Is-Sitt Sena L-Istudji Soċjali Il-Ħin: Siegħa€¦ · d) Daħla oħra, dik (tad-Dardanelli,...

8
L-Istudji Socjali – Is-Sitt Sena – Primarja – 2018 Paġna 1 minn 8 ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU, RIĊERKA INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Primarji 2018 Is-Sitt Sena L-Istudji Soċjali Il-Ħin: Siegħa L-Isem: _____________________________ Il-Klassi:__________ 1. Liema hija l-festa? Agħżel minn dawn li ġejjin u imla l-vojt. Kull kelma tista’ tintuża aktar minn darba. L-ewwel waħda lesta bħala eżempju. Il-Karnival Il-Milied L-Imnarja L-Għid il-Kbir L-Istrina Il-Ġimgħa l-Kbira a. Meta tinħareġ l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt f’ħafna bliet u rħula Maltin. L-Għid il-Kbir b. Meta mmorru l-Belt Valletta naraw il-karrijiet, il-maskaruni u ż-żifna tal-parata. c. Meta narmaw il-presepju bil-pasturi u l-ġulbiena u l-insara jattendu l-quddiesa ta’ nofsillejl. d. Din hija l-ewwel festa tas-sena li ssir fl-ewwel jum ta’ Jannar. e. Meta ħafna Maltin jieklu l-figolli u l-bajd taċ-ċikkulata. f. Meta jsiru l-purċissjonijiet bil-vari tal-passjoni u ħafna personaġġi mill-Bibbja. g. Meta ħafna nies jilbsu ta’ maskarati u nieklu l-prinjolata. h. Il-festa ta’ San Pietru u San Pawl, meta jkun hemm l-għana fil-Buskett u t-tiġrijiet tal-bhejjem fit-telgħa tas-Saqqajja, ir-Rabat. i. Meta nżejnu siġra speċjali bid-dwal ikkuluriti u nirċievu l-kartolini u r-rigali. (marka 1 x 8 = 8 marki)

Transcript of Is-Sitt Sena L-Istudji Soċjali Il-Ħin: Siegħa€¦ · d) Daħla oħra, dik (tad-Dardanelli,...

Page 1: Is-Sitt Sena L-Istudji Soċjali Il-Ħin: Siegħa€¦ · d) Daħla oħra, dik (tad-Dardanelli, ta’ San Tumas, tad-Danimarka) tgħaqqad il-Baħar Mediterran mal-Baħar (l-Iswed,

L-Istudji Socjali – Is-Sitt Sena – Primarja – 2018 Paġna 1 minn 8

ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU,

RIĊERKA INNOVAZZJONI U TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA

Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Primarji 2018

Is-Sitt Sena L-Istudji Soċjali Il-Ħin: Siegħa

L-Isem: _____________________________ Il-Klassi:__________

1. Liema hija l-festa? Agħżel minn dawn li ġejjin u imla l-vojt. Kull kelma tista’ tintuża aktar minn darba. L-ewwel waħda lesta bħala eżempju.

Il-Karnival Il-Milied L-Imnarja L-Għid il-Kbir L-Istrina Il-Ġimgħa l-Kbira

a. Meta tinħareġ l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt f’ħafna bliet u rħula Maltin. L-Għid il-Kbir

b. Meta mmorru l-Belt Valletta naraw il-karrijiet, il-maskaruni u ż-żifna tal-parata.

c. Meta narmaw il-presepju bil-pasturi u l-ġulbiena u l-insara jattendu l-quddiesa ta’ nofsillejl.

d. Din hija l-ewwel festa tas-sena li ssir fl-ewwel jum ta’ Jannar.

e. Meta ħafna Maltin jieklu l-figolli u l-bajd taċ-ċikkulata.

f. Meta jsiru l-purċissjonijiet bil-vari tal-passjoni u ħafna personaġġi mill-Bibbja.

g. Meta ħafna nies jilbsu ta’ maskarati u nieklu l-prinjolata.

h. Il-festa ta’ San Pietru u San Pawl, meta jkun hemm l-għana fil-Buskett u t-tiġrijiet tal-bhejjem fit-telgħa tas-Saqqajja, ir-Rabat.

i. Meta nżejnu siġra speċjali bid-dwal ikkuluriti u nirċievu l-kartolini u r-rigali.

