Ghajnuna Konkreta

64
GħAJNUNA KONKRETA Il-Kummissjoni Ewropea MIEL MILLECAMPS TEFENKGI VANYDA YOU

description

Four lives, four journeys. In this new comic book "Jump start", find out how Alex, Nataline, Ivana and Dimitra managed to change the course of their lives. Discover how these four Europeans took on a new challenge, thanks to the support they received from the European Social Fund. Following the success of the comic book "Take Two", published in 2010 in 23 languages, the European Commission now brings you the second edition in the series. Inspired by true stories, these adventures are illustrated by four talented comic book artists — Maud Millecamps, Alexandre Tefenkgi, Vanyda and You — and are based on a text by Rudi Miel. Produced by the European Commission.

Transcript of Ghajnuna Konkreta

Page 1: Ghajnuna Konkreta

Għajnuna konkreta

Il-Kummissjoni Ewropea

MIEL MILLECAMPS TEFENKGI VANYDA YOU

Page 2: Ghajnuna Konkreta

La l-Kummissjoni Ewropea u lanqas kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f’isem il-Kummissjoni m’huma responsabbli mill-użu li jista’ jsir mill-informazzjoni li tinsab f’dan id-dokument.

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-internet. Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu)

Informazzjoni dwar il-katalogar kif ukoll l-astratt jinsabu fit-tmiem ta’ din il-pubblikazzjoni.

Il-Lussemburgu: l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2011

ISBN 978-92-79-16911-3doi: 10.2767/55727

© L-Unjoni Ewropea, 2011Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata kemm-il darba jissemma s-sors oriġinali.

Printed in Belgium

Stampat fuq karta bajda ħielSa mill-klorur

Europe Direct huwa servizz li jgħinek

issib tweġibiet għall-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea

Numru tat-telefon ġdid bla ħlas(*):

00 800 6 7 8 9 10 11

(*) Ċerti operaturi tat-telefonija ċellulari ma jippermettux aċċess għan-numri 00 800 jew inkella dawn it-telefonati

jistgħu jkunu bi ħlas.

Nif

s Ġ

did

N i f s Ġ d i d

Il-Kummissjoni Ewropea

MIEL DURIEUX GIHEF SAVOIA VANYDA

N i f s Ġ d i dJulie, Viktor, Pedro u Fianne ma jemmnux fid-destin!

Skopri permezz ta’ komik kif setgħu jimxu ‘l quddiem bis-saħħa tal-appoġġ tal-Ewropa. Dawn l-erba’ stejjer, li ġew ispirati minn stejjer vera, juru li bl-appoġġ u l-perseveranza, kulħadd jista’ jieħu nifs ġdid. L-istorja tagħhom tista’ tkun l-istorja tiegħek! “Nifs gdid”, li tpinġa b’sensittività u pudur minn Vanyda, Durieux, Savoia u Gihef, fuq test ta’ Rudi Miel, huwa rakkont bl-istampi editjat mid-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs tal-Kummissjoni Ewropea, fuq l-inizjattiva tal-Fond Soċjali Ewropew.

Dan il-ktieb, b’rakkonti bl-istampi, huwa disponibbli fit-23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

KE-32-09-164-MT-C Skopri wkoll billi taqra “Nifs Ġdid” kif Julie, Viktor, Pedro u Fianne irnexxielhom jibdew ħajja

ġdida permezz tal-programmi ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew.Biex tordna l-ewwel volum, disponibbli fit-23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, żur il-websajt:http://ec.europa.eu/esf/taketwo

Page 3: Ghajnuna Konkreta

MIEL MILLECAMPS TEFENKGI VANYDA YOU

Għajnuna konkreta

Page 4: Ghajnuna Konkreta
Page 5: Ghajnuna Konkreta

aLeX

Page 6: Ghajnuna Konkreta
Page 7: Ghajnuna Konkreta

WALES

X'vann għandek!

X'ġabek 'l hawn Alex? Kemm ilni ma narak!

Għandi kunsinna f'dawn in-naħat… Approfittajt biex

naqbeż qabża s'għand nannti l-għażiża.

5

Page 8: Ghajnuna Konkreta

Allura, kif int sejjer fuq ix-xogħol?

Xejn speċjali, xi biċċa xogħol 'l hemm u 'l hawn…

U ma tiġikx nostalġija tal-kampanja?

