Il-Pont Dicembru 2012

8
H ija ħaġa sabiħa li l-Università ta’ Malta tqassam id-Dottorati Onoris Causa kull tant żmien. Ftit snin ilu kellna l-okkażjoni ta’ meta stiednet lill-attur u reġista Roberto Benigni proprju biex tgħaddilu dan l-unur. Bosta jiftakru li f’dik l-okkażjoni l-Università ta’ Malta stiednet ukoll Professur barrani biex iniedi l-ktieb tiegħu f’rabta ma’ Dante u d-Divina Commedia, filwaqt li nsiet Malti li għal għoxrin sena sħaħ u spejjeż tiegħu ħadem biex l-ilsien Malti jkollu t-traduzzjoni ta’ din l-opra letterarja universali. Dan it-traduttur kien Alfred Palma, li hu wkoll kittieb u poeta. Ironikament, xi xhur wara Alfred Palma kien ġie mistieden mill-Comune ta’ Ravenna biex jipparteċipa fl-avveniment annwali “Dante nel mondo” (2008). F’dik l-okkażjoni jiena kont akkompanjajtu u hemm konna ngħatajna merħba ta’ rejiet. Alfred Palma kien qara partijiet mid-Divina Commedia - li hu qaleb għall-Malti u li ppubblika fl- 1986 - fil-Basilika ta’ San Franġisk f’Ravenna, quddiem folla nies li verament apprezzaw dan il-ġest li sar b’sagrifiċċji kbar u li żgur ma rrendiex fuq livell finanzjarju. Għal Palma dik kienet okkażjoni li ppremjatu tassew; tant hu hekk li huwa kien ġie onorat bil-Lauro Dantesco. Ftit ilu l-Unversità ta’ Malta reġgħet tat l-unur tad-Dottorat Onoris Causa lill- kantant u tenur kbir Joseph Calleja, anki jekk mal- letteratura ftit għandu x’jaqsam. Nixtieq li jasal ukoll dak il-jum meta l-istess istituzzjoni tibda tagħti l-istess unur lil aktar persuni li ħadmu b’sagrifiċċji kbar u b’imħabba lejn Art Twelidhom biex komplew jagħnu oqsma differenti ta’ dan il-wirt universali. Fuq nota differenti, IL-PONT huwa okkażjoni oħra li turi kemm hawn Malta ma jonqsux l-attivitajiet marbutin mal-letteratura u l-ilsien Malti. Prosit kbira lil dawk kollha li b’sagrifiċċju jiddedikaw daqstant ħin biex itellgħu inizzjattivi bħal dawn. Minn hawn nistaqsi: “Meta se jasal dak iż-żmien meta l-awtoritajiet ikkonċernati jiftħu ċentru apposta li jospita dawn l-Għaqdiet tal-Malti u simili; ċentru permanenti fejn ikunu jistgħu jtellgħu l-attivitajiet tagħhom u jsibu post deċenti u xieraq għall-arkivji tagħhom ukoll?” Xi ħaġa simili saret diġà fil-każ tal-Akkademja tal-Malti u dan żgur li kien pass għaqli fid-direzzjoni t-tajba. Nawgura l-Milied it-Tajjeb lil kull min se jaqra IL-PONT u lil ta’ madwaru Kull min jixtieq jikteb lill-Editur jew jibgħat materjal relevanti - li m’għandux ikun twil ħafna—jista’ juża dan il-kuntatt: [email protected] Ħarġa numru 3: Diċembru, 2012 Editorjal

description

Il-Pont (The Bridge) is an online literary magazine published monthly since October 2012. It's main language is Maltese, but poems in other languages - mainly English and Italian - are regularly included too. Il-Pont is intended to bring together writers and readers from all over the world.

Transcript of Il-Pont Dicembru 2012

Page 1: Il-Pont Dicembru 2012

H ija ħaġa sabiħa li l-Università ta’ Malta

tqassam id-Dottorati Onoris Causa kull

tant żmien. Ftit snin ilu kellna l-okkażjoni

ta’ meta stiednet lill-attur u reġista

Roberto Benigni proprju biex tgħaddilu dan l-unur.

