IS-SALVAZZJONI HI GĦAL KULL MIN JEMMEN 20 Ħadd matul is-sena A
IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena
description
Transcript of IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena
![Page 1: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/1.jpg)
IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA17-il Ħadd matul is-Sena
www.ofm.org.mt
![Page 2: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/2.jpg)
L-1 QARI
Qari mill-Ewwel
Ktieb tas-Slaten
1 Slat 3, 5-6a, 7-12
![Page 3: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/3.jpg)
F’DAK IŻ-ŻMIEN: Il-Mulej
deher lil Salamun fil-ħolm bil-lejl.
“Itlobni xi ħaġa
x’nagħtik,” qallu Alla.
![Page 4: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/4.jpg)
U wieġbu Salamun: “Mulej
Alla tiegħi, lili qaddej tiegħek għadek kemm
qegħidtni sultan flok David missieri.
![Page 5: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/5.jpg)
Iżda jiena għadni
daqsxejn ta’ żagħżugħ, bla ma naf mnejn
għandi ngħaddi.
![Page 6: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/6.jpg)
Il-qaddej tiegħek sab ruħu f’nofs dan il-poplu li inti għażilt, poplu hekk kotran li ħadd ma jista’
jgħoddu biex isir jaf kemm fih.
![Page 7: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/7.jpg)
Agħti, għalhekk, lill-qaddej tiegħek moħħ li malajr jifhem, biex jista’ jmexxi l-poplu tiegħek,
![Page 8: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/8.jpg)
u jagħraf it-tajjeb mill-ħażin; għax inkella min
jasal biex imexxih, dan il-poplu tiegħek ta’ kotra hekk
kbira?”
![Page 9: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/9.jpg)
Il-Mulej ħa gost li Salamun talab dil-
ħaġa. Għalhekk Alla qallu:
![Page 10: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/10.jpg)
“Ladarba tlabt dil-ħaġa, u ma tlabtx ħajja twila jew ħafna ġid, u anqas ma
tlabt il-qerda ta’ l-għedewwa tiegħek,
![Page 11: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/11.jpg)
imma tlabt li tagħraf tifhem kif għandek
tmexxi, ara, se nagħmel kif għidt int.
![Page 12: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/12.jpg)
Ara, qiegħed nagħtik moħħ għaref u għaqli, hekk li ħadd qablek ma
kien hawn bħalek, u anqas warajk ma jkun
hawn.”
![Page 13: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/13.jpg)
Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla.
![Page 14: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/14.jpg)
SALM RESPONSORJALI
Salm 118
Kemm inħobbha l-liġi tiegħek, Mulej
![Page 15: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/15.jpg)
Sehmi hu, Mulej, jien għidt,
li nħares il-kelma tiegħek.
Tajba għalija l-liġi ta’ fommok,
aqwa mill-eluf ta’ deheb u fidda.
![Page 16: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/16.jpg)
R/.
Kemm inħobbha l-liġi tiegħek, Mulej
![Page 17: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/17.jpg)
Ħa tkun it-tjieba tiegħek il-faraġ tiegħi,
skond il-wegħda tiegħek lill-qaddej tiegħek.Ħa tilħaqni t-tjieba tiegħek biex ngħix,
għax il-liġi tiegħek hi l-għaxqa tiegħi.
![Page 18: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/18.jpg)
R/.
Kemm inħobbha l-liġi tiegħek, Mulej
![Page 19: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/19.jpg)
Għalhekk ħabbejt il-kmandamenti tiegħek,
aktar mid-deheb, u mid-deheb l-aktar fin.
Għalhekk lejn il-preċetti tiegħek kollha nimxi;
nobgħod kull triq qarrieqa.
![Page 20: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/20.jpg)
R/.
Kemm inħobbha l-liġi tiegħek, Mulej
![Page 21: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/21.jpg)
Tal-għaġeb huma l-preċetti tiegħek;
għalhekk tħarishom ruħi.It-tifsir ta’ kelmtek jagħti
d-dawl,ifiehem lil min hu bla
għerf.
![Page 22: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/22.jpg)
R/.
Kemm inħobbha l-liġi tiegħek, Mulej
![Page 23: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/23.jpg)
IT-2 QARI
Qari mill- Ittra ta’ San
Pawl Appostlu lir-
Rumani
Rum 8, 28-30
![Page 24: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/24.jpg)
ĦUTI: Aħna nafu li Alla, ma’ dawk li jħobbuh, f’kollox
jaħdem id f’id magħħom għall-ġid, ma’ dawk li huma msejħin
skond il-providenza
tiegħu.
![Page 25: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/25.jpg)
Għax lil dawk li hu għarafhom mill-
bidu, ippredestinahom ukoll biex jieħdu sura xbieha ta’ Ibnu, ħalli dan ikun il-kbir fost ħafna aħwa;
![Page 26: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/26.jpg)
lil dawk li ippredestinahom, sejħilhom ukoll; lil dawk li sejħilhom,
iġġustifikahom ukoll; lil dawk imbagħad li
ġġustifikahom, sebbaħhom ukoll.
![Page 27: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/27.jpg)
Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla.
![Page 28: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/28.jpg)
Hallelujah. Halleluljah.
Iftaħli għajnejja, Mulej,
ħa nara l-għeġubijiet tal-liġi
tiegħek.
Hallelujah.
![Page 29: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/29.jpg)
L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju
ta’ San Mattew
Mt 13,44-52
![Page 30: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/30.jpg)
F’DAK IŻ-ŻMIEN: Ġesù qal lid-dixxipli
tiegħu: “Is-Saltna tas-Smewwiet
tixbah lil teżor moħbi
f’għalqa,
![Page 31: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/31.jpg)
li wieħed raġel isibu u jaħbih, u
kollu ferħan imur ibigħ
kull ma jkollu u
jixtri dik il-għalqa.
![Page 32: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/32.jpg)
Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah ukoll lil wieħed
negozjant ifittex ġawhar fin, meta sab waħda
tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha.
![Page 33: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/33.jpg)
Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah ukoll lil xibka
mixħuta l-baħar li fiha jinġabar minn kollox.
![Page 34: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/34.jpg)
Meta timtela jtellgħuha x-xatt, u joqogħdu
bilqiegħeda, jiġbru fil-kannestri dak li hu tajjeb
u jarmu l-ħażin.
![Page 35: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/35.jpg)
Hekk jiġri fi tmiem id-dinja: l-anġli joħorġu
jifirdu l-ħżiena mit-tajbin, u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż
tas-snien.
![Page 36: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/36.jpg)
Kollu fhimtuh dan?” “Iva”, qalulu. U hu
qalilhom: “Għalhekk kull imgħallem tal-Liġi li jkun sar
dixxiplu
![Page 37: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/37.jpg)
tas-Saltna tas-Smewwiet jixbah lil
wieħed Sid li, mill-ħażna
tiegħu, joħroġ sew il-ġdid u
sew il-qadim.”
![Page 38: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/38.jpg)
Il-Kelma tal-MulejIt-Tifħir Lilek Kristu.
![Page 39: IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA 17-il Ħadd matul is-Sena](https://reader033.fdocument.pub/reader033/viewer/2022050702/568140a1550346895dac5945/html5/thumbnails/39.jpg)
IT-TEŻOR TA’ ĦAJJITNA17-il Ħadd matul is-Sena
www.ofm.org.mt