MALTA FIL-PREISTORJA ŻMIEN IT-TEMPJI...juri l-istruttura tipika tat-tempji preistoriċi ta’ Malta...

1
IT-TEMPJI TA’ ĦAĠRAT Għalkemm mhux ta’ daqs imponenti, it-tempji megalitiċi Ta’ Ħaġrat huma fost l-aktar siti preistoriċi interessanti li nsibu fil-Gżejjer Maltin. Huma jinsabu fit-tarf tar-raħal pittoresk tal-Mġarr u jħarsu fuq medda ta’ raba’ fertili li tifrex sal-bażi tal-irdumijiet ta’ Binġemma, aktar minn kilometru ‘l bogħod. UŻU FIT-TUL Bħal fil-każ tas-sit ta’ Skorba li jinsab madwar kilometru ‘l bogħod fuq ix-xaqliba tal-Majjistral, Ta’ Ħaġrat dam jintuża mill-bniedem għal sekli sħaħ. Infatti dawn it-tempji nbnew fuq l-istess post ta’ rħajjel li nbena fil-fażi tal-Mġarr (3800-3600 QK). It-tempju tan-naħa tal-Punent inbena matul il-fażi tal-Ġgantija (3600-3000 QK), filwaqt li dak tal-Lvant żdied matul il-fażi ta’ Tarxien (3000-2500 QK). Minn skavi li tmexxew minn Temi Zammit bejn l-1923 u l-1926, ħareġ li dan is-sit kien għadu jintuża matul il-ħakma Feniċja (700-550 QK), għalkemm mhux ċar jekk din l-attività baqgħetx għaddejja fi Żmien il-Bronż (2500-700 QK). IT-TEMPJU TAL-PUNENT It-tempju l-aktar qadim li jinsab fuq in-naħa tax-xellug jikkonsisti fi tlett apsidi u għandu faċċata ferm evokattiva. Il-parti ċentrali hija ddominata minn bieb magħmul minn tlett ġebliet kbar mistrieħa fuq għatba mtarrġa. Insibu wkoll bank tal-ġebel mibni fuq iż-żewġ naħat tiegħu. Dan il-bieb jagħti għal ġo bitħa mdawwra b’tarġa baxxa. Maż-żmien, il-fetħiet wisgħin tat-tliet apsidi li jinsabu mad-dawra ta’ din il-bitħa ġew ibblukkati. B’hekk l-aċċess għal dawn l-apsidi ġie ristrett għall-bibien ċentrali. IT-TEMPJU TAL-LVANT Mal-bidu tat-tielet millenju QK, parti mill-ħajt ta’ barra tan-naħa tal-Lvant twaqqgħet biex tagħmel il-wisa’ għall-bini tat-tieni tempju. L-erba’ apsidi ta’ dan it-tempju huma pjuttost żgħar u mhumiex imqassma b’mod simmetriku. Madankollu, il-pjanta tiegħu tixbaħ ħafna lil dik ta’ tempji oħra. TARAĠ MISTERJUŻ Imħaxken bejn iż-żewġ tempji hemm indana taraġ li setgħet kienet tagħti għal xi kamra misruqa mill-ħxuna tal-ħajt. Din seta’ kellha xi skop reliġjuż. MUDELL TA’ TEMPJU L-aktar artifatt interessanti li nstab f’dan is-sit huwa mudell ta’ tempju megalitiku mnaqqax fil-ġebla tal-franka. Minkejja li fih biss 4.5 bi 3.7 ċentimetri, dan juri l-istruttura tipika tat-tempji preistoriċi ta’ Malta u Għawdex. L-iskultur tiegħu jidher li kien persuna ta’ ħila kbira kif jixhdu d-dettalji mnaqqxa f’dan il-mudell ċkejken. © 2021 Publishing Fl-1982, Ta’ Ħaġrat ġie ddikjarat mill-UNESCO bħala Sit ta’ Patrimonju Kulturali Dinji. MALTA FIL - PREISTORJA ŻMIEN IT-TEMPJI

Transcript of MALTA FIL-PREISTORJA ŻMIEN IT-TEMPJI...juri l-istruttura tipika tat-tempji preistoriċi ta’ Malta...

