Newsletter bridge may.pdf · 2014-12-16 · Il-Kunċert ‘Mixjietna’ f Nhar is-17 ta’ Mejju,...

12
THE BRIDGE ISSUE 1 The Bridge MINISTRY FOR FOREIGN AFFAIRS . MALTA. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr.George W.Vella jissokta bil-ħidma diplomatika barra l-pajjiż. Fil-bidu ta’ Mejju, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr.George W.Vella indirizza l-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Kunsill tal- Ewropa fi Vjenna. Fid-diskors tiegħu Dr.Vella ħeġġeġ biex fil-kunsill tal-Ewropa jissaħħaħ id-djalogu fosthom fuq l-immigrazzjoni, xenofobija u l- estremiżmu minħabba l-bidliet demografiċi. Dr.Vella tkellem ukoll fuq is-sitwazzjoni sfortunata ta’ bosta mill-pajjiżi li kienu jiffurmaw parti mill- Unjoni Sovjetika u li issa qed jippruvaw jersqu qrib tal-Unjoni Ewropea, fosthom l-Ukrajna. MAY 2014

Transcript of Newsletter bridge may.pdf · 2014-12-16 · Il-Kunċert ‘Mixjietna’ f Nhar is-17 ta’ Mejju,...

Page 1: Newsletter bridge may.pdf · 2014-12-16 · Il-Kunċert ‘Mixjietna’ f Nhar is-17 ta’ Mejju, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tella’ l-kunċert ‘Mixjietna’ biex

THE BRIDGE ISSUE 1

The

Bridge

MINISTRY FOR FOREIGN AFFAIRS . MALTA.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr.George

W.Vella jissokta bil-ħidma diplomatika barra l-pajjiż.

Fil-bidu ta’ Mejju, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr.George W.Vella indirizza l-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Kunsill tal-

Ewropa fi Vjenna. Fid-diskors tiegħu Dr.Vella ħeġġeġ biex fil-kunsill tal-Ewropa jissaħħaħ id-djalogu fosthom fuq l-immigrazzjoni, xenofobija u l-

estremiżmu minħabba l-bidliet demografiċi. Dr.Vella tkellem ukoll fuq is-sitwazzjoni sfortunata ta’ bosta mill-pajjiżi li kienu jiffurmaw parti mill-

Unjoni Sovjetika u li issa qed jippruvaw jersqu qrib tal-Unjoni Ewropea, fosthom l-Ukrajna.

MAY 2014

Page 2: Newsletter bridge may.pdf · 2014-12-16 · Il-Kunċert ‘Mixjietna’ f Nhar is-17 ta’ Mejju, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tella’ l-kunċert ‘Mixjietna’ biex

THE BRIDGE | Issue # 2

Fi Vjenna l-Ministru Dr.George Vella ltaqa’ mill-ġdid mas-segretarju ġenerali tal-OSCE, Lamberto Zannier.

F’Mejju Dr.Vella mill-ġdid irrapreżenta lil Malta fil-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, bis-suġġett tal-Ukrajna jibqa’

jiddomina dawn il-laqgħat.

Page 3: Newsletter bridge may.pdf · 2014-12-16 · Il-Kunċert ‘Mixjietna’ f Nhar is-17 ta’ Mejju, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tella’ l-kunċert ‘Mixjietna’ biex

THE BRIDGE | Issue # 3

Laqgħa mportanti matul Mejju, kienet dik mal-Viċi Ministru Ċiniż għall-Affarijiet Barranin Wang Chao, bit-taħdidiet li anki ssuktaw

mal-Prim Ministru Dr.Joseph Muscat, iffukaw fuq it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn iż-żewg pajjiżi fosthom fuq proġetti li se jkattru l-

ġid fl-ekonomija Maltija.

