Mariapolis - Lourdes Confraternity Qrendi - Malta...24 ta’ Marzu 2012: Purċissjoni bl-istatwa...

12
Mariapolis Ìunju 2012 Le˙en il-Fratellanza tal-Beata Ver©ni ta’ Lourdes, Qrendi Mariapolis Il-Belt ta’ Marija Óar©a 3 Ìunju 2012

Transcript of Mariapolis - Lourdes Confraternity Qrendi - Malta...24 ta’ Marzu 2012: Purċissjoni bl-istatwa...

  • Le˙en il-Fratellanza tal-Beata Ver©ni ta’ Lourdes, QrendiMariapolisÓar©a 3Ìunju 2012L e ˙ e n i l - F r a t e l l a n z a t a l - B e a t a V e r © n i t a ’ L o u r d e s , Q r e n d i

    Ma

    ria

    po

    lisIl

    -Bel

    t ta

    ’ Ma

    rija

    Óar©a 3Ìunju 2012

  • 2 Le˙en il-Fratellanza tal-Beata Ver©ni ta’ Lourdes, Qrendi Mariapolis Óar©a 3Ìunju 2012

    Għeżież Fratelli, Konsorelli u Ħbieb,Il-Fratellanza tal-Beata Verġni ta’ Lourdes għat-tielet sena konsekuttiva qiegħda twassal il-messaġġ tagħha fid-djar

    tagħkom permezz tar-rivista “Mariapolis”. Kellna diversi kummenti pożittivi mill-Komunità in ġenerali u għalhekk bħala Grupp Mexxej ser inkomplu ninvestu f’din ir-rivista sabiex inwasslu l-messaġġ ta’ Lourdes lilkom.

    Din is-sena r-rivista “Mariapolis” ser tieħu dehra ġdida għaliex minbarra l-messaġġ tal-Fratellanza ser nippubblikaw messaġġi oħra mibgħuta lilna minn barra minn xtutna; fosthom messaġġ mill-President tal-Condeferazione delle Confraternite Italiane, Dott. Francesco Antonetti, messaġġ mis-Sur Andrea Salerno Kunsillier fil-Confraternita dell SS Crocifisso ta’ Monreale, messaġġ mis-Sur Francois Vayne, Direttur ta’ Lourdes Magazine u ħafna aktar. It-tema ta’ Lourdes u tal-Fratellanza tagħna għall-Festa ta’ din is-sena ser tkun “Ngħidu r-Rużarju Flimkien ma’ Santa Bernardette”. Grazzi mill-qalb tmur lejn is-Sur Mario Abela, il-Management u l-ħaddiema kollha ta’ Best Print Co Ltd, kif ukoll lejn is-Sur John Buttigieg għax mingħajr l-għajnuna tagħhom din ir-rivista ma tilħaqx il-livell mixtieq.

    Il-Ħidma tal-Fratellanza 2011/2012Għalkemm l-għan prinċipali tal-Fratellanza tal-Beata Vergni ta’ Lourdes hu li tieħu ħsieb iċ-ċelebrazzjonijiet interni tal-

    Festa ad unur il-Madonna ta’ Lourdes, il-ħidma tal-Fratellanza hi mifruxa fuq sena sħiħa. Il-ħidma, l-impenn u d-dedikazzjoni tal-Fratellanza tinfirex fuq is-sena kollha kif taraw spjegat hawn taħt. Dan ix-xogħol kollu kien possibbli grazzi għall-ħidma u l-għajnuna mogħtija minn diversi Fratelli, Sorelli u ħbieb ta’ din il-Fratellanza. Il-Kalendarju tal-Fratellanza kien jiġbor fih dawn l-impenji u ċelebrazzjonijiet:

    15 ta’Ġunju 2011: Armar tal-Paramenti Sagri tal-Fratellanza għall-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes 201119 ta’ Ġunju 2011: Purċissjoni Festa 2011 Madonna tal-Ġilju l-Imqabba – Ġemellagg Lokali25 ta’ Ġunju 2011: Ġabra b’risq il-Fratellanza – Festa 201126 ta’ Ġunju 2011: Purċissjoni Corpus Christi27 ta’ Ġunju 2011: Quddiesa Festa 2011 iddedikata lill-Familja u t-Tfal28 ta’ Ġunju 2011: Quddiesa Festa 2011 iddedikata lill-Morda, l-Anzjani u Persuni bi bżonnijiet differenti29 ta’ Ġunju 2011: Quddiesa Festa 2011 iddedikata liż-Żgħażagħ, l-Għaqdiet Reliġjużi, Soċjali u Kulturali li jaħdmu

    fil-Komunità tal-Qrendi30 ta’ Ġunju 2011: L-Ewwel Tridu tal-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes1 ta’ Lulju 2011: It-Tieni Tridu tal-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes2 ta’ Lulju 2011: It-Tielet Tridu tal-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes3 ta’ Lulju 2011: Jum il-Festa – Quddiesa u Purċissjoni Solenni

    Messaġġ mill-Grupp Mexxej 2012

    Proġett ta’ RestawrMons. Guido Marini Ceremonier ta’ Papa Benedittu XVI jagħti l-awguri għall-Festa 2012 lil Fratellanza

  • 3Le˙en il-Fratellanza tal-Beata Ver©ni ta’ Lourdes, QrendiMariapolisÓar©a 3Ìunju 2012

    15 ta’ Lulju 2011sal-15 ta’ Awwissu 2011: Lotterija ta’ Inkwatru tal-Ganutell b’risq il-Fratellanza u Armar fil-Knisja tal-Paramenti Sagri tal-

    Fratellanza għall-Festa ta’ Santa Marija15 ta’ Awwissu 2011: Purċissjoni Festa ta’ Santa Marija12-15 ta’ Settembru 2011: Ġemellaġġ Internazzjonali bejn il-Fratellanza u l-Confraternita dell SS Crocifisso in Catene, ta’

    Corleone, fi Sqallija18 ta’ Settembru 2011: Purċissjoni Festa tal-Madonna taċ-Ċintura2 ta’ Ottubru 2011: Purċissjoni Festa tal-Madonna tar-Rużarju26 ta’ Ottubru 2011: Laqgħa ta’ Talb bl-isem “Il Cammino”Ottubru - Novembru 2011: Ġbir għar-restawr tal-gandlieri tal-Altar Maġġur25-27 ta’ Novembru 2011: Il-Fratellanza tieħu sehem fl-attività: Il-Festa – Vetrina tagħna l-Maltin ġewwa l-Kumpless ta’ Monte

    Kristo u tilqa’ fostna l-President tal-Confederazione Italiana delle Confraternite Dott. Francesco Antonetti u l-President u l-Membri tal-Confraternita dell SS Crocifisso ta’ Monreale

    30 ta’ Novembru 2011: Laqgħa ta’ Talb bl-isem “Il Cammino”27 ta’ Diċembru 2011: Laqgħa Informali mal-Eċċ. Tiegħu Mons. Guido Marini, Maestro delle Celebrazioni Liturgiche del

    Sommo Pontefice ġewwa l-Vatikan 28 ta’ Diċembru 2011: Żjara fis-sede tal-Confraternita di San Eligio de Ferrari f’Ruma u wara Laqgħa Informali mal-Eċċ.