Xi ftit iva… Speċjalment il-pasti

tal-għasel tas-sur George.

Kif inhu? Rajt l-avviż tal-kiri!

Se jkollu jidħol f'dar tal-anzjani… It-tfal tiegħu sfurzawh xi ftit. Is-sid bi ħsiebu jagħmel xi xogħlijiet kbar ta'

tiġdid u l-kera se togħla.

X'ħasra… Dik id-dar kienet kollox għalih…

U għalik kienet importanti xi ftit ukoll, Alex… Tiftakru l-każ tad-doqqajs meta kellek seba' snin?

6

Page 9: Ghajnuna Konkreta

Dażgur li niftakar. L-agħar episodju ta' ħajti!

25 SENA QABEL

LE!!!

7

Page 10: Ghajnuna Konkreta

AJJUT!!!

ĦEJ!!!

X'inti tagħmel? Niżżilni!!

Kont iffortunat ibni! Imma r-rabja ta' ferħ naħal m'hu

xejn ħdejn il-ħasla li se tagħtik nanntek!

8

Page 11: Ghajnuna Konkreta

Kieku jkun jaf is-Sur George! Ma kellix qalb nikkastigak, wara

qatgħa bħal dik!

Iva, nista' nassigurak li servietni ta' tagħlima

tajba!

Huwa ftit goff, imma għandu qalbu tajba…

Stramba, imma veru ħa grazzja miegħi wara dik l-istorja.

L-affarijiet u s-sigriet dwar it-trobbija tan-naħal kollha

hu għallimhomli.

Naħseb il-fatt li kien fil-kumpanija tan-naħal biss, kienet tagħmillu n-nervi.

Ħa mmur inżuru ftit.

Idea tajba! Jieħu gost żgur!

9

Page 12: Ghajnuna Konkreta

Mela inti, ibni! Dak il-vann ħsibtu tas-sid, ġej biex ikeċċini…

Allura Sur George kif aħna?

Idħol, ejja ixrob xi ħaġa! Ejja ħa dduq il-likur tal-għasel tiegħi! Dis-sena

tajjeb immens!

Tassew tajjeb, fil-fatt!

Isa, ejja ħa tara n-naħal issa!

In-nanna tgħarrfitli xi ħaġa dwar is-sitwazzjoni… Meta se titlaq?? U d-doqqajs? X'se jsir minnhom?

Is-sid tani tliet xhur.

X'ħasra, għasel ta' din il-kwalità! U dan kollu se jispiċċa?

Sakemm…

10

Page 13: Ghajnuna Konkreta

Sakemm xiex??

Sakemm ma taqbadx inti n-negozju tiegħi.

In-naħal u inti, issa drajtu sew lil xulxin… U kollox

għallimtek.

U flus? M'għandix sold. Dejn li ma nistax neħles

minnu għandi!

Nistgħu nirranġaw xi

ħaġa…

Imma kif? U inti x'se jsir minnek? Jekk ħa tibqa' hawn se jkollok

bżonn il-flus biex tħallas il-kera ż-żejda wara t-tiġdid li se jsir.

MUMENT TA' ĦSIEB…

Lanqas irrid nemmen! Ipproponieli li nieħu f'idejja n-negozju tiegħu…

Imma m'għandix sold!

M'hijiex idea ħażina! Imissek tmur tkellem lil

xi bankier…

11

Page 14: Ghajnuna Konkreta

Sitwazzjoni vaga ħafna. M'għandekx pjan ta' ħidma… lanqas garanzija…

u m'għandi l-ebda mandat… Issa nibgħat il-fajl l-uffiċċju… Imma

sinċerament, diġà naf x'se jgħidu.

Għadna ma wa-salniex!

Bid-dejn li diġà għandek, impossibbli. Iżda għax ma tmurx tkellem bank speċjalizzat

fil-mikro-krediti marbut mal-ħolqien ta' kumpaniji? Hawn wieħed f'din il-belt… Hawn ara, dan huwa

l-indirizz.

CARDIFF

12

Page 15: Ghajnuna Konkreta

Ġejt fil-post it-tajjeb. Iżda għad fadallek xi affarijiet oħra x'tagħmel:

tħejji l-fajl, tiżviluppa l-argumenti tiegħek, tqabbel xi figuri, tbassir. Għal dan kollu, tista'

ssib l-għajnuna.