(marka 1 x 8 = 8 marki)

Page 2: Is-Sitt Sena L-Istudji Soċjali Il-Ħin: Siegħa€¦ · d) Daħla oħra, dik (tad-Dardanelli, ta’ San Tumas, tad-Danimarka) tgħaqqad il-Baħar Mediterran mal-Baħar (l-Iswed,

Paġna 2 minn 8 L-Istudji Socjali – Is-Sitt Sena – Primarja – 2018

2. Nikkomunikaw flimkien. Komunikazzjoni Virtwali jew Komunikazzjoni Reali? Imla l-vojt bil-kliem reali jew virtwali. L-ewwel waħda lesta bħala eżempju.

(marka 1 x 5 = 5 marki)

X’tissejjaħ din it-tip ta’ komunikazzjoni?

a) Dawn it-tfal qegħdin waqt logħba bil-ballun. Bejniethom hemm komunikazzjoni

reali

b) L-iskrivana qegħda ċċempel mill-uffiċċju. Din hija komunikazzjoni

__________________

c) L-għalliema qegħda tirrakkonta storja lit-tfal. Din hija komunikazzjoni

__________________

d) Dawn l-istudenti qegħdin isegwu kors online. Din hija komunikazzjoni

__________________

e) Marija qegħda tibgħat messaġġ lil ommha. Din hija komunikazzjoni

__________________

f) Il-membri tat-tim qegħdin jiddiskutu l-pjan tax-xogħol.

Din hija komunikazzjoni

__________________

Page 3: Is-Sitt Sena L-Istudji Soċjali Il-Ħin: Siegħa€¦ · d) Daħla oħra, dik (tad-Dardanelli, ta’ San Tumas, tad-Danimarka) tgħaqqad il-Baħar Mediterran mal-Baħar (l-Iswed,

L-Istudji Socjali – Is-Sitt Sena – Primarja – 2018 Paġna 3 minn 8

3. Il-Maltin u pajjiżi oħrajn. Ikteb Veru jew Falz. Għandek waħda lesta bħala eżempju.

VERU jew FALZ ?

a Malta hija Repubblika indipendenti, imma hija wkoll membru ta’ l-Unjoni Ewropea.

b Fil-passat ħafna Maltin kellhom jemigraw biex ifittxu x-xogħol f’pajjiżi bħall-Kanada, l-Awstralja u l-Amerika.

c Il-membri parlamentari Ewropej Maltin jistgħu jitkellmu biss bl-Ingliż fil-laqgħat tal-parlament Ewropew.

d It-turiżmu huwa industrija importanti ħafna fl-ekonomija tagħna u jgħin biex Malta ssir magħrufa mad-dinja kollha.

e Meta ngħidu li Malta għandha dimensjoni globali nfissru li f’pajjiżna, u barra minn Malta, il-Maltin dejjem inqatgħu għalihom u ma tħalltux ma’ nies oħrajn.

FALZ

f Peress li għal ħafna snin il-Gżejjer Maltin kienu kolonja Ingliża, il-lingwa Ingliża saret importanti ħafna f’pajjiżna.

g Fl-iskejjel Maltin illum insibu tfal ġejjin minn ħafna pajjiżi u kulturi differenti, għalhekk l-iskejjel tagħna saru multi-kulturali.

h Malta tagħmel kummerċ biss ma’ dawk il-pajjiżi li qegħdin fl-Unjoni Ewropea u mhux ma’ pajjiżi bħaċ-Ċina, l-Afrika u l-Amerika.

i It-turisti li jiġu Malta jiġu fostna biss biex igawdu l-baħar nadif u x-xemx abbundanti li għandna.

(marka 1 x 8 = 8 marki)

Page 4: Is-Sitt Sena L-Istudji Soċjali Il-Ħin: Siegħa€¦ · d) Daħla oħra, dik (tad-Dardanelli, ta’ San Tumas, tad-Danimarka) tgħaqqad il-Baħar Mediterran mal-Baħar (l-Iswed,

Paġna 4 minn 8 L-Istudji Socjali – Is-Sitt Sena – Primarja – 2018

4. Il-Lingwa Maltija u l-Innu Nazzjonali Malti. Imla’ l-vojt bil-kliem li ġejjin. L-ewwel waħda lesta bħala eżempju.

kburin lingwi Semitika b’żewġ Robert Għarbi Nazzjonali Taljan identità nikkomunikaw

Psaila Ingliż poeta ħelwa uffiċjali

Il-lingwa tal-ġens Malti hija lingwa Semitika għax għandha l-għeruq tagħha fl-ilsien

______________.

F’pajjiżna ħafna nies jitkellmu ______________ lingwi, li t-tnejn huma meqjusin bħala

lingwi ______________ tagħna. Dawn huma l-Malti u l-______________. Fl-ilsien

Malti nsibu ħafna kliem li ġejjin minn diversi ______________ oħrajn, mhux biss

mill-Għarbi, bħal ngħidu aħna mit-______________, kif ukoll mill-Ingliż.

