt siġra. Ħaduhom bħala lsira lis-sultan ta’ Aksum, fit-Tigre. Għoġbuh bl-imġiba u bix-xjenza tagħhom, hekk li wara ftit ħatar liż-żgħir, Edisju, bħala koppier, u lil Frumenzju bħala segretarju u nutar tal-istat.

Ftit qabel ma miet, is-sultan tahom il-ħelsien. Iżda r-reġina, li baqgħet reġġenti wara, talbithom biex jibqgħu fil-pajjiż, ħalli jgħinuha trabbi sewwa lill-prinċep u tamministra l-affarijiet. Baqgħu, u bdew ixerrdu r-reliġjon Nisranija.

Bdew biex jistiednu negozjanti Nsara jiġu jgħammru fil-pajjiż u kisbulhom il-privileġġ biex ikunu jistgħu jipprattikaw ir-reliġjon bla xkiel. Imbagħad, bil-kelma u bl-eżempju tagħhom, bdew ukoll jikkonvertu lill-pagani.

Meta ż-żagħżugħ sultan Abreha ħa r-riedni f’idejh, Edesju mar lura pajjiżu, Tiru, fejn sar qassis.

Page 56: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 55

Iżda Frumenzju, li l-konverżjoni tal-Abissinja kienet ferm għal qalbu, waqaf Lixandra, fejn talab lil San Atanasju biex jibgħat isqof u xi saċerdoti biex jissuktaw il-konverżjoni tal-pajjiż. San Atanasju qatagħha li ħadd ma kien aħjar minn Frumenzju nnifsu għal dan l-iskop: għalhekk ikkunsagrah isqof (bejn it-340 u t-346).

Hekk bdiet id-dipendenza tal-Insara tal-Abissinja mill-Knisja ta’ Lixandra. Frumenzju mar lura Aksum u għamel bosta konverżjonijiet: waqqaf hemm

is-sedi tiegħu ta’ isqof, għammed lis-sultan u lil ħuh Asbeħa, bena ħafna knejjes, u xerred ir-reliġjon Nisranija mal-Etjopja kollha.

Iż-żewġ aħwa slaten kienu minn tal-ewwel bil-ħeġġa u d-devozzjoni tagħhom: huma meqjumin bħala qaddisin fil-kalendarju tal-Abissini.

L-Imperatur Kostanzu, Arjan, għamel li seta’ biex ixewwex lis-slaten kontra Frumenzju; iżda dawn ma emmnuhx.

Meta l-qaddis miet, 383, il-poplu tah it-titlu ta’ “Abuna” (missierna), jew “Abuna Salam” (il-missier tal-paċi). Dan it-titlu ta’ “Abuna” għadu jġibu sal-lum il-Primat tal-Knisja dissident (Xiżmatika) tal-Abissinja.

Riflessjoni: Kull ħaġa dwar Ġesù tqajjem l-mistoqsija fuq is-salvazzjoni. Hu jixtieq li aħna nistaqsu għaliex b’hekk ikun jista’ jagħtina t-tweġiba. Iżda l-mistoqsija trid tiġi ifformulata kif suppost. Il-mistoqsija dwar kemm ser isalvaw tidher pjuttost sekondarja meta mqabbla mal-mistoqsija jekk jien iniex se nsalva. Hawn hi fejn trid twassalna t-tweġiba ta’ Ġesù, dritt għall-mistoqsija aħħarija: jien ser insalva? Veru ftit, huma dawk li jagħmlu din il-mistoqsija. Imberkin dawk li jistaqsuha, u jistaqsuha spiss! Biex naslu li nagħrfu t-tweġiba rridu naqraw b’attenzjoni lil San Luqa. Ġesù "miexi lejn Ġerusalemm." It-triq lejn Ġerusalemm għandha t-tweġibiet kollha, għax huwa hemm fejn titwettaq il-missjoni ta’ salvazzjoni ta’ Ġesù Hemmhekk, fil-ġrajja kollha tal-aħħar jiem ta’ Ġesù, huwa żvelat l-iskop ewlieni. Sejjer insalva jien? Jiddependi fuq it-tweġiba għall-mistoqsija oħra: Jien għalija Ġesù, se jkun sempliciment wieħed li nzerta għadda minn maġenbi jew se nsegwih fit-triq kollha lejn Ġerusalemm?