Bosta jiftakru li f’dik l-okkażjoni l-Università ta’ Malta

stiednet ukoll Professur barrani biex iniedi l-ktieb

tiegħu f’rabta ma’ Dante u d-Divina Commedia, filwaqt

li nsiet Malti li għal għoxrin sena sħaħ u spejjeż tiegħu

ħadem biex l-ilsien Malti jkollu t-traduzzjoni ta’ din

l-opra letterarja universali. Dan it-traduttur kien Alfred

Palma, li hu wkoll kittieb u poeta. Ironikament, xi xhur

wara Alfred Palma kien ġie mistieden mill-Comune ta’

Ravenna biex jipparteċipa fl-avveniment annwali

“Dante nel mondo” (2008). F’dik l-okkażjoni jiena kont

akkompanjajtu u hemm konna ngħatajna merħba ta’

rejiet. Alfred Palma kien qara partijiet mid-Divina

Commedia - li hu qaleb għall-Malti u li ppubblika fl-

1986 - fil-Basilika ta’ San Franġisk f’Ravenna, quddiem

folla nies li verament apprezzaw dan il-ġest li sar

b’sagrifiċċji kbar u li żgur ma rrendiex fuq livell

finanzjarju. Għal Palma dik kienet okkażjoni li

ppremjatu tassew; tant hu hekk li huwa kien ġie onorat

bil-Lauro Dantesco. Ftit ilu l-Unversità ta’ Malta

reġgħet tat l-unur tad-Dottorat Onoris Causa lill-

kantant u tenur kbir Joseph Calleja, anki jekk mal-

letteratura ftit għandu x’jaqsam. Nixtieq li jasal ukoll

dak il-jum meta l-istess istituzzjoni tibda tagħti l-istess

unur lil aktar persuni li ħadmu b’sagrifiċċji kbar u

b’imħabba lejn Art Twelidhom biex komplew jagħnu

oqsma differenti ta’ dan il-wirt universali.

Fuq nota differenti, IL-PONT huwa okkażjoni oħra li turi

kemm hawn Malta ma jonqsux l-attivitajiet marbutin

mal-letteratura u l-ilsien Malti. Prosit kbira lil dawk

kollha li b’sagrifiċċju jiddedikaw daqstant ħin biex

itellgħu inizzjattivi bħal dawn. Minn hawn nistaqsi:

“Meta se jasal dak iż-żmien meta l-awtoritajiet

ikkonċernati jiftħu ċentru apposta li jospita dawn

l-Għaqdiet tal-Malti u simili; ċentru permanenti fejn

ikunu jistgħu jtellgħu l-attivitajiet tagħhom u jsibu post

deċenti u xieraq għall-arkivji tagħhom ukoll?” Xi ħaġa

simili saret diġà fil-każ tal-Akkademja tal-Malti u dan

żgur li kien pass għaqli fid-direzzjoni t-tajba.

Nawgura l-Milied it-Tajjeb lil kull min se jaqra IL-PONT

u lil ta’ madwaru ☺

Kull min jixtieq jikteb lill-Editur jew jibgħat materjal

relevanti - li m’għandux ikun twil ħafna—jista’ juża dan

il-kuntatt: [email protected]

Ħarġa numru 3: Diċembru, 2012

Editorjal

Page 2: Il-Pont Dicembru 2012

L-AĦBARIJIET JITFAKKAR IL-POETA NAZZJONALI

Bħal kull sena l-Kumitat Festi Nazzjonali fakkar lill-

Poeta Nazzjonali, Dun Karm Psaila, b’attivitajiet

apposta. Din is-sena l-għodwa ta’ tifkira seħħet fit-

18 ta’ Ottubru, jum it-twelid ta’ Dun Karm. Ħadu

sehem għadd ta’ studenti, għalliema, uffiċjali

edukattivi u persuni distinti oħra. L-okkażjoni

bdiet b’korteo li telaq mill-iskola Primarja tal-

Furjana fid-9.30 a.m., u mexa sa quddiem il-

monument tal-Poeta Nazzjonali fit-tarf ta’ Triq

Sant’Anna, xogħol tal-iskultur Toni Ellul. Hemm

saret ċerimonja li nkludiet qari ta’ poeżiji, diskorsi

uffiċjali u tqegħid ta’ fjuri mal-istess mafkar.

Doreen Galea kantat poeżiji ta’ Dun Karm

b’arranġamenti mużikali tal-Mro Domenic Galea.

Il-mafkar iddedikat lill-Poeta Nazzjonali fil-Furjana

VERSI TINGĦATA LIBSA ĠDIDA

L-organu uffiċjali tal-Għaqda Poeti Maltin,

ir-rivista VERSI, li ilha toħroġ sa mill-1986, ingħatat

libsa ġdida. L-idea hija li din ir-rivista ddedikata

kompletament lill-qasam tal-poeżija tkompli ssib

dejjem iktar qarrejja u twassal il-poeżija għand

numru akbar ta’ persuni. Fil-ħarġa 2012.3 Alfred

Massa jsellem lill-poeta Anton Buttigieg f’għeluq

il-mitt sena minn twelidu. Hemm ukoll rapport

dwar il-Premjazzjoni tal-Konkors ta’ Poeżija għat-

Tfal li sar aktar kmieni din is-sena. Hemm inklużi

għadd ta’ poeżiji b’ilsna differenti, esejs letterarji

miktubin apposta għall-istudenti li se jersqu għall-

eżamijiet tal-Malti SEC u MATSEC, u reċensjonijiet

dwar żewġ ġabriet tal-poeżija ta’ Charles Mifsud u

Therese Pace. Massa jsellem ukoll lil Peter A.