Eżempju importanti ħafna ta’ poeżija sabiħa miktuba bil-lingwa tagħna huwa l-Innu

______________ Malti. Dan inkiteb minn Dun Karm ______________, li huwa

meqjus bħala l-______________ Nazzjonali Malti. Il-mużika għal dan l-innu nħolqot

mis-surmast Dr. ______________ Samut. L-ewwel żewġ versi ta’ dan l-innu jgħidu

hekk:

Lil din l-art ______________, l-Omm li tatna isimha,

Ħares, Mulej, kif dejjem int ħarist:

Il-lingwa tagħna hija mod ewlieni li bih aħna nistgħu ______________ flimkien.

Għandna nkunu tassew ______________ bl-ilsien Malti u dejjem nużawh bl-aħjar

mod possibbli, għax dan jifforma parti importanti ħafna mill-______________

tagħna bħala Maltin. (marka 1 x 14 = 14-il marka)

Page 5: Is-Sitt Sena L-Istudji Soċjali Il-Ħin: Siegħa€¦ · d) Daħla oħra, dik (tad-Dardanelli, ta’ San Tumas, tad-Danimarka) tgħaqqad il-Baħar Mediterran mal-Baħar (l-Iswed,

L-Istudji Socjali – Is-Sitt Sena – Primarja – 2018 Paġna 5 minn 8

5. L-ewwel nies li ġew f’Malta. Qabbel Kolonna A ma’ kolonna B bin-numri. Għandek waħda lesta bħala eżempju.

1. Naħsbu li l-ewwel nies li ġew fil-Gżejjer Maltin

iżda ma nafux x’tip ta’ lingwa kienu jużaw.

2. Naħsbu li dawn in-nies kienu jitkellmu biex jikkomunikaw bejniethom,

sabu wkoll fdalijiet li ħallew l-ewwel bnedmin li għexu f’Malta.

3. Dawn in-nies bikrin kienu jgħixu fi Żmien il-Preistorja għax

1 waslu hawn minn Sqallija fuq xi ċattra jew dgħajsa.

4. L-ewwel abitanti tal-Gżejjer Maltin ma kinux għadhom skoprew

ma kinux għadhom jafu kif jiktbu u jaqraw.

5. Biex irnexxielhom jaslu Malta minn art oħra bil-baħar

jgħixu f’xi għerien li sabu fil-blat bħal, per eżempju, Għar Dalam.

6. L-għodod li dawn in-nies preistorici kienu jużaw kienu aktarx ikunu

kienu jidħku, jibku, iweġġgħu, jaħdmu u jilagħbu.

7. Għalkemm kienu jgħixu eluf ta’ snin ilu, dawn in-nies kienu jixbħuna, u bħalna

bilfors li kienu baħħara tajbin u ta’ kuraġġ kbir.

8. Naħsbu li l-ewwel nies li ġew fil-Gżejjer Maltin kienu marru

magħmulin mill-ġebel, għalhekk insejħulhom nies ta’ Żmien il-Ħaġar.

9. F’Għar Dalam l-arkeologi ma sabux biss fdalijiet fossiliżżati ta’ annimali, imma

metalli bħall-ħadid, ir-ram jew il-landa.

(marka 1 x 8 = 8 marki)

Page 6: Is-Sitt Sena L-Istudji Soċjali Il-Ħin: Siegħa€¦ · d) Daħla oħra, dik (tad-Dardanelli, ta’ San Tumas, tad-Danimarka) tgħaqqad il-Baħar Mediterran mal-Baħar (l-Iswed,

Paġna 6 minn 8 L-Istudji Socjali – Is-Sitt Sena – Primarja – 2018

6. Żmien il-Preistorja. Ara x’qalu dawn il-ħbieb tagħna u aqta’ sing taħt jekk hux VERU jew FALZ. L-ewwel waħda lesta bħala eżempju.

