L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)

20
Xagħra Scout Group Membru ta’ l-iScout Association ta’ Malta Paġna 1 minn 20 www.xaghrascouts.com Attivita’ wara l-oħra u malajr sibna ruħna fl- aħħar tas-sena. Din is-sena bakkarnielu għal- Laqgħa Annwali Ġenerali. Din saret fl-4 ta’ Jannar biex b’hekk, leaders li jaħdmu jew jistudjaw barra minn xtutna u li kienu fostna għall-vaganzi tal- Milied, setgħu jingħaqdu magħna. Fi Frar, il-grupp tagħna ħa sehem f’joint activity organizzata għad-distrett ta’ Għawdex bħala tifkira tal-ġurnata li fiha twieled il-fundatur tagħna Lord Baden Powell. Għal din l-attivita’ l-Victoria Scout Group u l-grupp tagħna ltaqgħu flimkien għal hike qasira. Wara kellna attivitajiet varji u addattati għas-sezzjonijiet kollha fil-Ġnien ta’ Blankas. Fi Frar ukoll, il-poplu tax-Xagħra kellu l-okkażżjoni ta’ vista uffiċjali mill-President ta’ Malta ta’ dakinhar, l-eċċellenza tiegħu Dr. George Abela. Aħna konna onorati li nkunu preżenti fuq iz-zuntier tal-Knisja. Hemm, it-truppa bniet freestanding bridge. Aħna ħadna l-opportunita’ nuru x’joffri il-grupp permezz tar-ritratti. Fiż-żmien tar-Randan Imqaddes, il-grupp organiżża Via Sagra fuq l-għolja t’Għammar. Kienu mistednin il-membri kollha flimkien mal- familjari tagħhom. Bil-għajnuna tas-Seminarista Joseph Hili u l-parteċipazzjoni ta’ dawk preżenti, immeditajna fuq l-erbatax–il stazzjon tal-Via Sagra. F’April, bħala grupp ipparteċipajna fil-parata annwali ġewwa Malta. Il-Belt ikollha dehra kompletament differenti minn dik tas-soltu. Kull fejn tħares tilmaħ membri tal-iScout Association of Malta flimkien mal-membri tal-Malta Girl Guide Association. Aħna nimxu minn quddiem il-Knisja ta’ Sarrija sa quddiem Kastilja. Triq r-Republika tkun maħnuqa bin-nies iżda l-maġġoranza tal- folla taqa’ fi Pjazza San Ġorġ. Hemmhekk ikun hemm il-President tar-Republika preżenti u Mill-Group Scout Leader... GSL Loraine Borg ...jkompli f’paġna 3

description

The eigth edition of L-iScout Xaghri, a magazine published in Maltese by The Scout Association of Malta - Xaghra Scout Group.

Transcript of L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)

Page 1: L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

Paġna 1 minn 20www.xaghrascouts.com

Attivita’ wara l-oħra u malajr sibna ruħna fl-aħħar tas-sena. Din is-sena bakkarnielu għal-Laqgħa Annwali Ġenerali. Din saret fl-4 ta’ Jannar biex b’hekk, leaders li jaħdmu jew jistudjaw barra minn xtutna u li kienu fostna għall-vaganzi tal-Milied, setgħu jingħaqdu magħna.

Fi Frar, il-grupp tagħna ħa sehem f’joint activity organizzata għad-distrett ta’ Għawdex bħala tifkira tal-ġurnata li fiha twieled il-fundatur tagħna Lord Baden Powell. Għal din l-attivita’ l-Victoria Scout Group u l-grupp tagħna ltaqgħu flimkien għal hike qasira. Wara kellna attivitajiet varji u addattati għas-sezzjonijiet kollha fil-Ġnien ta’ Blankas.

Fi Frar ukoll, il-poplu tax-Xagħra kellu l-okkażżjoni ta’ vista uffiċjali mill-President ta’ Malta ta’ dakinhar, l-eċċellenza tiegħu Dr. George Abela. Aħna konna onorati li nkunu preżenti fuq iz-zuntier tal-Knisja. Hemm, it-truppa bniet

freestanding bridge. Aħna ħadna l-opportunita’ nuru x’joffri il-grupp permezz tar-ritratti.

Fiż-żmien tar-Randan Imqaddes, il-grupp organiżża Via Sagra fuq l-għolja t’Għammar. Kienu mistednin il-membri kollha flimkien mal-familjari tagħhom. Bil-għajnuna tas-Seminarista Joseph Hili u l-parteċipazzjoni ta’ dawk preżenti, immeditajna fuq l-erbatax–il stazzjon tal-Via Sagra.

F’April, bħala grupp ipparteċipajna fil-parata annwali ġewwa Malta. Il-Belt ikollha dehra kompletament differenti minn dik tas-soltu. Kull fejn tħares tilmaħ membri tal-iScout Association of Malta flimkien mal-membri tal-Malta Girl Guide Association. Aħna nimxu minn quddiem il-Knisja ta’ Sarrija sa quddiem Kastilja. Triq r-Republika tkun maħnuqa bin-nies iżda l-maġġoranza tal-folla taqa’ fi Pjazza San Ġorġ. Hemmhekk ikun hemm il-President tar-Republika preżenti u

Mill-Group Scout Leader...GSL Loraine Borg

...jkompli f’paġna 3

Page 2: L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - It-8 Edizzjoni - Frar 2015

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 2 minn 20

Nistgħu ngħidu li l-ħarġa tal-lum hi waħda ftit speċjali, partikularment għall-fatt li qed tkopri diversi attivitajiet tax-XSG li seħħew u twettqu fis-sena 2014. Interessanti ħafna huma d-diversi artikli mimlijin informazzjoni li jidhru f’din il-ħarġa speċjalment dawk li għandhom x’jaqsmu mas-sezzjonijiet differenti tal-Għaqda.

Mhux hekk biss, imma wieħed jinnota li l-leaders tagħna ma baqgħux lura, għax qed jitħarrġu dejjem aktar bit-training li qed jieħdu mill-Head Quarters ta’ Malta. Il-ħeġġa tagħhom tirrifletti ruħha fit-tfal u żgħażagħ fdati f’idejhom.

Ma jonqosx il-messaġġ tal-Arċipriet, Mons. Karm Refalo, u l-messaġġ dettaljat u fit-tul tal-GSL, Ms. Loraine Borg. Naqraw ukoll dwar ix-xogħlijiet strutturali li qed isiru fil-HQ il-ġdid tax-XSG, li ta’ min jgħid, waslu f’fażi avvanzata ħafna. Prosit kbir lill-Kumitat inkarigat.

Insibu r-rokna tal-ġenituri, tal-attivitajiet kulturali, tal-kuntatti nternazzjonali u anki l-paġna tal-Istorja tal-Grupp tagħna. Dawn u oħrajn iżewqu din il-ħarġa b’ħafna nformazzjoni utli w nteressanti li jkomplu juru l-ħeġġa u d-dedikazzjoni, minkejja d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-Leaders, ġenituri, u membri tax-Xagħra Scout Group. Prosit kbir li kulħadd.

Kontenut tal-MagażinPg 1, 3 & 4 - Mill-Group Scout Leader

Pg 2 - Mill-Editur

Pg 5 - Miċ-’Chaplain’

Pg 6 & 7 - Mill-Kunsill tal-Grupp

Pg 8 - Il-Beaver Scout Colony

Pg 9 - Il-Cub Scout Pack

Pg 10 & 11 - It-Truppa

Pg 12 & 13 - Il-Unit

Pg 14 - Awards u Notizji

Pg 15 - Rokna Internazzjonali

Pg 16 & 17 - Aħbarijiet mill-HQ

Pg 18 & 19 - L-iStorja tax-XSG

Pg 20 - Sponsors

______________________________Maħruġ f’isem ix-Xagħra Scout Group, Distrett t’ Għawdex, Scout Association ta’ Malta, bl-għajnuna ta’ ħafna membri speċjalment l-Editur Carmel Attard, ko-edittriċi Sabrina Portelli u l-Graphical Designer Josmar Azzopardi.

Xagħra Scout GroupTriq ta’ Ħamet,

Xagħra, XRA 9031Gozo, Malta

[email protected]

____________________________Il-fehmiet li jistqarru l-kittieba m’humiex neċessarjament dawk tal- Bord Editorjali, Grupp jew Assoċjazzjoni. Kull artiklu li jidher f’din ir-Rivizta hu

responsabilta’ totali tal-artikolist.

Mill-Editur...Mr Carmel Attard

Page 3: L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - It-8 Edizzjoni - Frar 2015

Paġna 3 minn 20

l-parata tgħaddi minn quddiemu. Din s-sena kienet l-ewwel attivita’ tal-President Mary Louise Coleiro Preca peress li l-parata saret propju jumejn wara l-ħatra tagħha.

