L-aqwa korsijiet għaż-żgħażagħ Maltin - Futur fis-Sod

8
Il-Ħamis, 17 ta’ Jannar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 Investiment kontinwu fit-titjib tal-faċilitajiet Ħidma importanti mill-ETC biex persuni jidħlu fis-suq tax-xogħol Muscat iwiegħed l-ilma jiżfen u l-impossibbli biex jipprova jikseb il-voti ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGĦżEL ĦAżIN Matul l-aħħar snin l-MCAST wieġeb għad-domanda tas- suq tal-avjazzjoni u għamel sejħiet regolari għal studenti li jitħajru jistudjaw f’dan is-settur. Fis-snin li għaddew kienu ħafna l-istudenti Maltin li temmew b’suċċess korsijiet ta’ taħriġ fit-tiswija tal-ajruplani organizzati mill-MCAST li tikkollabora mill-qrib ma’ bosta kumpaniji marbuta mal- avjazzjoni, fosthom Lufthansa Technik, SR Technics, Medavia u l-Forzi Armati ta’ Malta. F’dawn is-snin kien hemm żieda impressjonanti fin- numru ta’ studenti li applikaw biex jistudjaw fil-qasam tal- manutenzjoni tal-ajruplani. Id-diskussjonijiet li l-Kulleġġ kellu mal-kumpanija SR Technics kienu importanti biex dan il-ġgant fil-qasam tal-avjazzjoni jiddeċiedi li jiftaħ f’Malta minn fost 43 pajjiż ieħor. Tul is-sena 2009-10 il-Kulleġġ kiseb ukoll l-approvazzjoni tad-Direttur tal-Avjazzjoni Ċivili biex jaħdem bħala Ċentru ta’ Taħriġ għall-Avjazzjoni u joffri korsijiet f’CAT A. Fl-istess waqt il-Kulleġġ qed joffri wkoll korsijiet f’CAT B, b’liċenzja mid-Direttur tal- Avjazzjoni Ċivili. Il-viżjoni tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem kienet li Malta tkun attraenti għall-qasam tal- avjazzjoni u l-kummerċ ta’ dan it-tip. Dan qiegħed isir b’diversi modi, fosthom li tissaħħaħ il-kapaċità tal-ħaddiema Maltin f’dan il-qasam pjuttost ġdid. Fil-fatt l-MCAST irċieva l-ewwel studenti għat-taħriġ dwar l-istruttura tal-ajruplani f’Jannar tal- 2007. Minn dakinhar ‘l hawn l-MCAST qatt ma ħares lura u kompla jattira għexieren ta’ studenti li jridu jagħmlu karriera f’dan il-qasam tal- manutenzjoni tal-ajruplani. F’Malta x-xogħol tal- manutenzjoni fuq magni ta’ ajruplani, ħelikopters u manutenzjoni oħra hu pjuttost ġdid u ngħata spinta f’dawn l-aħħar snin, anki bl-investiment qawwi u bil- fiduċja li wriet il-kumpanija Lufthansa Technik fil- ħaddiem Malti. Il-Gvern dejjem ħadem biex dawn ix-xogħlijiet li huma ta’ natura teknika u forsi mhux daqshekk popolari iżda li huma ta’ kwalità jkunu attirati lejn Malta. L-aqwa korsijiet u tal-ogħla livell għaż-żgħażagħ Maltin B’investiment kontinwu tul dawn il-ħames snin li għaddew, il-Gvern irnexxielu joħloq għadd kbir ta’ korsijiet, fosthom ħafna korsijiet ġodda u tekniċi, biex l-istudenti jkollhom għażla akbar ta’ suġġetti x’jistgħu jsegwu ħalli jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom

description

Suppliment 'In-Nazzjon' 17.1.2013

Transcript of L-aqwa korsijiet għaż-żgħażagħ Maltin - Futur fis-Sod

Page 1: L-aqwa korsijiet għaż-żgħażagħ Maltin - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 17 ta’ Jannar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

Investiment kontinwu fit-titjib tal-faċilitajiet

Ħidma importanti mill-ETC biex persuni jidħlu fis-suq tax-xogħol

Muscat iwiegħed l-ilma jiżfen u l-impossibbli biex jipprova jikseb il-votiii iii viFaTTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUSCaT jagĦżEL ĦażIN

Matul l-aħħar snin l-MCAST wieġeb għad-domanda tas-suq tal-avjazzjoni u għamel sejħiet regolari għal studenti li jitħajru jistudjaw f’dan is-settur.