Caruana, Membru Onorarju tal-Għ.P.M., li miet

aktar kmieni din is-sena, filwaqt li l-paġna Poeti

Kontemporanji hija ddedikata lil Joseph Sciberras

minn Ħ’Attard. Hemm ukoll paġna ddedikata lill-

aħbarijiet mid-dinja tal-poeżija u oħra li tinkludi

l-messaġġ tal-President tal-Għ.P.M. għal Jum il-

Poeżija 2012. Min hu interessat jakkwista kopja

jista’ juża l-e-mail: [email protected]

JITĦABBRU R-REBBIEĦA TAL-PREMJU DINJI TAL-

POEŻIJA NOSSIDE 2012

It-Taljana Emilia Fragomeni li toqgħod f’Ġenova u

hija għalliema tal-letteratura, rebħet it-XXVIII

edizzjoni tal-Premju Dinji tal-Poeżija Nosside 2012

bil-poeżija Orme (Traċċi). Dan huwa l-uniku

konkors dinji miftuħ għall-ilsna kollha u anki għal

kull forma ta’ komunikazzjoni (kitba, mużika u

vidjow). Din is-sena pparteċipaw 374 konkorrent

minn 70 pajjiż differenti f’51 lingwa differenti,

inkluż il-Malti. Fost dawk li se jkollhom il-poeżija

tagħhom ippubblikata fl-antoloġija NOSSIDE 2012

se jkun hemm ukoll waħda minn Malta, dik ta’

Giancarlo Callari bl-isem ta’ Il viaggio della

speranza. Iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni saret

f’Reggio Calabria nhar il-Ġimgħa, 30 ta’ Novembu,

fejn iltaqgħu poeti mill-ħames kontinenti.

RIŻORSA PERFETTA GĦALL-GĦALLIEMA U L-ISTUDENTI TAL-MALTI Għal kull min jinteressa ruħu fit-tagħlim tal-

lingwa u l-letteratura Maltija żgur li jsib utli

ħ a f n a d a n i s - s i t e l e t t r o n i k u :

http://malti.skola.edu.mt/

Page 3: Il-Pont Dicembru 2012

L-AĦBARIJIET L-GĦAQDA POETI MALTIN TIPPARTEĊIPA FIL-FIERA TAL-KTIEB

Wara kuntatti li saru mas-Sinjorina Joyce Grech,

l-Għaqda Poeti Maltin ingħatat l-opportunità

għall-ewwel darba illi l-membri tagħha jaqraw

poeżiji magħżula minnhom stess matul il-Fiera

tal-Ktieb. Il-membri li kienu preżenti biex jaqraw

huma Salv Sammut, Emmanuel Attard Cassar,

Joseph C. Sciberras, Godwin Cini, Omar Seguna,

Leanne Ellul u Miriam Ellul. Fost il-poeżiji li

nqraw kien hemm dawk ta' Charles Magro,

Therese Pace u Edmund Calleja. Il-qarrejja kienu

mqassmin fuq tlett ijiem biex dejjem ikun hemm

membru tagħna preżenti.

Godwin Cini, membru tal-Kumitat tal-Għ.P.M., waqt il-parteċipazjoni tiegħu fil-Fiera tal-Ktieb 2012.

PREMJAZZJONI TAL-KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA 2012 Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 2012, li

l-Għaqda Poeti Maltin nediet fl-1 ta’ Lulju 2012,

ġie fi tmiemu b’Serata ta’ Premjazzjoni li saret

il-Ġimgħa, 16 ta’ Novembru, fis-sala tas-Soċjetà

tal-Arti, Manifattura u Kummerċ, il-belt Valletta.

Din is-sena wkoll kien hemm għadd sabiħ ta’

konkorrenti, membri tal-Għaqda Poeti Maltin u

mhumiex. Il-Ġurija li eżaminat il-poeżiji kienet

magħmula mis-Sinjuri George Falzon, Louis

Briffa u l-Inġ. Maurice Mifsud Bonnici. Il-Konkors

kellu tliet taqsimiet: tal-Malti, tal-Ingliż u tat-

Taljan. Ir-rebbieħa f’kull kategorija kienu dawn

li ġejjin: Bit-Taljan ġiet fl-Ewwel Post il-poeżija

Intimità ta’ Christine Borg Farrugia. Fit-Tieni

Post ġiet Patéma ta’ Mario Attard. Fit-taqsima

tal-Ingliż l-Ewwel ġiet il-poeżija Blue Tongued

Lizard ta’ Donovan Gatt. It-Tieni ġiet Vaudeville

ta’ Kristina Miggiani. L-Ewwel fit-Taqsima tal-

Malti ġiet il-poeżija Bersall, ta’ Therese Pace.