Douglas Bushman, Praying with St. Luke’s Gospel

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 58, it-3 punt

People living in the world think very little about God and have little concern about their salvation. Their sole occupation is usually with their temporal affairs and the needs of the body. It would seem that most have nothing to hope for or to fear beyond this present life. If we speak to them about God, about what leads us to God, about the essential duties of a Christian, about the practice of what is right, and about avoiding occasions of sin and dangerous company, they then have ears and hear nothing, because all they can grasp is what strikes their senses. You have withdrawn from the world to lead a life above nature and human inclinations and to labour for the salvation of your neighbour; therefore, you must not be attached or devoted to anything but God and the ministry with which he has honoured you. All your concern ought to be concentrated on purely spiritual matters.

Page 57: OTTUBRU 2021

56 SIGNUM FIDEI

TALBA fuq Salm (26) – “Il-Mulej hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi”

O Kristu tiegħi! Dawl tad-dinja, ferrex r-raġġi tad-dawl tiegħek, raġġi tal-paċi, u saħħan lil qalbi

u lil qalb sħabi bil-preżenza tiegħek. Għinni ħalli nħallik

tidħol f’qalbi bid-dawl tiegħek. U hekk, id-dellijiet u d-dlamijiet

jitkeċċew minn ġo fija u minn sħabi, u b’hekk inkun nista’ nerġa’ nibda mill-ġdid

ġurnata oħra. Brother Louis Camilleri

Missierna ...

Il-Ħamis, it-28 t’Ottubru San Xmun u San Ġuda – appostli

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 2: 19-22 Mibnija fuq is-sisien tal-appostli. 2. Salm 18: 2-5 Mal-art kollha jasal leħinhom. 3. Luqa 6: 12-16 Ġesù għażel tnax, li semmiehom appostli SAN XMUN U SAN ĠUDA TADDEW (l-1el seklu) - appostli San Xmun hu msemmi ‘Kananew’ jew ‘Żelota’ fl-Iskrittura, kliem li jfisser bl-

aramajk u bil-Grieg l-istess ħaġa: “iż-żelanti”. Uħud fehmu l-ewwel kelma, “Kananew” ħażin u ħasbu li kien minn Kana.

Fil-Vanġelu ma jidher xejn ħlief meta jiġi msemmi fil-lista tal-appostli. Mal-oħrajn irċieva l-Ispirtu s-Santu; iżda wara dan ma nafu xejn fi żgur fuqu, għax it-tradizzjonijiet fuqu ma jaqblu xejn.

Il-kittieba Griegi jgħidu li pprietka l-Vanġelu fix-xtajtiet tal-Baħar l-Iswed, fl-Eġittu, fl-Afrika ta’ Fuq u fil-gżira ta’ Britain.

Dawk tal-Ġeorġja jgħidu li evanġelizza u miet martri fl-Iberja u fil-Kolkidi (bejn il-Kawkażu u l-Armenja).

Waqt li l-Abbissini jħalltuh ma’ San Xmun ieħor, wieħed mit-72 dixxiplu u jagħmluh it-tieni isqof ta’ Ġerusalemm.

It-tradizzjoni tal-Punent tgħid, li wara li pprietka l-Eġittu ngħaqad ma’ San Ġuda, li kien fil-Mesopotanja, u li flimkien marru jevanġelizzaw il-Persja għal xi snin, fejn mietu martri fil-belt ta’ Swanir.

Page 58: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 57

Għalhekk waqt li fil-Lvant għandhom festa separata fi ġranet diversi, fil-Punent għandhom festa waħda flimkien.

L-Appostlu Ġuda, imsejjaħ ukoll Taddew, jew Lebbew, huwa meqjus bħala San Ġakbu ż-Żgħir, u għalhekk qarib il-Mulej (Matt. XIII: 55).

Wara l-Aħħar Ċena, meta Kristu wiegħed lill-appostli li jerġa’ jidhrilhom, San Ġuda staqsieh għaliex ma jidhirx lill-oħrajn ukoll; u Kristu wieġbu li jżur lil dawk kollha li jħobbuh.

L-istorja ta’ San Ġuda wara li niżel l-Ispirtu s-Santu, hi oskura bħal dik ta’ San Xmun. Hemm xi tradizzjonijiet li pprietka fil-Lhudija, fis-Samarja, fl-Idumeja u fil-Mesopotanja; San Pawlinu jgħid li mar jevanġelizza l-Libja.

Hu l-awtur ta’ waħda mill-ittri tal-Appostli, li tixbah ħafna lit-tieni ittra ta’ San Pietru.