Fis-snin li għaddew kienu ħafna l-istudenti Maltin li temmew b’suċċess korsijiet ta’ taħriġ fit-tiswija tal-ajruplani organizzati mill-MCAST li tikkollabora mill-qrib ma’

bosta kumpaniji marbuta mal-avjazzjoni, fosthom Lufthansa Technik, SR Technics, Medavia u l-Forzi Armati ta’ Malta.

F’dawn is-snin kien hemm żieda impressjonanti fin-

numru ta’ studenti li applikaw biex jistudjaw fil-qasam tal-manutenzjoni tal-ajruplani.

Id-diskussjonijiet li l-Kulleġġ kellu mal-kumpanija SR Technics kienu importanti biex dan il-ġgant fil-qasam tal-avjazzjoni jiddeċiedi li jiftaħ f’Malta minn fost 43 pajjiż ieħor.

Tul is-sena 2009-10 il-Kulleġġ kiseb ukoll l-approvazzjoni tad-Direttur tal-Avjazzjoni Ċivili biex jaħdem bħala Ċentru ta’ Taħriġ għall-Avjazzjoni u joffri korsijiet f’CAT A.

Fl-istess waqt il-Kulleġġ qed joffri wkoll korsijiet f’CAT B, b’liċenzja mid-Direttur tal-Avjazzjoni Ċivili.

Il-viżjoni tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem kienet li Malta tkun attraenti għall-qasam tal-avjazzjoni u l-kummerċ ta’ dan it-tip.

Dan qiegħed isir b’diversi modi, fosthom li tissaħħaħ

il-kapaċità tal-ħaddiema Maltin f’dan il-qasam pjuttost ġdid. Fil-fatt l-MCAST irċieva l-ewwel studenti għat-taħriġ dwar l-istruttura tal-ajruplani f’Jannar tal-2007. Minn dakinhar ‘l hawn l-MCAST qatt ma ħares lura u kompla jattira għexieren ta’ studenti li jridu jagħmlu karriera f’dan il-qasam tal-manutenzjoni tal-ajruplani.

F’Malta x-xogħol tal-manutenzjoni fuq magni ta’ ajruplani, ħelikopters u manutenzjoni oħra hu pjuttost ġdid u ngħata spinta f’dawn l-aħħar snin, anki bl-investiment qawwi u bil-fiduċja li wriet il-kumpanija Lufthansa Technik fil-ħaddiem Malti.

Il-Gvern dejjem ħadem biex dawn ix-xogħlijiet li huma ta’ natura teknika u forsi mhux daqshekk popolari iżda li huma ta’ kwalità jkunu attirati lejn Malta.

L-aqwa korsijiet u tal-ogħla livell għaż-żgħażagħ MaltinB’investiment kontinwu tul dawn il-ħames snin li għaddew, il-Gvern irnexxielu joħloq għadd kbir ta’ korsijiet, fosthom ħafna korsijiet ġodda u tekniċi, biex l-istudenti jkollhom għażla akbar ta’ suġġetti x’jistgħu jsegwu ħalli jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom

Page 2: L-aqwa korsijiet għaż-żgħażagħ Maltin - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 17 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

€2.4 miljunf’inizjattiva biex

tindirizza l-iżvilupp tal-ħiliet fl-industrija

tal-avjazzjoni

€1.8 miljun f’titjib, żvilupp u espansjoni

fl-Istitut tal-Inġinerija

€2.2 miljunf’investiment

mill-gvern biex jgħolli l-livell tal-edukazzjoni

fil-qasam tal-arti Viżiva

Fatti u Ċifri

€769,349f’espansjoni tal-Istitut

tal-Inġinerija tal-Elettriku u l-Elettronika

€275,406 f’laboratorju tal-Lingwa għat-taħriġ tal-impjegati taċ-Ċentru tat-Telefonati