F’Mejju ċċelebrajna s-sitt anniversarju minn mindu reġa’ nfetaħ il-grupp tagħna. Bdejna b’quddiesa ta’ ringrazzjament immexxija mill-Arċipriet Mons. Carmelo Refalo fil-Bażilika tax-Xagħra. Wara mmarċjajna fi Vjal 8 ta’ Settembru sal-kwartieri tagħna fejn saru xi nvestituri ta’ beavers ġodda. Il-pubbliku kien mistieden biex jiġi u jara l-progress li sar fil-ħidma fuq il-bini. Wara kellna ikla organizzata mill-kunsill tal-

grupp li l-għan tiegħu hu l-ġbir ta’ fondi b’risq l-istess kwartieri.

Ġunju hu żmien l-eżamijiet – anke ghal-leaders... pero’ għamilna dak kollu possibli biex il-laqgħat jibqgħu jsiru regolari u frekwenti kemm jista` jkun. Wara ċċelebrajna bil-kamp tas-sajf li sar fit-tieni ġimgħa ta’ Lulju. Kien kamp ta’ suċċess fejn it-tfal tgħallmu affarijiet li jiswewlhom għal ħajjithom. Aħna l-leaders komplejna nevalwaw u niskopru modi ġodda ta’ x’nistgħu nagħmlu biex inkomplu ntejbu u nimxu `l quddiem.

Mill-Grupp Scout Leader... (jkompli minn paġna 1)

Page 4: L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - It-8 Edizzjoni - Frar 2015

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 4 minn 20

Matul is-sajf li għadda, 3 leaders mill-grupp tagħna iżżweġu. Dawn huma Fabian u Maria, u Daniela u Richard. Għal dawn iż-żewġ mumenti hekk importanti fil-ħajja tagħhom il-grupp ifforma l-Gwardja tal-Unur, f’sens ta’ rispett u apprezzament tax-xogħol u l-għajnuna siewja li dawn iż-żewġ koppji dejjem taw lil grupp tagħna. Il-Gwardja tal-Unur saret ukoll meta Fr. Daniel Sultana (ħu l-Akela Steven Sultana) iċċelebra l-Prima Messa tiegħu.

F’Ottubru kellna kemm-il ċerimonja mportanti u speċjali għall-grupp. Fosthom l-investitura ta’ numru ta’ membri ġodda fi ħdan il-moviment dinji tal-iScouts u l-ftuħ uffiċjali tas-sezzjoni tal-Ventures, magħrufa ukoll bħala l-Unit. Din iċ-ċerimonja kienet pjuttost eċitanti, peress li mhux biss kienet tfisser li l-grupp qed jikber, iżda ukoll, li l-membri li ilna nafuhom minn mindu kellhom madwar 8 snin, u rajnihom jikbru f’ġuvintur, baqgħu magħna. Kellna ukoll il-Joti Jota li fiha pparteċipaw il-pack, troop u unit.

F’Novembru saret il-famuża Fun Run tal-President, fejn numru sabiħ ta’ leaders u membri tal-kunsill tal-ġenituri ppartecipaw, biex juru l-impenn tal-grupp tagħna lejn għan daqstant nobli. Imbgħad meta l-Eċċellenza tagħha l-President ta’ Malta s-Sinjura Marie Louise Coleiro Preca ġiet iżżur ix-Xagħra fil-waqt li tiġbor donazzjonijiet għall-Istrina, membri minn sezzjonijiet differenti ppreżentawlha donazzjoni f’isem il-grupp biex b’hekk inkomplu nsostnu l-parteċipazzjoni fil-kommunita’.

L-Eċċellenza tiegħu, l-isqof ta’ Għawdex, Mons. Mario Grech żar l-grupp tagħna waqt il-vista pastorali tiegħu fix-Xagħra f’Diċembru li għadda. Qatta’ ftit ħin magħna, tkellem mat-tfal u mal-leaders kif ukoll ma’ xi membri tal-kunsill tagħna. Ippreżentajnielu l-iscarf tal-grupp bħala

membru onorarju tal-grupp tagħna. Libisha dritt u bi tbissima mimlija nostalġija rrakkuntalna kif meta kien għadu kemm laħaq qassis u mar Ruma jistudja kien sar Scout fil-paroċċa fejn kien iservi. Ġibnielu ħafna memorji u kif dejjem ngħidu ‘Once a Scout, Always a Scout!’

F’Diċembru sar ukoll il-festin tal-Milied, fejn il-membri tagħna kollha minn sezzjonijiet differenti ltaqgħu fil-Kwartieri tagħna għal-logħob organizzat mill-leaders, fejn l-ikel, ir-rigali u Father Christmas ma naqsux. F’dan il-festin, il-membri kienu mistiedna jġibu xi ġugarell li ma għadhomx jilagħbu bih, biex inkunu nistgħu nagħtuh lill-tfal inqas ixxurtjati. B’hekk komplejna ngħinu lill-membri biex iżidu l-kuxjenza soċjali.

Din is-sena diversi leaders u anke membri tal-kunsill għamlu l-kors tal-first aid, sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-ewwel għajnuna jekk allaħares qatt iweġġa’ xi ħadd. Kien hemm ukoll numru sabiħ ta’ leaders li bdew jew komplew it-taħriġ tagħhom sabiex ikunu leaders kwalifikati u rikonoxxuti mill-assoċjazzjoni. Ta’ min isemmi ukoll li għandna diversi leaders li jagħtu sehemhom f’xogħolijiet varjati fl-iScout Association of Malta. Steven Sultana (Akela) hu membru fit-tim li qed jaħdem fuq r-reviżjoni tal-Cub Leaders’ Handbook, Tracy Wilkinson (Hathi) interessat ruħa fl-International Award, Josmar Azzopardi hu l-Funding Officer tal-assoċjazzjoni, u jien Loraine Borg nagħti sehmi bħala l-Assistant Commissioner for Training and Programme.

Inħeġġiġkom biex tkomplu taqraw din l-edizzjoni sabiex issiru tafu x’sar fis-sezzjonijiet varji, il-ħidma siewja mill-kunsill tal-grupp, kif ukoll fejn wasalna fix-xogħol intensiv ta’ rinovazzjoni tal-kwartieri tagħna.

Nieħu din l-opportunita’ biex nirringrazzja lilek li qed taqra din r-rivista tal-interess tiegħek fix-Xagħra Scout Group u lil dawk kollha li jgħinu u jagħtu ħinhom mingħajr ebda interess personali għall-benefiċċju tal-grupp u tal-membri tagħna. Grazzi kbir imur ukoll għad-donaturi varji li mingħajr s-sostenn tagħhom ma nkunux nistgħu naħdmu u naslu fejn nixtiequ.

Page 5: L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - It-8 Edizzjoni - Frar 2015

Paġna 5 minn 20

Il-Ħajja mhix Gwerra....imma trid “tiġġieled” biex tgħix u tkampa!

Il-ħajja hi magħmula minn relazzjonijiet u kuntatti li jkollna ma’ xulxin. Meta dawn ir-relazzjonijiet jinkisru hemm possibiltà li nibdew nitkissru minn ġewwa. F’din is-sitwazzjoni tħoss li ma “għandi naqa’ għal ħadd”, tħoss ir-rabja tikber, taħseb fik innifsek u malajr tiġġudika. Minn fommok joħroġ kliem li qatt ma xtaqt tgħid bil-konsegwenzi li tista’ tieħu l-agħar deċiżżjonijet. F’din is-sitwazzjoni rrid nemmen li l-ħajja mhux gwerra imma titlob sfida biex tkun tista’ tgħixha. Jekk tinkisrilek ħbiberija, jew jekk għaddej minn relazzjoni mfarrka ser nissuġġerilek 10 affarijiet li jistgħu jgħinuk.

1. L-Imħabba hija akbar minn kull ħaġa li qed tiġġieled dwarha!

2. L-imħabba tgħinek tgħix mal-oħrajn u tiftaħlek għajnejk biex ma żżidx “gwerer.”

3. Fittex safejn għandha tasal il-fiduċja fl-oħrajn. “Too good is not too good.”

4. Qatt tmur torqod b’rabja f’qalbek...ir-rabja tiġi frott weġgħa. Ara kif tfejjaq il-ġerħa!

5. Tagħmilx lil ħaddieħor dak li ma tixtieqx li ħaddieħor jagħmel lilek....u agħmel lil ħaddieħor dak li tixtieq li ħaddieħor jagħmel lilek.

6. Tagħtix “extra time” meta dħalt fi ġlieda jew argument. Aqtagħha fil-qasir! Erġa ittakilja l-konflitt f’okkażjoni oħra meta tkun aktar kalm

7. Meta tiġi f’konflitt isma’ ħafna u tkellem ftit!

8. Tgħajjatx u żomm vuċi baxxa b’mod li flok tgħajjar tiddjaloga.

9. Niġġieled b’mod ġust billi nidbel l-“armi tal-ġlied.” Naċċetta li ma naqblux f’kollox. Aħjar tibni pont milli tkissru! Biex tibni iddum ħajja, biex tħott iddum ftit minuti.

