Marka KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal Kirkop · 2016. 1. 13. · B’dan il-kliem...

8
Kulleġġ San Benedittu Sekondarja Kirkop Sena 2015 Paġna 1 minn 8 IR-RABA’ KLASSI MALTI ĦIN: SAGĦTEJN Mistoqsija A B Ċ Di Dii E Taħdit TOTAL Smigħ Marki 10 15 8 13 14 20 10 100 10 Marki tal-istudent Marka KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal Kirkop L-EŻAMI TA’ NOFS IS-SENA – 2014/2015 Rotta 3 Isem: _________________________________ Klassi: ___________ L-Istruzzjonijiet lill-istudenti: Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub. Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati aħjar. Kummenti: _______________________________________________________________________ _______________________________________________________________________ _______________________________________________________________________ _______________________________________________________________________

Transcript of Marka KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal Kirkop · 2016. 1. 13. · B’dan il-kliem...

  • Kulleġġ San Benedittu Sekondarja Kirkop Sena 2015 Paġna 1 minn 8

    IR-RABA’ KLASSI MALTI ĦIN: SAGĦTEJN

    Mistoqsija A B Ċ Di Dii E Taħdit TOTAL Smigħ

    Marki 10 15 8 13 14 20 10 100 10

    Marki tal-istudent

    Marka

    KULLEĠĠ SAN BENEDITTU Skola Sekondarja, Ħal Kirkop

    L-EŻAMI TA’ NOFS IS-SENA – 2014/2015

    Rotta 3

    Isem: _________________________________ Klassi: ___________

    L-Istruzzjonijiet lill-istudenti:

    Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub.

    Ortografija, punteġġjatura, sintassi, ideat u preżentazzjoni tajbin

    jgħinuk biex tikseb riżultati aħjar.

    Kummenti:

    _______________________________________________________________________

  • Kulleġġ San Benedittu Sekondarja Kirkop Sena 2015 Paġna 2 minn 8

    SILTA GĦALL-ISTĦARRIĠ:

    Aqra sewwa din is-silta u wara wieġeb il-mistoqsijiet

    dwarha:

    Din li ġejja hija l-istorja ta’ qassis Sqalli, Don Giuseppe

    Puglisi, kappillan ta’ Brancaccio, kwartier żgħir u mitluq ta’

    Palermo, li għax ma beżax jeħodha kontra l-mostru tal-Mafja,

    safa vittma tal-kritika, imtela bid-djun u fl-aħħar dabbar tir

    ta’ pistola f’għonqu. L-eżempju ta’ dan il-qassis kuraġġjuż għandu jimliena bil-

    kuraġġ biex ma nieqfu qatt neħduha kontra l-ħażen kbir li hawn madwarna.

    Don Puglisi ma kienx xi simbolu pubbliku tal-ġlieda kontra l-Mafja. Kien biss

    qassis trankwill li mill-pulptu kien saħansitra stieden lill-għedewwa moħbija

    tiegħu: “Ejjew nitkellmu u niddiskutu ... ”

    Don Puglisi kien iben skarpan ta’ ħajja Nisranija devota. Huwa kien il-fustani

    bejn żewġ aħwa subien. Ħuh il-kbir qagħad jistennieh isir qassis qabel iżżewweġ

    biex iżewġu hu. Tul il-karriera tiegħu fi ħdan il-knisja kien qassis fil-kwartier

    mafjuż ta’ Settecannoli, għalliem fis-Seminarju, kappillan ta’ istitut għall-orfni

    tal-ħaddiema, viċi kappillan ta’ Valdesi u ta’ 34 sena ngħata l-kariga ta’ kappillan

    ta’ Godrano, fejn dam seba’ snin.

    Meta sar kappillan ta’ Brancaccio, zona kkontrollata mill-aħwa Graviano, kapi-

    Mafja marbutin mal-familja tal-boss Leoluca Bagarella, Don Giuseppe ma

    ppruvax jikkonverti lil min kien ilu li nqabad fix-xibka tal-Mafja imma għamel

    minn kollox biex ma jħallix jidħlu fiha lit-tfal li kienu jiġru barra fit-toroq u li

    kienu jħarsu lejn il-Mafjużi bħala idoli tagħhom u nies li jistħoqqilhom rispett.