Iċ-Ċentru għat-Taħriġ fil-Manutenzjoni tal-ajruplani joffri għadd ta’ korsijiet, fosthom dawk li jwasslu għal żewġ liċenzji differenti meħtieġa mill-aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-avjazzjoni għal kull inġinier jew tekniku fis-settur tat-tiswija tal-ajruplani

Mill-Manifest ElettoraliPartit Nazzjonalista

Aħna nemmnu: n Naraw li l-Unjoni Ewropea ssaħħaħ

ir-rabtiet tagħha mal-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija, speċjalment il-Libja, l-Eġittu u t-Tuneżija, li huma l-pajjiżi Għarab ġirien tagħna, sabiex tgħinhom jerġgħu jqumu fuq saqajhom mill-aktar fis u jibdew it-triq lejn il-prosperità ekonomika u soċjali.

n fil-finanzi tal-pajjiż fis-sod permezz ta’ għażliet responsabbli u deċiżjonijiet għaqlin, għaliex hu biss jekk il-finanzi tagħna jkunu fis-sod li nistgħu nkomplu noħolqu aktar xogħol f’pajjiżna, ninvestu aktar fis-saħħa u fl-edukazzjoni, u npoġġu aktar flus fil-but tal-familji u l-ħaddiema.

n fix-xogħol, li jagħti dinjità lill-bniedem u jippermettilu jgħix kwalità ta’ ħajja aħjar. Infissru aktar xogħol u xogħol aħjar, u xogħol aħjar b’pagi tajbin, fejn il-ħaddiem mhux biss ikun sodisfatt mill-impjieg tiegħu, imma wkoll li dak l-impjieg iħallilu aktar flus fil-but u b’opportunitajiet li jkompli javvanza f’xogħlu.

n fis-saħħa, fejn il-Partit Nazzjonalista ma jikkuntentax ruħu jekk mhux bl-aqwa servizz mingħjar ħlas – għalhekk sptar state-of-the-art, mediċini b’xejn, l-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek, sptar ġdid għall-kura tal-kanċer, u tobba u nurses imħarrġin u kwalifikati.

n li magħna jibqagħlek ‘aktar flus f’butek’, għaliex kif għamilna f’dawn il-ħames snin ta’ ħidma, Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista nnaqqsu t-taxxi għal sena wara l-oħra u nagħtu inċentivi finanzjarji biex inħallu aktar flus fil-but tas-self-employed u tal-ħaddiem.

n fl-edukazzjoni tiegħek u ta’ wliedek

m’hemmx logħob, u aħna nkomplu ninvestu fi skejjel ġodda, fi klassijiet attrezzati, f’taħriġ kontinwu u fi scholarships biex nagħtu l-aqwa u l-aħjar għall-futur ta’ pajjiżna.

n fl-ambjent, fejn il-Partit Nazzjonalista ma jfittixx li jieħu deċiżjonijiet irresponsabbli li jkollhom ibatu l-konsegwenzi tagħhom il-ġenerazzjonijiet tal-lum u ta’ għada. Il-Partit Nazzjonalista jagħti importanza kbira lill-kwalità tal-ħajja tiegħek u tal-għeżież tiegħek. Li int tgħix sew, f’ambjent nadif u sabiħ, bi kwalità ta’ ħajja tajba, b’saħħtek, u li jkollok stil ta’ ħajja b’saħħitha, li żżomm ’il bogħod mill-mard- dan kollu hu importanti ħafna għall-Partit Nazzjonalista.

Is-soċjetà tagħna hi magħmula minn tant setturi differenti – tfal, żgħażagħ, persuni jistudjaw, ħafna jaħdmu, nisa u rġiel, anzjani, persuni b’diżabbiltà, persuni li jeħtieġu s-solidarjetà. Gvern responsabbli jrid jaħseb fihom ilkoll, jaħseb fihom mhux billi jwiegħed kollox lil kulħadd, imma billi permezz ta’ politika responsabbli mibnija fuq finanzi fis-sod, jagħtihom il-mezzi kollha biex jgħixu ħajja kemm jista’ jkun tajba u jilħqu l-ambizzjonijiet ta’ ħajjithom.

