L-isem u t-titlu tal-kelliem

23
Tmexxija Maniġerjali fis-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol Kampanja 2012-13 għall-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa L-isem u t-titlu tal-kelliem Data | Titlu tal-avveniment Is-sigurtà u s-saħħa fil-post tax-xogħol jirrigwardaw lil kulħadd. ajjeb għalik, tajjeb għall- kumpanija.

description

Tmexxija Maniġerjali fis-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol Kampanja 2012-13 għall-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa. L-isem u t-titlu tal-kelliem. Data | Titlu tal-avveniment. - PowerPoint PPT Presentation

Transcript of L-isem u t-titlu tal-kelliem

Page 1: L-isem u t-titlu tal-kelliem

Tmexxija Maniġerjali fis-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-XogħolKampanja 2012-13 għall-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-SaħħaL-isem u t-titlu tal-kelliemData | Titlu tal-avveniment

Is-sigurtà u s-saħħa fil-post tax-xogħol jirrigwardaw lil kulħadd.  ajjeb għalik, tajjeb għall-kumpanija.

Page 2: L-isem u t-titlu tal-kelliem

2www.healthy-workplaces.eu

Skala tal-problema

Għalfejn huma importanti s-sigurtà u s-saħħa?

• Tajbin għan-negozju, għall-ħaddiema u għas-soċjetà sħiħa

• Kull sena, aktar minn 5,500 persuna jitilfu ħajjithom minħabba inċidenti

fuq il-post tax-xogħol

• 159,000 imutu minħabba mard relatat max-xogħol (stima tal-ILO)

• Spiża ta’ € 490 biljun għall-ekonomija tal-UE

Page 3: L-isem u t-titlu tal-kelliem

3www.healthy-workplaces.eu

Skala tal-problema

Ħafna mill-inċidenti u l-mard fuq il-post tax-xogħol jistgħu jiġu evitati

• 1999–2007, l-UE15 tejbu s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (l-imwiet naqsu

minn 5,275 għal 3,782 u l-inċidenti mhux fatali naqsu b’900,000)

• 2007–2012, l-istrateġija tal-Komunità timmira għal tnaqqis ulterjuri ta’

25%

• Din il-kampanja għandha l-għan li tibni fuq dan is-suċċess

IŻDA• Irridu nkomplu bl-isforzi ta’ prevenzjoni, għaliex il-kisbiet

li stinkajna għalihom

malajr jintilfu jekk ‘naqtgħu lura’

Page 4: L-isem u t-titlu tal-kelliem

4www.healthy-workplaces.eu

Benefiċċji ta’ sigurtà u saħħa tajbin

• Jonqsu r-riskji u l-ispejjeż

− inqas liv minħabba mard u dawran tal-persunal

− inqas inċidenti

− inqas spejjeż ta’ assigurazzjoni

• Żieda fil-produttività

• Tnaqqis fit-theddida ta’ azzjoni legali

• Reputazzjoni aħjar fost il-klijenti, il-fornituri u l-investituri

Page 5: L-isem u t-titlu tal-kelliem

5www.healthy-workplaces.eu

Aħjar prevenzjoni milli kura

Il-prevenzjoni hija l-pedament tal-approċċ tal-Ewropa għall-ġestjoni

tar-riskji

• Inqas riskji

• Evalwazzjoni tar-riskji

• Ġlieda kontra r-riskji direttament fis-sors

• L-għoti ta’ struzzjonijiet xierqa lill-ħaddiema

• Adattament tat-tqassim u l-apparat tal-post tax-xogħol għall-ħaddiema

• Adattament għall-progress tekniku

• Implimentazzjoni ta’ politika ta’ prevenzjoni ġenerali koerenti

• L-għoti ta’ prijorità lill-miżuri protettivi għall-forza tax-xogħol sħiħa fuq

dawk għall-individwi

Page 6: L-isem u t-titlu tal-kelliem

6www.healthy-workplaces.eu

Ir-rwol tal-maniġment

Ġestjoni ta’ appoġġ għat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa

• Tmexxija effettiva u b’saħħitha

• Involviment attiv tal-ħaddiema

• Valutazzjoni u analiżi kontinwi

• It-tmexxija tmur id f’id mal-parteċipazzjoni

• Mingħajr tmexxija tajba, il-parteċipazzjoni ma tirnexxix

• Il-maniġment huwa responsabbli għall-prerekwiżit li jiġu stabbiliti

sħubija u parteċipazzjoni

Page 7: L-isem u t-titlu tal-kelliem

7www.healthy-workplaces.eu

L-ewwel prinċipju tal-ġestjoni: Tmexxija u sigurtà u saħħa (1)

Tmexxija effettiva u b’saħħitha fis-sigurtà u s-saħħa hija vitali. Dan

ifisser li l-maniġment:

• Jimpenja ruħu li jħaddan is-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol bħala valur

fundamentali tal-organizzazzjoni

• Jaf is-sitwazzjoni eżatta tal-profil ta’ riskju tal-organizzazzjoni

• Imexxi bl-eżempju u juri integrità

• Jiddefinixxi b’mod ċar u jissorvelja r-rwoli u r-responsabbiltajiet

• Jipprijoritizza s-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol fl-istrateġija ta’

sostenibilità tal-kumpanija u ġewwa l-katina tal-provvista

Page 8: L-isem u t-titlu tal-kelliem

8www.healthy-workplaces.eu

Tmexxija u sigurtà u saħħa (2)