    Tiegħu Mons Armando Brambilla u ma’ Dott. Francesco Antonetti f’Ruma28 ta’ Diċembru 2011: Laqgħa ta’ Talb bl-isem “Il Cammino”25 ta’ Jannar 2012: Laqgħa ta’ Talb bl-isem “Il Cammino”11 ta’ Frar 2012: Animazzjoni tar-Rużarju u l-Quddiesa bħala Tifkira tal-Ewwel Dehra tal-Madonna f’LourdesFrar – Marzu 2012: It-tieni ġabra għar-restawr tal-gandlieri tal-altar Maġġur24 ta’ Marzu 2012: Purċissjoni bl-istatwa ġdida ta’ Kristu Marbut mal-Kolonna mill-Parroċċa Lourdes f’Raħal Ġdid

    sal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin26 ta’ Marzu 2012: Animazzjoni tar-Rużarju u l-Quddiesa bħala Tifkira tas-16-il dehra tal-Madonna ġewwa Lourdes1 ta’ April 2012: Purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm5 ta’ April 2012: Mumenti ta’ talb u riflessjoni f’Ħamis ix-Xirka10 ta’ April 2012: Purċissjoni tal-Kwaranturi13 ta’ April 2012: Konsulta Ġenerali tal-Fratellanza tal-Beata Verġni ta’ Lourdes16 ta’ April 2012: Animazzjoni tar-Rużarju u Quddiesa fil-Festa ta’ Santa Bernardette Soubirous29 ta’ Aprilsal-4 ta’ Mejju 2012: Ġemellaġġ Internazzjonali bejn il-Fratellanza tagħna u l-Confraternita dell SS Crocifisso ta’

    Monreale fi Sqallija8 ta’ Mejju 2012: Pellegrinaġġ fil-Festa tal-Madonna ta’ Pompei – Marsaxlokk26 ta’ Mejju 2012: Quddiesa u Pellegrinaġġ organizzat mill-Assoċjazzjoni Volontarji Lourdes (AVL) fil-Mellieħa3 ta’ Ġunju 2012: Laqgħa ta’ Talb għal fejqan ta’ Joseph Mifsud fil-Kappella tas-Salvatur10 ta’ Ġunju 2012: Purċissjoni ta’ Corpus Christi15 - 17 ta’ Ġunju 2012: Parteċipazzjoni fil-Cammino Nazionale delle Confraternite Italiane ġewwa Monreale, Sqallija fuq

    invit tal-President tal-Confederazione delle Confraternite Italiane.

    Barra minn dawn iċ-ċelebrazzjonijiet u l-attivitajiet kollha, il-Grupp Mexxej iltaqa’ b’mod regolari fil-Kunvent tas-Sorijiet Franġiskani sabiex jippjana u jħejji dak kollu li jkun hemm bżonn minn żmien għal żmien. Sadanittant, il-Fratellanza żammet aġġornati l-Webpage tagħha www.lourdesconfraternityqrendi.org u l-paġna uffiċjali taghha fuq Facebook bl-isem Lourdes Confraternity Qrendi – Malta li sal-lum tilqa’ fiha ’l fuq minn 3,100 membru. Bħala Grupp Mexxej ġejna mistiedna sabiex inwasslu l-messaġġ tal-Fratellanza f’diversi rivisti internazzjonali, fosthom ir-rivista “Tradere” li tiġi ppubblikata fuq bażi regolari mill-Confederazione delle Confraternite Italiane u r-rivista annwali li toħroġ il-Confraternita dell SS Crocifisso ta’ Monreale. Nemmnu li hemm ħafna iżjed x’jista’ jsir u għalhekk fiż-żmien li ġej ser inkomplu naħdmu sabiex isem il-Fratellanza ikompli jikber kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Minn hawn inħeġġu aktar membri sabiex jagħtu l-kontribut tagħhom biex b’hekk dak kollu li għandna pjanat isir realtà.

    Kumitat tal-FratellanzaPinu Axiaq (Rettur); Kenneth Farrugia (Viċi Rettur); Nicholas Azzopardi (Segretarju); Godfrey Axiaq (Prokuratur); Joseph Azzopardi (Membru); Raymond Mifsud (Membru); Albino Sacco (Membru); Johnny Vella (Membru); Raymond Farrugia (Membru); Mark Buttigieg (Membru)

    Konsulenti tal-FratellanzaJohn Abdilla (Konsulent Opri Sagri); Rosario Agius (Konsulent Opri Sagri); George Vella (Awditur u Konsulent Finanzjarju); Dr Marisa Azzopardi (Konsulent Legali); Dr Charmaine Cherret (Konsulent Legali); Joseph Bondin (Konsulent Informatiku); Charles Zerafa (Konsulent Informatiku); Anthony Bezzina (Konsulent Informatiku)

  • 4 Le˙en il-Fratellanza tal-Beata Ver©ni ta’ Lourdes, Qrendi Mariapolis Óar©a 3Ìunju 2012

    Proġetti tal-FratellanzaIl-Grupp Mexxej, flimkien ma’ diversi konsulenti qegħdin naħdmu sabiex l-armar li hu propjetà tal-Fratellanza nieħdu ħsiebu

    u nħalluh fi stat tajjeb għal ta’ warajna. Importanti nifhmu li l-Fratellanza tal-Madonna ta’ Lourdes għandha diversi opri propjetà tagħha fosthom l-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes u l-mant maestuż, l-istatwa ta’ San Filippu Neri, standardi, bandalori, lanterni u slaleb tal-fidda, ventartali, gandlieri, appostli u qaddisin għal fuq l-altari, trieħi, twapet, xemgħa, u ħafna aktar. Dan il-patrimonju, li sar b’ħafna sagrifiċċju jirrikjedi impenn sħiħ u kontinwu ta’ restawr u manutenzjoni sabiex dawn l-opri artistiċi jinżammu fl-istat oriġinali tagħhom.

    Għal dan il-għan wara ħafna konsultazzjonijiet ma’ esperti fir-restawr, il-Grupp Mexxej ta bidu għall-proġett tar-restawr tal-gandlieri tal-Altar Maġġur. Ix-xogħol ġie kkommissjonat lid-ditta Recoop Limited, entità li għandha profil għoli u ħafna esperjenza f’dan is-settur. Il-gandlieri qegħdin jiġu rrestawrati u mhux indurati mill-ġdid sabiex jinżammu fl-istat oriġinali tagħhom. Kif wegħdna s-sena l-oħra, din is-sena għandna l-pjaċir inħabbru li ser ikollna tliet gandlieri minn tas-sekonda lesti. Kull gandlier ser jiswa €1,200. Dan ifisser li fis-sena 2011/2012 il-Fratellanza ser tkun investiet is-somma ta’ €3,600 f’restawr fuq dawn il-gandlieri.

    Proġett ieħor ta’ restawr delikat li l-Grupp Mexxej daħal għalih hu dak fuq il-bandalora msejħa tal-Konsorelli. Din il-bandalora iġġib fuqha x-xbieha tal-Madonna ta’ Lourdes, xogħol tal-artist famuż Ġużeppi Calleja. Bħala Grupp Mexxej nemmnu li din il-bandalora għandha terġa’ tkun irrestawrata biex ’il quddiem terġa’ tibda tintuża waqt il-purċissjoni annwali bl-istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes.