Il-Partit Nazzjonalista ma jwegħdekx l-ilma jiżfen biex imbagħad ikollok tagħmel tajjeb għal dawn il-wegħdi b’taxxi ġodda. Mal-Partit Nazzjonalista taf fejn int. Il-Partit Nazzjonalista huwa tried-and-tested, jagħmel għażliet responsabbli li joħolqu l-jobs, u jpoġġi aktar flus f’butek.

It-twemmin u l-impenn tagħna ma jaqta’ xejn għall-valuri tad-demokrazija, it-twemmin fiċ-ċentralità tal-persuna umana fil-politika, il-ġustizzja soċjali u s-solidarjetà huma d-DNA tal-Partit Nazzjonalista, li permezz tagħhom dejjem għamel għażliet responsabbli- u hekk se jkompli jagħmel, biex jagħti lilek u lil uliedek Futur fis-Sod.

għażliet responsabbli għal kwalità ta’ ħajja aħjar

Page 3: L-aqwa korsijiet għaż-żgħażagħ Maltin - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 17 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemWaqt is-snin ta’ tagħlim fil-livell ta’ edukazzjoni ogħla l-istudenti jingħataw mill-Gvern l-istipendju biex jgħinhom fl-ispejjeż li jkollhom waqt dawn is-snin

Il-PN jiggarantixxi l-istipendjiIl-kunċett tal-istipendju beda biex jgħin lill-istudenti jixtru affarijiet relatati mal-edukazzjoni, fosthom kotba u noti li l-ispiża tagħhom titla’ għal ħafna flus.

Wieħed irid iżomm f’moħħu li mhux kull student għandu l-vantaġġ li familtu tista’ tgħinu finanzjarjament kif jixtieq u allura permezz tal-istipendju l-istudent ikun jista’ jixtri l-kotba meħtieġa mingħajr ma jkun ta’ piż fuq familtu.

Meta wieħed ikun iffaċċjat bil-mistoqsija jekk stipendju għandux jibqa’ jingħata, jien personalment naqbel li dan għandu jibqa’ dment li l-flus investiti f’kull student qegħdin jintefqu fuq affarijiet relatati mal-edukazzjoni. B’hekk l-istudenti kollha jibqgħu javvanzaw mingħajr ebda xkiel li jista’ jtellifhom.

L-istudent meta jiggradwa u jsib post tax-xogħol ikun jista’ jagħti kontribut ferm ikbar lis-soċjetà milli kieku telaq l-iskola qabel ma ggradwa.

L-għoti tal-istipendju hu importantiL-istipendju hu investiment għax l-istudenti li jattendu istituzzjonijiet postsekondarji, fosthom fl-MCAST, ITS, Università u Junior College, jistgħu jużawhom f’riżorsi li jkollhom bżonn matul is-sena skolastika.

Jien persuna li bbenefikajt mill-istipendju fi żmieni u anki ibni li kien jattendi l-ITS ibbenefika mill-istipendju u għenu jixtri materjal li għadu juża fil-karriera tiegħu, fosthom kotba, għodda u materjal ieħor relatat.

Naqbel mal-istipendju sakemm dan jintefaq kif suppost u mhux jintuża f’affarijiet oħra ta’ ħsara għall-istudent.

L-istipendju veru hu ta’ għajnuna kemm għall-istudent kif ukoll għall-ġenituri għax jgħin biex itaffi l-piż li student jidħol għalih ladarba jiddeċiedi li jkompli jistudja.

Din mhix deċiżjoni faċli għax il-persuna se tkun qiegħda tissagrifika paga u karriera għal benefiċċju fit-tul.

Serħan il-moħħ lill-istudentiJien naqbel mas-sistema tal-ismart card u l-istipendju għax meta jien kont nibbenefika minnhom naf il-ġid u s-serħan il-moħħ li dawn kienu jipprovduli bħala student. Fi żmieni s-sistema ta’ smart card ma kinitx teżisti iżda kienet teżisti dik ta’ allowance fix-xahar.

Wieħed m’għandux jaħseb li student se jgħix xi ħajja ta’ lussu bl-istipendju għax dawn il-flus qegħdin hemm biex jintużaw u bilkemm iservu u hu kważi bżonn li, kif għamilt jien, wieħed isib impjieg part-time biex idaħħal ftit flus iktar.

Dan kollu jagħmlek tkun iktar indipendenti u tfendi għal rasek u ma tkunx dipendenti fuq xi membru jew membri tal-familja.

