ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’...

12
Il-Malti Il-Qari u l-Kitba Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja Rotta 2 2016 Paġna 1 minn 12 ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv L-Eżamijiet Annwali tal-Iskejjel Sekondarji 2016 IR-RABA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn L-isem u l-kunjom: ____________________________________ Il-klassi: _______________ Għall-istudent/a: 1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a. 2. L-ortografija, il-punteġġjatura, is-sintassi, l-ideat u l-preżentazzjoni tajbin jgħinuk tikseb riżultati aħjar. Għall-għalliema: Il-MARKI It-Taħdit 10 Il-Fehim mis-Smigħ 10 Il-Qari u l-Kitba 80 IT-TOTAL 100 Taqsima 1A 1B 1D 1E 2A 2B TOTAL Marka 10 4 8 8 20 15 15 80 Marka tal- Istudent/a Kummenti: ___________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________________ ___________________________________________________________________________________ Rotta 2

Transcript of ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’...

Page 1: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016 Paġna 1 minn 12

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016 Paġna 1 minn 12

ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI

Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv

L-Eżamijiet Annwali tal-Iskejjel Sekondarji 2016

IR-RABA’ SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn

L-isem u l-kunjom: ____________________________________ Il-klassi: _______________

Għall-istudent/a:

1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a.

2. L-ortografija, il-punteġġjatura, is-sintassi, l-ideat u l-preżentazzjoni tajbin jgħinuk tikseb

riżultati aħjar.

Għall-għalliema:

Il-M

AR

KI

It-Taħdit 10

Il-Fehim mis-Smigħ 10

Il-Qari u l-Kitba 80

IT-TOTAL 100

Taqsima 1A 1B 1Ċ 1D 1E 2A 2B TOTAL

Marka 10 4 8 8 20 15 15 80

Marka

tal-

Istudent/a

Kummenti:

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

Rotta 2

Page 2: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016 Paġna 1 minn 12

Paġna 2 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016

L-EWWEL TAQSIMA: IL-LINGWA (50 MARKA)

Aqra s-silta li ġejja u wieġeb il-mistoqsijiet ta’ wara.

Mario Azzopardi

Mario Azzopardi, jew kif jafuh ħafna nies “Il-Mulej”, twieled fil-11 ta’ Settembru 1944 u joqgħod

il-Gżira. Għamel snin twal jaħdem fid-dinja tal-arti u tal-ispettaklu. Huma bosta t-teledrammi li kiteb

kemm għat-televiżjoni, meta kien għadu ma daħalx il-kulur, u anke għall-gazzetti. Kien wieħed

mill-ewwel diretturi Maltin fl-Akkademja tad-Drama tat-Teatru Manoel u għal ħafna snin għallem

l-Arti, il-Letteratura u t-Teatru fl-iskejjel sekondarji u postsekondarji tal-istat. Dawn l-aħħar snin,

għallem it-Teorija tat-Teatru fl-Università ta’ Malta. Barra minn hekk, kien ukoll koordinatur

taċ-Ċentru tad-Drama ta’ Malta u ħa ħsieb bosta proġetti ta’ teatru komunitarju f’pajjiżi tal-Unjoni

Ewropea, fosthom fl-Italja, Franza, il-Latvja, l-Ungerija u l-Polonja. Bejn l-1987 u l-1992 kien

id-Direttur Artistiku ta’ Politeatru u bejn l-1998 u l-2005, ifforma parti mill-Policy Unit għall-Kultura

tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Kultura. (par.1)

Azzopardi jistqarr li ħin għad-delizzji m’għandux, imma meta jidħol għal xi ħaġa, jidħlilha b’ruħu u

b’ġismu u b’passjoni kbira. Għandu kilba kbira għall-qari ta’ kull tip, imma l-aktar għal dak li hu ġdid

u ta’ żmienna. Jikteb minn poeżiji sa stejjer qosra u skritti ta’ teatru soċjali u fuq kollox ippubblika bosta

kotba u rċieva tliet darbiet il-Premju Nazzjonali għal-Letteratura. L-istudenti li għallem dejjem ispirawh

u mingħandhom tgħallem bil-bosta. Fuq kollox għenuh ikun kreattiv u din il-kreattività għaddieha

f’kitbietu. Minnu nnifsu Azzopardi jħobb jikkritika u allura jdejquh ħafna ħwejjeġ. Imma l-aktar li

jdejquh huma d-diżonestà, il-medjokrità u l-fundamentaliżmu. (par.2)

Page 3: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016 Paġna 1 minn 12

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016 Paġna 3 minn 12

Mario Azzopardi żżewweġ tliet darbiet imma l-ebda żwieġ ma rnexxa. Tgħallem li mhux kapaċi jkollu

relazzjoni ma’ mara. Dan ġiegħlu jidħol fil-fond biex jevalwa bla ħniena lilu nnifsu. Mill-banda l-oħra

għandu relazzjoni mill-aqwa maż-żewġ uliedu li jgħixu l-Awstralja. Dan it-taqlib personali wasslu biex

kemm-il darba ħaseb li jmur jgħix pajjiż ieħor u jibni ħajtu hemmhekk, imma għandu relazzjoni ta’

‘mħabba-mibegħda’ ma’ Malta u, fi kliemu, “qatt ma naħseb li xi darba se nasal biex niċħadha, minkejja

li nikkritikaha l-aktar għas-superfiċjalità tagħha.” (par.3)

Mingħajr gazzetti u televiżjoni ma jgħaddix. Lanqas mingħajr internet ma jgħaddi! Għalih il-gazzetti

għandhom tifsira senswali: il-mod kif iħosshom f’idejh, ir-riħa tagħhom, il-mod devozzjonali li bih

iqallibhom. It-televiżjoni jissodisfalu l-ħtieġa li jara. U l-internet hu l-mezz li bih jakkwista dak li

jeħtieġ b’ħeffa liema bħalha. It-tlieta li huma, flimkien mar-radju tal-karozza, huma terapija kontra kull

forma ta’ dwejjaq. (par.4)

(Addattata minn Mario Azzopardi, mill-ġurnal In-Nazzjon, It-Tnejn, 11 ta’ April, 2011)

1A. Fehim it-Test

Wieġeb il-mistoqsijiet fuq li għadek kemm qrajt.

1. Mario Azzopardi kiteb bosta teledrammi. Fuq liema mezzi tax-xandir dehru dawn it-teledrammi?

(par.1)

_____________________________________________________________________________ (marka)

2. Azzopardi kien responsabbli mill-Akkademja tad-Drama tat-Teatru Manoel u minn żewġ entitajiet

oħra f’Malta marbutin mat-teatru. Liema kienu? (par.1)

___________________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________(2 marki)

3. Mario Azzopardi rebaħ tliet darbiet il-Premju Nazzjonali għal-Letteratura.

i. X’tip ta’ kitbiet kiteb matul is-snin? (par.2)

_____________________________________________________________________________(marka)

ii. Kif iħoss li għenuh l-istudenti li kien jgħallem? (par.2)

_____________________________________________________________________________(marka)

___

10 marki

Page 4: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016 Paġna 1 minn 12

Paġna 4 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016

4. Mario Azzopardi jħobb ħafna lil Malta, madanakollu hemm affarijiet fil-ħajja tal-Maltin li jdejquh u

minħabba f’hekk jikkritika lil Malta.

i. X’inhuma l-affarijiet li jdejquh? Semmi tnejn. (par.2)

(a) ______________________________ (b) ______________________________ (marka)

ii. Għaliex jgħid li r-relazzjoni tiegħu ma’ Malta hi “ta’ ‘mħabba-mibegħda’”? (par.3)

_________________________________________________________________________ (marka)

5. Lil Mario Azzopardi jogħġbuh il-gazzetti, it-televiżjoni, l-internet u r-radju tal-karozza. F’madwar

30 kelma, għid x’differenza tħoss li hemm bejniethom. (par.4)

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

____________________________________________________________________________(3 marki)

1B. Għarfien il-Lingwa

1. Sib mis-silta kelma li tfisser:

i. skejjel wara l-iskejjel obbligatorji (par.1): (marka)

ii. xewqa kbira (par.2): (marka)

2. Fisser l-idjoma jidħlilha b’ruħu u b’ġismu (par.2) skont kif użata fis-silta. Agħżel l-aħjar

definizzjoni minn dawn li ġejjin:

Meta Azzopardi jagħmel xi ħaġa jagħmilha b’nuqqas kbir ta’ ħeġġa.

Meta Azzopardi jagħmel xi ħaġa jagħmilha b’nofs kedda u aptit.

Meta Azzopardi jagħmel xi ħaġa, jagħmilha bil-forza tiegħu kollha.

(marka)

3. Xi frażi oħra tista’ tuża minflok “Mill-banda l-oħra” (par.3) fis-sentenza “Mill-banda l-oħra għandu

relazzjoni stupenda maż-żewġ uliedu li llum jgħixu l-Awstralja” mingħajr ma tbiddel is-sens

tas-sentenza?

(marka)

___

4 marki

Page 5: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016 Paġna 1 minn 12

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016 Paġna 5 minn 12

1Ċ. Il-Grammatika

Aqra din is-silta.

Għall-ħabta tad-9:00 a.m. waslet Malta l-ewwel titjira tal-Kumpanija tal-Ajru Finlandiża “Finnair” li ser

tivvjaġġa darbtejn fil-ġimgħa, nhar ta’ Tnejn u Ħamis, bejn iż-żewġ pajjiżi matul ix-xhur li ġejjin.

L-ajruplan A320, mgħobbi b’aktar minn 200 passiġġier, ingħata merħba b’arkata ta’ ilma fl-Ajruport

Internazzjonali ta’ Malta filwaqt li l-passiġġieri, meta niżlu fis-sala tal-wasliet, intlaqgħu bil-fjuri u

l-mużika Maltija. Din ir-rotta bejn Malta u Ħelsinki fil-Finlandja ser tkompli tiftaħ rotot ġodda u ser

tgħaqqad il-pajjiż ma’ 60 destinazzjoni fl-Ewropa u ma’ 15-il belt ewlenija fil-kontinent Ażjatiku.

Il-kumpanija ser ittir ukoll lejn Chicago u Toronto. Il-linja tal-ajru “Finnair” iddisinjat ir-rotta tagħha

bejn Malta u l-Finlandja bl-intenzjoni li tgħin biex ikompli jissaħħaħ it-turiżmu bejn iż-żewġ pajjiżi.

(Addattata minn Il-linja tal-arju ġdida Finnair tinżel Malta, meħuda mis-sit elettroniku TVM tat-2 ta’ April 2015)

Agħżel tmien mistoqsijiet u weġibhom.

1. Liema hu l-partiċipju attiv f’din il-frażi?

“bejn iż-żewġ pajjiżi matul ix-xhur li ġejjin”

2. Liema minn dawn hu eżempju ta’ partiċipju passiv

maskil ta’ nisel semitiku?

mgħobbi – merħba – meta – mużika

3. Ikteb fi kliem il-ħin kollu: “9:00 a.m.” ta’ filgħodu

4. Liema hu s-suffiss fl-aġġettiv “Finlandiża”?

5. Ta’ liema forma hu l-verb “jissaħħaħ” fis-sentenza

tal-aħħar? Immarka t-tajba. 5 Forma 2 Forma

6. Liema hu l-verb kompost f’din il-parti

tas-sentenza?

“Din ir-rotta bejn Malta u Ħelsinki

fil-Finlandja ser tkompli tiftaħ rotot ġodda ...”

7. Ikteb dan in-numru fi kliem: “60”

8. Agħti z-zokk morfemiku tal-verb “tivvjaġġa”.

9. Oħroġ avverbju min-nom “intenzjoni”.

10. Ikteb il-mistoqsija għal din it-tweġiba:

“Il-kumpanija ser ittir ukoll lejn Chicago u

Toronto.”

___

8 marki

Page 6: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016 Paġna 1 minn 12

Paġna 6 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016

1D. Il-Kitba Komunikattiva

L-ITTRA: Agħżel mistoqsija WAĦDA minn (i) jew (ii).

(i) Ftit taż-żmien ilu rċevejt ittra mingħand is-Sindku tar-raħal fejn tgħix sabiex tmur għal attività li

se ssir f’ġieħ Johan Sammut, żagħżugħ tamparek li għadu kemm mar jagħmel xogħol volontarju

ma’ tfal foqra fis-Somalja. Imma kontra qalbek, dakinhar ma tistax tmur. Ikteb ittra lis-Sindku ta’

bejn 60 u 80 kelma biex tiskuża ruħek u tagħtih ir-raġuni jew ir-raġunijiet għala ma tistax tattendi.

L-indirizz tiegħek hu: 312, Triq l-Ifran, L-Imtarfa, MTF 1725.

L-indirizz tal-Kunsill Lokali hu: Il-Kunsill Lokali, Triq ir-Reġimenti, L-Imtarfa, MTF 1780.

Ismek hu: Mario Cassar jew Maria Cassar.

Id-data hi: It-13 ta’ Ġunju 2016.

JEW

(ii) Ilbieraħ, f’mument ta’ rabja, ġibt ruħek ħażin mas-Sindku tar-raħal fejn toqgħod billi għidtlu

kliem li ma xtaqtx tgħidu u wara ddispjaċik. Dan il-kliem għidtulu quddiem sħabek. Ikteb ittra

ta’ bejn 60 u 80 kelma biex tiskuża ruħek mas-Sindku u tfissirlu r-raġuni jew ir-raġunijiet għala

ġibt ruħek hekk.

L-indirizz tiegħek hu: 312, Triq l-Ifran, L-Imtarfa, MTF 1725.

L-indirizz tal-Kunsill Lokali hu: Il-Kunsill Lokali, Triq ir-Reġimenti, L-Imtarfa, MTF 1780.

Ismek hu: Mario Cassar jew Maria Cassar.

Id-data hi: It-13 ta’ Ġunju 2016.

___

8 marki

Page 7: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016 Paġna 1 minn 12

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016 Paġna 7 minn 12

Ikteb x’għażilt: ___

Page 8: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016 Paġna 1 minn 12

Paġna 8 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016

1E. Il-Komponiment

Ikteb madwar 300 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti fuq karta separata.

1. Ħafna kumpaniji tal-mediċini jużaw l-annimali biex jagħmlu testijiet differenti fuqhom. Taqbel

li l-annimali għandhom jintużaw għal dan l-iskop?

2. “Ma kellix aptit nidħol lura d-dar. Lil missieri ma nifilħux aktar. Dejjem jidgħi u jitkellem ħażin

u jittrattani qisni kont xi biċċa tal-art.” Irrakkonta storja li tibda b’dan il-kliem.

3. L-Imdina filgħodu kmieni.

4. L-adolexxenza: żmien ta’ enerġija imma wkoll ta’ ħafna dubji. Liema huma dawk il-beżgħat

il-kbar li joħolqu tensjoni fost iż-żgħażagħ tal-età tiegħek?

IT-TIENI TAQSIMA: IL-LETTERATURA (30 MARKA)

2A. Ir-Referenza għall-Kuntest: Il-Proża (Bejn Ħaltejn)

Agħżel WAĦDA (i) jew (ii).

(i) Aqra sewwa din is-silta meħuda min-novella Il-Koranta ta’ Oliver Friggieri u wieġeb

il-mistoqsijiet kollha.

Ħadd ma kien jaf sewwa x’jisimha, iżda jekk issaqsi għall-Koranta ma kienx hemm tfajjel li ma

kienx jaf jieħdok minnufih ħdejn l-għatba ta’ darha. Kienet mara fuq l-erbgħin sena, u minkejja

li kienet iżżomm ruħha u tbiddel libsa f’oħra – ilkoll ta’ prezz modest – baqgħet ma laqtet l-għajn

ta’ ebda raġel. Iżda qalbha ma qatgħathiex, għaliex għand tal-ħaxix jew għand tal-laħam, ħsiebha

kien ikun aktar f’dak jew fl-ieħor milli fi ħwejjeġ oħra.