    Il-Grupp Mexxej qiegħed jaħdem ukoll fuq proġett sabiex il-Mant tal-Madonna jibda jintrama bla sapport jew free standing. Dan ifisser li l-Mant ma jibqax jintrabat aktar mal-bradella tal-Madonna kif isir sa issa. Dan il-proġett qiegħed isir bil-għajnuna ta’ Perit u Inġinier sabiex tinstab l-aħjar soluzzjoni.

    Matul din is-sena għalaqna l-proġett tal-Midalji ġodda għall-Fratelli u Sorelli bil-għajnuna tas-Sur Antonino Renda u l-Confraternita dell SS Crocifisso ta’ Monreale. Dawn il-midalji saru tal-fidda għand arġentier famuż ġewwa Sqallija. Kull min ikun interessat li jixtri Domna jkellem lis-Segretarju tal-Fratellanza, is-Sur Nicholas Azzopardi.

    Bħala Grupp Mexxej nirringrazzjaw lil kulħadd tal-għajnuna u s-sapport li dejjem insibu kemm mill-membri tal-Fratellanza, kif ukoll mill-Komunità in ġenerali sabiex inkunu nistgħu nkomplu naħdmu fuq dawn il-proġetti ambizzjużi. Donazzjonijiet b’risq il-proġetti msemmija jistgħu jsiru għand il-membri tal-Grupp Mexxej fejn għal kull donazzjoni tingħata irċevuta.

    Festa 2012Bħas-sena l-oħra l-Grupp Mexxej flimkien mal-Parroċċa, ħa ħsieb li jorganizza l-Quddies tat-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa

    ta’ matul il-ġimgħa tal-Festa fejn anke ser jixxandar ir-Rużarju dirett minn Lourdes qabel kull Quddiesa. Bħala Grupp Mexxej nixtiequ li naraw aktar parteċipazzjoni fit-Tridijiet u f’nhar il-Festa, speċjalment fil-Quddiesa Solenni u fil-ħruġ tal-Purċissjoni. Inħeġġu wkoll lil kulħadd biex inkunu ġenerużi fil-ġbir li jsir mill-Kappillan fil-Knisja sabiex ikunu mifdija l-ispejjeż tal-Festa.

    Din is-sena ser ikollna fostna żewġ Fratellanzi barranin li ser jipparteċipaw fil-Festa. Dawn huma l-Confraternita dell SS Crocifisso ta’ Monreale u l-Confraternita dell SS Crocifisso delle Catene ta’ Corleone. Barra minnhekk ser ikollna wkoll lill-membri tal-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni tal-Imqabba li ser jipparteċipaw fil-purċissjoni bħala parti minn Ġemellaġġ lokali. Grazzi mill-qalb tmur lejn il-mexxejja kollha ta’ dawn il-Fratellanzi speċjalment lejn is-Sur Valentino Mirto, is-Sur Gianfranco Grizzato u s-Sur Marvin Sciberras.

    Sabiex inkomplu nkabbru l-Ġemellaġġ tagħna mal-Confraternita dell SS Crocifisso, din is-sena ser ikollna fostna lill-Kappillan/Rettur tas-Santwarju tas-SS. Kurċifiss ta’ Monreale, Dun Giuseppe Salamone. Dun Giuseppe ser imexxi l-Quddiesa u l-Purċissjoni Solenni ta’ nhar il-Festa. Barra minnhekk, il-Grupp Mexxej tal-Fratellanza ħaseb li għal lejliet u nhar il-Festa jġib fir-raħal tagħna Grupp Folkoristiku Sqalli tat-Tamburinari sabiex iferrħu t-toroq tal-Qrendi bit-tnabar, speċjalment qabel u wara l-funzjonijiet reliġjużi u f’numru ta’ toroq minn fejn tgħaddi l-purċissjoni.

    Inħarsu lejn il-Ġejjieni b’OttimiżmuKif rajna aktar ’il fuq il-Fratellanza tagħna ħadmet fuq diversi aspetti li jinkludu kemm xogħol fuq livell komunitarju, nazzjonali

    kif ukoll internazzjonali. Xhieda ta’ dan kollu huma d-diversi ċelebrazzjonijiet u attivitajiet li l-Fratellanza ġiet mistiedna tieħu sehem fihom matul is-sena kollha. Dan ix-xogħol kollu sar b’ħafna sagrifiċċju kemm mill-membri tal-Grupp Mexxej u mid-diversi Fratelli li jagħtu s-servizz tagħhom b’mod regolari. Nemmnu li s-sens ta’ dixxiplina, direzzjoni u impenn kostanti wassal lill-Fratellanza tagħna sabiex tkun mudell għal diversi Fratellanzi oħra. Bħala Grupp Mexxej inħarsu ’l quddiem b’ottimiżmu u ċerti li matul is-sena li ġejja l-Fratellanza ser tkompli taħdem sabiex aktar membri, speċjalment żgħażagħ jingħaqdu magħna bil-għan li l-Fratellanza tibqa’ twassal il-messaġġ ta’ Lourdes fil-Komunità tagħna.

    Bħala Grupp Mexxej nixtiequ nirringrazzjaw lill-Kappillan u l-Kleru tal-kooperazzjoni u s-sapport kontinwu tagħhom. Importanti ngħidu li kontra ta’ kif jaħsbu x’uħud, aħna bħal Fratellanzi oħra jkollna diversi talbiet jew osservazzjonijiet li ma jiġux milqugħa, madankollu bħala Grupp Mexxej fil-parroċċa dejjem urejna sens ta’ maturità u ubbidjenza lejn ir-rgħajja spiritwali tagħna. Il-Grupp Mexxej jirringrazzja mill-qalb lil dawk kollha li taw is-servizz tagħhom b’risq il-Fratellanza mingħajr ma noqogħdu nsemmu ismijiet, dan għaliex huma bosta dawk li jagħtu s-servizz tagħhom f’diversi livelli matul is-sena.

    Bħas-snin l-imgħoddija nħeġġu lill-Fratelli, is-Sorelli u l-membri tal-Komunità sabiex jipparteċipaw fiċ-ċelebrazzjonijiet interni b’mod speċjali fil-purċissjoni. Inħeġġu lil kulħadd sabiex fit-talb tagħna matul il-jiem tal-Festa niftakru fil-ħabib tagħna Joseph Mifsud, żagħżugħ li kellu inċident waqt il-produzzjoni tan-nar b’risq il-Festa ta’ Santa Marija tal-Qrendi. Nitolbu sabiex Ommna Marija tagħtih l-għajnuna kollha li jeħtieġ sabiex jikseb il-fejqan. Bħala Fratellanza nħeġġu lil kulħadd sabiex nużaw dawn il-jiem ta’ festa bħala mumenti ta’ tifħir u talb lil Ommna Marija.

    Bħala Grupp Mexxej nawguraw il-Festa t-tajba lil kulħadd. 12 ta’ Ġunju 2012

  • 5Le˙en il-Fratellanza tal-Beata Ver©ni ta’ Lourdes, QrendiMariapolisÓar©a 3Ìunju 2012

    Tifħir lill-Madonna ta’ Lourdes waqt il-Ħruġ tal-Istatwa fil-FestaO Madonna minn ta’ Lourdes Kemm għandek wiċċek sabiħ Iva jixraq tkun imdawra Bil-bukketti l-aktar sbieħ.