Skont it-tradizzjoni tal-Punent, sofra l-martirju ma’ San Xmun fil-Persja. Riflessjoni: Ġesù jitlob, Ġesù jsejjaħ, Ġesù jagħżel, Ġesù jibgħat lid-dixxipli, Ġesù jfejjaq il-folla, qal il-Papa Franġisku. Ġo dan it-tempju, Ġesù, li hu l-ġebla tax-xewka, jagħmel dax-xogħol kollu: huwa Hu li jmexxi l-Knisja ’l quddiem b’dal-mod. Kif kien jgħid Pawlu, din il-Knisja hija mibnija fuq il-pedament tal-Appostli, dawk li għażel hu: it-tnax. Ilkoll midinbin, ilkoll, saħaq il-Papa. Ġuda ma kienx l-akbar midneb … jien ma nafx min kien l-akbar midneb fosthom! Ġuda, miskin, kien dak li għalaq qalbu għall-imħabba u għalhekk sar traditur. Imma lkoll ħarbu fil-waqt iebes tal-passjoni u ħallew lil Ġesù waħdu. Ilkoll kienu midinbin, imma għażilhom hu.

Kummentarju fuq l-Omelija tal-Papa Franġisku, nhar 28 t’Ottubru 2014 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 182, l-1 parti Saint Simon and Saint Jude, seeing the miracles performed by Jesus Christ, despised and quit the world in order to follow him and to be numbered among his disciples. How happy you are to have the same destiny and the advantage of having left the world! You ought to value this grace as one of the greatest you have received in your whole life. Thank God for it every day, and in order to live according to the spirit of your vocation, despise the world, consider it as the enemy of Jesus Christ, and be always opposed to it and to all its maxims. Have a horror of frequenting it, and do not have communication with people who live in it, except insofar as necessity obliges you to do so. This is the way to protect against all its snares and all the dangers you meet there and to preserve the spirit of your vocation. By communicating with the world, we adopt its spirit, which is contrary to that of Jesus Christ. Because the two cannot exist together in a soul, if we fill ourselves with the spirit of the world, we necessarily lose that of Jesus Christ. Today, ask God earnestly through the intercession of the two holy Apostles whose feast the Church is celebrating to inspire you always with more and more separation from the corrupt world and with an attraction to the holy way of the life of Jesus Christ.

Page 59: OTTUBRU 2021

58 SIGNUM FIDEI

TALBA lil San Ġuda

O appostlu qaddis San Ġuda, sew fidil u ħabib ta’ Ġesù,

il-poplu jagħtik ġieħ u jsejjaħlek bħala patrun ta’ dawk neqsin mit-tama u ħwejjeġ kważi mitlufa.

Itlob għalija għax jien ninsab bla ħila u waħdi. Jekk jogħġbok agħtini l-għajnuna, f’dawn l-aktar mumenti ta’ bżonn,

biex ikolli l-faraġ u l-għajnuna mis-sema fil-bżonnijiet tiegħi, fin-niket tiegħi u fit-tbatijiet tiegħi.

U hekk infaħħar ’l Alla miegħek għal dejjem. Ammen.

Missierna ...

Il-Ġimgħa, id-29 t’Ottubru Santa Margerita

Il-Beatu Mikiel Rua - presbiteru Il-Martri ta’ Douai

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Rumani 9: 1-5 Nixtieq li kont jiena stess maqtugħ minn Kristu minħabba f’ħuti. 2. Salm147: 12-15.19-20 Sebbaħ, Ġerusalemm, il-Mulej. 3. Luqa 14: 1-6 Min minnkom se jaqagħlu ibnu jew barri f’ġiebja u għax ikun is-Sibt ma jmurx malajr itellgħu minn hemm? IL-BEATU MIKIEL RUA (1837-1910) - saċerdot Dan il-beatu għen lil San Ġwann Bosco u kien is-suċċessur tiegħu bħala

rettur maġġur tas-Salesjani. Taħt it-tmexxija tiegħu, is-soċjetà, fi 22 sena kibret minn 800 għal 4000

membru. Mikiel iltaqa’ ma’ Dun Bosco wara li mietlu missieru. Ta’ 16-il sena huwa

beda jmur is-seminarju u jgħix ma’ dan il-qaddis fl-oratorju, fejn kien inkarigat mid-dixxiplina u mill-finanzi.