Naqbel ħafna li jkun hemm stipendji apposta għal xi studenti li jkollhom xi diffikultajiet partikulari fil-familja, bħal meta xi ħadd mill-ġenituri jkun mejjet jew ikun bla xogħol u allura l-student jagħżel li jieqaf mill-iskola biex jibda jaħdem ħalli jgħin lill-familja.

Investiment lura fl-ekonomijaBżonjuż ħafna u nemmen li l-istipendju kompla jqawwi qalb l-istudenti biex ikomplu jistudjaw u javvanzaw fil-ħajja akkademika tagħhom. Dan jixhduh l-eluf kbar ta’ studenti f’diversi skejjel fosthom l-Università u l-MCAST.

Jien naħseb li l-aktar ħaġa li jgħin l-istipendju hi fix-xiri ta’ kotba, materjal utli għall-iskola u xi affarijiet oħra li l-istudent ikollu bżonn.

Wieħed irid jinnota li għalkemm hawn min forsi hu kontra l-istipendju għax dan jaf jintefaq ħażin, wieħed irid jinnota li l-ammont ta’ flus mogħtija hu limitat. Wieħed irid iżomm f’moħħu li dawn il-flus qegħdin ikunu investiti mill-ġdid fl-ekonomija Maltija u għalhekk il-flus qegħdin jgħinu biex ikun hawn il-kummerċ.

L-istipendju jgħin fit-tkomplija tal-istudjuL-istipendju hu bżonjuż u hu sors għal kull student u l-ġenituri tiegħu. L-istipendju u għajnuniet oħra bħal ngħidu aħna smart cards, jingħataw biex jgħinu għall-ispejjeż li l-istudent ikollu matul is-sena fil-qasam edukattiv.

Jien naħseb li kieku ma kienx għall-istipendju inqas studenti kienu jagħżlu li jkomplu jistudjaw. Mhux għax l-istipendju jagħmilhom sinjuri jew li jġegħilhom ikunu għażżiena iżda għax l-isudenti speċjalment dawk li għandhom problemi familjari ma jkunux iridu jkunu piż fuq il-familja tagħhom u allura ma jkomplux jistudjaw.

Il-Gvern kien għaqli f’dan il-qasam għax barra li assigura li l-istipendji se jibqgħu jingħataw, firex xibka ikbar ta’ għajnuniet għal dawk l-istudenti li għandhom problemi familjari, bħal meta xi wieħed mill-ġenituri jkun miet jew bla xogħol. B’hekk jinkoraġġixxi l-individwu jkompli jistudja u jistinka għal futur aħjar u li ’l quddiem jista’ jkun ta’ kontribut għall-familja tiegħu wkoll.

george Lewis iL-Mosta

CaMiLLe greChSaN PaWL IL-Baħar

Christian tabone santa Venera

M. gaLeaħaL TarxIeN

Lino VeLLa CLark L-iMsida

Page 4: L-aqwa korsijiet għaż-żgħażagħ Maltin - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 17 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

L-edukazzjoni hi l-aqwa għodda għal aktar impjiegi b’pagi tajbin u jiżdiedu

Hu ta’ sodisfazzjon kbir li llum 83 fil-mija tal-istudenti li jtemmu l-iskola fil-livell tas-sekondarja jkomplu

jistudjaw biex b’hekk jissoktaw jiżviluppaw it-tagħlim li jippreparahom għad-dinja tax-xogħol

Illum il-ġurnata l-istudenti għandhom l-aqwa faċilitajiet għad-dispożizzjoni tagħhom ħalli jkunu jistgħu jkomplu javvanzaw fl-istudji u fil-ħiliet tagħhom

Page 5: L-aqwa korsijiet għaż-żgħażagħ Maltin - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 17 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Il-Partit Nazzjonalista dejjem għaraf li l-Edukazzjoni hi l-qofol tal-iżvilupp tal-bniedem. Għalhekk, sena wara l-oħra tul din il-leġiżlatura, il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Lawrence

Gonzi investa bis-sħiħ fl-Edukazzjoni biex uliedna jingħataw l-aqwa tagħlim u taħriġ