    Pemezz ta’ attivitajiet u ta’ logħob kien jurihom kif wieħed jista’ jikseb ir-rispett

    tal-oħrajn mingħajr ma jkun kriminal, u dan jagħmlu billi sempliċiment iħaddan

    ideat u valuri tajba. Don Puglisi neħħa mit-toroq ħafna tfal li mingħajru kienu

    jibdew b’xi serqa żgħira u jispiċċaw jittraffikaw id-droga. B’hekk huwa sar

    ostaklu għall-Mafja għax kien joħdilhom it-tfal!

    Fil-15 ta’ Settembru tal-1993, għal xi d-9pm, huwa ħareġ mill-karozza tiegħu biex

    jidħol fid-dar tiegħu wara surprise party li kienu organizzawlu f’għeluq sninu.

    Fuq l-għatba tad-dar, il-Mafjużi Salvatore Grigoli u Gaspare Spatuzza sparaw tir

    f’għonq il-qassis li ħallieh mejjet.

  • Kulleġġ San Benedittu Sekondarja Kirkop Sena 2015 Paġna 3 minn 8

    A. FEHIM IT-TEST (10 marki)

    B. GĦARFIEN IL-LINGWA (15-il marka)

    1. Kontra min ħadha Don Giuseppe Puglisi? (par. 1) (marka)

    _________________________________________________________________________________________________________________

    2. X’jismu l-kwartier f’Palermo li tiegħu kien kappillan Don Puglisi? (par. 1) (marka)

    _________________________________________________________________________________________________________________

    3. X’xogħol kien jagħmel missier Don Puglisi? (par. 3) (marka)

    _________________________________________________________________________________________________________________

    4. Kemm kellu wlied b’kollox missier Don Puglisi? (par. 3) (marka)

    ________________________________________________________________________________________________________________

    5. X’jismu l-lokal li fih Don Puglisi kellu x-xogħol ta’ vic i kappillan? (par. 3) (marka)

    _________________________________________________________________________________________________________________

    6. Minn min kien ikkontrollat il-kwartier ta’ Brancaccio? (par. 4) (marka)

    _________________________________________________________________________________________________________________

    7. Skont Don Puglisi, kif seta’ wieħed jikseb ir-rispett mingħajr ma jkun kriminal? (par. 4) (marka)

    _________________________________________________________________________________________________________________

    8. X’neħħa mit-toroq Don Puglisi? (par. 4) (marka)

    _________________________________________________________________________________________________________________

    9. Meta jagħlaq sninu Don Puglisi? (par. 5) (marka)

    _________________________________________________________________________________________________________________

    10. Fejn inqatel il-qassis? (par. 5) (marka)

    _________________________________________________________________________________________________________________

    GRAMMATIKA/MORFOLOĠIJA

    1. Oħrog l-għerq ta’: (a) imtela (par. 1) _____________________

    (b) nqabad (par. 4) _____________________ (2 marki)

    2. Imla l-vojt b’konġunzjoni xierqa skont it-tifsira li hemm fil-parentesi. (2 marki)

    a. Ma mortx nara l-logħba _____________________ kienet ix-xita. (tar-raġuni/kaġun)

    b. Ix-xemx kienet qed tiddi _____________________ xorta kien il-bard. (tas-subordinazzjoni)

    3. Il-kong unzjoni għalhekk hi: magħquda _______ jew magħżula _______. (marka)

  • Kulleġġ San Benedittu Sekondarja Kirkop Sena 2015 Paġna 4 minn 8

    4. Daħħal avverbju skont kif mitlub fil-parentesi. (2 marki)

    a. _________________ ma nerg a’ mmur il-Buskett fl-Imnarja! (taż-żmien)

    b. Inż ilt isfel _____________________ biex ħadd ma jismagħni. (tal-manjiera)

    5. Aqta’ linja taħt l-avverbju ta’ nisel semitiku f’din is-sentenza. (marka)

    Kemxejn diffic li biex naqta’ l-viżżju tas-sigaretti totalment.