Ta’ 18-il sena kien l-ewwel fost id-dixxipli ta’ Dun Bosco li għamel il-voti reliġjużi u tliet snin wara huwa akkompanja lill-fundatur tiegħu f’Ruma u ġarr kopja tal-kostituzzjonijiet miktuba minn idu stess għall-Papa Piju IX.

Meta Dun Rua sar qassis, Dun Bosco ħabbarlu li kellu jara s-soċjetà tinfirex, li kellu jaħdem u jbati iżda li kellu jkollu wkoll il-faraġ u l-għajnuna tal-Mulej.

Dun Rua ġie Malta darbtejn. Il-Papa Pawlu VI ddeskrivih bħala qassis xipli, kollu tjubija u ħlewwa, ħsiebu

Page 60: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 59

fi dmirijietu u kollu sagrifiċċju. Waqt il-beatifikazzjoni ta’ Don Rua, l-istess Papa ddikjara hekk fuq dan il-beatu: “Il-Familja Salesjana kellha l-oriġini tagħha f’Don Bosco, il-kontinwità tagħha f’Don Rua ... Huwa għamel l-eżempju ta’ Don Bosco fi skola, ir-Regola tiegħu fi spirtu, il-qdusija tiegħu f’mudell; huwa għamel xmara minn għajn tal-ilma.”

Riflessjoni: Matul il-proċess quddiem Pilatu, Ġesù, mistoqsi jekk kienx sultan, għall-ewwel jiċħad li kien f’sens terren u politiku; imbagħad it-tieni darba jwieġeb: “Int qed tgħidu; jien sultan. Għal dan twelidt u għal dan ġejt fid-dinja: biex nagħti xhieda għall-verità” (Ġw. 18, 37). Din it-tweġiba tgħaqqad il-missjoni rjali u saċerdotali tal-Messija mal-karatteristika essenzjali tal-missjoni profetika. Il-profeta, infatti huwa msejjaħ u mibgħut biex jagħti xhieda lill-verità. Bħala xhud tal-verità huwa jitkellem f’isem Alla. Huwa b’mod partikulari fil-figura ta’ David, sultan u profeta, li l-karatteristika profetika hija marbuta mal-vokazzjoni rjali. Il-Papa San Ġwanni Pawlu II

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle Med. 125, silta mit-3 punt

Have you no attachment to anything, so that you can say that you would have no trouble to give it up? Do you have more esteem for one creature than for another? When you are deprived of something of finer quality and given something else less fine, are you satisfied? By such experiences you can judge whether you are attached to anything and whether you have contempt for all creatures. Do you have a taste for prayer and the interior exercises because they bring you to God? Are you gladly occupied with thoughts of God and with conversation about God? Is there anything besides what concerns God that matters to you and that touches you? Does a sin, however slight it might seem, cause you more grief than anything you could suffer? In your work do you prefer the task of inspiring piety in the children above everything else, no matter what? By such indications you will know whether you seek only God and whether you seek him in truth.

TALBA

Mulej Ġesù Kristu, agħmel li ngħannu l-għanja ta’ tifħirek,

nithennew fik biss, ngħixu ħajja rżina,

nitilqu wara daharna dak kollu li jħabbatna, u ngħidu lilek biss dak li neħtieġu,

biex bis-sliem li tagħtina nkunu nistgħu ngħammru

fis-saltna ta’ Ġerusalemm tas-sema. Dan jista’ jseħħ bil-għajnuna tiegħek;

Inti mbierek u msebbaħ għal dejjem.Ammen. Sant’ Antnin ta’ Padova

Missierna ...

Page 61: OTTUBRU 2021

60 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, it-30 t’Ottubru L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt Il-Beatu Duminku Collins – reliġjuż u martri

Il-Beata Tereża ta’ San Ġużepp Tauscher - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Rumani 11: 1-2a.11-12.25-29 Jekk il-ħtija tagħhom sfat ta’ ħafna ġid għad- dinja, kemm ser tkun aktar is-salvazzjoni tagħhom ilkoll! 2. Salm 93: 12-15.17-18 Il-Mulej ma jitlaqx il-poplu tiegħu. 3. Luqa 14: 1.7-11 Kull min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken, jitkabbar.

IL-BEATU DUMINKU COLLINS (1566-1602) - Brother Ġiżwita u martri Twieled fl-1566 minn familja kattolika, f’Youghal, Cork, l-Irlanda. Kemm

missieru u wara ħuh kienu s-sindku tal-belt. Aktarx attenda l-iskola tal-Ġiżwiti.