Eżempji prattiċi tat-tmexxija tas-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol

jinkludu:

• Iżżur il-post ta’ fejn jaħdem il-persunal sabiex tikkonsultah dwar is-

saħħa u s-sigurtà (il-ħaddiema mhux talli jistgħu jidentifikaw il-problemi,

iżda jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet ukoll)

• Tieħu responsabilità personali u turi li tagħti kas

• Tmexxi bl-eżempju

• Tqiegħed għad-dispożizzjoni, kemm jista’ jkun possibbli, flus u ħin

Page 9: L-isem u t-titlu tal-kelliem

9www.healthy-workplaces.eu

Eżempju ta’ prattika tajba (1)

Raffinerija taż-żejt, il-Belġju

• Ir-raffinerija taż-żejt Total f’Antwerp daħħlet il-kuntratturi SPIE Belgium

• Dan irriżulta f’nuqqas ta’ qbil bejn kulturi ta’ negozjar u sigurtà li kellu

jiġi solvut

• Il-kumpaniji solvew id-differenzi organizzazzjonali ewlenin u wara

ffokaw fuq l-imġiba tal-impjegati fuq il-post tax-xogħol

• Il-kulturi korporattivi ġew allinjati permezz ta’ konsultazzjoni intensa li

fil-parti l-kbira tagħha kienet informali

Page 10: L-isem u t-titlu tal-kelliem

10www.healthy-workplaces.eu

Eżempju ta’ prattika tajba (2)

• It-titjib ikkontribwixxa sabiex ma jkun hemm l-ebda inċident ladarba

Total u SPIE qablu fuq l-“aħjar prattiki”

Fatturi ta’ suċċess• Parteċipazzjoni u ħila tal-maniġment superjuri

• Komunikazzjoni miftuħa

• Involviment attiv tal-impjegati

Page 11: L-isem u t-titlu tal-kelliem

11www.healthy-workplaces.eu

It-tieni prinċipju tal-ġestjoni: Involviment attiv tal-ħaddiema(1)

• L-impjegatur huwa responsabbli għall-ġestjoni tar-riskji relatati max-

xogħol, iżda l-liġi tal-UE tgħid li l-impjegatur irid jikkonsulta l-ħaddiema

tiegħu dwar is-saħħa u s-sigurtà

• Uħud mill-impjegaturi jmorru lil hinn minn dan l-obbligu legali sabiex

joħolqu proċess ta’ komunikazzjoni bidirezzjonali reali li fih il-ħaddiema

jieħdu sehem fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà

Page 12: L-isem u t-titlu tal-kelliem

12www.healthy-workplaces.eu

Involviment attiv tal-ħaddiema (2)

• Dan joħloq kultura fejn ir-relazzjonijiet bejn l-impjegaturi u l-ħaddiema

jkunu bbażati fuq kollaborazzjoni, fiduċja u sejbien ta’ soluzzjonijiet

għall-problemi b’mod konġunt

IŻDA• Il-parteċipazzjoni diretta tal-ħaddiema ma għandhiex titqies alternattiva

għal sistema ta’ rappreżentazzjoni tal-ħaddiema

• It-tnejn li huma jistgħu jintużaw b’mod effettiv, skont l-oqfsa nazzjonali

u l-karatteristiċi speċifiċi tal-post tax-xogħol

Page 13: L-isem u t-titlu tal-kelliem

13www.healthy-workplaces.eu

Involviment attiv tal-ħaddiema (3)

Il-kontribuzzjoni tal-ħaddiema tkun ta’ valur speċjalment matul:

• L-analiżi tar-riskji

• L-iżvilupp ta’ politiki u interventi

• L-għoti ta’ osservazzjonijiet pertinenti waqt it-taħriġ u l-implimentazzjoni

Page 14: L-isem u t-titlu tal-kelliem

14www.healthy-workplaces.eu

Involviment attiv tal-ħaddiema (4)

Il-benefiċċji tal-involviment attiv tal-ħaddiema jinkludu:

• Rati aktar baxxi ta’ inċidenti

• Soluzzjonijiet kosteffiċenti

• Forza tax-xogħol aktar kuntenta u produttiva

• Għarfien u kontroll aħjar tar-riskji fuq il-post tax-xogħol

Page 15: L-isem u t-titlu tal-kelliem

15www.healthy-workplaces.eu

It-tielet prinċipju tal-ġestjoni: Valutazzjoni u analiżi kontinwi (1)