Aħna naħdmu mill-qrib ma' ċentru megħjun minn fondi Ewropej. Il-

missjoni tagħhom hija li jakkumpanjaw lill-imprendituri li jixtiequ jidħlu fin-

negozju iżda li, għal diversi raġunijiet, ma jsibux appoġġ mill-banek

tradizzjonali.

Mela, ara x'se nipproponilek…

13

Page 16: Ghajnuna Konkreta

Ara, diġà ġejt lura! Irbaħtha l-ġlieda?? Ħaħaħa!

Għandi xi aħbarijiet. Hemm bżonn nitkellmu.

Bil-mod! Tini ftit ċans! Ħa nlesti nfissed lil dawn is-sinjorini u niġi

ħdejk fit-terrazzin. Lesti grokk.

Allura, x'ġara?

Għandi ħafna mistoqsijiet

x'nagħmillek.

14

Page 17: Ghajnuna Konkreta

Isma' qed tbeżżgħani b'din is-serjetà kollha, tafx!

Kemm-il vażett tal-għasel ipproduċejt is-sena l-oħra?

Uuu… Tlieta jew erba' mija… Forsi xi

ftit aktar.

U kif tbiegħhom? B'liema prezz?

Jiddependi… Imma nqassam ħafna fir-raħal, lill-familja…

U l-likur tal-għasel?

Dik riserva personali… Ħadd ma jmissha!

Tajjeb, Sur George, ejja nkunu preċiżi! Jekk trid li nieħu n-negozju tiegħek jien, għandi bżonn il-figuri biex

nikkonvinċi lill-organizzazzjoni li se ssellifni l-flus…

15

Page 18: Ghajnuna Konkreta

nataLine

DISA' XHUR WARA Qed tara kif għamilt sew li bassart affarijiet kbar! Kważi rduppjajna l-ġbir

tal-għasel!

U mhux għax nieħu gost nammetti tafx, iżda l-likur tal-għasel tiegħek kważi

itjeb minn tiegħi!Evviva!

Tajjeb, għadni m'inix lest, għad fadalli xi kunsinni x'nagħmel!

Li kieku kont naf x'se jiġri minn qabel, kont naħsibha darbtejn

qabel ma dħalt bil-moħbi minn bejn is-sies tal-ħaxix.

Ħeqq, iva, issa tard wisq! Il-kurżità vizzju ikrah. Aħjar ħadet ħsiebek sew

nanntek, ħaħaħa!

16

Page 19: Ghajnuna Konkreta

nataLine

Page 20: Ghajnuna Konkreta
Page 21: Ghajnuna Konkreta

BRUSSELL

OK Nataline! That's perfect.

Yeah! Great!A last one and it's

finished for tonight.

19

Page 22: Ghajnuna Konkreta

Fl-aħħar! Ma flaħtx aktar! Tiftaħlek l-aptit

ġurnata bħal din! M'inti se tiekol xejn Nataline?

Le, ma nafx

x'għandi… M'inix

qiegħda nħossni f'tiegħi

dan l-aħħar.

Dan ix-shooting għajjieni. Se mmur lura

l-lukanda!

Trid tiċċajta? Le ta! Għandna r-riċeviment

illejla… Toqgħodx titkessaħ…!

X'qegħdin tixorbu? Mojito għal kulħadd? Fuqi dawn!

Evviva, Nataline!

20

Page 23: Ghajnuna Konkreta

L-GĦADA FILGĦODU.

AJRUPORT TA' RIGA, IL-LATVJA Kif int,

Nataline? Ma tidhirx tajba bħal fuq il-poster…

Iva… Owkej ħbieb, issa biżżejjed!

Għajjejtuni! Intom insistejtu

biex noħroġ ilbieraħ!

Wara kollox, jien…

Nataline?? Nataline??

21

Page 24: Ghajnuna Konkreta

Kif tħossok, sinjorina?

Għajjiena ħafna.

Għandek is-sintomi kollha ta' eżawriment. Kulma nista'

nissuġġerilek huwa mistrieħ, u aktar mistrieħ. Xi ftit ġimgħat

mill-inqas.

X'inhu x-xogħol tiegħek?