    Ifraħ ifraħ o poplu ifraħ Nifirħu għax għandna biex Għandna lilek sbejħa Madonna Minn kull fejn tgħaddi ssebbaħ triq.

    Fjuri sbieħ u kkuluriti Aħna nqiegħdu ħdejn riġlejk Wiċċek jiddi bi sbuħitek Qatt ma tixba’ tħares lejk.

    O Gran Verġni tal-Kbir Alla Mhux għax mill-Qrendi nfaħħrek jien Iżda tfaħħrek id-dinja kollha Għax Lourdes magħruf ma’ kullimkien.

    O Madonna minn ta’ Lourdes Fil-jum tiegħek magħqudin Inkantaw l-isbaħ innu Fl-ordni tiegħek magħqudin.

    Il-festa li nagħmlu f’Lulju Mhux bħala divertiment Imma għax lilek O Madonna Inħobbuk sinċerament.

    Sliem għalik Verġni mbierka Sultana tal-Qaddisin Fik insibu l-għaxqa tagħna Aħna wliedek il-Qrendin.

    O Madonna fejqan nitlob Għal dawn ħuti l-Qrendin Biex il-paċi fuqna titfa’ Lilna żżommna magħqudin.

    Sliem għalik Verġni mqaddsa Tina s-sliem lilna l-Qrendin Tina d-dawl tal-fejda tiegħek Ħarstek tina ta’ kull ħin.

    Wiċċek jilma kollu dija Bħal kewkba tat-Tramuntana Kull sena lilek noħorġu Biex iżżejjen it-toroq tagħna.

    Qalbna għalik l-imħabba tfawwar Bħall-ilma ta’ ġol-widien Għaliex inti ġawhra sbejħa Inti l-għaxqa tal-ħolqien.

    O Madonna li dehert f’Lourdes Ġieħ u qima lkoll nagħtuk Speċjalment f’din il-ġurnata Qatt ma nixbgħu infaħħruk.

    Insellmulek O ta’ Lourdes Aħna wliedek il-Qrendin F’din il-ġimgħa tant għażiża Lilna tagħmel ferħanin.

    Inti l-akbar teżor tagħna Minn qiegħ qalbna nħobbuk Aħna konna u għadna wliedek Lilek dejjem inqimuk.

    Lilek nagħtu O Madonna Lilek biss qima nagħtuk Fratellanza waħda għandek U din tilbes kollox blu.

    O Madonna Immakulata Int l-Omm tagħna u tal-Feddej Għall-imħabba li għandek lejna Ġejt fl-għoljiet tal-Pirinej.

    O Madonna minn ta’ Lourdes B’faxxa bluna inti dehert Viva l-blu kulur mill-isbaħ Minnek kien kulur prexxelt.

    O Madonna minn ta’ Lourdes Kemm lilna tagħmel ferħana U x’paċi u kuntentizza Inti ġġib fir-raħal tagħna.

    Inti stilla misterjuża Li s-sema timla bid-dija Hawn inġbarna ġo dan ir-raħal Biex nagħtuk l-akbar foħrija.

    Inti l-ġawhra ta’ raħalna Omm tassew l-aktar setgħana Li bil-ġmiel maestuż tiegħek Int sebbaħt it-tempju tagħna.

    Inti l-akbar teżor prezzabbli li ħallew missirijietna Inti kont għadek u tibqa’ Fi qlubna u ħsibijietna.

    Il-ħsieb tagħna lejk jittajjar Minn moħħna ma tmurilniex Għax in-nar minn tal-imħabba Għalik żgur ma jintfilniex.

    Bi ġmielek inti tiżboq Kull qawsalla kollha lwien Li mis-sema int iddawwal Kollu kemm hu l-ħolqien.

    F’dan il-jum għażiż għalina Miegħek qegħdin miġburin Sabiex lilek aħna ndawru Fit-toroq tagħna l-Qrendin.

    Viva l-Immakulata ta’ Lourdes

    Bernardette Grech

  • 6 Le˙en il-Fratellanza tal-Beata Ver©ni ta’ Lourdes, Qrendi Mariapolis Óar©a 3Ìunju 2012

    Għad għandi quddiem għajnejja, f’qalbi u f’ruħi ż-żjara tiegħi f’Malta fl-okkażjoni tal-Forum tal-Konfrateritajiet li sar f’Novembru li għadda.

    F’għajnejja għad għandi l-faxxinu tal-ilwien ta’ artkom, ta’ djarkom u tal-arkeoloġija tagħkom.

    F’qalbi għandi l-ħbiberija tagħkom, il-laqgħa li biha lqajtuni, is-simpatija u l-ġentilezza tagħkom, kif ukoll it-tbissima tan-nies li ltqajt magħhom.

    F’ruħi baqgħet stampata l-espressjoni tal-fidi tagħkom, tal-imħabba u r-rieda li tkunu aħwa fi Kristu.

    Illum f’ħafna postijiet teżisti l-idea li l-fratellanza hija xi ħaġa tal-passat u għandha tkun limitata biss għal forom ta’ talb tradizzjonali fl-okkażjoni tal-festa tal-patrun u jew tħeġġeġ il-moviment tat-turiżmu reliġjuż.

    Għall-kuntrarju, aħna li nemmnu li l-konfraternitajiet huma sors kbir ta’ valuri u allura riżorsa ewlenija għall-Knisja.

    Ma ninsewx li meta twieldu, dawn kienu jirrrappreżentaw it-tessut ewlieni tas-soċjetà li fiha, minbarra li jiżviluppaw spiritwalità lajka, kienu jassiguraw protezzjoni, difiża, assistenza u solidarjetà soċjali lill-aħwa.

    Il-Fratelli għandhom sadanittant ikunu mmexxija minn rgħajja attenti għall-formazzjoni tagħhom, dejjem lesti biex jagħtu xhieda, jgħinu fil-pastorali u billi jwettqu atti ta’ ħniena.

    Il-Konfraternità għandha tgawdi l-awtonomija tagħha, taħt il-kontroll tal-Isqof biex tkun tista’ twettaq l-għanijiet kif elenkati fl-istatut, imma trid ukoll tkun taf taqsam mal-oħrajn l-esperjenzi tagħha u tistudja flimkien forom ġodda ta’ espressjoni.

    Għaldaqstant il-Konferenza Episkopali Taljana riedet tqajjem il-Konfraternitajiet tad-Djoċesijiet Taljani billi tagħtihom li jikkoordinaw l-isforzi komuni tagħhom, jippromwovu u jorganizzaw it-tħejjija u t-twettieq ta’ konferenzi u laqgħat, jieħdu ħsieb l-informazzjoni bejn il-Konfraternitajiet, jippromwovu r-relazzjonijiet bejn il-Konfraternitajiet, jassistu fejn meħtieġ il-Konfraternitajiet fir-relazzjonijiet tagħhom

    Messaġġ mill-President tal-Konfederazzjoni tal-Fratellanzi Taljani

    Ho ancora negli occhi, nel cuore e nell’anima la visita che ho fatto a Malta in occasione del forum delle confraternite dello scorso novembre.

    Negli occhi ho il fascino del colore della vostra terra, delle vostre case della vostra archeologia.