    6. Oħrog iz-zokk morfemiku ta’: (2 marki)

    (a) Mafjuż ________________

    (b) kurag g już ________________

    LESSIKU/VOKABOLARJU

    7. Ikteb xi jfisser dan il-kliem skont is-sens tas-silta: (marka)

    a. il-fustani (par. 3) ____________________________

    8. Sib mis-silta kelma jew fraz i li tfisser bħal: (2 marki)

    a. jibdel il-ħsieb (par. 4) _________________________________

    b. it-targ a ta’ barra (par. 5) _________________________________

    ANALIŻI TESTWALI

    9.. Ikteb għal min qed jirreferi l-pronom mmarkat. (marka)

    a. ... wara surprise party li kienu organizzawlu f’għeluq sninu. (par. 5)

    ________________________________________

    QWIEL

    10. Fisser dan il-qawl. (marka)

    Ix-xitan l-ewwel jidħak bik, imbagħad idoqq it-trumbetta bik.

    ____________________________________________________________________________________________________________

    Ċ. ĦILIET FIL-MALTI KOMUNIKATTIV (8 marki)

    Ilbieraħ sploda vapur li kien ankrat fil-Port il-Kbir. Fuqu kellu xi ħaddiema li kienu

    qed jagħmlulu xogħol ta’ manutenżjoni.

    Ikteb rapport ta’ madwar 80 kelma dwar l-inc ident.

  • Kulleġġ San Benedittu Sekondarja Kirkop Sena 2015 Paġna 5 minn 8

    ________________________________________________________________________

    D. BEJN ĦALTEJN (27 marka)

    i. TAQSIMA TAL-POEŻIJA (13-il marka)

    Aqra din il-poeżija u wara wieġeb il-mistoqsijiet dwarha:-

    Hemm passaġġi li tibdiehom mit-twelid; hemm oħrajn li tiskoprihom bit-taħbit. Hemm passaġġi li taqbadhom bla taf kif; hemm oħrajn li toħroġ minnhom kollok grif. Hemm passaġġi li tilħaqhom fiduċjuż; hemm oħrajn li jħalluk dejjem diżilluż. Hemm passaġġi ssibhom jagħlqu wara ftit; hemm oħrajn li jwassluk temmen fl-infinit.

    Passaġġi -

    Ġorġ Borg

  • Kulleġġ San Benedittu Sekondarja Kirkop Sena 2015 Paġna 6 minn 8

    1. Ikkummenta dwar il-metrika tal-poeżija. (3 marki)

    ________________________________________________________________________

    ________________________________________________________________________

    ________________________________________________________________________

    2. X’jissimbolizzaw il-passaġġi f’din il-poeżija? (marka)

    ________________________________________________________________________

    3. X’jirrappreżenta l-infinit? (marka)

    ________________________________________________________________________

    4. Sib mill-poeżija:- (3 marki)

    enjambment: _______________________________________________

    metafora: _______________________________________________

    alliterazzjoni: _______________________________________________

    Mistoqsijiet fuq poeżiji oħra:

    1. X’terminu letterarju qed juża Mario Azzopardi f’dawn il-versi:-

    “dik li f’idejha toħlom żerriegħa

    dik li l-jiem tagħha”. ___________________________________ (marka)

    2. Għaliex Rena Balzan taħseb li l-qamar hu fqajjar? (2 marki)

    ________________________________________________________________________

    ________________________________________________________________________

    3. Fil-poeżija “Quo Vadis”, spjega l-kuntrast bejn il-ħajja tal-ħarruba u dik tal-

    bnedmin? (marka)

    ________________________________________________________________________

    ________________________________________________________________________

    4. Għaliex “Katrin tal-Imdina” tissejjaħ ballata romantika u patrijottika?

    (marka)