Il-Partit Nazzjonalista hu l-garanzija għall-aqwa edukazzjoni mingħajr ħlas biex uliedna jkollhom kull opportunità li

jistudjaw u jimxu ‘l quddiem fil-karriera tagħhom

Page 6: L-aqwa korsijiet għaż-żgħażagħ Maltin - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 17 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

Fl-1998, irriżulta li flok il-VAT ta’ 15% Sant daħħal taxxi tas-Sisa li kienu

jitilgħu sa 29% bir-riżultat li kkarga l-għoli tal-ħajja...

f’din l-elezzjoni, l-esperti li ħallas Muscat u dawk imqabbdin mill-EneMalta

t-tnejn jikkonfermaw li l-għażla ta’ Muscat hi ogħla minn tal-Gvern

...u tbati int

Fl-1996, Alfred Sant għamel il-wegħda ewlenija ta’ dik l-elezzjoni t-tneħħija tal-VAT biex iraħħas il-ħajja...

f’din l-elezzjoni Muscat qed jagħmel il-bini ta’ power station oħra l-wegħda ewlenija tiegħu

Fl-1997, il-Ministru tal-Finanzi Lino Spiteri rriżenja wara ħames xhur u qal li t-tneħħija tal-VAT kienet se tifqa’ l-kaxxa ta’ Malta... f’din l-elezzjoni, l-għażla li Konrad Mizzi ta lil Joseph Muscat tiswa 600 miljun ewro u Muscat qed jaħbi ħafna spejjeż

Muscat jagħżel ħażin...

aKTar Ma JOGħLeW IŻ-ŻeJT U L-GaSS, aKTar MUSCaT IWIeGħeD LI JraħħaS

It-tneħħija tal-VaT faqgħet il-kaxxa ta’ Malta waqt li

xorta għolliet it-taxxi...il-pjan ta’ Konrad Mizzi u

ta’ Muscat jitfa’ piż ta’ €600 miljun għal elettriku ogħla

Page 7: L-aqwa korsijiet għaż-żgħażagħ Maltin - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 17 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

Mario Cuomo, li kien Gvernatur tal-Istat ta’ New York, fl-Amerka, dwar l-elezzjonijiet kien qal: il-kampanji jsiru bil-poeżija; l-iggvernar, imbagħad, isir bil-proża.

Il-ġimgħa l-oħra bdiet kampanja elettorali li matulha ħafna suppost jiddeċiedu kif se jivvutaw fl-elezzjoni tad-9 ta’ Marzu wara li jiżnu r-riżultati ta’ dak li kisbu l-partiti fil-ħames snin li għaddew u l-proposti tagħhom għall-ħames snin li ġejjin.

Il-verità hi li, kif fehem Mario Cuomo, il-kampanji elettorali għandhom ħabta joħolqu ħafna duħħan imma ftit dawl għall-votanti għax fis-saħna u l-għagħa ta’ elezzjoni ġenerali, aktarx li x-xewqa ta’ diskussjoni loġika u razzjonali ttir mar-riħ.

U hekk qed jagħmel Muscat bl-unika proposta li verament qed jagħmel f’din l-elezzjoni, dik dwar il-prezz tal-elettriku.

Muscat ifisser sogru enormi ta’ €600 miljun fuqna lkoll

Muscat bi proposta li fiha ħafna toqobMuscat qabbad kandidat tiegħu stess joħroġ bi proposta li ilu jwiegħed ħames snin dwar l-elettriku u l-ilma. Imma minkejja ħafna tgħammix tal-għajnejn, issa kulħadd qed jinduna li l-proposta ta’ Muscat fiha ħafna toqob.

Il-konsulenti li qabbad Muscat stess, DNV Kema, qalulu li meta tqabbel is-sistema li jrid hu bit-tankijiet tal-gass ma’ dik li jrid il-Gvern ta’ pipeline, b’ta’ Muscat l-elettriku jiġi ogħla.

Il-kumpanija internazzjonali ta’ awdituri KPMG għamlet studju li juri li, anke bil-kalkolu tagħhom, il-prezz tal-elettriku bis-sistema li jrid Muscat jiġi ogħla mis-sistema li jrid il-Gvern.