Jiena mudella. Ilni tmien snin.

U bħala ħinijiet, xi tgħidli?

M'għandix ħinijiet. Dejjem x'ħin

jinqala'… Imma x-xogħol minnu

hekk…

Se nkun sinċier miegħek. Naħseb aħjar issib attività oħra… Tibda

ħajja oħra. Dak li ġralek ma kienx xi ċajta.

Nissuġġerilek li tikkuntattja wieħed

mill-psikologi tagħna.

22

Page 25: Ghajnuna Konkreta

X'għandna? M'għandekx xi ftit flus żgħar, hux… Qabel

ma nkisser din il-magna? Għandi bżonn iċ-ċikkulata!

Naħseb xi ftit manjesju ma

jagħmillix ħażin lili lanqas…

Għal xiex qiegħda hawn?

Eżaġerajt f'kollox… U int?

Jien kissritni l-ħajja ta' bil-lejl… Jiena wejtres

f'diskoteka… Kont insejt x'inhu d-dawl ta'

binhar qabel ma spiċċajt hawnhekk…

Dan huwa ċentru ffinanzjat mill-Ewropa: joffru taħriġ.

Jistgħu jgħinuk torjenta mill-ġdid il-karriera tiegħek. Għandek tieħu ħsieb tiegħek

nnifsek u ta' saħħtek.

23

Page 26: Ghajnuna Konkreta

TLETT IJIEM WARA

Bonġu! Jien nafek hux? Int dik li tkisser

il-magni taċ- ċikkulata!

Is-Sinjorina Lengel?

Nista' nifhem li dan kollu huwa għall-għarrieda għalik.

Imma aħna qegħdin hawn sabiex ngħinuk tibni l-futur

tiegħek.

Veru, inħossni naqra mitlufa…

24

Page 27: Ghajnuna Konkreta

X'diploma għandek?

Studjajt l-istorja tal-Arti, iżda waqaft nistudja sabiex insir

mudella.

Meta kont żgħira kont toħlom li ssir xi ħaġa?

Mhux mudella żgur…

Le, kont interessata fil-kummerċ. Il-ġenituri tiegħi kienu indipendenti.

Dejjem xtaqt li jkolli n-negozju tiegħi… Imma issa tard wisq. M'għandix idea ta' ġestjoni.

Qatt m'huwa tard. Bl-appoġġ tal-Ewropa, aħna noffru korsijiet

ta' ġestjoni li huma bażi solida biex tibda proġett personali. Hija

biss kwistjoni ta' rieda u ta' żmien.

Żmien kieku għandi issa. U għandi ftit flus imġemmgħin.

Kont naqla' flus tajba bix-xogħol li kelli.

Tajjeb wisq! It-taħriġ huwa

responsabbiltà tagħna. Inti aħseb u sawwar il-

proġetti tiegħek.

25

Page 28: Ghajnuna Konkreta

Ee!! Hawn se nibqgħu

ninzertaw lil xulxin!

Poġġi ħa noffrilek grokk. Nataline, għandi

pjaċir.

Jiena Julia. Allura, lilek semgħuk ukoll?

X'taħseb li se tagħmel?

Għadni ma nafx, imma m'għadnix mudella.

Għandi bżonn ħajja aħjar. Sejra ninkiteb f'kors tal-ġestjoni. M'għandi xejn

x'nitlef.

Ma tantx nifhem fil-ġestjoni jien… Imma jien ukoll se nibda mill-

ġdid… Issa li spiċċat id-dinja ta' bil-lejl, nixtieq nerġa' nġedded in-namriet ta' meta kont iżgħar. Minn

dejjem kont inħobb insajjar.

Tassew! Qiegħda titkellem fuq l-ikel,

għandi aptit insalata mmorru nieklu xi

mkien?

Ir-ristoranti hawn ma tantx huma

tajbin…

26

Page 29: Ghajnuna Konkreta

Għandi idea tajba, imxi!

Xi ġmiel ta' ħaxix

għandhom!

U l-parti l-kbira tiegħu

huwa organiku!

Issa nagħmillek insalata kif naf

jien!

Ma noqgħodx 'il bogħod

ħafna.

Poġġi bilqiegħda!

Ħa nieħu ħsieb kollox

jien!