• Il-monitoraġġ u r-rapportar huma għodod vitali għat-titjib tas-sigurtà u

s-saħħa fuq il-post tax-xogħol

• Jistgħu jipprovdu lill-bord tal-kumpanija b’rapporti speċifiċi (eż. b’enfasi

fuq l-inċidenti) u ta’ rutina dwar kif sejra l-kumpanija fil-qasam tas-

sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol

• Dan jista’ jkun utli sabiex jitqajmu kwistjonijiet, jinxteħet dawl fuq il-

problemi u finalment, jitjiebu s-sigurtà u s-saħħa

Page 16: L-isem u t-titlu tal-kelliem

16www.healthy-workplaces.eu

It-tielet prinċipju tal-ġestjoni: Valutazzjoni u reviżjoni kontinwi (2)

Sistema tajba ta’ valutazzjoni u analiżi għandha tinkludi:

• Proċeduri għar-rapportar ta’ nuqqasijiet kbar fis-saħħa u s-sigurtà lill-

membri tal-bord u lis-sidien tal-kumpaniji malajr kemm jista’ jkun

• Sistemi għall-kisba u r-rapportar ta’ dejta bħar-rati ta’ inċidenti u mard

• Arranġamenti sabiex jiġu inklużi l-fehmiet u l-esperjenzi tal-ħaddiema

• Aħna ngħinu sabiex jinħolqu postijiet tax-xogħol aktar siguri u li

jkomplu dejjem aktar iġibu s-saħħa ’l quddiem għall-benefiċċju ta’

kulħadd –iżda dan ma nistgħux nagħmluh waħedna

Page 17: L-isem u t-titlu tal-kelliem

www.healthy-workplaces.eu

Saħħa ewlenija: punti ċentrali nazzjonali u netwerks tripartitiIżda anki … l-involviment ta’ partijiet interessati/imsieħba oħrajn

• Imsieħba uffiċjali tal-kampanja (organizzazzjonijiet Pan-Ewropej) inklużi msieħba soċjali, NGOs, federazzjonijiet u netwerks settorjali, kumpaniji privati

• Istituzzjonijiet tal-UE inklużi l-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament tal-UE, ir-rappreżentazzjonijiet tal-UE, l-aġenziji tal-UE, in-Netwerk Ewropa tal-Intrapriżi

17

Kampanji bbażati fuq in-netwerks

Page 18: L-isem u t-titlu tal-kelliem

www.healthy-workplaces.eu

Il-kampanja hija miftuħa għall-individwi u l-organizzazzjonijiet kollha. Tista’ tieħu sehem billi:

• Tqassam informazzjoni u materjali dwar il-kampanja• Tipparteċipa f’wieħed mill-ħafna avvenimenti, konferenzi,

kompetizzjonijiet, kampanji ta’ reklamar – li jsiru matul il-kampanja• Torganizza l-attivitajiet tiegħek stess

18

Kif tieħu sehem?

Page 19: L-isem u t-titlu tal-kelliem

www.healthy-workplaces.eu

Anki l-organizzazzjonijiet Pan-Ewropej jistgħu japplikaw sabiex isiru imsieħba tal-kampanja. L-Aġenzija toffri:

• Ċertifikat ta’ sħubija• Pakkett sabiex tagħti merħba• Promozzjoni fil-livell tal-UE u fil-midja• Pjattaforma ta’ Komunikazzjoni Online• Sezzjoni fuq il-web għall-

imsieħba

19

Offerta ta’ sħubija fil-kampanja

Page 20: L-isem u t-titlu tal-kelliem

www.healthy-workplaces.eu

• Jirrikonoxxu l-kontribuzzjonijiet straordinarji u innovattivi• Iħeġġu lill-maniġers u lill-ħaddiema sabiex jaħdmu flimkien• Itejbu s-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol• L-Istati Membri tal-UE, iż-ŻEE, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija• Żewġ kategoriji:

- Il-postijiet tax-xogħol li jħaddmu inqas minn 100 ruħ- Dawk b’100 ħaddiem jew aktar

• Ir-rebbieħa magħżula mill-applikazzjonijiet sottomessi mill-punti ċentrali nazzjonalihttp://osha.europa.eu/mt/campaigns/competitions

20

Premji Ewropej għall-Aħjar Prattiki

Page 21: L-isem u t-titlu tal-kelliem

www.healthy-workplaces.eu

• Gwida dwar il-Kampanja• Gwidi prattiċi għall-ħaddiema u l-maniġers• Eżempji tal-aħjar prattika• Aħbarijiet dwar avvenimenti tal-kampanja• Preżentazzjonijiet u vidjos animati• Kollha disponibbli f’24 lingwa

www.healthy-workplaces.eu

21

Riżorsi

Page 22: L-isem u t-titlu tal-kelliem

www.healthy-workplaces.eu

• Tnedija tal-Kampanja 18 ta’ April 2012

• Ġimgħat Ewropej għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol Ottubru 2012 u 2013

• Ċeremonja tal-Premji għall-PrattikiTajbin April 2013

• Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħolli Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Novembru 2013

22

Dati importanti

Page 23: L-isem u t-titlu tal-kelliem

www.healthy-workplaces.eu

• Żur il-websajt tal-kampanjawww.healthy-workplaces.eu

• Sabiex issir taf aktar dwar avvenimenti u attivitajiet f’pajjiżek, ikkuntattja l-punt ċentrali nazzjonali tiegħekwww.healthy-workplaces.eu/fops

23

Aktar informazzjoni