  • © 2021 Publishing

    IT-TEMPJI TA’ ĦAĠRATGħalkemm mhux ta’ daqs imponenti, it-tempji megalitiċi Ta’ Ħaġrat huma fost l-aktar siti preistoriċi

    interessanti li nsibu fil-Gżejjer Maltin. Huma jinsabu fit-tarf tar-raħal pittoresk tal-Mġarr u jħarsu fuq medda ta’ raba’ fertili li tifrex sal-bażi tal-irdumijiet ta’ Binġemma, aktar minn kilometru ‘l bogħod.

    UŻU FIT-TULBħal fil-każ tas-sit ta’ Skorba li jinsab madwar

    kilometru ‘l bogħod fuq ix-xaqliba tal-Majjistral, Ta’ Ħaġrat dam jintuża mill-bniedem għal sekli sħaħ.

    Infatti dawn it-tempji nbnew fuq l-istess post ta’ rħajjel li nbena fil-fażi tal-Mġarr (3800-3600 QK).

    It-tempju tan-naħa tal-Punent inbena matul il-fażi tal-Ġgantija (3600-3000 QK), filwaqt li dak

    tal-Lvant żdied matul il-fażi ta’ Tarxien (3000-2500 QK). Minn skavi li tmexxew minn Temi

    Zammit bejn l-1923 u l-1926, ħareġ li dan is-sit kien għadu jintuża matul il-ħakma Feniċja

    (700-550 QK), għalkemm mhux ċar jekk din l-attività baqgħetx għaddejja fi Żmien il-Bronż

    (2500-700 QK).

    IT-TEMPJU TAL-PUNENTIt-tempju l-aktar qadim li jinsab fuq in-naħa tax-xellug jikkonsisti fi tlett apsidi u għandu faċċata ferm evokattiva. Il-parti ċentrali hija

    ddominata minn bieb magħmul minn tlett ġebliet kbar mistrieħa fuq għatba mtarrġa. Insibu wkoll bank tal-ġebel mibni fuq iż-żewġ naħat tiegħu.

    Dan il-bieb jagħti għal ġo bitħa mdawwra b’tarġa baxxa. Maż-żmien, il-fetħiet wisgħin tat-tliet

    apsidi li jinsabu mad-dawra ta’ din il-bitħa ġew ibblukkati. B’hekk l-aċċess għal dawn l-apsidi ġie

    ristrett għall-bibien ċentrali.

    IT-TEMPJU TAL-LVANTMal-bidu tat-tielet millenju QK, parti mill-ħajt ta’ barra tan-naħa tal-Lvant twaqqgħet biex tagħmel il-wisa’ għall-bini tat-tieni tempju.

    L-erba’ apsidi ta’ dan it-tempju huma pjuttost żgħar u mhumiex imqassma b’mod simmetriku. Madankollu, il-pjanta tiegħu tixbaħ ħafna lil dik

    ta’ tempji oħra.

    TARAĠ MISTERJUŻImħaxken bejn iż-żewġ tempji hemm indana taraġ li setgħet kienet tagħti għal xi kamra misruqa mill-ħxuna tal-ħajt. Din seta’ kellha

    xi skop reliġjuż.

    MUDELL TA’ TEMPJUL-aktar artifatt interessanti li nstab f’dan is-sit huwa mudell ta’ tempju

    megalitiku mnaqqax fil-ġebla tal-franka. Minkejja li fih biss 4.5 bi 3.7 ċentimetri, dan juri l-istruttura tipika tat-tempji preistoriċi ta’ Malta u Għawdex.

    L-iskultur tiegħu jidher li kien persuna ta’ ħila kbira kif jixhdu d-dettalji mnaqqxa f’dan il-mudell ċkejken.

    © 2021 Publishing

    Fl-1982, Ta’ Ħaġrat ġie ddikjarat mill-UNESCO bħala Sit ta’ Patrimonju Kulturali Dinji.

    MALTA FIL-PREISTORJAŻMIEN IT-TEMPJI