Fit-Tieni Post ġiet il-poeżija Nawfraġju Ieħor ta’

Stefano Farrugia. Fit-Tielet Post ġiet il-poeżija

Rabta, ta’ Mark Amaira. Therese Pace ngħatat

ukoll il-Premju ‘Mons. Amante Buontempo’,

bħala r-Rebbieħa assoluta tal-Konkors

Nazzjonali tal-Poeżija 2012.

Ir-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 2012 flimkien

mal-President tal-Għ.P.M., Charles Magro

PROSIT LILL-ORGANIZZATURI TAL-FIERA TAL-KTIEB 2012 Għal darb’oħra prosit lill-organizzaturi tal-Fiera

tal-Ktieb li saret bejn is-7 u l-11 ta’ Novembru

2012 fid-Dar tal-Mediterran, il-Belt. Bħal dejjem,

din ma kinitx biss okkażjoni fejn dawk li jħobbu

l-ktieb setgħu jaraw x’hawn disponibbli f’rabta

ma’ oqsma differenti u jixtru l-kotba favoriti

tagħhom. Il-Fiera tal-Ktieb saret ukoll okkażjoni

fejn wieħed jista’ jikseb tagħrif siewi dwar

aspetti differenti f’rabta mal-letteratura lokali.

Qed nirreferi għad-diversi stands li ttellgħu u li

kienu ddedikati lill-illustraturi tal-kotba tat-tfal,

lill-gazzetti lokali tas-seklu 19, lill-kittieba

deputati, lil Giovanni Pietro Francesco Agius De

Soldanis, u anki lill-kittieba li għaddew għal ħajja

aħjar din is-sena.

Page 4: Il-Pont Dicembru 2012

M anwel Cassar

twieled fl-

1933 l-Imsida.

Fl-Awstralja, Melbourne,

ħadem bħala għalliem,

skrivan maċ-Ċivil, editur

letterarju ta’ ġurnali u

rivisti differenti, u

i n t e r v i s t a t u r -

korrispondent tar-Rediffusion. Fl-1959

waqqaf l-Għaqda tal-Letteratura tal-Maltin fl

-Awstralja. Huwa pittur ta’ esperjenza u ko-

awtur ta’ antoloġiji ta’ poeżiji bħal Driegħ

ma’ Driegħ (1971), Mal-Ħmura ta’ Filgħodu

(1982), Frott Ieħor (1992) u Riflessi Fiddiena

(2000).

1. Illum inti għandek ’il fuq minn 80 sena u

ilek li emigrajt lejn l-Awstralja sa mill-1955.

Kif tħares lejn Malta u x’hemm minnha li

baqa’ jinfluwenzak anki jekk imbiegħed

minnha fiżikament u temporalment?

Għandek żball ċkejken, mhux għax jimporta

ħafna. It-80 sena nagħlaqhom fit-3 ta’ Jannar

2013. Lil Malta għadni nħobbha, għad li ma

nagħlaqx għajnejja għal xi nuqqasijiet li huma

marbuta mal-insularità. Il-moralità hi

ġeneralment tajba, speċjalment dik li trabbejt

fiha li darrietni nirrispetta l-valuri sodi reliġjużi

u sekulari; nifraħ li għadha tinfluwenzani. L-

istess l-Ilsien Malti li spiss insemmi hawn fis-

sens li naqra ta’ art għandha Lsienha u

dammet bih letteratura ġmielha fil-kwalità, u

fil-kwantità proporzjonalment.

2. X’inhi r-relazzjoni tal-poeta u artist Malti-

Awstraljan mal-kontinent il-kbir? Kif toħroġ

din fil-poeżija/arti tiegħu?

Il-poeta Malti-Awstraljan ġenwin, u mhux

il-qabbiel newwieħi emozzjonalment għal

Malta, jidwi l-ġijografija mil-lat deskrittiv u

l-metafora fl-espressjoni tal-kontinent li

jinsab fih b’ħajja differenti. Meta jitħallat, kif

tajjeb li jagħmel, mal-letteratura lokali,

jintlaqat mill-oriġinalità, il-virilità u

attitudnijiet li jħarsu lejn suġġetti globali

kontemporanji b’moħħ wiesa’. Hemm fl-istess

ħin ċerta daqqa fix-xogħol Awstraljan li diffiċli

tfissirha, imma tagħrafha. L-istess il-Malti-

Awstraljan jevolvi mhux bilfors dejjem jew

bl-istess kejl f’leħħa differenti minn ta’ Malta.

Madankollu l-ħarsien tal-Malti korrett bl-

idjoma Maltija huma magħżużin.