    Nel cuore ho la vostra amicizia, la vostra accoglienza , la vostra simpatia e la gentilezza ed il sorriso delle persone che ho incontrato.

    Nell’anima mi è rimasta l’espressione della vostra fede, della vostra Pietà Popolare, della volontà di essere confratelli in Cristo.

    Oggi in tanti luoghi esiste una tendenza nel ritenere che il confratello sia un residuo di tempi passati e debba essere limitato ad esercitare forme di preghiera tradizionale soltanto in occasione delle feste patronali e/o per incrementare movimenti turistico-religiosi .

    Al contrario noi siamo uomini del nostro tempo che credono invece che le Confraternite siano un grande serbatoio di valori e quindi una risorsa primaria per la Chiesa.

    Non dimentichiamo che alla loro nascita esse rappresentarono un vero e proprio tessuto connettivo del corpo sociale nel quale, oltre a sviluppare un vero e proprio spiritualismo laico ,assicurarono ai confratelli protezione, difesa, assistenza e solidarietà sociale.

    I confratelli devono pertanto essere seguiti da pastori attenti alla loro formazione, resi visibili per dare Testimonianza, aiutati nell’esprimere la Pietà Popolare e nell’esercitare la Carità.

    La confraternita deve godere di autonomia, sotto il controllo del proprio Vescovo, nell’esercitare lo specifico descritto nello Statuto, ma deve sapere condividere con gli altri le proprie esperienze e studiare insieme nuove forme di espressione.

    Per questo la Conferenza Episcopale Italiana ha voluto erigere la Confederazione delle Confraternite delle Diocesi d’Italia assegnando finalità quali quelle di coordinare iniziative comuni delle Confraternite ; promuovere ed organizzare la

    Dott. Francesco AntonettiPresident

  • 7Le˙en il-Fratellanza tal-Beata Ver©ni ta’ Lourdes, QrendiMariapolisÓar©a 3Ìunju 2012

    preparazione e la realizzazione di convegni e incontri;curare l’informazione tra le Confraternite;favorire i rapporti tra le Confraternite;coadiuvare all’occorrenza le Confraternite nei rapporti con le istituzioni civili;promuovere la conservazione ,la valorizzazione e il recupero dei beni culturali, architettonici, artistici, storici , archivistici delle Confraternite .

    Grazie anche alla guida pastorale del nostro grande assistente Ecclesiastico SER Mons. Armando Brambilla, recentemente e prematuramente scomparso ,si sono subito individuate le linee direttive per la missione delle Confraternite nel contesto della nuova evangelizzazione che sono quelle di scoprire la propria identità e dare testimonianza di ciò che si è fatto finora per riproporlo nelle realtà nuove, di valorizzare la formazione, della preghiera e della riflessione dei confratelli e della comunità confraternale, di rafforzare il legame delle confraternite con il proprio territorio e quindi con la Parrocchia.

    Con questo spirito si sono istituiti i coordinamenti regionali in tutte le regioni italiane, sono stati svolti XX Cammini di Fraternità nazionali in varie città italiane e innumerevoli sono stati quelli regionali;si sono stampati sussidi catechetici e periodici per l’informazione. Si è dato luogo alla erezione del Santuario della Basilica Nostra Signora di Misericordia di Savona a Santuario delle Confraternite.

    Si è iniziato a avere una mentalità comune che ha fatto sentire vicini tutti i confratelli della nostra cara Italia. E si è iniziato a progettare insieme facendo anche proposte che potessero coinvolgere più confraternite sullo stesso territorio per agire sinergicamente.

    Il processo è ancora lungo e tanta strada deve essere ancora percorsa sia per individuare forme di carità verso le nuove povertà, sia nella ricerca del rapporto con i giovani, sia nella valorizzazione dei nostri beni culturali per definire un opera che testimoni la presenza ed i valori delle Confraternite in Italia .

    Desideriamo inoltre di dialogare con le confraternite presenti nel resto del mondo, magari con l’istituzione di un Forum Internazionale anche approvabile dalla Santa Sede.

    Questo nostro essere insieme nella Confederazione ha favorito il rapporto con le gerarchie ecclesiastiche vaticane e parole di plauso e di incoraggiamento sono venute dal Santo Padre Benedetto XVI , dal Suo Segretario di Stato Il cardinal Tarcisio Bertone e da altri eminenti principi della Chiesa.. Ci piacerebbe che la nostra esperienza fosse applicabile nelle altre nazioni dove esistono confraternite e sono certo che nella splendida terra di Malta, così ricca di fede e pietà popolare, le confraternite unite potranno ancora trasmettere per secoli i loro grandi valori cristiani a beneficio delle future generazioni.

    mal-istituzzjonijiet ċivili, jinkoraġġixxu il-konservazzjoni, il-valorizzazzjoni u r-restawr tal-wirt kulturali, arkitettoniku, artistiku storiku u arkivistiku tal-Konfraternitajiet.

    Grazzi wkoll għat-tmexxija pastorali tal-Assistent Ekkleżjastiku tagħna, l-Eminenza Tiegħu Mons. Armando Brambilla, li riċentement ħalliena għall-għarrieda, kienu individwati mill-ewwel il-linji gwida għall-missjoni tal-Konfraternitajiet fil-kuntest tal-evanġelizzazzjoni ġdida, li jikkonsistu filli niskopru l-identità u nagħtu xhieda ta’ dak li sar s’issa biex nerġgħu nipproponuh fid-dawl tar-realtà ġdida, li nivvalorizzaw il-formazzjoni tat-talb u tar-riflessjoni tal-fratelli u tal-komunità bejn l-Aħwa, li nsaħħu r-rabta tal-konfraternitajiet mat-territorju stabbilit tagħhom u allura mal-Parroċċa.

    B’dan l-ispirtu twaqqfu strutturi reġjonali fir-reġjuni kollha tal-Italja, saru XX (20) Mixja ta’ Fraternità nazzjonali f’diversi bliet Taljani u kienu ħafna dawk li saru fuq livell reġjonali, kienu stampati għajnuniet kateketiċi u perjodiċi għall-informazzjoni. Dan wassal sabiex jinbena s-santwarju tal-Bażilika tal-Madonna tal-Ħniena f’Savona.

    Trawmet mentalità komuni li wasslet biex il-fratelli (l-Aħwa) kollha tal-għażiża Italja tagħna jħossuhom kollha qrib xulxin. Bdejna nippjanaw flimkien billi anki nagħmlu proposti li jistgħu jinvolvu aktar konfraternitajiet fl-istess territorju biex naħdmu f’aktar sinerġija. Il-proċess huwa twil u għad irridu nimxu triq twila kemm biex nidentifikaw forom ġodda ta’ karità quddiem il-faqar ġdid li jdawwarna, fil-kuntatt maż-żgħażagħ kif ukoll fit-tisħiħ tal-wirt kulturali tagħna li għandu l-għan li jagħti xhieda tal-preżenza u l-valuri tal-konfraternitajiet fl-Italja.

    Nixtiequ wkoll li niddjalogaw mal-konfraternitajiet li hemm fil-bqija tad-dinja, possibbilment permezz ta’ istituzzjoni ta’ Forum Internazzjonali approvat ukoll mis-Santa Sede.