10. FTAKAR li l-imħabba mhix gwerra, imma biex tgħix ħajtek trid tiġġieled għaliha. (No pain, no gain).

Nawgura lilek li qed taqra li ssib imqar frażi żgħira li tgħinek tiffaċċja l-isfidi tal-ħajja u wara tapplikaha għal ħajtek biex tħossok preparat x’armi għandek tuża. Hu minnu li l-ħajja mhix battalja....imma daqstant ieħor hu minnu li trid “tiġġieled” f’sens tajjeb sabiex tgħix ħajtek. (Live and let live).

Il-moviment tal-iscouts għandu l-“armi” kollha meħtieġa biex jipprepara lil-individwi; tfal, żgħażagħ u adulti għall-isfida sabiħa tal-ħajja. Scout ta’ veru ma jċedi l-armi qatt!

Miċ-’Chaplain’ ...Mons. Carmelo Refalo

Page 6: L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - It-8 Edizzjoni - Frar 2015

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 6 minn 20

L-2014 żanżanniha bil-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret fl-4 ta’ Jannar. Dakinhar kienet organizzata attivita’ fejn laħqu 4 leaders ġodda. Wara, il-membri ta’ kull sezzjoni, dawk tal-Beavers, tal-Cubs u tat-Troop tellgħu xi preżentazzjoni, u ferrħu lil dawk preżenti. F’din s-serata ngħata r-rendikont tal-finanzi tal-grupp u wara ngħataw l-unuri lill-membri li jkunu eċċellaw minn fost sħabhom. Wara, l-kumitat ħaseb biex joffri xarba sħuna u biċċa kejk lil dawk preżenti.

Fi Frar organizzajna l-Carnival Party. Kemm it-tfal u anke l-kbar konna bil-kostumi. Minħabba n-numru sabiħ ta’ tfal li attendew, din s-sena, organizzajnih f’post ikbar ħalli t-tfal ikollhom iktar wisa’ fejn jilagħbu u jieħdu gost. Dakinhar il-kunsill prepara BBQ, u t-tfal kielu u xorbu sakemm xebgħu, waqt li l-leaders organiżżawlhom xi attivitajiet. Wara ingħataw pasta tajba u xi ħaġa tal-ħelu, huma u sejrin lejn d-dar.

F’April ukoll, bdejna naħsbu għal-famużi figolli. Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, din d-darba preparajna ruħna aħjar biex ma nħallu lil ħadd iddiżappuntat li ma laħaqx figolla minn tagħna. Aħna ltqajna biex flimkien nagħmluhom, inżejnuhom u nippakjawhom, biex imbgħad inkunu nistgħu inbigħuhom meta t-tfal ikollhom l-laqgħa tagħhom. U għall-darba oħra l-figolli kienu suċċess. Grazzi lil kull min xtara.

Fil-Kamp tal-Għid il-kunsill ta s-sehem tiegħu biex jipprepara xi ħaġa tal-ikel lil dawk li kienu qed jikkampjaw fil-Pergola.

Bħala għaqda, għinna ukoll fil-Gozo Half Maraton, li ssir fix-Xagħra. Kulħadd ta s-sehem tiegħu, mill-kbar saż-żgħar. Min għin billi wera t-triq lill-atleti, min qassam l-ilma u min ta l-għajnuna tiegħu fejn kien hemm bżonn. Il-kunsill ħaseb ukoll biex jarma stand fil-pjazza bil-pasti, qronfol u naspli għall-bejgħ. Minn hawn nifirħu lil dawk kollha li ħadu sehem fil-maratona speċjalment lill-membri tal-Iscouts u tal-kumitat tagħna.

F’Mejju l-grupp jiċċelebra għeluq sninu. Is-sitt sena tagħna iċċelebrajniha b’quddiesa nhar it-18 ta’ Mejju. Wara għamilna żjara fil-post il-ġdid tagħna, biex b’hekk kulħadd ikun jista’ jammira l-progress li bih miexi l-itranġar tal-

post. F’nofsinhar kellna ikla f’restaurant, u wara ngħatat qronfla lill-ommijiet kollha preżenti, peress li dakinhar ħabat Jum l-Omm.

Il-Hill Climb hija attivita’ oħra li aħna nieħdu sehem fiha biex indaħħlu xi ħaġa tal-flus għal-grupp. Bħala kunsill kellna stand fuq il-belvedere tal-Qaċċa, u minn hemm stajna nbiegħu ikel u xorb, lid-dilettanti li ġew jieħdu gost jaraw dawn

Mill-Kunsill tal-Grupp...Marica Borg

Page 7: L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - It-8 Edizzjoni - Frar 2015

Paġna 7 minn 20

it-tlielaq, li jsiru darba f’sena f’Għawdex. Din s-sena inżertat ġurnata vera xitwija, u kulħadd beda jfittex biex jixtri xi bela’ te’ jew kafe’ u xi pasta, biex jisħon xi ftit.

Fl-aħħar wasal s-sajf, u miegħu kull membru jkun jistenna l-Kamp tar-Ramla. Ġranet sbieħ li jgħaddu qishom ħolma u esperjenza li t-tfal żgur ma jinsew qatt. Bħala kunsill tajna l-għajnuna tagħna fejn kien hemm bżonn. Mal-kamp insibu ukoll il-BBQ annwali li norganizzaw fil-parkeġġ tar-Ramla. Din hija l-akbar attivita’ ta’ fund raising li jkollna. Bis-saħħa tagħkom kull sena qegħdin dejjem nikbru u nżidu fil-konkorrenza.

Wara li ġejna f’tagħna mill-kamp, organizzajna Serata ta’ Pasta u Tombla, fl-1 t’Awwissu. Din kienet serata oħra ta’ suċċess. Kull min attenda kellu ċ-ċans li jiekol platt għaġin tajjeb imżewwaq bi tlett tipi ta’ għaġin u zlazi differenti, waqt li jilgħab erba ġogi tombla. Lit-tfal ħsibnielhom għal film biex jinġabru jarawh waqt li l-kbar jilagħbu bil-kwiet.

Għat-tieni sena konsekuttiva, fl-lejliet il-festa armajna daqsxejn ta’ bar quddiem il-post il-ġdid tagħna ħalli, waqt li n-nies igawdu n-nar tal-festa jkunu jistgħu jixtru xi ħaġa friska x’jixorbu. Din s-sena armajna ukoll waqt t-tiġrija taż-żwiemel.

Fil-bidu ta’ Novembru organizzajna Costume Party għat-tfal. Il-membri tal-kumitat sajjarnielhom hotdog jew burger. Din d-darba

kien suċċess ieħor għax kellna numru sabiħ ta’ tfal li attendew.

Din s-sena ħadna sehem bħala marshalls fil-maratona tal-OASI. Il-membri kollha taw sehemhom billi wrejna t-triq biex l-atleti ma jinfixlux u jmorru xi triq b’oħra.

Uħud mill-membri tal-Kunsill ħadu sehem fil-Presidential Walk/Run, organizzata mill-President ta’ Malta bħala ġbir ta’ fondi għal-Istrina. Bħala għajnuna għal Community Chest Fund konna preżenti ukoll nhar s-Sibt 20 ta’ Diċembru, waqt ż-żjara li l-President ta’ Malta għamlet fl-irħula Għawdxin, għal-Istrina 2014.

Għal-ikla tal-Milied din s-sena morna l-Eldorado. Dakinhar iltqajna numru sabiħ ta’ ġenituri u ħbieb fejn flimkien kilna ikla tajba u ħadna gost flimkien. Din tkun okkazzjoni tajba fejn niltaqgħu u niċċelebraw dawn il-ġranet sbieħ tal-Milied.

Filwaqt li nirringrazzja lil kull min għinna, speċjalment meta tattendu għall-attivitajiet li norganizzaw, inħeġġeġ lill-oħrajn biex jibdew jattendu, nassigurahom li se jieħdu pjaċir żgur. Nieħu l-okkazjoni biex għan-nom tal-Kunsill nawguralkom sena mimlija hena u paċi.

Page 8: L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - It-8 Edizzjoni - Frar 2015

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 8 minn 20

Ma’ din il-ħarġa nindunaw li għaddiet sena oħra. Dan ifisser li tlieta mill-membri, Luke, Jerome u Abigail ħallewna u telgħu mas-sezzjoni tal-Cubs filwaqt li l-Beaver Colony reġgħet tat l-opportunità lil tfal ġodda sabiex jiffurmaw parti minn din il-familja kbira. Dawn huma Adria Marie, Clyde, Jayden, Keith, Kirsty Mae, Naomi u Nick fejn permezz tagħhom il-grupp tagħna kompla jikber u jissaħħaħ. F`din is-sena rajna wkoll l-investitura tal-Beaver Scouts Carlos, Hannah, Joseph, Kurt, Kyle, Mariah, Sean Paul, u Tristian li kollha kemm huma kienu ħerqana sabiex iżanżnu l-uniformi ġdida tagħhom u uffiċjalment jidħlu fil-moviment dinji tal-iScouts. Fi żmien xahar issa ser nassistu għall-investitura tal-kumplament tal-Beaver Scouts. Filfatt, flimkien mal-leaders tagħhom huma qed jaħdmu fuq il-Membership Award sabiex b’hekk huma wkoll ikunu jistgħu jidħlu uffiċjalment f’dan il-moviment.