Le tafx! Ħa ngħinek jew

għall-inqas ħa noqgħod narak. Tagħmel il-

mirakli bix-xejn int, Julia! Qed

ittini idea, tafx!

Taf int, fuq kollox hija

kwistjoni ta' freskezza u ta' kwalità tal-

prodotti… Isma', x'inhi l-idea tiegħek? Qed

narak taħseb u l-biċċa qiegħda

tinteressani.

27

Page 30: Ghajnuna Konkreta

FTIT ĠIMGĦAT WARA Għandkom aktar

mistoqsijiet? Ħa ngħaddu għall-

prattika.

It-tqattigħ tal-ħaxix hija arti.

Jitlob movimenti preċiżi. Teknika esperta. Aqbdu

s-sikkina.

Il-bilanċ tal-kont huwa dokument li jiġbor fih dak kollu li għandha

l-kumpanija f'mument partikolari…

Dak jissejjaħ l-attiv u r-riżorsi tagħha huma

l-passiv.

28

Page 31: Ghajnuna Konkreta

Din tassew tadama tajba!

X'togħma għandha!!!

U ma taħsibx li nistgħu nistrieħu

fuq żewġ kaxxi ta' ħaxix u frott

imħallat kuljum?

Iva, u n-neputi tiegħi jista'

jwassalhomlkom hu.

Tajjeb ferm! Mela ftiehmna. Saħħa!

Naħseb ma kinitx

idea ħażina,

hux?

Għandi seba'

mitt sena sakemm nibdew!

Issa, ejja mmorru lejn iċ-ċentru tal-belt. Immorru

l-fiera "Prodotti organiċi u tat-territorju". Hemm

produttur tal-għasel minn Wales li nixtieq niltaqa'

miegħu.

29

Page 32: Ghajnuna Konkreta

FTIT JIEM WARA

Stenna, Julia! Ħa nibqgħu niftakruh

dan il-mument!Issa int

imissek!

Tajjeb Nataline! Qisek minn dejjem kont taf tippoża!

Tajjeb, naħseb bdejna bit-tajjeb! Stenna! Dan għadu biss l-ewwel

pass… Nistgħu inniedu linja ta' prodotti organiċi tagħna stess u

niftħu sezzjoni tal-merċa… Għad fadalli xi ideat

oħra…!

30

Page 33: Ghajnuna Konkreta

ivana

Page 34: Ghajnuna Konkreta
Page 35: Ghajnuna Konkreta

SIHANOUKVILLE, IL-KAMBODJA

Toħodli tużżana awwisti, Ivana? Nagħtihomlok

prezz tajjeb!

Tassew sbieħ, Chhim! Inpartu waħda minn

tiegħi ma' sitta tiegħek, tajjeb?

Inbiegħha lil xi turist.

Tifhem aktar minni fin-

negozju int.

Ivana…

Għandek telefonata mill-Italja.

33

Page 36: Ghajnuna Konkreta

Iva, jiena…

Jien in-nutar Ferreri. Tgħidx

kemm ilni nipprova nsibek.

Għandi xi ngħidlek dwar

missierek.

Miet. Jiddispjaċini.

… Meta?

Tliet ġimgħat ilu. Jeħtieġ li tiġi Milan biex

insolvu l-formalitajiet kollha tas-suċċessjoni.

Lanqas għandi biex nixtri tazza birra,

aħseb u ara biljett għal Milan…

Issa nagħtuk xi ħaġa aħna,

Ivana.

Nirringrazzjakom ħafna, ħbieb.

Meta kollox jitranġa nagħtikom kollox lura bl-interessi b'kollox.

34

Page 37: Ghajnuna Konkreta

MILAN

Il-kumpanija ta' missierek ġiet

illikwidata sentejn ilu.

Missierek dejjem irrifjuta li jirriloka.

Kellu ħafna dejn, anki d-dar tiegħu kienet

ipotekata.

U inti ġiegħltni naqsam 10 000 kilometru biex

tgħidli li kull ma ħallieli missieri

huwa dejn?!

Jiddispjaċini.

35

Page 38: Ghajnuna Konkreta

Xi ħaġa żgħira biex niekol, sinjura! Hawn ħa,

m'humiex ħafna, imma kważi ma

fadalli xejn.

Kamra għal-lejl, jekk jogħġbok.

Se jkolli nitolbok tħallas

bil-quddiem.

Pfffff, x'taħwida din!

36

Page 39: Ghajnuna Konkreta

Sinjura għandek appuntament?

Le, jiena qariba. Ivana, in-neputija

tas-Sinjura Polidoro.

Xtaqna li kieku kont

preżenti għaċ-

ċerimonja…

Bonġu, jien ukoll zi…

Missierek u ommok kienu mweġġgħin

wisq.

Kienu jistennew ħafna minnek!

Ara… Din il-ħela kollha!

Zi, m'għandi dispjaċir ta'

xejn.

Qatt ma xtaqt inweġġa' lil missieri u lil

ommi…

… Imma ma kontx tajba għall-ħajja li kienu ħasbu

għalija. Nixtieq immur lura malajr kemm jista' jkun,

iżda missieri dejn biss ħallieli…

M'għandix flus biex nixtri biljett tal-ajru,

tista' tgħinni?

Miskina! Sfortunatament m'għandi

xejn għalik. Diġà nsibha diffiċli ħafna biex inżomm

din id-dar enormi kif suppost. Ħu ftit gallettini,

Ivan ġabhom minn Riga. In-neputija

tiegħu, Nataline, fetħet kafetterija organika

hemmhekk.

37

Page 40: Ghajnuna Konkreta

X'qed jagħmel il-basket tiegħi

hawn?!

Inti mhux lejl wieħed biss ibbukkjajt?

Il-kmamar iridu jitbattlu sal-11 a.m.

Dik hija r-regola.

Ejja stkenn hawn, sinjura.

Grazzi, għadhom kemm tefgħuni 'l barra

mil-lukanda u ma nafx fejn se ngħaddi

l-lejl…Ma fadallix

sold.

Tinkwieta xejn nilqgħek f'dari,

prinċipessa. Trid grokk biex tiġi

f'tiegħek?

38

Page 41: Ghajnuna Konkreta

Ix-xita waqfet, nistgħu mmorru l-appartament

tagħna.

Ejja, m'hawnx bogħod, 10

minuti kollox.

Naqra żgħir, imma għall-inqas għall-

kwiet…

S'issa.

Brrrrr! X'kesħa. Imma m'intix qiegħed ħażin

hawn.

Dawn il-kaxex ta' drappijiet

kollha x'inhuma?

Dawk huma skart mill-

fabbrika ta' ħdejna.

Jarmu minnhom kuljum

f'kontejners u għidt forsi nsib

użu għalihom xi darba.

39

Page 42: Ghajnuna Konkreta

Dawn ta' kwalità tajba. Għandek

imqass?

Ej, bil-mod! X'inti tħawwad?

Se jaqa' l-bard illejla. Naħseb nista' ngħaqqad

dawn il-fdalijiet tad-drapp biex nilqgħu naqra

mill-bard.

Grazzi!

Għandi ħajta u labra fil-basket… Għall-bqija, ħalli

f'idejja!

Bilħaqq, jiena Ivana!

Għandi pjaċir, Ivana!

Merħba, Ivana!

U jekk issibu aktar fdalijiet ta' drapp, neħodhom ħbieb!

40

Page 43: Ghajnuna Konkreta

Se jerġgħu jagħmlu festa

l-ħbieb tiegħek!

Naf. Kontra r-regoli

tagħna, imma ma nista' nagħmel

xejn, inħobbhom wisq!

Tassew artistika! Għandek kapaċità kbira! Nixtieq waħda bħalha!

Prosit! Dawk idejk għandhom

is-seħer!

Nixtieq nagħmel waħda lil kull wieħed minnkom. Imma jkolli

bżonn daqqa t'id!

41

Page 44: Ghajnuna Konkreta

Ordni speċjali:

sħana l-ewwel!

Qed intellfek? Qed nara li

għandek in-nies…

Din Ivana, il-ħajjata l-ġdida tagħna.

Din għamiltha inti? Tassew

impressjonanti! U…

Ma nixtieqx inkun imprudenti, imma x'tagħmel fil-ħajja

inti?

