Id-Disa’ Kapitlu Ferħ Imtappan
3
tiziana bugeja Id-Disa’ Kapitlu Ferħ Imtappan
description
Id-Disa’ Kapitlu Ferħ Imtappan. I l-familja Debono tkellmet fuq Zito mal-familja Vassallo. Dawn tgħidx kemm ferħu xħin raw li Katya reġgħet bdiet tara. - PowerPoint PPT Presentation
Transcript of Id-Disa’ Kapitlu Ferħ Imtappan
tiziana bugeja
Id-Disa’ KapitluFerħ Imtappan
tiziana bugeja
Il-familja Debono tkellmet fuq Zito mal-familja Vassallo. Dawn tgħidx kemm ferħu xħin raw li Katya reġgħet bdiet tara.
Il-familji kellhom jaħbu li Zito fejjaq lil Katya. Inkella kulħadd kien se jkun jaf is-sigriet! Katya u ommha siefru għal ftit ġimgħat l-Ingilterra, taparsi Katya marret tagħmel operazzjoni.
tiziana bugeja
Qabel Katya u ommha siefru, iż-żewġ familji marru jiċċelebraw il-Buskett. Huma ddeċidew li lil Zito jagħmlulu passaport falz, taparsi ġie mill-Brażil.
Is-Sur Vassallo kellu ħabib jagħmel il-passaporti u għenu jagħmel wieħed falz għal Zito. Issa, meta Rocky Rospo jerġa’ jmur għand Paul, dan ikollu x’juri li Zito ġie mill-Brażil.