Page 4: Newsletter bridge may.pdf · 2014-12-16 · Il-Kunċert ‘Mixjietna’ f Nhar is-17 ta’ Mejju, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tella’ l-kunċert ‘Mixjietna’ biex

THE BRIDGE | Issue # 4

Dr.George W.Vella ltaqa’ mal-Ministru Ingliż għall-Commonwealth Onor.Hugo Swire, bil-laqgħa tikkonċerna l-iktar s-summit tal-

Commonwealth li se jsir f’Malta s-sena d-dieħla.

Page 5: Newsletter bridge may.pdf · 2014-12-16 · Il-Kunċert ‘Mixjietna’ f Nhar is-17 ta’ Mejju, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tella’ l-kunċert ‘Mixjietna’ biex

THE BRIDGE | Issue # 5

Il-Kunċert ‘Mixjietna’ f

Nhar is-17 ta’ Mejju, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tella’ l-kunċert ‘Mixjietna’ biex jiċċelebra l-erba’ festi Nazzjonali,

ir-Repubblika, l-Indipendenza, l-Ħelsien u l-għaxar anniversarju tad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Il-Kunċert kien taħt

il-Patroċinju tal-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca, liema kunċert ingħata bla ħlas bis-sehem tal-Orkestra

Filarmonika Nazzjonali taħt id-direzzjoni tas-surmast Miran Vaupotich, tlett solisti Lawrence Grey, Dorothy Bezzina u

Gillian Żammit, u ċ-ċellista internazzjonali Meehae Ryo.

Page 6: Newsletter bridge may.pdf · 2014-12-16 · Il-Kunċert ‘Mixjietna’ f Nhar is-17 ta’ Mejju, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tella’ l-kunċert ‘Mixjietna’ biex

THE BRIDGE | Issue # 6

Niltaqħu mas-Segretarju Permanenti tal-

Ministeru għall-Affarijiet Barranin, l-

Ambaxxatriċi Fiona –Jayne Formosa.

X’inhu x-xogħol ta’ Segretarju

Permanenti f’Ministeru?Tista’ jekk jogħġbok tagħtini ftit deskrizzjoni tax-xogħol tiegħek?

Ix-xogħol ta’ Segretarju

Permanenti huwa wieħed

intensiv u impenjattiv

ħafna iżda huwa wkoll

interessanti minħabba l-

varjazzjoni li jġib miegħu.

Ħafna mix-xogħol huwa

marbut mal-kuntatti li

għandna mal-Ambaxxati

hawn f’Malta kif ukoll l-

Ambaxxati tagħna madwar

id-dinja. Isiru laqgħat

formali u informali fuq

diversi livelli kemm fi ħdan

il-Ministeru u kemm ma’

entitajiet oħra. Tieħu

sehem wkoll f’laqgħat ma’

delegazzjonijiet li jkun qed

iżuru pajjiżna. Ix-xogħol

tiegħi huwa wkoll taħlita

ta’ xogħol ta’ natura

amministrattiva, politika u

konsolari. Apparti x-xogħol

marbut speċifikament ma’

dan il-Ministeru, hemm

xogħol ieħor li jinfirex

wkoll f’kollaborazzjoni ma’

diversi Ministeri oħra.

Mill-esperjenza tiegħek x’inhuma

l-kwalitajiet li jrid ikollok biex jirnexxielek fil-qasam tad-diplomazija?

Huwa importanti li wieħed

ikollu mhux biss għarfien

iżda wkoll interess f’ dak

li huwa għaddej lil hinn

minn pajjiżna..Fl-opinjoni

tiegħi ix-xogħol

diplomatiku jista’ jitqies

wkoll bħala djalogu li jsir

taħt diversi forom u

għaldaqstant jirrikjedi li

wieħed jisma’ l-pożizzjoni

tal-oħrajn u jipprova jasal

għal ftehim li jkun ta’ ġid

għal kull naħa,

b’attenzjoni specjali lejn l-

interessi tal-pajjiz.

Bħala segretarju permanenti l-ġdida tal-Ministeru, x’inhuma l-miri tiegħek ?

