L-avviż

16
L-avviż Tagħrifa għall-għalliema http://malti.skola.edu.mt

description

L-avviż. Tagħrifa għall-għalliema http://malti.skola.edu.mt. S kont is-Sillabu tal-Malti tal-Primarja l -istudenti jsiru midħla tal-avviż fir-4, fil-5 u fis-6 Sena tal-Primarja. Għaldaqstant l-istudenti jistgħu ji ġu eżaminati fuqu. L-avviż jista’ jinkiteb jew jintqal. - PowerPoint PPT Presentation

Transcript of L-avviż

Page 1: L-avviż

L-avviżTagħrifa għall-għalliema

http://malti.skola.edu.mt

Page 2: L-avviż

Skont is-Sillabu tal-Malti tal-Primarja l-istudenti jsiru midħla tal-avviż fir-4, fil-5 u fis-6 Sena tal-Primarja.

Għaldaqstant l-istudenti jistgħu jiġu eżaminati fuqu.

Page 3: L-avviż

L-avviż jista’ jinkiteb jew jintqal

Tista’ taħseb f’xi mezzi fejn tista’ taqra jew tisma’ avviż?

Page 4: L-avviż

Wieħed jista’ jagħmel avviż biex:

- javża li tkun se sseħħ xi attività eż. xi ħarġa jew xi laqgħa

- jagħti tagħrif fil-qasir dwar xi ħaġa partikularież. intilfet xi ħaġa

- javża li jkun hemm tibdil f’attività eż. xi ċaqliq fil-ħin jew fid-data

Hemm xi skopijiet oħrajn?

Page 5: L-avviż

Importanti li tgħid lill-istudenti biex iżommu f’moħħhom lil min ikunu qed jindirizzaw il-kitba tagħhom.

Altru qed tikteb għal xi ħadd li taf, altru qed tikteb għal xi ħadd li ma tafux, u altru qed tikteb għal grupp ta’ nies.

Page 6: L-avviż

Qabbad lill-istudenti jaraw u jisimgħu xi avviżi.

Wara staqsihom x’jaħsbu li għandu jkollu avviż tajjeb.

Page 7: L-avviż

Eżempju ta’ avviż fuq bord tal-avviżi

Page 8: L-avviż

Eżempju ta’ avviż fuq kartellun (1)

Page 9: L-avviż

Eżempju ta’ avviż fuq kartellun (2)

Page 10: L-avviż

Eżempju ta’ avviż fuq tabella (1)

Page 11: L-avviż

Eżempju ta’ avviż fuq tabella (2)

Page 12: L-avviż

il-bord tal-avviżipl. il-bordijiet tal-avviżi

Notice board?X’ngħidu bil-Malti?

Page 13: L-avviż

Xi suġġerimenti għall-għalliema (1)

- Tista’ tqabbad lill-istudenti jiġbdu ritratti ta’ avviżi li jaraw madwarhom. Dawn jistgħu jerfgħuhom ġo fajl fuq il-kompjuter u jsemmuh “Avviżi”. Wara staqsihom x’jaħsbu li għandu jkollu avviż tajjeb.

- Tista’ tqabbadhom ifittxu f’gazzetti jew f’rivisti bil-Malti u jqasqsu avviżi u jwaħħluhom fil-pitazz.

Page 14: L-avviż

- Tista’ tqabbadhom iqabblu l-avviżi li jkunu ġabruu jiddeskrivuhom.

- Tista’ tqabbadhom joħorġu l-kwalitajiet tal-avviż (it-titlu, il-lingwaġġ użat, eċċ.)

- Tista’ tqabbadhom jistaqsu mistoqsijiet fuq l-avviż li jkollhom f’idejhom. Ngħidu aħna, l-informazzjoni li hemm fih hija biżżejjed?

Xi suġġerimenti għall-għalliema (2)

Page 15: L-avviż

Ftakar li …

Bniedem avżat nofsu armat!

Page 16: L-avviż

http://malti.skola.edu.mt

Saħħa!