Fl-1583 salpa lejn Franza, u hemmhekk daħal fl-armata kattolika tad-duka Mercoeur u biż-żmien sar gvernatur militari. Biż-żmien ġie trasferit għal Spanja.

Fl-1598, iltaqa’ ma’ Ġiżwita Irlandiż li ġie biex iqarar lis-suldati fir-Randan. Duminku wrieh ix-xewqa li jidħol Ġiżwita. Ma tantx għamillu kuraġġ minħabba l-livel ta’ studju, però Dumink wieġeb li għalih kien biżżejjed li jidħol bħala Brother.

Baqa’ jirsisti għaliex għall-ewwel il-Ġiżwiti ma ridux jaċċettawh. Fl-aħħar beda n-novizzjat f’Santiago De Compostela.

Faqqgħet il-pesta u Br. Collins wera qlubija kbira, dar mal-vittmi, morda u l-moribondi.

Fl-1601 reġa’ lura l-Irlanda flimkien ma’ Ġiżwita ieħor, biex jagħti l-għajnuna lis-suldati waqt il-gwerra mal-Ingliżi. Sab ruħu assedjat flimkien ma’ 143 suldat f’kastell żgħir għal diversi xhur. Hawn reġa’ mill-ġdid wera kuraġġ kbir idur mal-feruti u dawk moribondi.

Saħansitra pprova jagħti lilu nnifsu bħala ostaġġ sabiex jieqaf il-ġlied, però kien kollu għalxejn.

Fl-aħħar lilu flimkien ma’ tnejn oħra żammewhom pruġinieri u l-oħrajn inqatlu kollha.

Kien interrogat f’Cork. Sofra terturi liema bħalhom biex jippruvaw jibdlulu fehmtu u jipperswaduh isir protestant. Saħansitra anke membri mill-familja tiegħu qalulu jagħmilha tabirruħu dar biex jeħles il-martirju, però Duminku baqa’ ma ċediex.

Fil-31 ta’ Ottubru 1602, libes il-libsa ta’ Ġiżwita, għaddewh mit-toroq ta’ beltu għal post tal-eżekuzzjoni.

Page 62: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 61

Tkellem bil-ħeġġa mal-folla bl-Irlandiż, Ingliż u Spanjol. Qalilhom li kien ferħan li kien reġa’ lura l-Irlanda biex jiddefendi l-fidi Kattolika. Huwa ġie mgħallaq quddiem folla emozzjonata għall-aħħar.

Bil-lejl xi Kattoliċi tal-belt, ħadu l-ġisem tiegħu u difnuh f’post sigriet. Mal-ewwel beda jissejjaħ venerabbli u l-fama tiegħu nxterdet mal-Irlanda u l-Ewropa. Ħafna mirakli ġew attribwiti l-interċessjoni tiegħu.

Il-Papa Ġwanni Pawlu II bbeatifikah, fl-1992. Huwa wieħed mill-aktar beati popolari fl-Irlanda.

Riflessjoni, mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tielet Ktieb, kap. 22: Kulma għandna f’ruħna u f’ġisimna; kulma jinsab fina minn barra u minn ġewwa; il-ġmiel kollu li tajtni bħala bniedem u bħala ruħ li tixbah lilek; kollha huma doni tiegħek, u jgħallimna nsebbħuh bħala għajn ta’ tjieba, ħlewwa u qdusija, li minnha nieżel fuqna dan il-ġid kollu. Għalkemm wieħed jinsab imżejjen b’bosta doni, u l-ieħor b’inqas, sewwa dawn u sewwa dawk huma kollha doni tiegħek; u kieku ma kontx inti ma kienx jista’ jkollna anqas il-ftit. Dak li tajtu bosta doni, ma għandux għax jintefaħ bih innifsu, jew anqas jitkabbar u jżeblah lill-oħrajn għax l-ikbar u l-aħjar bniedem hu dak li jżomm ruħu bi ċkejken, u li jirringrazzja lilek bl-umiltà kollha u bid-devozzjoni. U min iżomm ruħu bl-iżgħar fost kulħadd, min igħid li hu ma ħaqqux li int tagħnih bid-doni tiegħek, dan ikun qiegħed jistiednek biex aktar tagħtih.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 69, silta mit-3 punt

You ought to seek to edify your virtues particularly by your seriousness and self-

control. If they notice in you any signs of levity or thoughtlessness, they will easily be scandalized, whereas if you go among them in a reserved manner, they will have a high regard for you. To this might be added what the Wise Man says, that people judge others by their external appearance. So people will readily come to the conclusion that there is little piety and recollection in you whenever they see you in thoughtless behavior. But if you show a simple and serious exterior, people will soon conclude that your inner life too is well-controlled and that there is reason to believe that you are fit to educate your disciples in the Christian spirit.

