KULLEĠĠ SANTA KLARA · Web viewFilgħaxija, l-irġiel kienu jinġabru għand tax-xorb, jixorbu...
Transcript of KULLEĠĠ SANTA KLARA · Web viewFilgħaxija, l-irġiel kienu jinġabru għand tax-xorb, jixorbu...
L-isem u l-kunjom: _______________________________________ Il-klassi: _________________
Għall-istudent/a:1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a.2. Ortografija, punteġġjatura, ideat u preżentazzjoni tajbin jgħinuk biex tikseb riżultati
aħjar.
GĦALL-UŻU TAL-GĦALLIEMA
L-Assessjar Summattiv:
It-Taqsima 1A 1B 1Ċ 1D 1E 2A 2B TOTAL
Il-Marka 5 3 7 6 14 8 7 50
Il-Marka tal-Istudent/a
Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 1 minn 14
Rotta 1
Il-Malti :-)
L-GĦAXAR SENA IL-QARI U L-KITBA ĦIN: SAGĦTEJN
L-Assessjar Summattiv u Formattiv:
It-Taħdit 20
Is-Smigħ 20
Ix-Xogħol Tul is-Sena 10
Il-Qari u l-Kitba 50
IT-TOTAL 100
L-EWWEL TAQSIMA: IL-LINGWA 35 MARKA
Aqra s-silta li ġejja u wieġeb il-mistoqsijiet ta’ wara.
Il-Progress
M’ilux wisq, il-Maltin kienu għadhom
biss raħħala: kulħadd medhi fl-għalqa
tal-familja, min jirgħa, min jaħleb, min
inaqqi l-ħaxix, min jagħżaq u kulħadd
mitluf f’xogħlu. Kulħadd ried jirsisti,
inkella jbati l-ġuħ. Għalkemm flus wisq
fl-idejn ma kienx hawn, xorta kienu
kuntenti. (para. 1)
Filgħaxija, l-irġiel kienu jinġabru għand tax-xorb, jixorbu dik in-naqra nbid, jgħidu kelmtejn,
jilagħbu żewġ logħbiet karti u jmorru lura d-dar. In-nisa, kienu jħawru l-borma u l-ulied kienu
jilagħbu bil-blalen taċ-ċarruta fit-toroq. It-televixin ma kienx għadu twieled u għalhekk kulħadd kien
jorqod kmieni għax l-għada kulħadd kien ibakkar. (para. 2)
Ix-xogħol tar-raba’ kien bil-wisq aktar iebes minn tal-lum. Illum il-bdiewa qegħdin jonqsu u
minflokhom hawn għadd ta’ impjiegi ġodda. Bil-mod il-mod, Malta qiegħda tiżviluppa iżda ftit nies
biss intebħu li warajna qegħdin inħallu mijiet ta’ snin ta’ wirt kulturali. (para. 3)
L-affarijiet tbiddlu tassew, is-subien tal-lum ma jilagħbux bil-blalen taċ-ċarruta imma bil-playstation.
It-tfajliet warrbu l-pupi u ħallewhom imgeddsa fuq l-ixkafef ta’ taħt it-taraġ. X’jambuhom? Illum
kollox fuq il-kompjuter. Ommijiethom ma baqgħux nisa tad-dar iżda saru nisa tal-karriera. Il-faċendi
fil-fletts tagħmilhom il-fattiga. (para. 4)
Il-fletts moderni, donnhom imissu s-sħab, qegħdin joħonqu t-toroq tagħna u ħadu post id-djar
tipikament Maltin. Il-ġebla Maltija u s-sengħa tal-bennej qed jintesew ukoll. Illum il-bini jitla’
mgħaġġel għaliex il-blokki tal-konkrit huma bil-wisq aktar konvenjenti. L-isqaqien naqsu sewwa u
llum narawhom biss f’xi kartolina. (para. 5)
Għalkemm mal-mixja tal-progress ħafna drawwiet inbidlu, xi tradizzjonijiet donnhom ma jitbiddlu
qatt. Il-ħobża Maltija, midluka biż-żejt għadha tittiekel minna lkoll. U xi ngħidu għal xi ġbejna friska,
il-galletti u ż-żebbuġ mimli, il-qubbajt fil-festi u l-bajtar tax-xewk fis-sajf! Dawn donnhom ma
jibżgħux mit-teknoloġija. (para. 6)
Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 2 minn 14
1A. Fehim it-Test 5
1. Kif nafu li l-Maltin kienu raħħala? (para. 1)
(1)
2. Fejn kienu jqattgħu l-għaxijiet l-irġiel wara ġurnata xogħol? (para. 2)
(1)
3. X’qed inħallu warajna aktar ma pajjiżna jiżviluppa? (para. 3)
(1)
4. Semmi waħda mill-bidliet li turi progress fil-Maltin. (para. 4/5)
(1)
5. Għaliex xi tradizzjonijiet Maltin ma jinbidlu qatt? (para. 6)