Il-laqgħat mimlija gost u tagħlim ma naqsux. Sabiex iġibu d-Discovery Challenge Badge, għamilna diversi laqgħat dwar l-annimali, kemm dawk li nsibu f’ Malta u kif ukoll dwar oħrajn li lanqas biss noħolmu li niltaqgħu magħhom f`din il-gżira ċkejkna. Ma naqasx ukoll li nitgħallmu dwar il-beaver, fejn it-tfal innutaw li dan l-annimal għaqli jaħdem id f`id mal-kumplament ta` sħabu sabiex b’hekk jgħixu f’armonija. Hekk ukoll għandna nagħmlu aħna. Wara kollox inkunu qed nimxu mal-istess mottow tagħna li huwa “Nagħmlu Ħbieb”. Għalaqna din iċ-challenge permezz tal-mawra sa’ Malta fejn morna nżuru l-Bird Park tas-Simar. Tgħidx kemm ħadna gost nosservaw mill-qrib l-għasafar, filwaqt li kien hemm min kellu x-xorti li jtajjar fil-beraħ għasafar ċkejkna li kienu ġew maqbuda sabiex issir xi riċerka. Hemm kellna ċ-ċans ukoll sabiex sirna nafu aħjar il-Beaver Scouts taż-Żejtun, fejn qattajna l-ħin nilagħbu u nitgħallmu flimkien.

Ħdimna wkoll fuq l-Outdoor Challenge Badge fejn għamilna diversi mixjiet fil-kampanja

u sa ħdejn il-baħar. Għalkemm it-tfal spiċċaw b’nifishom maqtugħ u f’xi waqtiet ħabtu ser jaqtgħu qalbhom, dawn it-tip ta` attivitajiet żiedu fl-entużjażmu u fl-għaqda ta’ bejniethom. Żorna wkoll l-kamp tal-Għid kif ukoll tas-Sajf fejn in-nofs ta’ nhar li qattgħu hemm kienet ta’ esperjenza ġdida għall-maġġoranza tat-tfal. Fil-kamp tal-Għid huma għaddew il-ħin jesploraw il-kampijiet u l-kampanja tal-madwar, isajru u jilagħbu; filwaqt li fil-kamp tas-Sajf il-krafts, logħob fuq ir-ramel, tixrib bl-ilma baħar u tidlik bil-krema tax-xemx ma naqsux.

Żgur li jiftakru l-aħħar laqgħa qabel il-kamp tas-Sajf peress li din kienet waħda b`differenza. Ġew ippreparati diversi logħob bl-ilma, u wieħed jista’ jimmaġina r-riżultat tal-aħħar – kulħadd mxarrab għasra. Fil-laqgħat ta` wara is-Sajf imbagħad ħtafna l-opportunita’ mit-temp sabiħ tal-Ħarifa u qattajnihom bil-maġġoranza tagħhom nesploraw l-ambjent lil hinn mill-Head Quarters. Dawn kienu mumenti tajbin għax filwaqt li ħadu gost, it-tfal komplew isiru jafu lil xulxin aktar mil-qrib.

L-aktar ħaġa mportanti hija li t-tfal jitgħallmu affarijiet li jgħinuhom jiffurmaw aħjar il-karattru tagħhom filwaqt li jieħdu gost. Flimkien ser inkomplu naħdmu sabiex nilħqu dan il-għan. Awgur għas-Sena 2015!

Il-Beaver Scout ColonyBSL Antoine Spiteri

Page 9: L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - It-8 Edizzjoni - Frar 2015

Paġna 9 minn 20

Fix-xhur mil-aħħar edizzjoni ta’ din ir-rivista, l-Pack kellu diversi attivitajiet interessanti mwaħħdin mal-laqgħat regolari li jkollna. Il-Cubs baqgħu jistinkaw fuq il-programm tagħhom biex iġibu l-‘Arrow Badges’, pero’ xi kultant bdilna ftit l-andament tal-laqgħat.

F’Marzu, l-Cubs il-kbar kellhom attivita’ il-Belt, bħala parti mill-programm tagħhom. Il-Cubs kellhom jiġru wara xi Minions kattivi li kienu qed jaqilgħu xi nkwiet fil-Belt. L-istorja kkumplikat ftit ruħha, billi l-Minions kienu qed jaqbżu f’diversi żminijiet differenti, u bdew iħawdu ġrajjiet importanti Maltin. Il-Cubs kellhom jaraw kif jerġgħu jġibu l-istorja ta’ Malta kif kienet oriġinarjament, billi żaru diversi monumenti u rreċtaw il-ġrajja kif verament seħħet.

Iktar tard, fil-kamp tal-Għid, il-Minions reġgħu qalgħu xi inkwiet. Din id-darba, bdew jikkontrollaw lil Leaders! Pero’ permezz ta’ diversi attivitajiet, bħal ‘scavenger hunt’ u battalja kbira, l-Cubs reġgħu rnexxielhom jirbħu lill-Minions. Attivitajiet oħra li kellna f’dan il-kamp kienu cookout, fejn kulħadd ta s-sehem tiegħu skont x’tgħallem matul x-xhur ta’ qabel, u ‘Group Activity’, fejn il-Cubs ingħaqdu fi gruppi mal-iscouts u kellhom diversi sfidi li kellhom jegħlbuhom flimkien.

F’Mejju kien hemm ukoll il-‘BP Adventure’, pjanata mill-IHQ. Għal din l-attivita’ kienu mistiedna l-Cubs u Brownies (mill-Guides) kollha ta’ Malta. Iltqajna’ kollha fil-‘Campsite’ ta’ Għajn Tuffieħa fejn kellna attivitajiet relatati mal-ambjent, max-xjenza, kif ukoll dawk fiżiċi. Kien

hemm atmosfera vera sabiħa, u l-Cubs kollha ħadu gost.

F’Ġunju kellna mistieden speċjali: Tarcisio Gauci, li ġie jkellem lill-Cubs dwar il-kollezzjoni tal-bolli tiegħu. Spjega wkoll diversi affarijiet x’wieħed għandu jagħmel biex jieħu ħsieb u jkabbar il-kollezzjoni tiegħu. Fl-aħħar ta set ta’ bolli lill-Cubs li kienu hemm.

F’Ġunju wkoll kellna l-‘Cub and Male Relative Activity’, fejn il-Cubs u wieħed mill-qraba rġiel tagħhom kellhom diversi logħob organizzat. Il-logħob kien maħsub biex il-Cub u l-qarib jgħaqqdu l-ħiliet tagħhom u jieħdu gost flimkien, għanijiet li ntlaħqu.

F’Lulju l-Grupp kellu l-kamp tas-Sajf, bit-tema ‘iRobots’. Hawn il-Cubs kellhom diversi ‘crafts’, ‘hike’ u ‘treasure hunt’, fost l-oħrajn. Fl-istess ħin, dan il-kamp kien ukoll test kbir għall-Cubs, fejn kellhom japplikaw dak li tgħallmu waqt il-laqgħat ta’ nhar ta’ Sibt.

Barra minn hekk, Tracy Wikinson (Hathi) u Loraine Rapa (Kaa) organizzaw ukoll ‘Joint Activities’ bħala parti mill-kors tagħhom għall-‘Woodbadge’. L-ewwel waħda kienet żjara kulturali u spiritwali fl-inħawi ta’ Ta’ Pinu, u t-tieni kienet ukoll żjara kulturali din id-darba fil-Kottonera. It-tnejn li huma kienu suċċess, bil-Cubs imorru lura d-dar jirrakkontaw dak li tgħallmu.

Lejn l-aħħar tas-sena, il-Pack tagħna beda proġett ta’ pen friends man-9th Winchester Pack, u diġa’ bagħtu lil xulxin diversi ittri.

Bħal dejjem, il-Pack dejjem jara uċuħ ġodda. F’dan il-perjodu li għadda, ilqajna magħna lil Jerome, Luke u Abigail mill-Colony, kif ukoll lil Lara, Daniel, Rodienne, Samuel, Saviour u Martina. Fl-istess ħin, Luca, Etienne, Jacob, Carlos, George, Rosie, Michela, Daniel, Christiana u Maria telgħu mat-Truppa – b’awgurju ta’ suċċess, u kif dejjem ngħidu, li dejjem jagħmlu ħilithom!