    Dan il-fatt li nkunu flimkien fil-Konfraternitajiet għen fir-rapport mal-ġerarkiji ekkleżjastiċi tal-vatikan u diskors ta’ tifħir u nkoraġġiment wasslu mingħand il-Qdusija Tiegħu il-Papa Benedittu XVI, mis-Segretarju tal-istat il-Kardinal Tarcisio Bertone u minn personalitajiet importanti fi ħdan il-Knisja.

    Nittamaw li l-esperjenza tagħna sseħħ ukoll f’pajjiżi oħra fejn hemm il-Konfraternitajiet u ninsab ċert li fil-gżira sabiħa ta’ Malta, li hi daqstant għanja fil-fidi u l-ħniena, il-Konfraternitajiet magħquda jistgħu jkomplu jitrażmettu għal sekli l-valuri nsara kbar tagħhom għall-ġid tal-ġenerazzjonijiet futuri.

  • 8 Le˙en il-Fratellanza tal-Beata Ver©ni ta’ Lourdes, Qrendi Mariapolis Óar©a 3Ìunju 2012

    Madwar sentejn ilu, il-President tal-Konfraternità tagħna s-Sur Valentino Mirto għarrafni li fil-festa tagħna kien se jkollna preżenza ta’ Konfraternità minn Malta u nkarigani biex inżomm kuntant u nieħu ħsieb nilqagħhom. Niftakar li meta waslu l-ewwel li rajt kien is-Sur Kenneth Farrugia li sa dakinhar konna kkommunikajna biss permezz tat-telefon. Minn dak in-nhar ’il quddiem bdejna u l-Fratellanza tal-Madonna ta’ Lourdes twieldet għaqda ta’ ġemellaġġ ta’ vera. Fil-fatt wara l-festa tal-Kurċifiss tal-2011, kien jixraq li aħna tal-Konfraternità ta’ SS. Kurċifiss nirreċiprokaw bi żjara min-naħa tagħna. Fil-fatt fl-1 ta’ Lulju grupp mill-Konfraternità tagħna marru Malta. Mill-bidu li wasalna ħassejna li konna qisna qegħdin id-dar tagħna, il-laqgħa li rċevejna f’Malta kienet waħda unika. Sibna nies li akkumpanjawna kulfejn morna filwaqt li ma bqajniex għal waqt wieħed waħedna. Madankollu l-aktar ħaġa li saħħet il-fidi tagħna lejn il-Madonna u l-Kurċifiss kienet li aħna strumenti f’idejn il-Mulej, li mingħajr l-għajnuna tiegħu dan kollu ma setax iseħħ u għalhekk sew aħna ta’ Monreale kif ukoll intom devoti tal-Qrendi jeħtieġ li ngħaqdu l-forzi tagħna bħalma magħquda huma l-isem tal-Madonna u tal-Kurċifiss. Wara kollox kien il-Mulej li ried dan kollu jseħħ. Fil-fatt xejn ma jsir b’kumbinazzjoni. Fil-ftit żmien li qatta’ f’Monreale, Kenneth esprima sentimenti sbieħ li f’Monreale jħossu qisu qiegħed f’daru. Anke aħna, kulmeta niġu l-Qrendi nħossuna hekk. Għaldaqstant il-ġejjieni huwa f’idejna u nittama li dan il-ġemellaġġ ikompli jissaħħaħ u l-ħbiberija li tgħaqqadna tisseddaq fil-fidi tagħna f’Ġesù Kurċifiss li b’idejh miftuħa fuq l-għuda tas-salib iħaddanna lkoll. Fl-istess waqt bis-safa tagħha l-Madonna tista’ tibqa’ tagħmilha possibbli għalina biex din ir-relazzjoni li nibtet tibqa’ tkun imsaħħha fil-fidi. Fl-aħħar nirringrazzja lil min tani din l-opportunità biex nesprimi s-sentimenti tiegħi. Narakom dalwaqt il-Qrendi.

    Circa due anni fà il nostro Presidente della Confraternita Sig. Valentino Mirto mi informa che nella nostra festa avremo una presenza di una Confraternita di Malta e mi incarica per tenere i rapporti e per l’accoglienza.Ricordo che quando queste persone

    arrivarono il primo che vidi fu il Sig Kennet Farrugia che ci conoscevamo solo telefonicamente,da quel momento tra noi e la Confraternita della Madonna di Lourdes è nato un rapporto di vero gemellaggio tra le due compagini. Infatti dopo la festa del Crocifisso del 2011,era doveroso che noi della Confraternita del SS. Crocifisso ricambiavamo la nostra visita infatti giorno 1 Luglio un gruppo della nostra Confraternita ci recammo a Malta appena siamo arrivati ci siamo sentiti a casa nostra, l’ospitalità che abbiamo ricevuto e stata unica. Abbiamo trovato persone che ci accompagnavano ovunque e non ci hanno lasciati un attimo soli. Ma la cosa che ha rafforzato la nostra fede verso la Madonna e il Crocifisso e che noi fedeli siamo stati strumenti nelle mani del Signore perchè senza l’aiuto di esso tutto questo non era possibile e allora sia noi di Monreale che voi devoti di Qrendi uniamo le forze perchè il nome della Madonna e del Crocifisso legati perchè il signore a voluto questo. Infatti niente è per caso Kenneth nel suo breve soggiorno a Monreale ha detto delle parole bellissime che a Monreale lui è a casa sua, anche noi venendo a Qrendi ci sentiamo a casa nostra. Quindi il futuro è nostro, spero che questo gemellaggio si fortifichi sempre di più e l’amicizia che ci accomuna cresca sempre nella fede di Gesù Crocifisso che con le sue braccia aperte nel legno della croce abbraccia tutti e la Madonna con la sua purezza possa far si che il rapporto nato possa essere fortificato nella fede ringrazio chi mi ha dato possibilità di esprimere le mie sensazioni a presto a Qrendi.

    Monreale u l-Qrendi Maqgħuda fl-isem tal-Madonna u tal-Kurċifiss

    Andrea SalernoConfraternita dell SS Crocifisso Monreale

  • 9Le˙en il-Fratellanza tal-Beata Ver©ni ta’ Lourdes, QrendiMariapolisÓar©a 3Ìunju 2012

    Lourdesjew il-Knisja “b’qalb Miftuħa”

    Monsignor, what does Lourdes, and more widely, the pilgrimage, represent in the history of your vocation of following Christ in serving the Church?During my adolescence I made a number of trips to Lourdes with my grandparents. Each year we would set off on pilgrimage for several days with my sister or cousins. I naturally discovered a great affinity with Mary here. Why? Because I saw the adults confiding in Her with great fervour. Not just one or two adults, but thousands. This sort of testimony is very convincing for a young man. At the Grotto there was no pretence; the pilgrims’ prayers seemed so sincere. There were all kinds of people. I could not but be touched by this unanimity. It is as if these Christians were saying to me «here you will find a simple but true faith; you will always be welcomed here as you are; here you may also leave your prayers, your thanksgivings, and your burdens».