Espert indipendenti Ingliż qal li biex isir il-proġett ta’ Muscat irid leġiżlatura sħiħa u s-sistema li jrid Muscat bil-ħażna tal-gass f’tankijiet hi minnha nnifisha aktar

perikoluża minn dik li jrid il-Gvern bil-pipeline.

Muscat ma kkalkolax kemm jiġu jiswew il-vapuri li hemm bżonn jinxtraw jew jinkrew, kemm jiġi jiswa t-tisħiħ tat-terrapien li hemm fejn irid jibni t-tankijiet, u kemm jiġi jiswa l-moll fejn iridu jittrakkaw il-vapuri.

U Muscat qed jgħid li se jonfoq 400 miljun ewro, li jitilgħu għal 600 miljun b’dak li ma kkalkolax, biex ibegħilna elettriku ogħla milli jiswa llum.

Muscat ma jgħidx kif se jiggarantixxi x-xogħol... Waqt li Muscat qed jagħmel proposta b’ħafna toqob li tqanqal ħafna mistoqsijiet, hemm ħafna mistoqsijiet dwar oqsma oħra. Muscat kif se jiggarantixxi x-xogħol li hawn minkejja atmosfera dinjija tant imqallba? Kif se jara li ma jiġrilniex bħall-pajjiżi li poġġielna bħala xempju tul dawn il-ħames snin, jiġifieri Ċipru u Spanja, li t-tnejn jinsabu għarkupptejhom

jittallbu u b’qgħad kbir? Kif se jiġbed lejn Malta l-fabbriki li fl-aħħar ħames snin ħolqu parti sew mill-20,000 impjieg ġdid? Kif se jiżgura l-ħafna għajnuniet għat-turiżmu, għall-fabbriki u għan-negozji ż-żgħar?

… is-saħħa... Il-Labour kif se jassigura l-progress fis-saħħa b’45,000 operazzjoni li qed isiru kull sena, sptar modern u l-aqwa apparat fih? Kif se jiggarantixxi l-isptar li qed jinbena u s-sistemi ġodda għall-kura tal-kanċer u għall-prevenzjoni ta’ tipi ta’ kanċer komuni? Kif se jassigura l-kura mill-aqwa tal-anzjani li għandna llum u l-1,300 mediċina li qed jingħataw b’xejn lil 100,000 ruħ?

… l-edukazzjoniMuscat kif se jiggarantixxi l-avvanz fl-edukazzjoni b’20,000 gradwat li kellna tul l-aħħar ħames snin, 20,000 student fl-MCAST, fl-Università

u fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi jgawdu l-istipendji u aktar korsijiet ġodda? Kif se jassigura l-iskejjel ġodda u l-apparat il-ġdid li qed isir tant investiment fih fl-iskejjel tal-Gvern? Kif se jiggarantixxi l-korsijiet li qed jingħataw illum lil żgħażagħ u ħaddiema f’kull livell biex javvanzaw u jkun jista’ jkollhom impjiegi sodi b’pagi tajbin?

Muscat ftit jitkellem fuq dawn l-oqsma u jrid jagħmel il-prezz tal-elettriku l-kwistjoni ewlenija ta’ din l-elezzjoni imma joħroġ bi proposta mimlija toqob.

Sustanza meħtieġa fi żminijiet diffiċliLi tmexxi pajjiż hu diffiċli. Li tmexxi pajjiż fi żminijiet internazzjonali mqallbin hu saħansitra itqal. Muscat wegħedna dawl fuq il-proposti tiegħu ftit ġimgħat qabel qed jippretendi li jkun qed jonfoq flusna lkoll bid-deċiżjonijiet li jkun qed jieħu. Imma flok dawl tana proposta mimlija duħħan.

Page 8: L-aqwa korsijiet għaż-żgħażagħ Maltin - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 17 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

“Il-prijorità tagħna hi x-xogħol tiegħek. Il-prijorità tagħna hi x-xogħol ta’ wliedek. Għalhekk qed inkomplu niġbdu aktar industriji ġodda li qed jiżviluppaw biex dawn ikunu sors ta’ investiment u ta’ ħolqien ta’ impjiegi. Għalhekk aħna impenjati li nkomplu nsaħħu t-tagħlim u t-taħriġ biex ikollna aktar żgħażagħ imħejjija għad-dinja tax-xogħol.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi