IL-FESTI TAGĦNA L-ARMAR TA’ BARRA - Heritage Malta · 2020. 8. 3. · Kull każin tal-banda li...
Transcript of IL-FESTI TAGĦNA L-ARMAR TA’ BARRA - Heritage Malta · 2020. 8. 3. · Kull każin tal-banda li...
-
IL-PEDISTALLI BL-ISTATWIIl-pjazez u t-toroq ewlenin jiġu armati bl-istatwi tal-qaddisin, il-personaġġi storiċi u l-anġli. Dawn jitpoġġew fuq
pedistalli għoljin (magħrufa wkoll bħala kanolli) magħmula mill-injam irħamat (miżbugħ b’tali mod li jidher qisu rħam). Ikollhom ukoll l-iskultura
indurata bid-deheb jew bil-fidda.
IT-TROFEJIl-pjazez ewlenin jiġu
armati wkoll bit-trofej. Dawn jikkonsistu f’antarjoli (arbli twal) imlibbsa
kolonna rqiqa fil-parti t’isfel. Fuq il-kolonna jitpoġġa skudett bis-simboli jew armi araldiċi
marbuta mal-festa. Mal-ġnub tal-iskudett jitwaħħlu numru ta’ standardi (bnadar)
f’għamla ta’ mrewħa, filwaqt li mal-parti ta’ fuq tal-antarjol tiddendel bandalora kbira
mżejna b’disinji u tpinġijiet.
IL-FESTUNI U L-LIEDNAIl-parti l-kbira tal-festa ta’ barra ssir wara nżul
ix-xemx u għaldaqstant, it-toroq u l-pjazez jiġu mixgħula bil-pavaljuni tad-dawl jew bil-festuni
Ħafna drabi, dawn il-festuni jiġu mlibbsa l-liedna (karti jew folji tal-plastik kkuluriti marbuta b’tali
mod li jidhru qishom friegħi tal-pjanti li jixxebilku).IL-PLANĊIER
Kull każin tal-banda li jieħu sehem fl-organizzazzjoni tal-festa jkollu l-planċier tiegħu. Dan il-palk artistiku jintrama fil-pjazza ewlenija u jintuża għall-programmi mużikali mill-istess banda jew mill-baned l-oħra li jkunu
mistiedna jieħdu sehem fil-festa.
L-ARK TRIJONFALIF’xi festi, matul it-triq tal-purċissjoni jew
fit-tarf tal-pjazza ewlenija, tintrama struttura kbira tal-injam, imżejna
bil-kolonni u l-istatwi. Fiċ-ċentru tagħha jkollha arkata kbira biex il-purċissjoni
bil-vara tgħaddi minn taħtha.
IL-PAVALJUNI, IL-BANDALORI U D-DAMASKIt-toroq ewlenin jiġu armati wkoll bil-pavaljuni u
bil-bandalori tad-drapp. Dawn ikollhom drappijiet ikkuluriti u jkunu mżejna b’ħafna disinji elaborati u bi tpinġijiet. F’diversi festi, speċjalment f’Għawdex, niltaqgħu wkoll mal-pavaljuni tad-dawl. Fl-istess waqt il-faċċati tal-knejjes u ta’ binjiet ewlenin jiġu mlibbsa bid-damask.
IL-MIXEGĦLA TAL-FAĊĊATIMinbarra bid-damask, il-binjiet
ewlenin, fosthom il-knisja parrokkjali u l-każini tal-banda jiġu mżejna
bid-dawl. Dan ikun iddisinjat b’tali mod li jikkumplimenta u jiddefenixxi
l-arkitettura, speċjalment il-koppla u l-kampnari tal-knisja parrokkjali, li mill-bogħod jkunu qishom xi ħaġa tal-fantasija. Dan
l-ispettaklu jkompli jisbieħ bil-mixegħla tal-festuni mal-arbli
tal-bnadar fuq il-bjut.
LIBSA MILL-ISBAĦL-ibliet u l-irħula tagħna jilbsu libsa mill-isbaħ fil-ġranet tal-festa. Dan hu frott ta’ ħafna xogħol minn ħafna nies tas-sengħa mifrux fuq medda ta’ snin.
IL-FESTI TAGĦNA...L-ARMAR TA’ BARRA
© 2020 Publishing