TALBA Issa li sejjaħtli biex inxandar il-kelma tiegħek,

għinni ngħix bik, Mulej, u nkun strument tal-paċi tiegħek.

Ġorrni mit-Tabor tal-kontemplazzjoni, lejn il-witja tal-impenn fil-ħajja ta’ kuljum.

U jekk l-għemil inixxifli ħajti, mexxini lejn l-għolja tas-silenzju.

Minn hemm fuq nikxef is-sigrieti tal-kontemplazzjoni, u l-ħarsa tiegħi missjunarja tasal aktar malajr

lejn it-trufijiet tal-art. Don Tonino Bello

Missierna ...

Page 63: OTTUBRU 2021

62 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, il-31 t’Ottubru Il-31 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Dewteronomju 6: 2-6 Isma’, o Iżrael: ħobb lill-Mulej b’qalbek kollha. 2. Salm 17: 2-4,47,51ab Inħobbok, Mulej, qawwa tiegħi. 3. Lhud 7: 23-28 Ġesù għandu saċerdozju li ma jintemm qatt. 4. Mark 12: 28b-34 Il-kmandament tal-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu.

Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Il-Vanġelu tal-lum jeħodna fil-qalba tal-messaġġ tal-Kristjaneżmu iżda fl-istess ħin jagħtina impressjoni ta’ xi ħaġa li drajna nisimgħu dwarha. L-istedina għall-imħabba nsibuha kullimkien; mill-poeżija għall-kanzunetti. Jekk tassew l-imħabba hi ħaġa daqshekk sabiħa u faċli, għaliex madwarna naraw daqshekk mibgħeda u pika; kif il-qrati dejjem għandhom x’jagħmlu? L-impressjoni hi li din l-imħabba hija prodott ta’ kunċett ta’ valuri astratti li iżjed qegħdin jiġu esibiti aktar milli pprattikati.

Biex nevitaw li naqgħu f’din in-nassa, fil-vanġelu tal-lum irridu nħarsu iktar lejn min qed iwasslilna l-messaġġ, milli lejn il-messaġġ fih innifsu. Hekk naraw kif għal Alla u għall-proxxmu l-imħabba mhijiex xi ħaġa banali jew li tiġi waħedha imma hija l-verità assoluta li jipproponiha fil-persuna ta’ Ġesù li mhux biss jipprietkaha imma jgħixha b’kull ma jgħid u jagħmel.

L-istedina tiegħu li npoġġu l-imħabba fiċ-ċentru tal-ħajja jistħoqqilha turija ta’ fidi għax Hu għex l-imħabba f’ħajtu. Għalhekk Kristu biss jista’ jgħidilna xi jfisser li tħobb u flimkien jgħinna biex inħobbu ’l xulxin tassew. Għalhekk inħallu l-Kelma t’Alla ddawwalna, din tgħidilna kif qabel kollox għandna nħobbu lil Alla. Tajjeb nirrepetuha, għaliex dan l-aħħar, anki fost dawk li jemmnu u jipprattikaw kien hemm xi distrazzjonijiet dwar dan. Alla ma jippretendix li nħobbu lilu biss, anzi li nħobbbu lilu l-ewwel imbagħad insiru kapaċi nħobbu lilna nfusna u lill-proxxmu tagħna b’mod awtentiku u ladarba Alla Hu l-imħabba perfetta jerġa’ jibgħat l-imħabba li nagħtuh fuqna bħala grazzja tiegħu, imkattra u ppurifikata minn kull nuqqas u minn kull egoiżmu. Din hi ħaġa kbira wisq biex nifhmuha. Dan mhux xi twemmin astratt jew xi sentiment vojt. Ġesù jisħaq li lill-Missier għandna nħobbuh b’qalbna kollha, b’ruħna kollha u bil-qawwa tagħna kollha.