(1)
1B. Għarfien il-Lingwa 3
1. Sib kelma mit-tieni paragrafu li tfisser iqum kmieni. (1)
2. Ikteb hux VERU jew FALZ:
Il-blalen tat-tfal kienu jkunu tal-karti. (para. 2) (½)
3. Ikteb hux VERU jew FALZ:
Il-kelma impjiegi tfisser xogħlijiet. (para. 3) (½)
4. Ikteb hux VERU jew FALZ:
In-nisa li joħorġu jaħdmu qed jonqsu. (para. 4) (½)
5. Ikteb hux VERU jew FALZ:
Il-ġebla Maltija hija tal-konkrit. (para. 5) (½)
Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 3 minn 14
1Ċ. Il-Grammatika 7
Kemm tinżilli għasel biċċa ħobż fejn il-baħar,
imħawra bit-tadama Maltija, xi erba’ żebbuġiet, ftit
bżar u melħ u żejt taż-żebbuġa. Dak il-ħin inħossni
daqslikieku kont Dun Karm, inħares lejn il-baħar
jiżfen maż-żiffa u noħlom. Mhux l-ewwel darba li
f’moħħi qabbilt xi żewġ versi sakemm ma tfixkilnix
in-nies. Imma jekk Dun Karm hu assoċjat mal-baħar,
tgħid jien se nkun il-poeta tal-ħobż biż-żejt?
Wieġeb il-mistoqsijiet kollha.
1. Ikteb din is-sentenza b’punteġġjatura tajba: marija xtrat il-ħobż minn ħal Qormi. (1)
_______________________________________________________________________________
2. Immarka t-tajba: (1)
a. ħobs imħawwar b. ħobż imħawwar ċ. ħopż imħawwar
3. Kompli dan li ġej billi tagħżel it-tweġiba t-tajba. (1)
Mill-verb noħlom noħorġu n-nom ħolm u mill-verb jiżfen noħorġu n-nom:
a. żfin. b. sfin. ċ. żvin.
4. Qiegħed aġġettiv ma’ dawn li ġejjin. Ara li jkun jaqbel mal-ġens u l-għadd tan-nom mogħti jew
tal-frażi mogħtija:
a. ħobż _________________________ (1)
b. tadama _________________________ (1)
ċ. erba’ żebbuġiet _________________________ (1)
5. Aqsam is-sentenza li ġejja fi tnejn. Importanti li żżomm l-istess sens. Jekk tixtieq, tista’ żżid kelma
jew tnejn biex tagħmel dan.
“Mhux l-ewwel darba li f’moħħi qabbilt xi żewġ versi sakemm ma tfixkilnix in-nies.”
Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 4 minn 14
_______________________________________________________________________________
____________________________________________________________________________
(1)
1D. Il-Kitba Komunikattiva 6
Agħżel mistoqsija
WAĦDA minn (a) jew
(b) u ikteb messaġġ
(sms) ta’ madwar 50-70
kelma fl-ispazju
pprovdut fuq il-mowbajl.
a. Illejla kont
miftiehem/miftiehma
mal-ħbieb tiegħek
biex toħorġu ftit.
Ibgħat messaġġ lill-
ħabib tiegħek Pawlu
biex tgħidlu li ma
tiflaħx u għalhekk ma
tistax tmur illejla.
b. Nhar il-Ħadd li ġej
tixtieq tmur mixja
sabiħa lejn in-naħa ta’
Ħad-Dingli ma’
sħabek. Ibgħat
messaġġ lill-ħabiba
tiegħek Sara biex
tgħidilha bl-idea
tiegħek.
Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 5 minn 14
____________________________________________________

1E. Il-Komponiment (12-il marka għall-komponiment u 2 marki għall-pjan) 14
Ikteb madwar 180-200 kelma fuq WIEĦED minn dawn it-titli.
1. Mort lura fiż-żmien!
Xi għajnuniet għal dan il-komponiment: F’liema żmien mort? Kif irnexxielek tivvjaġġa lura fiż-żmien? X’kienet ir-raġuni tal-vjaġġ? X’ġara u x’sibt? Kellek opportunità li tiġi lura u x’għamilt?
2. Bdejt nara kollox kulur wieħed biss.
Xi għajnuniet għal dan il-komponiment: Kif ġralek hekk? X’kulur qed tara u għaliex taħseb li ġara hekk b’dan il-kulur partikolari? Kemm ilek f’din is-sitwazzjoni li tara kollox kulur wieħed? Kif tarahom u tagħrafhom l-affarijiet? Min jaf b’din il-kundizzjoni li għandek?