    ________________________________________________________________________

  • Kulleġġ San Benedittu Sekondarja Kirkop Sena 2015 Paġna 7 minn 8

    ii. TAQSIMA TAL-PROŻA (14-il marka)

    Aqra din is-silta ta’ proża u wara wieġeb il-mistoqsijiet dwarha:-

    Kuljum, qabel ma jasal tal-posta, kienet toħroġ fil-bieb tistennieh. Kuljum tal-

    posta kien jieqaf quddiemha u jnewlilha ittra. Kienet tidħol fil-kċina, tiftaħha

    b’sikkina u taqraha qisha ħajjitha tiddependi minnha. Malli tara d-dawl il-

    linka kienet tibda titfi u l-kliem jibjad ftit ftit sakemm jgħib għal kollox.

    L-ittri ma kinux ikunu ffirmati. Imma fis-sitt xhur li kienet ilha tirċivihom

    saret taf kważi kollox min kien jibgħathomlha. Kien pittur ta’ tlieta u għoxrin

    sena, ismar, twil, u b’ħarsa ta’ swied il-qalb f’għajnejh żoroq. Hekk kien

    iddeskriva lilu nnifsu fl-ewwel ittra. U hi emmnitu.

    (minn Ittri lil Marta - Joe Friggieri)

    1. Semmi element misterjuż li ma għandniex tweġiba ċara għalih.

    ___________________________________________________________________

    ___________________________________________________________ (marka)

    2. X’għamlet Marta wara li rċeviet l-ittra Express? (marka)

    ___________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________

    3. Spjega l-kuntrast bejn il-pustier l-antik u l-pustier il-ġdid. (2 marki)

    ___________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________

    4. Tkellem dwar il-bidla fil-burdata ta’ Marta meta l-ittri ma baqgħux

    jiddeskrivu liż-żagħżugħ imma kellhom il-messaġġ ta’ “Marta qed

    inpenġik”. (2 marki)

    ___________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________

    5. “L-għada libset u saqet bħal riħ lejn il-post imsemmi.” X’terminu letterarju

    hu użat hawnhekk? _______________________________________ (marka)

  • Kulleġġ San Benedittu Sekondarja Kirkop Sena 2015 Paġna 8 minn 8

    Agħżel wieħed u ikteb madwar 350 kelma fuq karta separata.

    Aqsam f’paragrafi.

    1. Iddiskuti l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ vaganza fuq cruise liner.

    2. Serata memorabbli!

    3. Kompli din l-istorja: Kif ittawwalt mill-bieba tat-tinda rajt dell sewdieni li qab-

    badni tkexkixa bard ma’ ġismi kollu…

    4. L-imwarrbin fis-soċjetà tal-lum.

    5. Fil-każin tal-banda tar-raħal.

    E. KOMPONIMENT (20 marka)

    Mistoqsijiet fuq in-novelli l-oħra.

    1. X’kien is-sigriet ta’ Stella fin-novella ta’ Clare Azzopardi? (marka)

    ___________________________________________________________________

    ___________________________________________________________________

    2. X’kien iweġġagħha l-aktar lil Stella fin-novella “Aqrali Xi Ħaġa Ġdida,

    Qaltilha”? (marka)

    ____________________________________________________________________

    ____________________________________________________________________

    3. “Ħadd ma kien jaf x’jisimha.” B’dan il-kliem tiftaħ il-ġrajja Il-Koranta.

    X’turina stqarrija bħal din dwar in-nies tar-raħal. (2 marki)

    ____________________________________________________________________

    ____________________________________________________________________

    4. Il-qawl Malti jgħid: “Kliem ix-xiħ żomm fih.” Semmi 2 waqtiet meta dan il-

    qawl twettaq fil-prattika fil-ħrafa “Ix-Xini Jimxi fl-Art” (2 marki)

    ____________________________________________________________________

    ____________________________________________________________________

    5. Semmi kapaċità ta’ wieħed mill-baħrin fil-leġġenda “Ix-Xini Jimxi fl-Art”.

    ____________________________________________________________________

    ___________________________________________________________ (marka)