Il-Cub Scout Packa/ CSL Steven Sultana

Page 10: L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - It-8 Edizzjoni - Frar 2015

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 10 minn 20

Sa minn kmieni f’Diċembru, it-Truppa xorta waħda ltaqgħet sabiex tagħti bidu għal tradizzjoni ġdida u sabiħa fil-grupp li hija dik tat-Troop Banquet u li saret fil-Headquarters il-ġdid tal-iScouts. Minbarra t-Truppa flimkien mal-leaders tagħhom, għal din iċ-ċelebrazzjoni ġew mistiedna ukoll il-GSL Loraine Borg u CSL Steven Sultana. Kienu diversi l-membri preżenti li għamlu kelmtejn f’isem il-grupp f’dan iż-żmien ta’ festa, filwaqt li oħrajn iddeċidew li jagħtu ftit pjaċir permezz tat-talent tagħhom billi użaw xi strument waqt il-Cabaret Show.

Matul il-bqija tas-sena, it-Truppa baqgħet tiltaqa’ regolarment għall-meetings, li għall-parti l-kbira ta’ din sena kellhom it-tema taż-Zombies. Iż-żewġ Patrols ħadu pjaċir mhux ftit bil-logħob li ġie organizzat għalihom min-naħa tal-leaders, waqt li fl-istess ħin, ħadmu bis-sħiħ u imxew mal-programm tagħhom sabiex irnexxielhom jakkwistaw il-badge tal-Backpacker, fejn fosthom tgħallmu fuq l-affarijiet essenzjali li għandek bżonn għal waqt hike, fuq ħiliet li għandhom x’jaqsmu ma’ survival u anke fuq kif tista’ torjenta ruħek bil-għajnuna tal-mappa u il-kumpass. F’attivita’ separata oħra, kull patrol ħadem flimkien biex għamel video qasir li juri kif għandek iġġib ruħek b’mod xieraq waqt li tkun miexi fit-triq jew fil-kampanja. Matul is-sena ukoll saru diversi hikes madwar Għawdex li għenu lit-Truppa tuża’ dawn il-ħiliet kollha fil-prattika.

Tul din is-sena wkoll, it-Truppa ħadet sehem f’diversi attivitajiet oħra. B’mod partikulari ta’ min isemmi id-District Activity flimkien mal-Victoria Scout Group li ġiet organizzata fil-

ġnien ta’ Blankas fix-Xewkija. Fi Frar ukoll kien hemm l-attendenza tal-eks-President ta’ Malta, l-Eċċelenza Tiegħu s-Sur Gorg Abela, fejn għaliha ġiet preżentata esibizzjoni mix-Xagħra Scout Group, u anke fejn it-Truppa kellhom iċ-ċans jibnu frictionless bridge fuq il-post. Attivita’ mportanti oħra kienet iċ-ċerimonja tal-Going Up fejn it-Truppa laqgħet sebgħa membri ġodda fi ħdanha. Wara żmien ta’ taħriġ ma’ dan il-grupp ta’ Scouts, it-Truppa setgħet tiġi ffurmata minn zewġ Patrols ġodda li huma dawk tal-Lion u tal-Cobra.

Bħal kull sena, it-Truppa stenniet bil-ħeġġa iż-żewġ kampijiet li jsiru fl-Għid u fis-Sajf. Għalkemm il-kamp tal-Għid ikun xi ftit iqsar minn dak tas-Sajf xorta waħda t-Truppa kellha programm mimli daqs bajda, b’attivitajiet u proġetti li ħadu ħafna gost jagħmluhom. Apparti li l-iScouts il-ġodda tat-Truppa tgħallmu kif għandhom jippjanaw u jsajru il-backwoods kellhom ukoll diversi attivitajiet oħra flimkien inkluż dawk fiżiċi bħal night games, mixjiet madwar il-kamp, proġetti bħal bini ta’ xelters differenti li xi uħud minnhom anka spiċċaw biex intużaw mill-iScouts ħalli iqattgħu l-lejl ġo fihom, u anke sfidi ta’ taħbil il-moħħ. Fil-kamp tas-Sajf, peress li dan idum kemmxejn aktar, it-Truppa setgħet tagħmel iktar attivitajiet, bħal

It-Truppaa/ SL Sabrina Portelli

Page 11: L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - It-8 Edizzjoni - Frar 2015

Paġna 11 minn 20

bini ta’ raft fejn wara li bnewha ħadu ħafna pjaċir jippruvawha fuq il-baħar. Barra minn hekk it-Truppa pruvat ukoll l-idea ta’ chain reaction fejn oġġett bħal ballun jaqa’ u jrid jmexxi lapes u il-proċess ikompli. Din kienet opportunita’ tajba fejn iż-żewġ patrols ħadmu flimkien biex ħasbu u pjanaw sew sabiex din ir-reazzjoni setgħet tirnexxi. Barra minn hekk ma naqsitx il-partita futbol ma’ xulxin biex ngħalqu dan il-kamp tas-sajf kif suppost.

Matul din is sena it-Truppa ħadet sehem ukoll f’numru ta’ joint activities ma’ gruppi ta’ Scouts minn irħula differenti. Fosthom kien hemm dik li saret mal-grupp tal-Cospicua. Bħala attivita’, iż-żewġ truppi ngħaqdu flimkien sabiex jitgħalmu kif għandhom jaħdmu bħala tim filwaqt li pjanaw u wettqu il-proċess tat-tisjir. Dan kollu seħħ taħt it-tema taż-Zombies. Joint activity oħra li seħħet tul din is-sena kienet dik mal-grupp taż-Żejtun fejn iż-żewġ truppi differenti iltaqgħu fil-Ġnien ta’ Blankas ġewwa x-Xewkija sabiex jimxu fuq it tema ta’ E.c.o S.p.i.e.s. Matul din l-attivita, l-iScouts kellhom iqisu lilhom infushom bħala aġenti sigrieti filwaqt li kellhom iwettqu ċertu kompiti mogħtija lilhom mil-Kapo tal-aġenti. Fl-aħħarnett, ġiet organizzata attivita’ oħra matul is-sajf bit-tema ta’ Survivors fejn l-iScouts tagħna flimkien ma’ truppa mil-Victoria Scout Group telqu għall-avventura twila fejn għaddew minn diversi bajjiet madwar il-kosta t’Għawdex fosthom iż-Żewwieqa, Ħondoq, San Blas u ir-Ramla.

Tul l-aħħar xhur tas-sajf ix-xogħol min-naħa tat-Truppa ma waqafx fejn l-iScouts komplew jaħdmu flimkien fuq il-path tal-Pioneering li fih tagħlmu kif jagħmlu diversi għoqiedi u li għalquh bi proġett fejn fih irnexxilhom itellgħu flagpole bl-ispars u anka bnew catapult bl-istess tagħmir. Apparti minn hekk żmien is-sajf kien ifisser ukoll żmien ta’ mistrieħ. Filfatt ix-xhur ta’ Awissu u Settembru kienu mimlijin b’diversi attivitajiet li għalihom attendew bi ħġarhom iż-żewġ patrols ġodda. Fosthom ġew organiżżati għat-truppa, Bowling Fun fejn l-iScouts iltaqgħu flimkien u ħadu gost jikkompetu ma’ xulxin f’logħba bowling, u Troop Beach Meeting fejn

għal din is-sena l-iScouts ħadu pjaċir igħumu u jaqbżu fil-baħar ġewwa Ħondoq.

Hekk kif resaq ix-xahar t’Ottubru, it-Truppa laqgħet magħha tliet membri ġodda waqt iċ-ċerimonja tal-Going Up. Dritt wara, it-truppa kellhom iċ-ċans jagħmlu ħbieb ma’ Scouts membri oħra minn madwar id-dinja waqt il-Jota Joti u f’laqgħa oħra fl-istess xahar saret ukoll il-Halloween Party li fiha saru diversi logħbiet taħt forma ta’ kompetizzjoni.

Hekk kif bdejna quarter ġdid matul dawn l-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena, it-truppa qiegħda terġa’ taħdem fuq path ġdid li huwa dak tal-First Aider. Riċentament ukoll għat-truppa ġie organizzat kors tal-First Aid mogħti mil-E.R.R.C fejn hawnhekk l-iScouts ġew mgħallma u mitħarġa sew fuq x’għandhom jagħmlu biex jgħinu u jassistu persuni li jinsabu f’sitwazzjoni diffiċli u t’emerġenza qabel ma tasal l-għajnuna medika mill-isptar.

Jekk ninkludu ukoll it-tieni Troop Banquet li din id-darba sar fuq it-tema ġdida tal-Hunger Games nindunaw li b’din se inkunu għalaqna kapitlu ieħor minn sena oħra flimkien; sena li kienet mimlija daqs bajda b’attivitajiet u laqgħat ta’ tagħlim u prattika li jħaddnu fihom il-wegħda u l-liġi tal-iScouts u li tant aħna nemmnu u nisħqu fuqhom. Bħala t-truppa ta’ dan il-grupp, aħna se nkunu qegħdin inħarsu ‘l quddiem u nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex naħdmu fuq dak li bnejna s’issa ħalli b’hekk inkunu nistgħu nilħqu għanijiet u sfidi ġodda fil-futur.