L-imħabba tagħna lejh għandha ssir ħajjitna stess. Dak li ħabbna l-ewwel, ma qgħadx jixxaħħah fi mħabbtu lejna u ma waqafx mal-mewt tiegħu għalina, imma ried li jsir l-ikel ta’ ruħna fl-ewkaristija. Il-prova tal-imħabba tagħna lejn Alla hija l-imħabba tagħna għall-proxxmu. Hawnhekk ma nistgħux ninħbew jew naħarbu. L-imħabba lejn il-proxxmu toffrilna xi ħaġa konkreta u konsistenti li tikxef il-verità fuq dak li wieħed jgħid u dak li fil-fatt hu.

Page 64: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 63

Lill-bniedem modern li jimxi wisq fuq is-sentimenti, Ġesù jgħidlu li l-imħabba hija vera biss jekk ikollha l-għeruq fl-imħabba lejn Alla. Lil dawk li jemmnu jfakkarhom biex ma jafdawx biss fuq il-fidi tagħhom, l-imħabba lejn Alla hi vera biss jekk magħha hemm l-imħabba għall-proxxmu.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 67, silta mill-1 punt

To you especially Jesus Christ addresses these words of today’s Gospel: Seek first the kingdom of God. You ought not to have come to this community except to seek here the reign of God: first, for you, and second, for those whose instruction God has entrusted to you. Here you ought to seek only to establish this reign of God within your soul, both in this life and in the next. For this present life, you must not be concerned about anything except to make God reign in your heart by his grace and by the fullness of his love. It is for God that you ought to be living; it is the life of God that ought to be the life of your soul. You nourish the life of your soul with God’s life by being occupied with his holy presence as much as you are able. What characterizes the life of the saints is their continual attention to God; this ought also to be true of souls consecrated to God, who seek only to do his holy will, to love him, and to cause him to be loved by others.

TALBA O Alla tiegħi,

Missier ħanin immensament, Inti qed issejjaħli biex nemmen

lil Ibnek l-Għażiż. Imma ta’ spiss jiġrili

li bla ma naf qed neqred lili nnifsi. Biex nipprova nifhem xi rrivelali fuqu nnifsu

agħtini l-paċenzja u l-perseveranza; ħaffer ġo fija x-xewqa li nifhem aħjar min Hu,

u għaliex ġie f’din id-dinja fost il-bnedmin, Hu li hu Alla.

Agħtini qalb umli, miftuħa għall-imħabba

u dejjem lesta biex tintelaq bi mħabba li qatt ma tispiċċa.

Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 65: OTTUBRU 2021

64 SIGNUM FIDEI

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-providenza tiegħek, inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITÀ, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien, imdawwla bl-entużjażmu tal-ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-melħ tad-dinja, id-dawl tad-dinja, l-aktar fost il-fqar u, dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesù Kristu, ibnek l-għażiż. Ammen. Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei jekk jogħġbu jikkuntatja lil: Signum Fidei, Dar il-Frères, Triq Antonio Sammut, Il-Gżira. GŻR1563

Page 66: OTTUBRU 2021

SIGNUM FIDEI 65

THE ROSARY IS OF DIVINE

ORIGIN

The origin of this form of prayer (the

rosary) is divine rather tha human

Pope Leo XIII

In 12th sentuary Spain, a women named Juana experienced a most intriguing vision. She was pregnant at the time of the vision, and understood it to contain a heavenly message about a child she was bringing into this world. The women herself was very holy. Today she is known as Blessed Jane of Aza, and her feast day is August 2.

In 1170, Jane gave birth to a baby boy and named him Dominic. In the vision she had experienced during her pregnancy, she observed a dog leaping from her womb with a flaming torch in its mout. The dog went all throughout the world, setting the world on fire with the torch. Undeknownst to her at the time, her son Dominic would end up founding a religious order called the Order of Preachers (more commonly known as the Dominicans). The mission of the Dominicans would be to set the world on fire with love for Jesus through zealous preaching on the sacred mysteries of Christianity. In time, due to play on words in Latin, the Dominicans would often be described as the Domini canes, the “dogs of God.” Fullfilinh his mother’s proġhetic vision, Dominic’s heavenly houds, travers the highways and by waysof the world, :sniffing” out heresy and eradicating it from the hearts and minds of the wayword. Thus, the majority of paintings of St. Dominic depict a dog with a torch in its mouth by St. Ominic’s side. One of the brightest torches to ever to light up the darkness was given to the world through blessed Jane’s son. It is the divine wonder of the rosary .

Fr. Donald H. Calloway