Intervistajt għadd ta’ artisti Maltin-Awstraljani

ta’ Victoria u ta’ New South Wales. Huma jew

figurattivi jew ċerebrali. Hemm min għandu

rabta ta’ memorja Maltija, imma hekk jew

hekk hawn abbundanza ta’ materjal u ta’

opportunitajiet.

3. X’inhuma jagħmlu l-poeti u kittieba

Maltin-Awstraljani hemmhekk biex iżommu

kuntatt ma’ xulxin?

Sfortunatement, il-kittieba Maltin-Awstraljani

ma tantx iżommu kuntatt ma’ xulxin. Imma

f’Melbourne għandna ċ-ċans li niltaqgħu

darba fix-xahar f’laqgħat ta’ qari tal-Maltese

Literature Group-Grupp Letteratura Maltija, u

darba fis-sena f’kunċert mużiko-letterarju fil-

Festival tal-Maltin.

Personalment, jiena ġieli nżid billi naqra

xogħlijiet tiegħi f’laqgħat ta’ qari tal-

Awstraljani u multikulturali. Kemm

jogħġobhom jistaqsu fuq l-Ilsien Malti u Malta

u mhix l-ewwel darba li talbuni naqralhom

poeżiji tiegħi bil-Malti meta nkun

ippreżentajtilhom traduzzjoni bl-Ingliż!

L-INTERVISTA Manwel Cassar

Page 5: Il-Pont Dicembru 2012

IL-ĦOLMA TA’ TFAJJEL B’KEWKBA A Child’s dream of a Star

ta’ Charles Dickens maqluba għall-Malti

minn MARIO ATTARD

D arba kien hemm tfajjel li kien iħobb jimxi

ħafna kif ukoll jaħseb fuq bosta affarijiet.

Kellu oħtu li kienet għadha ċkejkna, li

għalih kienet il-ħabiba tiegħu l-ħin kollu.

Dawn iż-żewġt aħwa kienu jqattgħu l-ħin kollu

jiġġerrew. Kienu jistagħġbu bil-ġmiel tal-fjuri; kienu

jistagħġbu bl-għoli u bl-ikħal tas-sema; kienu

jistagħġbu bil-fond tal-ilma; kienu jistagħġbu bit-tjubija u bis-setgħa kbira ta’ Alla li għamel lid-dinja

hekk sabiħa.

Kultant kienu jgħidu lil xulxin: “Li kieku t-tfal kollha

tad-dinja kellhom imutu, il-fjuri, l-ilma u s-sema

jiddispjaċihom għalihom?” Huma kienu tal-fehma li

jiddispjaċihom. “Għaliex,” qalu, “ir-rimjiet huma t-

tfal tal-fjuri, u l-għadajjar żgħar tax-xita li donnhom

b‘logħob jinqalbu ’l isfel għan-niżla huma t-tfal tal-

ilma; it-tbajja’ jleqqu fis-sema jilagħbu noli bil-lejl,

żgur li huma t-tfal tal-kwiekeb; u żgur li jiddispjaċihom jekk lil ħbiebhom, it-tfal tal-bnedmin,

ma jarawhomx iżjed.”

Qabel jitfaċċaw il-kwiekeb kollha f’wiċċ is-sema,

dejjem kienet titfaċċa kewkba ċara u tleqq qrib

il-kampnar tal-knisja u fuq l-oqbra. Kienet kewkba

ikbar mill-oħrajn u iktar sabiħa minnhom ukoll, hekk

ħasbu ż-żewġt aħwa, u ta’ kull fil-għaxija, id f’id wara

l-ħġieġ tat-tieqa, kienu joqogħdu josservawha. Min

minnhom jaraha l-ewwel kien jgħid “Rajtha

l-kewkba!” u spiss kienu jgħiduha flimkien peress li kienu draw sew il-ħin li fih titfaċċa kif ukoll f’liema

naħa tas-sema.

U hekk saru ħbieb sewwa tagħha tant, li qabel ma

kien jimteddu fis-sodda biex jorqdu, dejjem kienu

jħarsu lejha għal darba oħra sabiex jagħtuha l-lejl

it-tajjeb; u malli għajnejhom tkun se taħbat se tmur

bihom kienu jgħidu talba ċkejkna, “Bambin, bierek

lill-kewkba!”

Imma meta t-tifla kienet għadha ċkejkna, ċkejkna

ħafna, tilfet saħħitha u tant kienet ma tiflaħx li ma setgħetx aktar tmur wara t-tieqa filgħaxija biex tara

lill-kewkba, għalhekk it-tifel, b’qalbu maqsuma, kien

jittawwal waħdu filwaqt li lil oħtu marida u b’wiċċha

lewn il-qarsa tax-xemgħa, kien jgħidilha “Rajtha

l-kewkba!” Imbagħad kienet tifforma tbissima u

b’leħen batut kienet tgħid, “Bambin, bierek lil ħija u

lill-kewkba!”