3. Xi ħaġa li ħadd ma jaf dwari.
Xi għajnuniet għal dan il-komponiment: X’inhi? Għalfejn dejjem żammejtha sigrieta? Togħġbok jew iddejqek? Ser tibqa’ żżommha sigrieta minn kulħadd wara llum? X’beħsiebek tagħmel?
Uża dan l-ispazju biex tagħmel il-pjan tal-kitba tiegħek. Għandek żewġ marki! (2 marki)
Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 6 minn 14
In-numru tal-komponiment magħżul: _______
_________________________________________________________________________________

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 7 minn 14

Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 8 minn 14
_________________________________________________________________________________
_________________________________________________________________________________
_________________________________________________________________________________
IT-TIENI TAQSIMA: IL-LETTERATURA 15-IL MARKA
2A. Ir-Referenza għall-Kuntest: Bejn Ħaltejn 8
Agħżel WAĦDA minn (i) jew (ii).
(i) Aqra sewwa din il-poeżija Passaġġi ta’ Ġorġ Borg u wieġeb il-mistoqsijiet kollha.
Hemm passaġġi li tibdiehommit-twelid;hemm oħrajn li tiskoprihombit-taħbit.
Hemm passaġġi li taqbadhom bla taf kif;hemm oħrajn li toħroġ minnhomkollok grif.
Hemm passaġġi li tilħaqhomfiduċjuż;hemm oħrajn li jħalluk dejjemdiżilluż.
Hemm passaġġi li ssibhom jagħlquwara ftit; Hemm oħrajn li jwassluk temmenfl-infinit.
Kompli s-sentenzi billi timmarka t-tweġiba t-tajba.
1. L-isem tal-poeżija jirrappreżenta:
a. it-trejqiet fin-natura b. l-esperjenzi tal-ħajja ċ. il-vjaġġi tas-safar (1)
2. Din il-poeżija hija:
a. ambjentali b. riflessiva ċ. nostalġika (1)
3. It-tema tal-poeżija hi indirizzata:
a. għalina l-Maltin b. għall-popli Ewropej ċ. għall-bnedmin kollha (1)
Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 9 minn 14
4. F’kull strofa l-poeta jsemmi passaġġi li huma:
a. sbieħ biss b. koroh biss ċ. sbieħ u koroh (1)
5. Żewġ kelmiet li juru passaġġi diffiċli huma:
a. “taħbit” u “fiduċjuż” b. “taħbit” u “grif ” ċ. “diżilluż” u fiduċjuż” (1)
6. L-istrofi ta’ din il-poeżija huma:
a. kwartini b. ottavi ċ. terzini (1)
7. Ir-rima li nsibu fit-tielet strofa hija:
a. imqabbża b. imbewsa ċ. alternata (1)
8. Din il-poeżija tintemm b’messaġġ:
a. patrijottiku b. reliġjuż ċ. romantiku (1)
JEW
(ii) Aqra sewwa din il-parti mill-poeżija Katrin tal-Imdina ta’ Dwardu Cachia u wieġeb il-
mistoqsijiet kollha.
Katrina l-għarusaBħal warda MaltijaMaġenbu misjuba Ferħana u mistħija.U ħdejha mdannithaU r-raħeb BennardIl-barka xtaqulhomMis-sema sal-art.
In-nies ta’ madwarhomGħall-ġilwa mħejjijaBis-sdieri, u x-xwabel,Imgħammra u miksija,Weqfin, ser jitilqu,Iberrħu l-bibien . . .Ferħ ġewwa, ferħ barra,Tifriġ kullimkien!
Kompli s-sentenzi billi timmarka t-tweġiba t-tajba.
1. Dawn iż-żewġ strofi jiddeskrivu aspett:
a. patrijottiku b. folkloristiku ċ. modern (1)
Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 10 minn 14
2. Id-deskrizzjoni turi atmosfera ta’:
a. niket b. paniku ċ. ferħ (1)
3. Il-kelma li turi l-avveniment li kien qed iseħħ hija:
a. warda b. mdannitha ċ. ġilwa (1)
4. Il-vers “U r-raħeb Bennard” jirreferi:
a. għall-patri b. għall-għarus ċ. għall-kunjatu (1)
5. Fil-vers “Bħal warda Maltija” nsibu:
a. personifikazzjoni b. similitudni ċ. onomatopea (1)
6. Fiż-żewġ versi t’hawn taħt insibu:
“U ħdejha mdannitha
U r-raħeb Bennard”
a. anafora b. metafora ċ. alliterazzjoni (1)
7. Dawn il-versi kkwotati huma:
a. endekasillabi b. ottonarji ċ. senarji (1)
8. Ir-rima li nsibu f’dawn il-versi hija:
a. imqabbża b. imbewsa ċ. alternata (1)
Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 11 minn 14
2B. Ir-Rumanzett: Il-Ħarsa ta’ Rużann 7
Agħżel WAĦDA minn (i) jew (ii).