    You are a young bishop, close to young people. How do you think a great Sanctuary such as Lourdes may contribute to inciting new vocations, especially priestly ones?Lourdes, in fact, offers a beautiful image of the Church; not just a theoretic image, but a very concrete one. The sick and the humble have pride of place; and in this position they radiate the faith in their hearts. Able bodied pilgrims have two kinds of activity: to pray to the Lord and help the sick. One could also say that they spend their days on their knees; kneeling to adore the lord, and kneeling before their sick brothers and sisters in serving them. The priests accompany them; they are also on duty in serving the sick, the brancardiers, and pilgrims. In short, they are at the service of all, to encourage them in the faith. One also sees them in personal prayer, saying the Rosary, spending long moments in meditation. One also sees Religious Brothers and Sisters, from congregations all over the world, united in celebrating the same Lord. All this can be the foundation of a vocation. It is as if one sees the Church living in total transparency: the Church that raises up to God its praise and intercession for the world; the Church that welcomes and serves the poor; the Church that announces the mysteries of the Kingdom without inhibition. The most profound vocation of man is displayed before our eyes: that of serving and praising our Creator, particularly in the love of our neighbour. A young man or woman looking for their vocation in life, cannot but be touched by this view of the Church “with open heart”, and not have a wish to participate in, and contribute to, its joy.

    Silta minn intervista esklussiva mal-Mons. Nicolas Brouwet, maħtur Isqof ta’ Tarbes u Lourdes mill-Papa Benedittu XVI fil-11 ta’ Frar li għadda. Intervistat minn François Vayne

    Monsinjur, x’tirrappreżenta Lourdes, u b’mod aktar wiesa’ l-pellegrinaġġ fl-istorja tal-vokazzjoni tiegħek biex timxi wara Ġesù billi sservi lill-Knisja?Matul l-adoloxxenza tiegħi jien żort Lourdes diversi drabi man-nanniet tiegħi. Kull sena konna nerħulha f’pellegrinaġġ għal numru ta’ jiem flimkien ma’ oħti jew il-kuġini. Naturalment hawn skoprejt affinità kbira ma’ Marija. Għaliex? Għax rajt il-kbar jafdaw fiha b’tant ħeġġa. Mhux wieħed jew żewġ persuni, imma eluf. Din ix-xorta ta’ xhieda hija konvinċenti ħafna għal żagħżugħ. Fl-għar ma kienx hemm pretensjoni; it-talb tal-pellegrini kien jidher tant sinċier. Kien hemm minn kull xorta ta’ nies. Jien ma stajtx ħlief li nkun milqut minn din l-unanimità. Bħal qisu dawn l-Insara kienu qegħdin jgħiduli “hawn issib fidi sempliċi imma ta’ veru; hawn int dejjem milqugħ kif int, hawn tista’ wkoll tħalli t-talb tiegħek, ir-ringrazzjamenti tiegħek, u t-toqol tiegħek.”

    Int Isqof żagħżugħ viċin taż-żgħażagħ. Kif taħseb li Santwarju kbir bħalma hu Lourdes jista’ jikkontribwixxi biex ikun hawn iżjed vokazzjonijiet, speċjalment dawk saċerdotali?Fil-fatt Lourdes joffri xbieha sabiħa tal-Knisja; mhux sempliċiment dehra teoretika, imma waħda konkreta tassew. Il-morda u l-umli għandhom post fuq quddiem, u f’din il-pożizzjoni huma jaqsmu l-fidi li għandhom f’qalbhom. Il-pellegrini b’saħħithom għandhom żewġ tipi ta’ attivitajiet: li jitolbu lill-Mulej u li jgħinu l-morda. Wieħed jista’ wkoll jgħid li dawn iqattgħu jiemhom fuq għarkopptejhom, jinżlu għarkupptejhom biex jaduraw lill-Mulej, u għarkupptejhom quddiem ħuthom il-morda jservuhom. Is-Saċerdoti li jakkumpanjawhom jieħdu sehem ukoll fil-qadi tal-morda, il-brancardiers u l-pellegrini. F’kelma waħda huma għas-servizz ta’ kulħadd biex iħeġġuhom fil-fidi tagħhom. Wieħed jarahom ukoll fit-talb personali, jgħidu r-rużarju, iqattgħu ħafna ħin jimmeditaw. Wieħed jara wkoll reliġjużi, irġiel u nisa, minn komunitajiet minn madwar id-dinja, maqgħuda lkoll biex jiċċelebraw l-istess Mulej. Dan kollu jista’ jkun il-pedament għal vokazzjoni. Hija bħal meta wieħed jara l-Knisja tgħix fi trasparenza sħiħa: Il-Knisja li toffi lil Alla l-foħrija u l-interċessjoni tagħha għad-dinja; il-Knisja li tilqa’ u sservi lill-fqir; il-Knisja li tħabbar il-misteri tas-Saltna bla biża’. Il-missjoni l-iżjed profonda tal-bniedem hija mqiegħda quddiem għajnejna: dik li nservu u nagħtu ġieħ lill-Ħallieq, partikularment fl-imħabba lejn il-proxxmu. Żgħażagħ irġiel u nisa li qed ifittxu l-vokazzjoni tagħhom fil-ħajja ma jistgħux ma jkunux milquta minn din id-dehra tal-Knisja “b’qalb miftuħa” u ma jkollhomx ix-xewqa li jieħdu sehem u jikkontribwixxu għal ferħ tagħha.

  • 10 Le˙en il-Fratellanza tal-Beata Ver©ni ta’ Lourdes, Qrendi Mariapolis Óar©a 3Ìunju 2012

    B’liema mod il-Verġni Marija tispira l-ħidma pastorali tiegħek, u fl-esperjenza spiritwali tiegħek x’tifsira tagħti lill-misteru tal-Immakulat Tnissil li għalih Lourdes huwa xhieda ta’ dimensjoni universali?Benedittu XVI meta żar Lourdes fl-2008, spjega li Marija hija dik li tiġborna flimkien, peress li kienet imnissla bla ħtija. Id-dnub jifred; l-ubbidjenza lejn Alla tgħaqqad. Marija hija viċin tagħna lkoll għaliex hi mingħajr ħtija, għax m’għandhiex ego li jibni l-ħitan u jitlob dak li hu tiegħu. Permezz tal-għotja sħiħa tagħha lil Alla bla reżistenza lill-Ispirtu s-Santu, hi turina t-triq ta’ ħajja miftuħa għall-Kelma t’Alla, ta’ ħajja li tidwi l-Kelma t’Alla. Bażikament jien m’għandix proġett ieħor pastorali ħlief li nħeġġeġ il-poplu u l-pellegrini ta’ Lourdes biex isegwu din il-ħajja.

    In what way does the Virgin Mary inspire your pastoral work, and in your own spiritual experience what meaning do you give to the mystery of the Immaculate Conception of which Lourdes is a manifestation of universal dimension?Benedict XVI, in coming to Lourdes in 2008, explained that Mary is the one who gathers together, because she was conceived without sin. Sin divides; the consent of God brings together. Mary is close to each one of us precisely because she is without sin, because she has no ego that builds a barrier and demands her due. In belonging totally to God, without resistance to the Holy Spirit, she shows us the path of a life open to the Word of the Lord, of a life which echoes the Word of God. Basically I have no other pastoral project than to encourage the people of the High-Pyrenees and the Lourdes pilgrims to follow that way of life.

    Fratellanza tal-Beata Verġni ta’ LourdesQrendi

    www.lourdesconfraternityqrendi.comLourdes Confraternity - Qrendi - Malta

    E-mail: [email protected] • Tel: 00356 9987 8270 / 00356 9922 9682

    Bes

    tprin

    t Co.