It-tifel iħares lejn il-kewkba waħdu

Għalhekk ma damx ma wasal iż-żmien li fih it-tifel

sab ruħu waħdu, u fuq is-sodda ma rax aktar lil wiċċ

oħtu; u fost l-oqbra l-oħra kien hemm qabar ċkejken

li qabel ma kienx hemm; u meta l-kewkba kienet

tiddi ħafna fuq wiċċu kien jaraha fid-dmugħ tiegħu.

Issa din id-dija tant kienet qawwija li bħal donnha

għamlet triq ta’ dawl qawwi li jagħti għall-ġenna,

hekk li meta t-tifel irtira fis-sodda solitarja tiegħu ħolom bil-kewkba; u ħolom li, minn fejn kien, ra

serbut twil ta’ nies immexxija mill-anġli. U l-kewkba

wrietu dinja kbira mdawla fejn kienu jinsabu ħafna

aktar anġli jistennewhom sabiex jilqgħuhom.

Dawn l-anġli kollha li kienu jinsabu jistennew, xeħtu

ħarsithom imdawla fuq dawk in-nies li kienu qegħdin

jinġarru lejn il-kewkba; u wħud minnhom ħarġu mir-

ringieli twal li kienu fihom u bisuhom bl-akbar

imħabba u marru magħhom f’toroq ta’ dwal, u kienu

jinsabu kuntenti fil-kumpanija tagħhom tant li

t-tfajjel ġewwa soddtu beka bil-ferħ li ħass.

Imma kien hemm ħafna anġli li ma marrux

magħhom, u fosthom kien hemm xi ħadd li huwa

kien jaf. Dak il-wiċċ marid li darba kien mimdud fuq

is-sodda kien imdawwal u gglorifikat, u sab li oħtu

kienet waħda mill-mistednin.

L-anġlu ta’ oħtu mexa bil-mod lejn id-daħla tal-

kewkba, u hija staqsiet lil min kien qed jieħu ħsieb

dawk li bdew jiddaħħlu, “Ħija ġej?”

It-tweġiba tiegħu kienet “Le.”

Hekk kif kienet qiegħda ddur lura biex tkompli sejra,

ħuha ġebbed idejh u qalilha ”Hawn jien, oħt! Ħudni

miegħek!” u daret u xeħtet ħarsitha mimlija dija

fuqu. U kien il-lejl, u l-kewkba kienet qiegħda tiddi

f’kamartu, fejn bdiet titfa’ raġġi twal diretti għal

fuqu u lil oħtu raha fid-dmugħ tiegħu stess.

Minn dak il-ħin ’il quddiem, it-tifel beda jħares lejn

il-kewkba bħallikieku hija d-dar li fiha jrid imur meta

jasal iż-żmien għalih; u ħaseb li huwa ma kienx

maħluq għal din id-dinja biss, imma wkoll għal dik

il-kewkba, għaliex l-anġlu ta’ oħtu diġa’ mar fiha.

IN-NOVELLA TAL-MILIED

Page 6: Il-Pont Dicembru 2012

Ħu dak it-tifel li għadu tarbija

Twieldet tarbija u din kienet maskili u kienet tiġi ħu

dak it-tifel; u mietet waqt li kienet għadha ċkejkna ħafna tant li lanqas kien għadu jaf jgħid kelma

waħda.

Għal darba oħra t-tifel ħolom b’dik il-kewkba

miftuħa u bil-kumpanija ta’ anġli, u s-serbut twil ta’

nies, u l-fillieri ta’ anġli b’għajnejhom jarmu d-dija

jħarsu lejn dawk in-nies.

Oħt dak it-tifel staqsiet lil min kien qed jieħu ħsieb

dawk li bdew jiddaħħlu, “Ħija ġej?”

It-tweġiba tiegħu kienet, “Mhux

dak, imma ħuk ieħor.”

Hekk kif dak it-tifel ra lil ħuh tarbija

f’dirgħajha qalilha: “Oħt, hawn

qiegħed jiena! Ħudni miegħek!” U

hija daret lejh u tbissmitlu.

U l-kewkba bdiet tiddi. Omm it-tifel tmut

Iż-żmien għadda u dan it-tifel sar

raġel żgħir, u kien okkupat ġmielu

bil-kotba meta l-qaddej anzjan mar

fuqu u qallu: “Ommok m’għadhiex

magħna. Ġejt inġib il-barka li tat

lill-iben għażiż tagħha!”

Filgħaxija, għal darba oħra, ra lill-

kewkba u lill-bqija l-oħra. Oħt

dak it-tifel staqsiet lil min kien qed

jieħu ħsieb dawk li bdew jiddaħħlu, “Ħija ġej?”

It-tweġiba tiegħu kienet, “Ommok ġejja.”

U għajta kbira ta’ ferħ instemgħet mal-kewkba

kollha għaliex l-omm ingħaqdet mill-ġdid ma’

wliedha. U r-raġel żgħir ġebbed dirgħajh u qal, “Ja ommi, oħti u ħija, jiena hawn qiegħed. Ħuduni

magħkom!” U dawk ilkoll weġbuh, “Mhux għalissa.”

U l-kewkba bdiet tiddi.

Bint dak ir-raġel tmut

Dak it-tifel li sar raġel żgħir, issa sar raġel sew,

xagħru bdiet issir griża, u kien jinsab bilqiegħda maġenb il-fuklar, imtaqqal bid-dulur, u wiċċu

xxarrab bid-dmugħ hekk kif il-kewkba reġgħet

infetħet mill-ġdid quddiemu.

Oħt dak it-tifel staqsiet lil min kien qed jieħu ħsieb

dawk li bdew jiddaħħlu, “Ħija ġej?”

It-tweġiba tiegħu kienet, “Le, imma ġejja bintu

xebba.”

U dak ir-raġel li darba kien tifel ra lil

bintu, mitlufa hija wkoll għalih,

ħlejqa anġelika qalb dawk it-tlieta u

qal, “Ras binti tinsab fuq sider oħti u

dirgħajha madwar għonq ommi, u

fejn riġlejha hemm it-tarbija ta’

darba, qiegħed nisma’ s-sejħa tiegħi

biex jien wkoll nitlaq minn hawn,

ikun imfaħħar Alla!”

U l-kewkba bdiet tiddi.

Ir-raġel jara lill-kewkba għall-aħħar

darba.

Ġara li t-tifel sar raġel xiħ. Dak

wiċċu li darba kien lixx issa

tkemmex, u l-passi tiegħu tqalu u

saru bla saħħa, filwaqt li dahru

tgħawweġ. Lejla waħda waqt li kien

jinsab mimdud fuq is-sodda tiegħu, b’uliedu madwaru, qal bħalma qal

bosta drabi qabel, “Qiegħed nara l-

kewkba!”

Uliedu qalu minn taħt l-ilsien, “Qiegħed imut.”

U qal: “Iva. Għomri qiegħed jaqa’ minn fuqi kif taqa’

biċċa ħwejjeġ, u riesaq lejn il-kewkba bħala tifel. U

issa, Missier, nirringrazzjak talli spiss ħallejtni nara

lill-għeżież tiegħi li jinsabu jistennewni.”

U l-kewkba bdiet tiddi; u iddiet fuq il-qabar tiegħu.

IN-NOVELLA TAL-MILIED kont...

Page 7: Il-Pont Dicembru 2012

MILIED IEĦOR Ftit ftit qed jerġa’ joqrob Milied ieħor:

ġa qed inħoss is-seħer tiegħu fija;

u għad li hi mitfija l-kewkba tiegħi, se’ terġa’ tixgħelhieli l-Fantasija:

u fid-dawl tagħha jien se nerġa’ nemmen

il-kliem sabiħ maħżuż fil-kartolini;

se’ nerġa’ nsib mill-ġdid il-ferħ ta’ dari,

u nerġa’ nemmen li mhux se’ jħallini.

Se’ nerġa’ nħossha ħelwa l-fewġa kiesħa

ta’ nifs Diċembru jonfoħ fuq ħaddejja;

u r-riħa mingħajr fwieħa tal-ġulbiena

se’ nerġa’ nxommha tfewwaħ f’imnifsejja.

Se’ nerġa’ nara par idejn maħbuba

jixegħlu xemgħat ħomor fuq il-friegħi;

nar’hom mill-ġdid iqarstu ir-rigali,

u nerġa’ nemmen illi għadhom tiegħi!

Se’ nerġa’ nagħmel wegħda lili nnifsi

li s-seħer ma nitfihx mad-dwal milwiena;

se’ nerġa’ għal sena oħra ngħix bit-tama li qalbi tħoss dak li ngħidilha jiena!

ALFRED PALMA

NATALE NON SA CHE DI SPENTI SAPORI

Solitaria la riva che languido il mare accarezza

levigati i colori che il sole dipinge di luce

e pallido staglia nei toni di azzurro del cielo

riposano barche in attesa di nuove stagioni

dormono quiete scogliere sul pelo dell'acqua

fa rumore la gente che vuole sentirsi di fuori:

è il tempo in cui tutti si credono buoni e sinceri

e godono semplici cose che pagano care

negli occhi sazi nei cuori non trovi

sorprese

illusione ci inganna di essere ancora legati.

di credere ancora ai rapporti che umani dicemmo

oggi tu vivi

in chiuso sentire abitudini

Natale

non sa che di spenti sapori

GIUSEPPE NAPOLITANO Italja

L-AĦĦAR TOKKI TA' DIĊEMBRU

L-aħħar tokki ta' Diċembru,

appik waslu, se jibdew,

tista' tgħid id-dinja kollha,

ħafna nies qed jistennew,

L-aħħar tokki ta' Diċembru,

l-ewwel nota diġa' bdiet,

kollox siket, kollox ħemed,

f'daqqa waħda waqa' s-skiet.

L-aħħar tokki ta' Diċembru,

qed iħabbru tibdil sħiħ,

sena tmut oħra titwieled,

bla ma ħadd jaf x'hemm għalih.

L-aħħar tokki ta' Diċembru,

jorbtu tnejn mill-isbaħ xhur,

wieħed eku tal-imgħoddi,

l-ieħor bxara tal-futur.

L-aħħar tokki ta' Diċembru

waslu fl-aħħar, qed jinfnew,

fadal tnejn, jonqos biss waħda,

issa kollha f'salt għaddew.

L-aħħar tokki ta' Diċembru,

għaddew kollha u spiċċaw,

fadal biss li sena ġdida,

riżq u barka nawguraw.

CHARLES MIFSUD

IL-POEŻIJI

Page 8: Il-Pont Dicembru 2012

MINN FUQ L-IXKAFFA

INTERMEZZI—ĠABRA TA’ 30 NOVELLA ta’ Lina Brockdorff, KKM, 2012.

Mill-kumment ta’ George Peresso: “Lina Brockdorff hija mħarrġa sew fil-kitba fejn

il-passat isir l-arkivju tal-memorja […] Fil-proża mistħajla, l-arkivju tal-memorja hu

preżenti wkoll. Hu li jqanqal. Hu li jnebbaħ. Hu li jsawwar ċerti ideat, saħansitra

fl-għażla ta’ metafori u tixbihat. Jew fis-soppressjoni ta’ ċerti fatti. Il-memorja li

tuża Brockdorff f’din il-ġabra mhix il-memorja kollettiva storika, imma l-memorja

personalizzata f’ambjent soċjali. Il-memorja rrakkontata u li tirrakkonta

f’Intermezzi hija esperjenza li għandha bidu fil-psikoloġija umana u li ssawwar

il-personalità tagħna, forsi anki bħala persuna distinta u awtonoma, imma li

intrinsikament issib lilha nfisha, il-passat tagħha, f’ħaddieħor.”

XBIHAT TAL-ANTENATI/ANCESTRAL VISIONS ta’ Marlene Saliba, 2011.

Mill-qoxra ta’ wara: “Fil-poeżiji tagħha bil-Malti u bl-Ingliż, Marlene Saliba

tiddeskrivi b’mod tassew kommoventi n-nies ammirevoli li bnew l-imqades

Neolitiċi ta’ art twelidna u tirrifletti dwar ir-relevanza tal-kultura tagħhom għalina.

Ir-ritratti mill-isbaħ u x-xbihat ta’ xogħlijiet evokativi ta’ diversi artisti mis-seklu

tmintax sal-lum iżidu d-dimensjoni viżiva tal-ħajja ta’ dawn l-antenati tal-Gżejjer

Maltin—ħajja li b’għadd ta’ modi tista’ titqabbel ma’ tagħna, ngħixu f’liema rokna

tad-dinja ngħixu. Il-fotografija prinċipali tal-fdalijiet Neolitiċi hi ta’ Daniel Cilia.”

Il-ktieb għandu “Daħla” mill-Prof. Oliver Friggieri u oħra minn Jay Ramsay, u anki

“Kelmtejn tal-Awtriċi”.

L-GĦANJA TAT-TIFKIRA, damma ta’ poeżiji ta’ Joe M. Attard

Il-Kav. Joe M. Attard minn Għawdex jista’ jissejjaħ “Il-Poeta tal-Kummissjoni u tal-

Okkażjoni” għax il-biċċa l-kbira tal-poeżiji tiegħu nkitbu wara li ġie avviċinat biex

ifakkar anniversarji jew okkażjonijiet importanti kemm privati kif ukoll pubbliċi.

Juża ħafna l-vers popolari u mexxej tat-tmienja. Dan il-ktieb jinqasam f’ħames

taqsimiet ewlenin: Okkażjonijiet Speċjali, Anniversarji, Il-Festi Tagħna, F’Jum

il-Mewt, u Mixxellanja. Il-ktieb għandu produzzjoni ta’ Joe Zammit Ciantar u studju

qasir mill-pinna tal-Prof. Oliver Friggieri. L-Għanja tat-Tifkira jittratta l-ħajja tal-

Għawdxin, f’waqtiet ta’ ferħ u ta’ niket, u temi bħalma huma l-paċi, il-ħajja,

iż-żgħożija, u d-dinja ta’ madwarna, fost oħrajn.