Page 12: L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - It-8 Edizzjoni - Frar 2015

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 12 minn 20

Aktar kmieni din is-sena, għat-tieni darba fl-istorja riċenti tax-Xagħra Scout Group, infetħet il-Venture Unit. Għalhekk, sa mill-bidu ta’ Jannar, iż-żagħżagħ ta’ 14-il sena u nofs bdew jippreparaw rwieħhom biex jagħmlu dan il-pass il-quddiem fil-ħajja tagħhom bħala scouts. Flimkien bdew jaħdmu fuq il-programm ta’ tħejjija bl-isem ta’ Theseus, li għandu jippreparahom biex ikunu jistgħu jibdew jaħdmu fuq il-programm il-ġdid tal-ventures, l-Olympian Award.

L-ewwel attività organizzata taħt dan il-programm kienet dik ta’ ‘Finding Theseus’ li saret ir-Ramla fl-ewwel ta’ Marzu. Hawnhekk, il-Ventures iltaqgħu biex jippreparaw irwieħhom għall-battalja kontra l-Minotawr. Waqt din l-attivita’, intużaw għall-ewwel darba l-qaws u l-vleġeġ tal-archery li għamlu huma stess waqt il-laqgħat ta’ kull ġimgħa.

Fl-10 ta’ Marzu, ġie imwaqqaf l-eżekuttiv tal-Unit, permezz tal-elezzjonijiet li saru fl-HQ l-ġdid. Ġew eletti Julian Sultana (Chairman), Joseph Curmi (Segretarju Ġenerali), Peter Joe Mifsud (Teżorier), Chris Galea (Fundraiser). L-eżekuttiv qed jiltaqa’ kull xahar biex jiddiskuti l-attivitajiet li saru u dawk li għad baqalhom isiru. Waħda mill-attivitajiet li żgur damu jippjanaw kienet l-expedition li saret f’Mejju. Sa minn Marzu, fasslu r-rotta li kellha teħodhom minn Ta’ Pinu għar-Ramla l-Ħamra, u fl-aħħar ta’

Marzu għamilna mixja flimkien biex naraw kif inhi r-rotta.

F’nofs April kellna l-Easter Camp, li dis-sena sar il-Pergla. Hawnhekk komplejna nibnu fuq it-tema ta’ Theseus u l-Minotawr. Fil-fatt il-Ventures kellhom jakkumpanjaw lil Theseus fil-ġlieda tiegħu kontra l-Minotawr, ġlieda li bl-għajnuna tagħhom irnexxilu jirbaħ.

F’Mejju, kif għidna diġa, saret l-expedition, fejn l-Ventures qattew il-lejl il-bogħod minn darhom, biex jitgħallmu jsiru aktar indipendenti.

Fil-bidu ta’ Lulju, wara waqfa mistħoqqa minħabba l-eżamijiet, kellna s-Summer camp li, bħas-snin li għaddew, sar ir-Ramla. Hawnhekk il-Ventures kellhom l-isfida li jorqdu barra għall-jumejn sħaħ. Għalhekk lejl minnhom qattewh taħt il-kenn ta’ palma u lejl ieħor fuq ir-ramel. Waqt is-summer camp ta’ din is-sena għamilna ukoll attivita’ tal-archery għall-pubbliku bħala fundraiser. Minn din l-attivita ġbarna s-somma sabiħa ta’ ħamsa u ħamsin ewro.

Fl-aħħar ta’ Lulju, tlajna Malta fejn, flimkien mal-1st Sliema Scout Group, il-ventures tagħna kellhom l-opportunità li jesploraw il-kosta tal-grigal ta’ Malta, u jaqdfu bil-kayaks fil-bajja tal-Mistra.

Il-Venture Unita/ VSL Brandon Azzopardi

Page 13: L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - It-8 Edizzjoni - Frar 2015

Paġna 13 minn 20

Wasal Ottubru u bdiet toqrob il-ġurnata li fiha kellha tinfetah il-Venture Unit tax-Xagħra. Saru l-preparamenti kollha meħtieġa u ġew iffinalizzati l-aħħar affarijiet mill-programm ta’ tħejjija. B’hekk, Peter Joe, Chris, Joseph u Julian kienu finalment lesti biex iwettqu dan il-pass. Il-vjaġġ li wassalhom s’hawn ma kienx wieħed ħafif, anzi kien mimli tidwir u aktar tlajja milli nżul. Pero, fl-aħħar mill-aħħar, l-importanti huwa li ħadd ma qata’ qalbu, u kulħadd irnexxielu jasal qawwi u sħiħ fejn kelna l-ħsieb li naslu!

Taħt eċitament kbir, il-ventures reġgħu għamlu l-wegħda tal-moviment dinji tal-iscouts, wegħda lejn Alla, lejn art twelidhom u lejn l-oħrajn. Illum, dawn l-erbgħa t’itfal jistgħu jgħidu li m’għandhomx tfal, iżda kibru. U aħna hekk nixtiequ, li jkomplu jikbru u jiskopru t-talenti kollha tagħhom.

Mill-bidu ta’ Novembru, il-laqgħa ta’ kull ġimgħa bdiet issir il-headquarters il-ġdid. Hemmhekk, il-ventures bdew igħinu fix-xogħol,

li issa għaddej ġmielu, biex tassew nibnu post li jkun jistħoqqlu jissejjaħ it-tieni dar tagħna. Mill-aħħar laqgħa tal-eżekuttiv, li saret fil-bidu ta’ Diċembru, il-ventures bdew jaħsbu biex, huma wkoll, jagħmlu xi ħaġa biex isebbħu l-post għan-numru kbir ta’ tfal u żagħżagħ li se jkunu jiltaqgħu hemmhekk kull ġimgħa. B’hekk ħarġu bl-idea li tinbena treehouse fuq is-siġra tal-ewkaliptus li għandna fil-bitħa ta’ barra. Il-proġett għadu fi stadju bikri ħafna, fil-fatt għadna nippjanaw bir-reqqa biex din id-dar tal-injam tkun tista’ titgawda minn kulħadd, għal għexieren ta’ snin. Biex dan il-proġett jitlesta kollu kemm hu jaf jieħu x-xhur, jekk mhux is-snin, pero’ fl-aħħar mill-aħħar nistgħu ngħidu li se jitgawda minn kulħadd, speċjalment mit-tfal.

Page 14: L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - It-8 Edizzjoni - Frar 2015

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 14 minn 20

AwardsBeaver Scout ColonyPersonal Challenge: Azzopardi Sean Paul, Saliba Tristian, Tabone Joseph, Vella Hannah, Vella Kurt, Xuereb Carlos.

Outdoor Challenge: Azzopardi Sean Paul, Saliba Tristian, Tabone Joseph, Vella Hannah, Vella Kurt, Xuereb Carlos.

Membership Award: Azzopardi Sean Paul, Saliba Tristian, Tabone Joseph, Vella Hannah, Vella Kurt, Xuereb Carlos.

Cub Scout PackTenderpaw: Buttigieg Martina, Calleja Sevaniah, Camilleri Samuel, Muscat Ryan, Theuma Mariah, Xuereb Luke, Vella Bradley

Mowgli: Borg Hayley, Cini Louanne, Debono Craig

Baloo: Debono Craig

Bagheera: Refalo Claire

Bronze Arrow: Borg Malcolm, Xuereb Matthew

Raksha: Refalo Claire

Hathi: Attard Daniel

Rama: Attard Daniel, Farrugia Maria, Pisani Christiana

Bird Lover: Muscat Ryan

Collector: Cini Louanne

Camper: Cutajar Carlos

Computer: Pisani Christiana

Cook: Attard Daniel, Farrugia Jacob Kyle

Entertainer: Cutajar Carlos

Pet care: Borg Hayley

Photographer: Attard Daniel

Scout TroopTenderfoot: Attard Daniel, Attard Rosie, Cutajar Carlos, Farrugia Jacob Kyle, Galea Luca, Muscat Michela, Pisani Christiana, Xiberras Etienne

Venture UnitTheseus: Curmi Joseph, Galea Christopher, Misfud Peter Joe, Sultana Julian

Ġrazzi talli għintna nagħmlu waħda mill-ħolmiet tagħna ssir realta’!Tel: 2155 2219

Mob: 7955 [email protected]

2014 Group Awards

Best Beaver Scout Kyle Saliba

Best Cub Scout Ryan Muscat

Best Scout Theodore Cutajar

Best Venture Scout Christopher Galea

ĊelebrazzjonijietIzzewgu:

Fabian Galea u Maria Galea - 8/8/14

Daniela Sultana Grech u Richard Grech - 5/9/14

Twilied :Liam Zammit (iben Mattia Zammit) - 29/8/14

Gone HomeGiuzeppa Azzopardi (omm Paul Azzopardi u in-nanna ta’ Josmar Azzopardi) - 23/05/2014

Charlie Vella (ħu Vincent Vella) - 18/02/2015

Michael Cini (Chairperson Emeritus) - 20/03/2015

Page 15: L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - It-8 Edizzjoni - Frar 2015

Paġna 15 minn 20

Rokna Internazzjonalia/CSL Steven Sultana

Akela 2014Bħala tifkira tal-għeluq ta’ mitt sena minn

meta beda l-Cub Scouting, il-Federazzjonijiet Ġermaniżi tal-iScouts u Guides organizzaw kamp fejn stiednu lil Leaders tal-Cubs u Brownies (ekwivalenti ta’ Cubs fil-Guides) biex jaqsmu l-ideat u esperjenzi tagħhom ma’ xulxin. Għalhekk, fit-2 ta’ Awwissu, jien u Loraine Borg ingħaqadna ma’ Carmen Muscat u Maria Grech mis-St. Julian’s Scout Group biex nirrapreżentaw lil Malta f’din l-inizzjattiva.