F’dawn ix-xhur u snin li

ġejjin huma bosta l-

attivitajiet li

jikkaratterizzaw ix-xogħol li

għandu jiġi mwettaq minn

dan il-Ministeru. F’inqas

minn xahrejn oħra, ser

jiltaqaw f’Malta l-

Ambaxxaturi kollha Maltin

sabiex flimkien niddiskutu

l-politika barranijia ta’

Malta, l-interessi li

għandna nipproteġġu u kif

se nkomplu nippromovu lil

Malta permezz tal-

Ambaxxati tagħna u x-

xogħol imwettaq

minnhom. Dan il-

Ministeru se jkollu rwol

importanti ferm fis-sena

2015 meta jiltaqaw

f’Malta l-kapijiet ta’ stat u

Ministri għall-Affarijiet

Barranin tal-pajjiżi tal-

Commonwealth. F’din l-

istess sena l-Ministeru,se

jkun qed jilqa’ Maltin li

jgħixu barra minn’Malta f’

Konvenzjoni li ser issir

għal ħabta ta’ April 2015.

Bdew jitfasslu wkoll il-

pjanijiet għal meta Malta

se jkollha l-Presidenza tal-

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

fl-2017. Minkejja dawn l-

appuntamenti u x-xogħol

relatat, jibqa’ fuq kollox l-

importanza tal-mod kif

jitwettaq ix-xogħol tal-

Ministeru billi nippruvaw

inkunu iktar effiċjenti, u

nirrispondu malajr għal

kriżijiet ta’ madwarna; u li

nwasslu leħen Malta u l-

pożizzjonijiet tagħna kull

fejn hemm bżonn.

Permezz tal-Ambaxxati

tagħna, u opportunitajiet

oħra bħalma huma żjarat

uffiċjali u xogħol ieħor,

irridu nkomplu wkoll

nippromovu lil Malta biex

nattiraw l-investiment

barrani. Jibqa’ wkoll

importanti ferm ix-xogħol

amministrattiv u r-riżorsi

umani ta’ dan il-Ministeru

li huma l-mutur tiegħu. Fl-

aħħar mill-aħħar kull biċċa

xogħol li ssir fil-Ministeru,

żgħira kemm hi żgħira jew

kbira kemm hi kbira, hija

mportanti u għaldaqstant

nixtieq nirringrazzja lil kull

membru tal-istaff li ta’

kuljum jagħtu s-sehem

tagħhom f’dan il-

Ministeru.

Page 7: Newsletter bridge may.pdf · 2014-12-16 · Il-Kunċert ‘Mixjietna’ f Nhar is-17 ta’ Mejju, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tella’ l-kunċert ‘Mixjietna’ biex

THE BRIDGE | Issue # 7

Malta tipparteċipa f’avveniment ta’ ġbir ta’

fondi tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York

L-Ambaxxatur Chris Grima u s-sinjura tiegħu, mart is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda Ban Soon-taek, u membri taċ-

Ċentru Malti fi New York.

Il-Missjoni Permanenti tar-

Repubblika ta’ Malta għan-

Nazzjonijiet Magħquda fi

New York ħadet sehem

f’avveniment internazzjonali

ta’ ġbir ta’ fondi taħt il-

patroċinju ta’ mart is-

Segretarju Ġenerali tan-

Nazzjonijet Magħquda fil-

Kwartieri Ġenerali tan-

Nazzjonijet Magħquda fi New

York.

Parteċipazzjoni f’avveniment

bħal dan pprovidiet

opportunita’ eċċellenti għall-

Missjoni Permanenti Maltija

sabiex tkun tista’ tagħmel

promozzjoni għal Malta kif

ukoll sabiex tesibixxi u tbiegħ

prodotti Maltin ta’ kwalita’ fi

New York, inkluż lil persuni

minn Stati Membri tan-

Nazzjonijiet Magħquda oħra,

waqt li fl-istess ħin, isir ġbir

ta’ fondi għal tfal fil-bżonn

madwar id-dinja. Parti mill-

qliegħ ser imur ukoll għal

“United Nations Central

Emergency Response Fund”.