(2 marki x 5 = 10 marki)

a) L-arkeologi jaħsbu li n-nies li waslu f’pajjiżna fi żmien il-preistorja aktarx kienu bdiewa u raħħala. VERU jew FALZ ?

b) Fit-Tempji ta’ Ħal Tarxien instab ġebel kbir b’annimali minquxin fuqhom, xhieda li l-ewwel nies li waslu Malta kienu jrabbu l-annimali. VERU jew FALZ ?

c) Il-kelma Neolitiku tfisser iż-żmien meta l-bniedem kien juża armamenti u għodod tal-ħadid, tar-ram u tal-bronż. VERU jew FALZ ?

d) Fi żmien il-preistorja n-nies ma kinux għadhom skoprew kif setgħu jiktbu jew jaqraw bħalna. VERU jew FALZ ?

e) F’Għar Dalam instabu ħafna fdalijiet fossiliżżati ta’ diversi annimali bħal iljunfanti, ippopotami, ċriev u orsijiet. VERU jew FALZ ?

f) Filwaqt li l-Ipoġew inbena b’ħaġar kbir ‘l fuq mill-art f’Għawdex, il-maqdes tal-Ġgantija tħaffer taħt l-art f’Ħal Saflieni. VERU jew FALZ ?

Page 7: Is-Sitt Sena L-Istudji Soċjali Il-Ħin: Siegħa€¦ · d) Daħla oħra, dik (tad-Dardanelli, ta’ San Tumas, tad-Danimarka) tgħaqqad il-Baħar Mediterran mal-Baħar (l-Iswed,

L-Istudji Socjali – Is-Sitt Sena – Primarja – 2018 Paġna 7 minn 8

7. Il-Baħar Mediterran.

Immarka b’ċirku dawk il-gżejjer li nsibu fil-baħar Mediterran biss. Għandek waħda lesta bħala eżempju. Trid issib sitta oħra.

Kreta Sardenja Singapore

L-Ingilterra

Malta Ċipru

Korsika New Zealand L-Irlanda

L-Iżlanda Sqallija Il-Gżejjer Baleariċi

(marka 1 x 6 = 6 marki)

8. Il-Baħar Mediterran u ibħra oħrajn.

Aqta’ sing taħt it-tajba. L-ewwel waħda hija lesta bħala eżempju.

a) Il-Baħar Mediterran fih (ħames, tliet, żewġ) daħliet li minnhom jingħaqad ma’ ibħra oħrajn.

b) Il-Kanal tas-Suez tħaffer apposta (fl-Eġittu, fi Spanja, fil-Greċja) biex jgħaqqad il-Baħar Mediterran mal-Baħar (l-Iswed, il-Mejjet, l-Aħmar).

c) Il-passaġġ ta’ baħar dejjaq li nsibu bejn (Spanja, Ċipru, Franza) u l-Marokk huwa msejjaħ il-Fliegu ta’ (Kemmuna, Ġibiltà, Sqallija).

d) Daħla oħra, dik (tad-Dardanelli, ta’ San Tumas, tad-Danimarka) tgħaqqad il-Baħar Mediterran mal-Baħar (l-Iswed, l-Abjad, l-Aħmar).

(marka 1 x 6 = 6 marki)

Page 8: Is-Sitt Sena L-Istudji Soċjali Il-Ħin: Siegħa€¦ · d) Daħla oħra, dik (tad-Dardanelli, ta’ San Tumas, tad-Danimarka) tgħaqqad il-Baħar Mediterran mal-Baħar (l-Iswed,

Paġna 8 minn 8 L-Istudji Socjali – Is-Sitt Sena – Primarja – 2018

9. It-tniġġis fil-Baħar Mediterran.

a) Semmi tliet problemi importanti ħafna li huma marbutin mat-tniġġis fil-baħar Mediterran.

Problema 1: ______________________________________________ (marka 1)

Problema 2: ______________________________________________ (marka 1)

Problema 3: ______________________________________________ (marka 1) b) Ikteb 3 sentenzi fuq kull waħda minn dawn li ģejjin:

Waqt li fil-baħar Mediterran il-fkieren naqsu, il-bram żdied ħafna. Għax taħseb li ġara hekk? U x’nistgħu nagħmlu dwar din il-problema?

_____________________________________________________________

_____________________________________________________________

_____________________________________________________________

_____________________________________________________________

_____________________________________________________________

_____________________________________________________________ Għaliex għandna nagħmlu minn kollox u nistinkaw biex il-baħar Mediterran jinżamm dejjem aktar nadif u mhux imniġġes?

_____________________________________________________________

_____________________________________________________________

_____________________________________________________________

_____________________________________________________________

_____________________________________________________________

_____________________________________________________________ (2 marki x 6 = 12-il marka)