“Iż-żwieġ sagrament ukoll, u la hu sagrament, hu qaddis u jressaqna lejn Alla,” kien

itenni sikwit il-kappillan, u l-Koranta kienet tgħallmet it-teorija bl-amment u ġieli kienet tgħidha

lilha nnifisha f’xi waqtiet ta’ skrupli.

Min seta’ jlumha? Mara ta’ darha, twajba u ħawtiela kemm tista’ tkun ħlejqa umana, iżda

weħidha. Familja ma kellhiex u ħbieb ftit li xejn. Jafha r-raħal bi ħġaru u ma jafha ħadd.

Issellem lil min isellmilha, u xi drabi anki lil min ma jħarisx lejn kulħadd. Laqamha kien fost

l-aktar imsemmijin, u biż-żmien kellu jsir leġġenda, iżda xejn, xejn aktar. Wara nżul ix-xemx

biebha kien jissakkar b’muftieħ mill-goffi, jintramew żewġ staneg tqal u ħoxnin, u jerġa’ jinfetaħ

inkiss inkiss l-għada filgħodu għall-quddiesa tal-ewwel. Ħajja bħal din kienet vojta iżjed minn

tal-bqija, u donnha biex ittawwalha u ġġebbidha kuljum kienet tbakkar ... biswitha, iħares lejha

bla ma jegħja, kien ikun hemm dejjem San Ġużepp, ir-raġel xwejjaħ, wiċċu sewdieni – biż-żmien

jew bix-xema’ jew minn nislu – u wieħed ikollu jaħseb li kien dera tiġi ħdejh kuljum.

5

10

15

___

15-il marka

___

20 marka

Page 9: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016 Paġna 1 minn 12

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016 Paġna 9 minn 12

Mistoqsijiet:

1. Min hu l-personaġġ ewlieni f’din is-silta? Ikteb dak li taf dwarha.

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (3 marki)

2. In-nies kienu jafu lil Anjeżi aktar b’laqamha milli b’isimha. Fil-fatt Friggieri jgħidilna x’jisimha

fl-aħħar tal-istorja. Għaliex taħseb li l-kittieb iħallina sal-aħħar sakemm jgħidilna x’kien jisimha

tassew il-Koranta?

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (3 marki)

3. Fis-silta għandna miktub li lill-Koranta kien: “Jafha r-raħal bi ħġaru imma ma jafha ħadd”. Sentenza

bħal din tħalli fina togħma ta’ dwejjaq. Għaliex?

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (3 marki)

4. Lejn l-aħħar tan-novella, il-Koranta tkompli ssofri r-rabja tar-raħlin, li ma jħalluhiex kwieta lanqas

dakinhar li tingħaqad mal-maħbub tagħha Indrì. X’għamlu biex ħarbtulha dan il-jum għażiż?

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (3 marki)

Page 10: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016 Paġna 1 minn 12

Paġna 10 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016

5. Fin-novella nsibu li l-Koranta kellha rabta speċjali ma’ San Ġużepp. X’kienet din ir-rabta u kif

intemmet?

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (3 marki)

JEW

(ii) Aqra sewwa din is-silta meħuda min-novella Ittra lil Marta ta’ Joe Friggieri u wieġeb

il-mistoqsijiet kollha.

Kuljum, qabel ma jasal tal-posta, kienet toħroġ fil-bieb tistennieh. Kuljum tal-posta kien jieqaf

quddiemha u jnewlilha ittra. Kienet tidħol fil-kċina, tiftaħha b’sikkina u taqraha qisha ħajjitha

tiddependi minnha. Malli tara d-dawl il-linka tibda titfi u l-kliem jibjad ftit ftit sakemm jgħib

għalkollox.

L-ittri ma kinux ikunu ffirmati. Imma fis-sitt xhur li kienet ilha tirċivihom saret taf kważi

kollox min kien jibgħathomlha. Kien pittur ta’ tlieta u għoxrin sena, ismar, twil, u b’ħarsa ta’

swied il-qalb f’għajnejn żoroq. Hekk kien iddeskriva lilu nnifsu fl-ewwel ittra. U hi emmnitu.

Kien iħobb jgħum qabel titla’ x-xemx u jippassiġġa f’xatt il-baħar fi nżulha. Meta jitla’

mill-baħar kien iħossu bniedem ġdid u waqt il-passiġġati kien jaħseb fiha. Kien jgħidilha fi xħin

iqum u xħin imur jorqod, u kien ifissrilha x’jagħmel u fejn imur matul il-ġurnata. Qatt ma qalilha

xejn dwar l-imħabba, u wara dawk l-ittri kollha ma kinitx taf kienx miżżewweġ, jew għarus, jew

kienx iddeċieda li jibqa’ ġuvni.

Darba tal-posta wasal tard. Ħatfitlu l-ittra minn idu u fetħitha bla telf ta’ żmien. Kien

fiha biss tliet kelmiet: “Marta, qed inpinġik.”

Inħasdet. Kienet l-ewwel darba li sejħilha b’isimha. Mnejn kien ġabu? Min tahulu? Jew

forsi kien jafu qabel u ma riedx juriha? F’dak il-każ, għaliex ma riedx? X’kien qed iżommu?

X’kellu x’jaħbi? U għaliex iddeċieda li juriha issa? X’logħba kien qed jilgħab?

5

10

15

Mistoqsijiet:

1. Mis-silta ta’ hawn fuq, xi nsiru nafu dwar Marta?

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________ (3 marki)

Page 11: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016 Paġna 1 minn 12

Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016 Paġna 11 minn 12

2. Malli Marta bdiet tiftaħ l-ittra, “il-linka tibda titfi u l-kliem jibjad ftit ftit sakemm jgħib għalkollox”

(linji 3-4). X’taħseb li jrid ifisser l-awtur b’dan il-kliem?

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (3 marki)

3. X’jissejħu l-mistoqsijiet li nsibu fl-aħħar paragrafu ta’ din is-silta? X’effett irid joħloq bihom

l-awtur fuq min qed jaqra s-silta?

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (3 marki)

4. Lejn it-tmiem tal-istorja, l-awtur jagħtina ħjiel fuq min seta’ kien il-bniedem misterjuż li kien jikteb

l-ittri lil Marta. Min taħseb li kien dan il-bniedem misterjuż u kif wasalt għal dan?

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (3 marki)

5. Lejn l-aħħar tas-silta naqraw li r-raġel misterjuż jgħid lil Marta li kien qiegħed ipenġiha. Malli qrat

dan il-kliem, Marta nħasdet. Għaliex taħseb li nħasdet?

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________________

________________________________________________________________________ (3 marki)

Page 12: ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL … · Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016 Paġna 1 minn 12

Paġna 12 minn 12 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – Ir-Raba’ Sena tas-Sekondarja – Rotta 2 – 2016

2B. Il-Komponiment Letterarju: Ir-Rumanzett (Il-Ħarsa ta’ Rużann)

Agħżel WAĦDA minn (i) jew (ii) u wieġeb fuq karta separata.

Ikteb madwar 200 kelma fuq WIEĦED minn dawn is-suġġetti.

(i) Fir-rumanzett Il-Ħarsa ta’ Rużann, il-figura tal-mara Maltija hi importanti ħafna. Agħżel żewġ

nisa li niltaqgħu magħhom f’dan ir-rumanzett u għid x’kien is-sehem tagħhom biex is-soċjetà

Maltija ta’ żmienhom imxiet ’il quddiem. Importanti li ssaħħaħ id-diskussjoni tiegħek billi

tikkwota (direttament jew indirettament).

JEW

(ii) Fir-rumanzett Il-Ħarsa ta’ Rużann, naraw li permezz tal-edukazzjoni, in-nies li ġejjin minn

klassi soċjali baxxa jirnexxilhom jimxu ’l quddiem fis-soċjetà. Dan narawh permezz ta’

Karmenu, Marija u Pietru. Uri kemm dan hu minnu billi tinqeda bil-ġrajja ta’ Karmenu jew

Marija jew Pietru. Importanti li ssaħħaħ id-diskussjoni tiegħek billi tikkwota (direttament jew

indirettament).

Tmiem il-Karta

___

15-il marka