(i) Aqra sewwa silta A u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha.
Hi baqgħet tħares lejja u jien ’il għajnejja ma stajtx naqlagħhom minn fuqha, hekk malli lmaħna lil xulxin.
U kienet ir-rebbiegħa.Mgħażqa f’idha. Bewsiet żgħar ta’ ħamrija fuq ġbinha u fuq
ilħitha.Refgħet idha l-oħra biex lil għajnejha twennishom xi ftit minn
xemx li f’daqqa waħda żżerżqet mill-aħħar għoljiet tax-xitwa, biex imbagħad, minn bejn żewġ sħabiet aħħarija mdendlin fuq ir-raħal ta’ Ħad-Dingli, taret dritt għal ġo għajnejha, tkebbishom ġamriet.
Inżilt minn fuq Arkon u kellimtha u xtaqt inkun naf mingħandha għala qatt ma kont rajtha qabel.
Żiffa ħelwa mellsitilha xagħarha, twil u qastni bix-xemx. Ħarrket xofftejha u tbissmet, u, minnufih, għajnejha, li kienu jagħtu fl-ikħal bħas-sema ta’ dakinhar u bħall-baħar ta’ taħtna, taw titwila ħafifa lejn għasfur tal-bejt li dak il-ħin kien għaddej itir moħħu f’xi serqa oħra.
Imbagħad bħal ma baqgħetx tistħi minni wisq.
Wieġeb dawn il-mistoqsijiet billi tikteb jew timmarka skont kif mitlub.
1. Min qed jitkellem f’din il-parti tar-rumanzett?
___________________________________________________________________________ (1)
2. F’liema staġun u lokalità sseħħ din ix-xena li tiftaħ ir-rumanzett?
______________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________ (2)
3. Dwar min hija din id-deskrizzjoni u x’kien ix-xogħol tagħha?
______________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________ (2)
4. Għaliex jissemmew is-sema u l-baħar?
______________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________ (1)
Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 12 minn 14
5. Ikkwota l-frażi li turi li dawn iż-żewġ persuni kienu ltaqgħu l-ewwel darba dakinhar.
___________________________________________________________________________ (1)
JEW(ii) Aqra sewwa silta B u wieġeb il-mistoqsijiet fuqha.
Tibżax, Karm, għażiż ibni, int agħmel dak kollu li tista’, għalik innifsek, għal martek u għal uliedek, u tara kif kollox għad jerġa’ b’wiċċ il-ġid.
U dak il-leħen qisu mhux f’moħħu biss kien, imma bħallikieku sefsiflu f’widnejh ukoll. Ħakk ħakka rasu u petpet għajnejh. Sama’ lil uliedu jgħajtu barra ma’ xi tfal oħra, u martu ttenni ma’ ħutha għal darba tnejn il-ġrajja tax-Xuxana, hemm ġew fil-kenn tal-kċina tal-kunjatu Ġannikol.
“Ismagħhom, ismagħhom,” qal kollu mbissem Ġannikol għat-tfal jilagħbu.
U minnufih Karmenu qal, qisu bla ma qagħad jaħsibha:
“Jeħtieġ li jitgħallmu l-iskola dawk.” U waqaf, qisu mibluh bih innifsu u b’li kien għadu kemm fisser.
Ġannikol kemmex kemxa xofftejh u mustaċċih donnhom iddendlu f’daqqa waħda.“U int kif tista’? Dawk derrihom jaħdmu ħalli jgħinuk fir-raba’. Skola x’tista’ tagħik? Tin
imkarmas.”
Wieġeb dawn il-mistoqsijiet billi tikteb jew timmarka skont kif mitlub.
1. Fejn qed isseħħ din ix-xena li fiha Karmenu jinsab ma’ martu u wliedu?
__________________________________________________________________________________
(1)
2. Liema “ġrajja tax-Xuxana” qed tirrakkonta Lurenz?
______________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________ (2)
3. Fuqiex ma qablux Karmenu u l-kunjatu fil-konverżazzjoni tagħhom?
______________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________ (2)
4. Minn min qed jitmexxa Karmenu fid-deċiżjonijiet li jieħu?
__________________________________________________________________________________ (1)
5. Ikkwota s-sentenza li turi li Karmenu nnifsu skanta b’li kien għadu kif qal hu stess.
Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 13 minn 14
______________________________________________________________________________
___________________________________________________________________________ (1)
TMIEM IL-KARTA
Il-Malti | Il-Qari u l-Kitba | L-Għaxar Sena Sekondarja | Rotta 1 | Frar 2017 Paġna 14 minn 14