Il-kamp kien ibbażat fuq l-istorja li Akela, is-suċċessur ta’ Akela li naqraw fuqu fil-ktieb The Jungle Book, kellu bżonn l-għajnuna biex jitgħallem kif għandu jmexxi l-pack tiegħu fil-foresta. Għalhekk, kien hemm diversi workshops u lectures fuq suġġetti varji li għandhom x’jaqsmu mal-Cubs, bħal conflict management, kif Cubs jistgħu jagħtu sehem fil-deċiżjonijiet li jieħu Grupp, kif għaqda bħal-iScouts tista’ tkun inklussiva’ u l-importanza ta’ ritwali u tradizzjonijiet, fost diversi suġġetti oħra.

Kellna ukoll ċans naqsmu flimkien logħob, diski u ċerimonji li nużaw. Għalhekk, fil-grupp li kont fih jien lagħbna waħda mil-favoriti tal-Cubs tagħna: Werqa, kif ukoll kantajna xi żewġ diski li s-soltu jkollna fil-campfire.

Barra minn hekk, kien hemm ukoll attivitajiet oħrajn. Waħda li nibqa niftakar kienet logħba fil-foresta, esperjenza li qatt ma kelli qabel. Il-parteċipanti tqassmu fi gruppi, u wieħed minn kull grupp inħatar bħala Re. L-iskop tal-logħba kien li jinqabad ir-Re tal-gruppi avversarji. Għadni niftakar, ma tantx domt qabel ma ntlift, għax kull fejn tħares taħsbu l-istess, u kelli nara kif insib lil xi ħadd minn sħabi biex jiddireġini. Fl-aħħar bdejt norjenta ruħi sew, għax indunajt li l-mod kif għandek taġixxi u timxi f’foresta huwa differenti ħafna mil-landscape bħal ta’ Malta.

Pero’, l-isbaħ esperjenza f’dan il-kamp kien il-fatt li iltaqjt ma’ ħafna nies differenti, li llum nista’ nsejjħilhom ħbieb. Kull parti mill-programm kienet okkażjoni biex tiltaqa ma’ grupp differenti ta’ parteċipanti, mil-ikliet, sal-laqgħat, sa xi campfire għall-arrieda, mimli ċajt, daqq u kant. Għadna sal-lum nitkellmu, naqsmu flimkien l-avventuri tal-Packs tagħna, l-applikazzjoni ta’ xi ħaġa li tgħallimna, jew insaqsu għal xi idea ġdida.

I l - m e s s a ġ ġ tal-aħħar se nieħdu mid-diska uffiċjali tal-kamp:

“We have come so far, let’s do our best

It’s all about togetherness

There is so much more to learn and we are so alive”

Page 16: L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - It-8 Edizzjoni - Frar 2015

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 16 minn 20

Aħbarijiet mill-HQPaul Azzopardi, Chairperson tal-Kumitat tal-HQ

Dan huwa t-tieni rapport mill-kumitat ta’ ħidma biex jitranġa l-post mogħti mill-gvern biex jkun jista’ jintuża bħala l-Headquarters tax-Xagħra Scouts Group.

Il-kumitat huwa magħmul minni Paul Azzopardi, il-GSL Loraine Borg, is-Sur Vince Vella, is-Sur Carmel Attard, is-Sinjura Doris Sultana u mis-Sinjura Frances Galea. Saru diversi laqgħat kemm formali u anke informali dwar l-andament tax-xogħol.

Bdejna nieħdu l-forma: ix-xogħol fuq il-kwartieri kompla miexi b’ritmu mgħaġġel u ma’ kull ġurnata li bdiet tgħaddi l-post beda jieħu forma ġdida. Kbir huwa s-sodisfazzjon għax ħarġu iżjed il-karatteristiċi ta’ dak li kien razzett u li qiegħed jinbidel fil-kwartieri tagħna.

Kompla it-tikħil tal-kamra li tinsab wara s-sala u li ser tintuża bħala kċina. Sar ukoll xogħol ta’ tikħil u t-tpoġġija tal-madum fil-kamra li tinsab fl-ewwel sular. Din il-kamra ser tintuża bħala uffiċċju tal-Group Scout Leader kif ukoll biex isiru l-laqgħat ta’ diversi kumitati fi ħdan il-grupp tagħna. It-taraġ li jagħti għal din il-kamra ingħata kisja ġdida ta’ konkrit peress li kien jinsab fi stat ta’ dilipitazzjoni.

F’dawn il-kmamar ġie impoġġi ukoll il-madum. Ta’ min jgħid li l-madum għall-kmamar tas-sular ta’ isfel ingħata b’donazzjoni mis-sur u is-sinjura Julian Sultana, filwaqt li l-madum tal-kamra tas-sular ta’ fuq ingħatat mid-ditta ta’ Salvu Ellis.

Taħt it-taraġ inbidel f’toilet biex ikun jista’ jintuża minn dawk li jattendu. Ta’ min ifakkar li ma kienux jeżistu servizzi sanitarji f’dan il-post. Hawn nirringrazzjaw lil Victor Hili tar-Ready Mix li bagħat lill-ħaddiema tiegħu biex id-drenaġġ ikun jista’ jiġi kkomunikat mal-main tal-gvern. Ix-xogħol kien jikkonsisti fit-tqattiħ ta’ trinka fit-triq quddiem il-post bil-hymac, tpoġġija ta’ katusi, siment u tqegħid mill-ġdid ta’ tarmac. Ta’ min jgħid li dan ix-xogħol sar kollu bla ħlas.

Page 17: L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - It-8 Edizzjoni - Frar 2015

Paġna 17 minn 20

Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra kompla jagħti l-għajnuna tiegħu fil-bini mill-ġdid tal-ħajt tas-sejjieħ li qiegħed fuq in-naħa tax-xellug tal-kwartieri tagħna. Ta’ dan ix-xogħol nirringrazzjaw lill-membri kollha tal-kunsill speċjalment lis-Sindku Joe Cordina li kull darba li nitolbu l-għajnuna hu dejjem lest li jgħinna permezz tal-kunsill. F’din il-parti tal-ħajt, inħadmet b’mod volontarju gate bil-ħadid u miksija bl-injam minn Joe Sultana.

Biċċa uġigħ ta’ ras għall-kumitat tal-bini kienet il-kisi tal-bitħa bil-konkrit. Ridna somma flus mhux ħazin biex din il-parti tal-proġett isseħħ. Ressaqna talba lill-Ministru għall-Għawdex Dr Anton Refalo. Dan min-naħa tiegħu bagħat lill-Perit Clint Camilleri. Wara li kejjel u ra li rridu madwar ergħbin metru konkrit dawn ġew approvati. B’hekk il-bitħa ingħatat kisja bil-konkrit.

Sar xogħol ukoll fl-entratura tal-post u żewġ kmamar ta’ quddiem. L-entratura issa tista’ tintuża fiwaqt li kamra oħra bdiet tintuża bħala store filwaqt li t-tielet kamra ser tintuża bħala toilet u shower.

Wara xogħol minn diversi leaders ingħadda d-dawl u għalhekk parti mill-head quarters beda jintuża. Ta’ min jgħid li Charlie Camilleri is-slugi offra materjal tad-dawl b’xejn jew b’prezzijiet ridotti ħafna.

Bdejna x-xoghol fl-aperturi tal-injam billi dawn huma magħluqin b’mod proviżorju. L-ispejjez huma kbar li ġa saru żewġ bibien. Tlabna l-għajnuna mill-ġdid tal-Ministru Anton Refalo permess tan-Nutar

Christian Zammit kunsiller Xaghri li jaħdem fil-Ministeru għal Għawdex. Dawn wegħduna l-għajnuna u tawna parti mill-ispejjeż. Nisperaw li matul din is-sena jkomplu jagħtuna l-għajnuna tagħhom.

Bix-xogħol li wettaqna sal-lum ninsabu fl-għeluq tat-tieni fażi ta’ dan il-progett. Nisperaw li fix-xhur li ġejjin nagħtu bidu għat-tielet fażi. Din tikkonsisti fir-rinovar tal-maqjel li jinsab fuq in-naħa ta’ wara. Din il-binja tinsab fi stat dilapitat u teħtieġ ħafna xogħol u spejjeż biex tintuża bħala store u t-tieni il-bini tal-ħajt tal-appoġġ li jinsab fi stat ħażin.

Din-sena nidħlu għall-ahhar fażi tal-proġett bil-għajnuna t’Alla biex bħal-lum sena nkunu naħsbu għal-ftuħ uffiċjali tal-post.

Page 18: L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)

L-iScout Xagħri - It-8 Edizzjoni - Frar 2015

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com Paġna 18 minn 20

2008 – Sena importanti... (tkompli)Mr. Carmel Attard

Fil-ħarġa ta’ ‘L-Iscout Xagħri’, is- sitt Edizzjoni, kont tajt ħarsa dwar il-bidu tax- Xagħra Scout Group minn Frar sa April tal-2008.Minn nofs April ix-XSG kellhom Leaders Femminili ġodda, avveniment ġdid għall-aħħar ġewwa Għawdex.

Ix-xahar ta’ Mejju kien wieħed memorabbli u importanti ħafna fil-mixja ‘l quddiem u qabża kbira li għadda minnha l-Group. Hawn bdejna laqgħat ta’ tħejjija, grazzi wkoll għas-sur David Grech , mill-VSG, biex stajna nimxu ‘l quddiem. Kien f’dan ix-xahar ukoll li attendejna għall-ewwel darba, għaċ-Ċerimonja tas-Saint George’s Day ġewwa l-Belt Valletta. Fil-ħarġa tal-IHQ Bulletin No. 02/2008, Mar/Apr 2008, paġna 5, insibu dan li ġej: nikkwota : 4500 Scouts/Guides march in Valletta:

‘WHAT A RALLY THIS WAS! Sunday, 4th May 2008, 4500 serving Scouts and Guides resplendent in their uniforms and accompanied by 19 scout bands marched from Floriana to Valletta under a clear sky. This is the eight year in which the two A s s o c i a t i o n s combined forces for their annual rally. A total of 40 Groups and 30 Companies participated. Present in this year’s rally albeit as spectators, Xagħra, a Gozitan Group,that has been dormant for a good number of years and revived recently, brought over some of its young members to view the rally in all its splendour.’

Kien nhar it-18 ta’ Mejju li saret l-Ewwel Investiture Uffiċjali tal-Group tagħna,fuq iż-Żuntier tal-Knisja wara li spiċċat il-quddiesa tal-11.00. Il-Group kien jikkonsisti f’20 Cubs, tfal subien bejn it-8 u 13-il sena, u 8 leaders ( Diġa kien hemm il-ħsieb li niftħu fergħa għall-Beavers, bniet u subien ta’ l-eta’ bejn 5 u 8 snin). Ukoll għal din l-okkazjoni attendew il-Victoria SG u San Ġwann SG bil-Band tagħhom. Mistednin distinti kienu is-Segretarju Parl. Dr. Chris Said, s-Sindku u Kunsilliera, iċ-Chief Scout, is-sur Godwin D’Anastasi, Training Program Commissioner, Chief Commissioner, u oħrajn. Inżammet il-vestazzjoni tal- Leaders u tal-Cubs. F’din l-okkazzjoni wkoll is-sur Michael Cini rregala Bandiera ġdida, u hawn is-sur Cini ġie maħtur bħala l-President tal-Kunsill tax-XSG. Ta’ min isemmi wkoll li nhar it-30 ta’ Mejju x-Xagħra Scout Group issaħħaħ bl-‘investiture’ ta’ 7 Ventures u 11-il Cub gdid. Fis-Sunday Times tal-5 ta’ Ottubru 2008 insibu dan li ġej:

L-iStorja tax-XSG...

Page 19: L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)

Xagħra Scout GroupMembru ta’ l-iScout Association ta’ Malta

www.xaghrascouts.com

L-iScout Xagħri - It-8 Edizzjoni - Frar 2015

Paġna 19 minn 20

Ix-xhur ta’ Ġunju u ta’ Lulju kienu xhur mimlijin attivitajiet ma jaqtgħu xejn. Ta’ min isemmi is-sehem tal-Group fiċ-ċerimonji tas-Sette Giugno fil-Festa tal-Qalb ta’ Ġesu’ u oħrajn. Biss bla dubju l-avveniment l-aktar importanti kien il-ftuħ tal- Beaver Section nhar id-19 ta’ Lulju. Il-kuntatti regolari mal-ġenituri u mal-VSG ma qatgħu xejn u lanqas ħarġiet kulturali madwar Għawdex kollu.

Wasal fl-aħħar l-Ewwel Camping fir- Ramla, li għalih attendew 18-il leader, 6 Scouts u 19-il cub scout. Għal din l-okkazzjoni żanżanna kamp ġdid ġenerożament mogħti lilna mis-sur u Sinjura Charles Coyne, Ingliżi residenti x- Xagħra. Dan il-camping kien suċċess kbir bl-għajnuna ta’ ħafna benefatturi, b’mod partikolari tas-sur Mark Muscat u bla dubju tat-tmexxija tas-sur David Grech (it-tnejn mill-VSG).

Avveniment ferm importanti għax-XSG kien is-sehem tagħna fiċ-ċelebrazzjonijiet li nżammu f’Għawdex, fl-okkazzjoni tal-Mitt sena mit-twaqqif tal-iScouts ġewwa Malta. Għal din l-okkazzjoni ġew f’Għawdex mijiet ta’ Scouts minn Malta u aħna , flimkien mal-VSG, immarċjajna fit-toroq ta’ Victoria. Kienet okkazzjoni oħra fejn ħassejna li issa aħna nifformaw parti sħiħa mill-Moviment tal-iscouts f’ Malta.

Ċerimonja ferm sinjifikattiva nżammet nhar il-15 ta’ Ottubru 2008 meta fakkarna s-75 sena Anniversarju minn meta nbeda il-Moviment tal-iscouts ġewwa x-Xagħra. Kien nhar il-15 ta’ Ottubru tal-1933 meta nżammet l-Ewwel Laqgħa tax- Xagħra Boys Scouts. Għal din l-okkazzjoni smajna Quddiesa li għaliha attendew tnejn li kienu jiffurmaw parti mill-grupp ta’ Scouts Xagħrin tal-1933. Dawn kienu is-sur Ġiljan Bajada u s-sur Michael Cini li għadhom mimlijin bl-għomor għall-grazzja t’Alla; u sar riċeviment fil-Kwartieri tagħna, fiċ-Ċirklu, fejn attendew l-iscouts attwali kollha, u l-mistieden tal-unur, is-sur Lorrie Saliba, l-GSL tal-VSG. B’hekk ftakarna fl-antenati tagħna li welldu l-Moviment ta’ l-Iscouts fix- Xagħra, 75 sena ilu.

Kien is-26 ta’ Novembru meta nħatar il-Kunsill tax-XSG bis-sehem tal-ġenituri tal-iscouts u b’hekk ivvintajna ħolqa oħra fil-binja tal-katina tax-XSG. Tajjeb insemmu li x-XSG issa beda jkollha ukoll il-web-site tagħha. Prosit kbir imur liż-żgħażugħ Scout leader, is-sur Josmar Azzopardi, li ma’ oħrajn beda jaġġorna din is-site li issa saret l-għira ta’ kulhadd. Din kienet, jekk xejn, xhieda oħra tal-ħeġġa w entużjażmu tal-leaders tagħna.

Hawn insemmi l-lista kollha tal-Membri Leaders ta’ dakinhar::

GSL Sur Vincent Vella

AGSL Fr. Jesmond Gauci

AGSL Sur Carmel Attard

Quartemaster Sur Joe Spiteri

Scout Leader Sur Mark Formosa

Asst. Scout Leader Sur Christian Vella

Asst. Scout leader Sur Mattia Zammit

Cub Scout Leader Sur Josmar Azzopardi (Akela)

Asst. Cub Scout Leader Ms Daniela Sultana (Raksha)

Asst. Cub Scout Leader Ms. Loraine Borg (Chil)

Asst. Cub Scout Leader Ms. Annmarie Sultana (Rama)

Beaver Scout Leader Ms Deborah Sultana (Bubbles)

Asst. Beaver Scout Leader Ms Julie Sultana (Rainbow)

Asst. Beaver Scout Leader Ms Pauline Attard (Sunshine)

Asst. Beaver Scout Leader Sur Antoine Spiteri (Rusty)

Asst. Beaver Scout Laeder Ms Riona Sultana (Ringtail )

Asst. Beaver Scout Leader Ms. Sabrina Portelli (Tictac )

Helpers oħra: Stefan Attard u Marion Spiteri

Page 20: L-iScout Xaghri (It-8 Edizzjoni)