Il-Missjoni Permanenti

Maltija fi New York ġabret

kważi 2000 Dollaru

Amerikan. Minn

parteċipazzjoni ta’ madwar

100 Stat Membru tan-

Nazzjonijiet Magħquda f’dan

l-avventiment ta’ ġbir ta’

fondi, Malta ġiet ma’ ta’

quddiem minn dawk li l-aktar

li gabru flus matul il-gurnata.

Numru ta’ kumpaniji Maltin

rrispondew għal din l-

inizjattiva tal-Missjoni Maltija

għan-Nazzjonijiet Magħquda

b’mod mill-aktar ġeneruż. Il-

kumpaniji li pprovdew il-

prodotti tagħhom għal dan l-

avveniment huma: Exquisite

Jewellery, Gozo Cottage,

Mdina Glass, Potterware Ltd,

Magro Brothers (Savina

Products) u Valletta Glass. Il-

Grupp Corinthia għamel

donazzjoni ta’ numru ta’ ljieli

b’xejn fil-lukandi tagħhom

f’Malta b’numru ta’ vouchers

li kienu mtella’ bl-lotterija

għal karita’.

Viżitaturi għall-istand ta’

Malta setgħu anki jduqu u

jixtru prodotti oħra Maltin

bħal Kinnie, ġbejniet,

pastizzi, imqaret, biskuttini

Maltin u ħobż biż-żejt, kollha

mogħtija b’donazzjoni u

magħmulin friski minn

membri taċ-Ċentru tal-Maltin

fi New York.

.

Page 8: Newsletter bridge may.pdf · 2014-12-16 · Il-Kunċert ‘Mixjietna’ f Nhar is-17 ta’ Mejju, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tella’ l-kunċert ‘Mixjietna’ biex

THE BRIDGE | Issue # 8

Implementing Malta’s Commercial and

Economic Diplomacy:

The Joint Stakeholders Working Council

By Dennis Grech - First Secretary

In order to strengthen its

role in the field of

commercial and economic

diplomacy, the Ministry for

Foreign Affairs (MFA) has

established a Joint

Stakeholders Working

Council (JSWC), which

involves the participation

of a number of private and

public sector bodies active

in the promotion of Malta

overseas.

The JSWC is meeting at

least once a month to

coordinate the country’s

efforts to promote trade

and foreign investment. It

is the Ministry’s stated

objective that Malta’s

diplomatic

representations abroad,

as well as its extensive

network of Honorary

Consuls, adopt a more

pro-active approach to the

promotion of foreign trade

and investment, especially

in light of the country’s

dependence on the

international market place

for the generation of

economic activity.

Page 9: Newsletter bridge may.pdf · 2014-12-16 · Il-Kunċert ‘Mixjietna’ f Nhar is-17 ta’ Mejju, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tella’ l-kunċert ‘Mixjietna’ biex

THE BRIDGE ISSUE 1

Rokna mit- Għoljiet Minn Dr.Ray Xerri

Id-Direttorat tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

Kurżitajiet Għawdxin..

kelmiet Għawdxin Bajju tfisser persuna baħnana (silly, blockhead).

Bankunċin tfisser biskuttin (almond biscuit).

Loċċa tfisser persuna korrotta (corrupt person).

3 Kelmiet li f’Malta jfissru mod u f’Għawdex tista’ tfisser xi ħaġa oħra

Il-Kelma, akkwista f’Malta tfisser akwisizzjoni pero’ f’Għawdex tfisser il-verb takwista.

Il-Kelma ċekċek f’Malta tfisser li toħloq suċċessjoni ta’ ħsejjes, f’Għawdex tfisser tkanta.