    Ltd

    ., Q

    rend

    i • T

    el: 2

    1 68

    0 78

    9

  • KAMPANJA FFINANZJATA BL-GĦAJNUNAMOGĦTIJA MILL-UNJONI EWROPEA

    Ko-finanzjament: 50% fondi tal-UE, 20% Fondi Nazzjonali, 30% Fondi Privati

    Hello, jiena Mu-Mu. Dejjem mimli ener ija, vitamini u proteini g ax in obb

    afna l- alib u nixrob afna minnu!

    Il- alib isa a lek is-snien u l-g adam, u jtik l-ener ija g all- urnata tieg ek. Mela ag mel b ali, ixrob minn tnejn sa

    tlett tazzi alib kuljum!

  • 12 Le˙en il-Fratellanza tal-Beata Ver©ni ta’ Lourdes, Qrendi Mariapolis Óar©a 3Ìunju 2012

    It-Tnejn 25 ta’ Ġunju 2012 6.00pm Rużarju dirett minn Lourdes animat bit-talba tal-Kurunella. 6.30pm Quddiesa għaż-Żgħażagħ u l-Għaqdiet Reliġjużi, Soċjali u Kulturali tal-Qrendi sabiex naghtu bidu

    għall-ġimgha tal-Festa ad unur il-Madonna ta’ Lourdes. Għal din iċ-ċelebrazzjoni huma mistiedna b’mod speċjali ż-Żgħażagħ kif ukoll il-Kunsill Lokali, l-Għaqdiet u l-Gruppi kollha li joperaw fil-Komunità tal-Qrendi. Wara l-Quddiesa jsir mument ta’ talb u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

    It-Tlieta 26 ta’ Ġunju 2012 6.00pm Rużarju dirett minn Lourdes animat bit-talba tal-Kurunella. 6.30pm Quddiesa għat-Tfal u l-Familja. Għal din iċ-ċelebrazzjoni huma mistiedna b’mod speċjali t-tfal kollha tal-Komunità tal-Qrendi,

    flimkien mal-Familji kollha. Bħala Grupp Mexxej għamilna stedina lid-Djar tat-Tfal sabiex jipparteċipaw ukoll f’din iċ-ċelebrazzjoni. F’din il-Quddiesa ser jieħu sehem il-Kor tat-tfal. It-tfal kollha flimkien mal-ġenituri tagħhom huma mħeġġa jipparteċipaw f’din iċ-ċelebrazzjoni. Wara l-Quddiesa jsir mument ta’ talb u tingħata l-Barka Sagramentali.

    L-Erbgħa 27 ta’ Ġunju 2012 6.00pm Rużarju dirett minn Lourdes animat bit-talba tal-Kurunella. 6.30pm Quddiesa għall-Morda, l-Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet Differenti. Għal din iċ-ċelebrazzjoni hu mistieden kulħadd flimkien mal-Għaqdiet li jieħdu ħsieb il-Morda,

    Persuni bi Bżonnijiet Differenti u l-Anzjani. Il-Kant ser jitmexxa mil-Kor Magnificat tal-Parroċċa tal-Qrendi. Waqt il-Quddiesa ser jingħata s-Sagrament tal-Morda. Wara l-Quddiesa jsir mument ta’ talb u wara tingħata l-Barka Sagramentali. Kif tispiċċa l-Quddiesa jsir it-tqarbin lill-morda kollha tal-Parroċċa mill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin.

    Nirringrazzjaw bil-quddiem l-Assoċjazzjoni Volontarji Lourdes (AVL); Caritas Malta; id-Dar tal-Providenza tas-Siġġiewi; ir-Residenza San Vinċenz; ir-Residenza Monte Carmeli; l-Azzjoni Kattolika Ħidma mal-Morda; u entitatijiet oħra li ser joffru s-servizz tagħhom biex il-morda u l-anzjani jkunu jistgħu jipparteċipaw.

    Il-Ħamis 28 ta’ Ġunju 2012 6.00pm Rużarju animat bit-talba tal-Kurunella. 6.30pm Quddiesa tal-Ewwel Jum tat-Tridu. Il-predikatur waqt il-Quddiesa ser ikun Dun Pawl Fenech. Wara

    l-Quddiesa jsir il-Kant tal-Kurunella, is-Salve Regina, il-Litanija, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

    Il-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju 2012 7.45am Quddiesa Kantata. 6.00pm Rużarju animat bit-talba tal-Kurunella. 6.30pm Quddiesa tat-Tieni Jum tat-Tridu. Il-predikatur waqt il-Quddiesa ser ikun Dun Pawl Fenech. Wara

    l-Quddiesa jsir il-Kant tal-Kurunella, is-Salve Regina, il-Litanija, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

    Is-Sibt 30 ta’ Ġunju 2012 7.45am Quddiesa Kantata. 4.00pm Qrar minn konfessur barrani. 6.00pm Rużarju animat bit-talba tal-Kurunella. 6.30pm Quddiesa tat-Tielet Jum tat-Tridu u Lejlet il-Festa bit-talba tal-Għasar Kantat. Il-predikatur waqt il-

    Quddiesa ser ikun Dun Pawl Fenech. Wara l-Quddiesa jsir il-Kant tal-Kurunella, tas-Salve Regina, il-Litanija, l-Antifona, it-Te Deum u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

    Il-Ħadd 1 ta’ Lulju 2012 6.00am Quddiesa Kantata. 7.00am Quddiesa Kantata. 8.30am Quddiesa Kantata Solenni mmexxija minn Dun Giuseppe Salamone (Rettur tas-Santwarju tas-SS

    Crocifisso ta’ Monreale - Sqallija). Wara l-Evanġelju Patri Charles Fenech OP jinseġ il-Paniġierku tal-Festa. Il-Quddiesa Solenni ser tkun akkumpanjata mill-Kor Sine Macula ta’ Ħal Safi flimkien mal-Kor Maginifcat tal-Parroċċa tal-Qrendi. Jieħdu sehem membri mill-Confraternità SS Crocifisso (Monreale) u membri mill-Confraternita SS Crocifisso delle Catene (Corleone).

    11.00am Quddiesa Kantata. 6.00pm Għasar Solenni. 7.00pm Purċissjoni bl-istatwa devota tal-Madonna ta’ Lourdes akkumpanjata mill-Fratellanza tal-Beata

    Verġni ta’ Lourdes, mill-Confraternità SS. Crocifisso ta’ Monreale, il-Confraternita SS Crocifiso delle Catene ta’ Corleone, u mill-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni tal-Imqabba flimkien ma’ membri mill-Assoċjazzjoni Volontarji Lourdes (AVL). Lejn tmiem il-purċissjoni ssir Aux Flambaux b’talb u kant reliġjuż. Inħeġġu lid-devoti kollha tal-Madonna sabiex jingħaqdu lkoll fuq iz-zuntier tal-Knisja sabiex “insellmu lil Ommna Marija” u nroddulha ħajr għall-grazzji kbar li tatna matul din is-sena, filwaqt li nipparteċipaw fil-mixja devota madwar it-toroq tal-Qrendi.

    10.00pm Mad-dħul tal-Purċissjoni titkanta l-Kurunella, l-Antifona u wara tingħata l-Barka Sagramentali.

    Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi