Ġuħ u ikel fi żmien l-imblokk tal-Franċiżi f’Malta

5
L-Ordni tal-Kavaliieri ta' San kienet tilet Rodi fejn kien ilha bosta snin. Il-Kavallieri u jittalbu biex isibu post sakemm, fl-1530, l-Imperatur Karlu V offrielhom flimkien ma' Tripli. Dawn kienu fit- truf tar-renju u b'hekk li se l- istess kavallieri. Tilfu Tripli lit-Torok wara sena, imma u ffortifikaw 'il Malta matul il-268 sena li damu hawn sakemm Napuljun Bonaparte meta dan waqaf hawn bil-flotta fis-6 ta' 1798, u l- Kavallieri l-ebda Dak wara u tul is-snin, Il-kavallieri ma kienux mibdula ta' u donnhom tilfu l- importanza kienu qed nofs qalb u, billi kienu u bosta Maltin kbarat kienu kien Bonaparte li u l- idejh. Kompla lejn u Kmandant Claude Henry Vaubois biex kollox. Bonaparte u li warajh bidlu s-sistemi lokali, bosta regolamenti, id-drittijiet tal-Maltin u kkonfiskaw proprjetà .• kien l-flus tas-sinjuri u telaq u il-mexxeja li hawn bdew jikkonfiskaw u Programm tal-Festa Guido Lanfranco l-flus, fided u rikkezzi biex ikollhom mnejn l-flus truppi u il-Maltin ma aktar u qamu f'rewwixta kontrihom f'Settembru sabu kenn wara s-swar tal-ibliet fejn assedjati mill- iyialtin. Is-swar li kienu nbnew biex il-Maltin jiddefendu kontra f'daqqa bdew iservu biex jiddefendu kontra l-Maltin! Minn Settembru 1798 imblokkati wara s-swar bla ma sakemm, mejtin bil- mimlijin mard u mwiet, kellhom f'Settembru 1800. Hawn se nitkellmu biss dwar l-ikel fdak ikrah ta' djarju Fis-sena 1798: Beda bdew u bdew jikkonfiskaw u fided u flus biex ikollhom biex lis-suldati u jixtru l-ikel. Awwissu: F'Malta sar kalkolu li kien baqa' biss 36,000 salma li kellhom iservu biss ftit xhur, Vaubois galera armata, li qabel kienet tal-kavallieri, biex tfittex u xi bastiment Sqalli u Malta. Settembru: kellhom u l-inbid waqt li l-Maltin trejqu u

Transcript of Ġuħ u ikel fi żmien l-imblokk tal-Franċiżi f’Malta

Page 1: Ġuħ u ikel fi żmien l-imblokk tal-Franċiżi f’Malta

L-Ordni tal-Kavaliieri ta' San Ġwann kienet tilet Rodi fejn kien ilha bosta snin. Il-Kavallieri baqgħu jiġġerrew u jittalbu biex isibu post ieħor sakemm, fl-1530, l-Imperatur Karlu V offrielhom il-gżejjer tagħna

flimkien ma' Tripli. Dawn kienu fit­truf tar-renju tiegħu u b'hekk serraħ moħħu li se jeħdulu ħsiebhom l­istess kavallieri. Tilfu Tripli lit-Torok wara għoxrin sena, imma żviluppaw u ffortifikaw 'il Malta matul il-268 sena li damu hawn sakemm ħaduhielhom il-Franċiżi taħt Napuljun Bonaparte meta dan waqaf hawn bil-flotta tiegħu fis-6 ta' Ġunju 1798, u l­Kavallieri ċedew mingħajr l-ebda reżistenza. Dak iż-żmien, wara ħafna rebħiet u suċċessi tul is-snin, Il-kavallieri ma kienux aġġornaw

ruħhom għaċ-ċirkostanzi mibdula ta' żmienhom u donnhom tilfu l­importanza tagħhom, kienu qed jeżistu nofs qalb u, billi l-maġġoranza kienu Franċiżi u bosta Maltin kbarat kienu jitħabbu magħhom, kien faċli

għal Bonaparte li jidħol u jieħu l­gżejjer taħt idejh. Kompla l-vjaġġ tiegħu lejn l-Eġittu u ħalla lill-Ġeneral Kmandant Claude Henry Vaubois biex jieħu ħsieb kollox. Bonaparte u l-uffiċjali Franċiżi li ħalla warajh bidlu s-sistemi lokali, għamlu bosta regolamenti, neħħew id-drittijiet tal-Maltin u kkonfiskaw proprjetà .• Bonapart~ kien ħa_ l-flus tas-sinjuri u telaq u għalhekk il-mexxeja Franċiżi li baqgħu hawn bdew jikkonfiskaw u