Il-Kelma koċċ f’Malta tfisser kwantita’żgħir u f’Għawdex tfisser kwantita’ kbir.

Kelmiet li minkejja li jfissru l-istess f’Malta

jinkitbtu mod u f’Għawdex differenti

Aloe f’Malta, pero’ f’Għawdex tinħass u tinkiteb Alwa

Ċiċċarda f’Malta, pero’ f’Għawdex tinħass u tinkiteb Ċikkarda

Żenżen f’Malta, pero’ f’Għawdex tinħass u tinkiteb Żenżel

Page 10: Newsletter bridge may.pdf · 2014-12-16 · Il-Kunċert ‘Mixjietna’ f Nhar is-17 ta’ Mejju, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tella’ l-kunċert ‘Mixjietna’ biex

THE BRIDGE | Issue # 10

Kont taf li... fatti dwar Għawdex - Il-lokalita’ Għawdxija tal-Qala għandha l-akbar numbru ta’ bajjiet f’Għawdex - disgħa b’kollox li waħda

biss hi aċċessibli bil-karozza – dik ta’ Ħondoq ir-Rummien.

- L-ikbar lokalita’ fil-Gżira Għawdija hija l-kapitali – l-Belt Victoria b’kważi 8,000 resident.

- Il-pjanta uffiċjali ta’ Għawdex hija , Helichrysum melitense, Serpraviva f’Għawdex (bl-Ingliz, Maltese

Everlasting) tikber madwar Għawdex kollu.

Kont taf li...dawn it- personaġġi

kienu Għawdxin? - L-E.T. Mikiel Franġisk Buttigieg, Fundatur tad-Djoċesi u l-

ewwel Isqof ta’ Għawdex

- Il-Maġistrat Salv Attard, l-ewwel Maġistrat Għawdxi fuq il-

Qrati Għawdxin

- Dun Saver Cassar, ll-Uniku mexxej ta’ Għawdex

Independenti wara li tkeċċew il-Franċiżi

Stroffi f’poeżija dwar Għawdex

GĦAWDEX Gżira sabiħa, art il-ħlewwa u l-għana,

Saltna tal-għasel, tal-bżulija xehda,

Ġawhra ta’ tieba, sebħ u ġieħ ta’ ġensna,

Ħolma mixtieq taż-żgħożija mbiegħda.

Fik ried iwaqqaf il-ħolqien daħkani

L-isbaħ għerejjex ta’ l-għamara tiegħu,

Lilek ħ’tar Alla, x’ħin fuq ġbinek biesek,

Kbir neddejja tal-qawwiet ta’ driegħu.

Seħer għoljietek, ġwejda u koħol l-ibħra,

Għaxqa t-tiżwiq tal-widien ħadrana;

Dehra li tirbħek dawk l-għelieqi tmewweġ,

Ħidma għaqlija ta’ dirgħajn felħana.

Ġorġ Pisani.

Page 11: Newsletter bridge may.pdf · 2014-12-16 · Il-Kunċert ‘Mixjietna’ f Nhar is-17 ta’ Mejju, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tella’ l-kunċert ‘Mixjietna’ biex

THE BRIDGE | Issue # 11

Nota Editorjali

Huwa ta’ pjaċir kbir għalija li qed naħdem fuq din il-pubblikazzjoni online, li l-għan aħħari tagħha hu li sservi

bħala pont bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Maltin, sew dawk li jgħixu Malta u anki dawk li jgħixu

barra l-pajjiż.

Dawk interessati li jissottomettu ideat jew kontribuzzjonijiet jistgħu jagħmlu kuntatt miegħi fuq :

[email protected]

Maria Muscat

Communications Coordinator

Ministeru Għall-Affarijiet Barranin

Page 12: Newsletter bridge may.pdf · 2014-12-16 · Il-Kunċert ‘Mixjietna’ f Nhar is-17 ta’ Mejju, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tella’ l-kunċert ‘Mixjietna’ biex

THE BRIDGE | Issue # 12