Programm tal-Festa

Guido Lanfranco Jieħdu l-flus, fided u rikkezzi oħra biex ikollhom mnejn jagħmlu l-flus għat­truppi u għal spejjeż oħra . Fl-aħħar il-Maltin ma felħux aktar u qamu f'rewwixta kontrihom f'Settembru 1798.11-Franċiżi sabu kenn wara s-swar tal-ibliet fejn baqgħu assedjati mill­iyialtin. Is-swar li kienu nbnew biex il-Maltin jiddefendu ruħhom kontra l-għedewwa, f'daqqa waħda bdew iservu biex il-Franċiżi jiddefendu ruħhom kontra l-Maltin! Minn Settembru 1798 il-Franċiżi baqgħu

imblokkati wara s-swar bla ma setgħu joħorġu sakemm, mejtin bil­ġuħ, mimlijin mard u mwiet, kellhom iċedu f'Settembru 1800. Hawn se nitkellmu biss dwar l-ikel fdak iż-żmien ikrah bħallikieku f'għamla ta' djarju ġenerali.

Fis-sena 1798: Beda żmien ħażin

Ġunju: Il-Franċiżi bdew jaħżnu l-qamħ u bdew jikkonfiskaw u jiġbru fided u flus biex ikollhom biex iħallsu lis-suldati u jixtru l-ikel.

Awwissu: F'Malta sar kalkolu li kien baqa' biss 36,000 salma qamħ li kellhom iservu biss ftit xhur, għalhekk Vaubois bagħat galera armata, li qabel kienet tal-kavallieri, biex toħroġ tfittex u taħtaf xi bastiment Sqalli mgħobbi bil-qamħ u ġġibu

Malta.

Settembru: Il-Franċiżi kellhom il-laħam u l-inbid waqt li l-Maltin trejqu bil-ħobż u ż-żebbuġ.

Page 2: Ġuħ u ikel fi żmien l-imblokk tal-Franċiżi f’Malta

Wara r-rewwixta fil-bidu tax­xahar, bil-Franċiżi miġbura assedjati wara s-swar b'mijiet ta' Maltin li nqabdu fl-ibliet, il-Maltin tal­kampanja ffurmaw assemblea nazzjonali biex jorganizzaw ruħhom, kif ukoll biex iħejju regolamenti għall­kontroll tal-ikel għax kien hemm nuqqas kbir ta' qamħ u xgħir billi l­biċċa l-kbira kien merfugħ fil-fosos wara s-swarfl-iblietta' madwar il-port taħt idejn il-Franċiżi. Bosta Maltin bdew jieklu l-ħarrub fejn il-ħobż ma laħħaqx. Sadattant il-Franċiżi bdew iħaddmu · l-imtieħen tal-miexi wkoll matul il-lejl u jipprovdu żwiemel

biex iħaddmuhom biex jagħmlu d­dqiq. Vaubois kiteb lill-awtoritajiet Franċiżi ta' Ġenova biex, fost oħrajn, jibagħtulu faħam, ħatab, ikel u nbid. Vaubois ordna li jinġabar l-inbid u l-qamħ kollu tal-ibliet għall-użu fl ­isptarijiet. In-numru ta' 90,000 ruħ tal-popolazzjoni ta' Malta kien akbar milli l-qamħ tal-għelieqi kollha seta' jitma'. Il-qamħ fil-fosos fl-ibliet kien se jservi biss għal xi 8 xhur. Il-Maltin kienu jieklu ħut immellaħ, ħxejjex, majjal u nbid minn Sqallija. Laħam u ħatab kienu ġa ħafna skarsi.

Ottubru: Fl-ibliet madwar il-port beda jinħass sewwa l-ġuħ u ġa kien hemm min beda jdur għall-qtates

bil-5 skudi u għall-ġrieden b'żewġ

franki. Il-ħatab naqas u bdew ikissru travi tal-injam għan-nar. Il-Franċiżi

fl-ibliet ħarġu ordni . biex għal

ġimgħa sħiħa l-poplu Malti magħluq magħhom wara s-swar ma setax jixtri salami, ġobon u xaħam, biex l-ewwel

Programm tal-Festa

jingħata ċans lis-suldati Franċiżi

jixtru l-bżonnijiet tagħhom. Tnaqqas ir-razzjon tal-uffiċjali Franċiżi biex jiġi daqs tas-suldati komuni, b'hekk issir aktar ekonomija. Xi awtoritajiet kienu qed jikkonfiskaw ikel mingħand il-Maltin bħallikieku qed isegwu ordnijiet ta' Vaubois, imma dan iddikjara li dak kien ingann. Vaubois ordna wkoll li fl-ibliet wara s-swar u fuq is-swar, kull roqgħa ħamrija tibda tintuża għall-kultivazzjoni ta' ħxejjex tal-ikel u wkoll għall-annimali.

Novembru: Vaubois kiteb Ġenova biex il-Franċiżi li kienu qed jokkupaw hemm jibagħtulu minn Sardinja 500 barri, 500 qantar xaħam. 1,000 muntun, 4,000 pinta brandi, 10,000 pinta nbid, 2,000 salma xgħir, tonn immellaħ, faħam u ħatab. Sadattant beda aktar kontroll fuq il -ħobż u l­ħut billi Vaubois bidel ħafna furnara Maltin ma' suldati minn tiegħu biex ma jsirx xi sabutaġġ kontra l-Franċiżi. Ordna li l-ħut jinbiegħ biss fis-swieq u mhux jinxtara minn negozjanti li kienu jbiegħuh bil-għoli. lx-xitwa dehret li se tkun ħarxa. Ikel għall­poplu minn Sqallija kien jiġi bil­kuntrabandu għax, biex tagħqad,

ir-re ta' Sqallija ma kienx għadu ta' Franza għalhekk ma għenx lill-Maltin. F'dawk iż-żminijiet koroh ta' ġuħ

kulħadd kien jagħmel minn kollox, basta jsib il-loqma ta' kuljum.

Fl-1799: mill-ħażin għall-agħar

·Jannar: lx-xitwa tal-1798-99 inzertat kienet waħda mill-aktar qliel, bix-xita u l-kesħa tista' tgħid matulha kollu.

ss l

Page 3: Ġuħ u ikel fi żmien l-imblokk tal-Franċiżi f’Malta

Il-Franċiżi u l-poplu ta' wara s-swar komplew bil-problemi ta' ġuħ, mard u amministrazzjoni. Il-Franċiżi tal­Belt, kienu kontinwament jiftħu

bieb fis-swar li jagħti għall-Furjana u jibagħtu rġiel Maltin barra fl-irħula u l-kampanja. Dan kien ta' vantaġġ għall-Franċiżi għax kienu jiffrankaw l-ikel u jnaqqsu mill-possibiltà li tinqala' xi rewwixta kontrihom fil­belt stess.

Marzu: Mietu ħafna suldati Franċiżi bil-mard u Vaubois kellu jifforma gwardja b'xi nies Franċiżi li kienu ġa joqogħdu Malta u xi · Maltin li kienu jissimpatizzaw magħhom, biex jagħmlu l-għassa. Wasal bastiment minn Ġenova li kellu tagħbija fażola, inbid, laħam immellaħ, 28 muntun u żewġ mogħżiet. Vaubois u negozjanti Maltin xtraw minnhom kemm setgħu . Fl-istess żmien tħejjiet xprunara biex tbaħħar fil-qrib u tipprova taqbad xi bastiment bl-ikel; irnexxielhom jaħtfu żewġ xprunari, waħda b'tagħbija żebbuġ u oħra

b'ikel ieħor. Sadattant in Kungress tal­Maltin ltaqa' biex jiddiskuti d-dazji fuq l-importazzjoni kontrollata fuq il-kafe, inbid, brandi, zokkor, tabakk u oħrajn, imma neħħa d-dazju fuq iż-żejt, għaġin, ħaxix, salami, ħatab u faħam . Mexxejja ta' xi rħula bagħtu delegazzjoni ta' nies risponsabbli lejn Palermo biex jinnegozjaw mar­re dwar importazzjoni ta' qamħ u xgħir mingħajr ħlas imma b'ipoteka fuq ġidhom stess. Ma damx wisq ma wasal bastiment f'Marsaxlokk, mgħobbi b' 4,000 sa l ma qamħ u 2,000 salma xgħir. ·

Programm tal-Festa

Lulju: In-nuqqas ta' ħxejjex u frott wara s-swar ikkawża l-marda tal­iskorbut (bl-Ingliż scurvey) fost il-Franċiżi u l-Maltin maqbuda magħhom, l-aktar minħabba nuqqas tal-vitamina ċ u kulħadd beda jaqta' u jbiegħ il-lumi wkoll jekk mhux kbir u misjur biżżejjed, tant li Vaubois kellu joħrog ordni biex ma jinqatax lumi aħdar.

Awwissu: Biex ma jogħlewx il-prezzijiet, il-Maltin tal-Muniċipalità tal-Lvant ordnaw li żejt u zokkor ma jinbiegħx lill-aġenti imma bieb bieb bi prezz fiss .

Settembru: Biex inaqqas l-ispejjeż

għall-produzzjoni tal-ħobż, Vaubois neħħa l-ħobż li kien jagħti lill­impjegati tal-isptar u minfloku tahom ekwivalenti f'qamħ. Neħħa l-qamħ li kienu jieħdu l-fqar u l-morda li b'hekk fl-aħħar spiċċaw piż fuq il-Maltin tal­Belt stess.

Ottubru: Is-suldati fil-Belt li tqiegħdu jaħmu l-ħobż minflok il-Maltin bdew jagħmlu ħobż ħażin li xi drabi kellu jingħata lill-annimali, għalhekk Vaubois reġa' daħħal lill-furnara Maltin.

Novembru: Uħud mill-Maltin ta' barra s-swar tal-Belt kienu jersqu lejn il-bieb li minnu l - Franċiżi kienu jibagħtu barra lill-Maltin u, bil-moħbi, kienu jinnegozjaw mas-suldati Franċiżi billi jbiegħulhom frott u ħxejjex. Minħabba f'hekk Alexander

• Ball li kien imexxi lill-Maltin tal­kampanja ħareġ bandu u wissa li nies bħal dawn jitqiesu spjuni u jiġu

Page 4: Ġuħ u ikel fi żmien l-imblokk tal-Franċiżi f’Malta

fuċillati. Il-ħobż wara s-swar ta l-Belt kompla bir-razzjon strett. Vaubois kompla jirrekwiżizzjona l-fidda u kull ħaġa li setgħet iġġib il-flus biex jagħmel il-muniti. Saħansitra l-kurat kappillan tal-Furjana kellu jċedi minn tiegħu, serduk, 4 tiġiġiet u żewġt ifniek li kienu jġibu 72 skud!

Diċembru: Kulħadd sar aktar miżerabbli bil-ġuħ, mard u ksieħ.

Vaubois ordna li ma jingħatax aktar inbid lis-suldati. Dawn kellhom ir­razzjon minimu kull jumejn ta' 4 uqijiet xaħam, nofs uqija żejt, 3 uqijiet laħam immellaħ, 2 uqijiet favetta, 2 uqijiet fażola u xi ftit minn ħaġ' oħra .

Matul l-imblokk il-prezzijiet tal­ikel tant għolew li ftit kienu jistgħu jixtruhom. Tiġieġa ta' 29 frank saret 60 frank; l-istess ġara fil-prezz taz­zokkor, kate u kokotina.

Fl-1800: ġuħ u disperazzjoni wara s-swar

Jannar: Biex jistkenn mill-maltemp daħal fil -port brigantin Awstrijakk li kellu tagħbija qamħ li Vaubois irrekwiżizzjonaha imma ħallas

għalih. · Il-Franċiżi spiċċalhom il­laħam immellaħ u minfloku bdew jieħdu żewġ uqijiet ross. Għalkemm Ball kien heddidhom bil-fuċillazzjoni bħala spjuni, diversi Maltin tal­kampanja kienu xorta waħda sabu mezz biex bil-moħbi jbiegħu ikel lis­suldati Franċiżi bi prezz għoli. Ball ukoll ħareġ bandi biex javża kontra bejgħ ta' ħobż bil-għoli eżaġerat

u kontra min iħaddem lampik tal­brandi; lil dawn heddidhom b'arrest bil-ktajjen ma' saqajhom u b'xogħol iebes bla ħlas.

Programm tal-Festa

Frar: Xi bastimenti Ingliżi ħatfu bċejjeċ tal -baħar mgħobbijin bil-qamħ u ġabuhom lill-Maltin. Sadattant ukoll komplew l-ilmenti li xi Maltin baqgħu jgħaddu ikel lill-Franċiżi imma ma nqabdux. Ball ħareġ ordnijiet biex ħadd ma jinġabar fi gruppi ta' aktar minn ħames persuni u ħadd ma jilbes maskra jew kostum bl-iskuża

ta l-karnival.

Marzu: Ġuħ u għaks kien hawn ma' Malta kollha, imma b1aktar qilla fl­ibliet assedjati. Il-Franċiżi spiċċalhom il- l aħam immellaħ u x-xaħam. Kien baqgħalhom ftit inbid, ftit qamħ, żejt, favetta u ross, kollox irrazzjonat strettament fi kwantitajiet ċkejknin, kollox stmat li jġebbed biss xi erba' xhur.

April: Il-konslu Malti ta' Napli li tħalla joħroġ mill-Belt qal li xprunara li rnexxiela tidħol fil-port ġabet xi ftit laħam, xema', ġobon u basal, kollox bi prezz mill-aktar għoli.

Il-Franċiżi lanqas flus ma kellhom u kienu jħallsu bil -qoton li kienu kkonfiskaw mingħand il-Maltin bla ħlas . Il-Franċiżi ġabru x-xema' kollu li setgħu isibu fil-knejjes tal -Belt biex jużawha għalihom minflok żejt li kien spiċċalhom biex j ixegħlu bih.

Ġunju: Il-mexxejja Maltin kienu qed jaħsbu u jippjanaw biex jattakkaw lill-Franċiżi assedjati fil-Belt iżda

kellhom jagħmlu inċentivi biex iħajru aktar irġiel Maltin jivvoluntarjaw

• u jissieħbu fl-attakk. Lil min jivvoluntarja wiegħduh 100 skud u razzjon ħobż kuljum daqskemm

Page 5: Ġuħ u ikel fi żmien l-imblokk tal-Franċiżi f’Malta

kienu jieħdu dawk tal-battaljun u, jekk imut jeħduhom niesu . Ħafna

mis-suldati Franċiżi mietu bil-mard u bil-balal u kien baqa' xi 4,000. Dawn kellhom razzjon ta' 30 uqija ħobż kuljum, u kull għaxart ijiem uqija għaġin u xi ftit inbid. Għal-laħam

Vaubois ordna li jinqatlu ż-żwiemel u l-bgħula li kienu jħaddmu l-imtieħen tal-miexi għax ma kienx baqa' qamħ x'jintaħan. li-Franċiżi komplew joħorġu lill-Maltin barra mill-Belt għall-kampanja biex jekonomizzaw fuq l-ike_I, imma r-razzjon tal-ħobż

tas-suldati kompla jonqos sakemm ukoll beda jieqaf għal xi jiem. li -ħobż

li kien baqa' kien ta' kwalità ħażina għax magħmul minn qamħ li kien ilu merfugħ xi erba' snin. Il-Maltin tal­kampanja wkoll kienu fi stat ħażin imma meta semgħu li l-Franċiżi ta' Ġenova kienu ċedew iffesteġġaw kif setgħu bil-fjakkli, u tiri ta' kanuni.

Lulju: Fil-Belt ma kienx fadal aktar ħmir, żwiemel u bgħula għax kollha nqatlu għall-ikel. Is-suldati Franċiżi

ma tħallsux aktar pagi. Kellhom ilaqqtu ftit loqom ħobż kuljum u, kull għaxart ijiem, ftit xaħam u 4 uqijiet galletti u daqsxejn inbid. Kulħadd

fil-Belt beda jdur għall-qtates, klieb u ġrieden ta' kull daqs. F'kaċċa għall­ġrieden minn qrib l-ifran tal-Belt inqabdu aktar minn 50 wieħed u nbiegħu bi prezz għoli.

li-Franċiżi u Maltin li kien baqa' wara s-swar għaddew l-aħħar jiem tal-assedju f'disperazzjoni ta' ġuħ u mard, sakemm fl-aħħar il-Franċiżi

kellhom iċedu f'Settembru.

Bibljografija u referenzi:

Badger, George Percy, Description of Malta and Gozo (1838) p.33.

Cassar, George, (Ed.), Ex Anna/ibus

Mustae (2005) p.147.

Grima, Joseph F., Malta u l-Franċiżi

1798-1800 (2006) p.163.

Grima, Joseph F., Mill-Istorja ta' Ħal Qormi l (2001) p.145.

Micallef, Mark, (Ed.), Silver and Banquetry in Malta (1995) p.57.

Montalto, John, The Nobles of Malta (1979) p.356.

Said, Philip, Ħaż-żebbuġ, Storja, Memorja u Identità (2006) p.56-57.

Testa, Carmelo, The French in Malta (1997) p.689, 801-2.

Testa, Carmelo, Maż-Żewġ Naħat tas­Swar l (1979) p.167, 214; li (1980) p.246, 260, 301, 302, 308, 315, 316, 336,350,351,446,470,571,572,589; lil (1982) p.512, 515, 516, 521, 616, 634-36, 645-46, 669, 681-682, 695, 700-703, 715.

Il-ġabra li saret bl-envelopes f'April•20l 1, laħqet is-somma ta' €4,920. Nirringrazzjaw lill-poplu tas-Siġġiewi tal-għajnuna mogħtija għallfesta

ta' San Nikola.

Programm tal-Festa