Storja twila. Jekk għandek ftit ħin,

nibdielek mill-bidu…

Żmien ilu, hawnhekk, f'Milan…

42

Page 45: Ghajnuna Konkreta

Dik l-istorja kollha…

Naħseb għandek tgħaddi saċ-ċentru

Piccolo Mondo. Irċevejna l-appoġġ tal-Fond Soċjali

Ewropew għall-ftuħ ta' ħanut tal-ħwejjeġ użati.

U dan il-proġett ġie mfassal, fost

oħrajn, sabiex jgħin nies ta'

talent bħalek.

Issa, għandek sorpriża!!

Awguri f'għeluq sninek, Sergio!!

Din l-isbaħ parti f'għeluq il-50 sena tiegħi li qatt kelli!

Nawguralek!!

43

Page 46: Ghajnuna Konkreta

SITT ĠIMGĦAT WARA

Għandna pjaċir nilqgħuk fil-ħanut

ġdid tagħna.

Aħna kburin ukoll li qegħdin

nippreżentawlek il-kollezzjoni ta'

ħwejjeġ tagħna…

… Maħluqa esklussivament minn drappijiet

irkuprati mill-istilista tagħna Ivana.

SIHANOUKVILLE, IL-KAMBODJA

Għandna aħbarijiet mingħand Ivana…

U ċekk, ħbieb! Illejla niċċelebraw!!

Chhim, naħseb illum l-awwisti kollha se

nixtru mingħandek!

44

Page 47: Ghajnuna Konkreta

dimitra

Page 48: Ghajnuna Konkreta
Page 49: Ghajnuna Konkreta

SIBIU, IR-RUMANIJA

Bil-lest. Tista' tmur lura tilgħab, Raluca. Imma oqgħod attenta e… Il-qasma

għadha ma fieqitx għal kollox.

M'intix tħossok tajba?

47

Page 50: Ghajnuna Konkreta

Jekk trid tgħinni,

mur onxor il-ħwejjeġ.

Bewsa żgħira ta' nkoraġġiment lill-missier favorit tiegħi!

Duq dan il-frawli, Malva ħanini!

AJMA

48

Page 51: Ghajnuna Konkreta

Ħiħiħi!

Se tpattiha din, Raluca… Ja xifajka!

Jekk taqbadni! Ħa

ħa ħa!

Ajma!! Ħallini! Qiegħda tweġġgħani!

49

Page 52: Ghajnuna Konkreta

Ieqfu ftit! M'hawnx biżżejjed inkwiet fid-dinja? Raluca,

imma kif ma tistħix!?

Hi bdiet! Giddieba!

Malva, idħol ġewwa! U int, tindaħalx

fl-affarijiet tan-nies!

Bonġu, sinjura. Jiena Nora, miċ-ċentru mediku-soċjali. Meta jkollok bżonn ta' xi

ħaġa ejja ċ-ċentru.

Kemm hi kiesħa! Żgur taħseb li m'inix kapaċi neduka lit-tfal

tiegħi! U int, Malva, issa nkellmek lilek!

50

Page 53: Ghajnuna Konkreta

Trid turini x'pinġejt?

Kemm hi sabiħa!

Tajjeb tfal, lestu x-xogħol. Dalwaqt isir il-ħin.

Ara min hawn!! Int mhux li kont qiegħda tiġġieled ma' Raluca lbieraħ? X'jismek?

Malva.

51

Page 54: Ghajnuna Konkreta

X'qiegħda tagħmel hawn? Donnok imdejqa… Le, imma

d-dar ma tantx hemm xi pjaċir.

Meta ommi jitilgħulha, nippreferi

nitlaq 'il barra!

Fiha tip ommok.

Ma tidhirx f'sikkitha…

Minħabba t-tarbija li ġejja.

Muġugħa, allura tagħmel

in-nervi!

Hemm bżonn li tiġi żżurna ċ-ċentru!

M'hemmx ċans! Jekk ma tiddeċidix hi,

ma tiġix!

Xorta rridu nsibu soluzzjoni.

U int? Xi tgħidli dwarek?

52

Page 55: Ghajnuna Konkreta

Kif int sejra l-iskola? Diġà ħsibt x'tixtieq tagħmel la tikber?

Iva, indur id-dinja!

Pjan sabiħ. Imma qabel tagħmel dan jeħtieġ li

tistudja u mbagħad tmur taħdem! Għandek bżonn

il-flus biex tivvjaġġa.

Jien se nkun kaptan tal-

vapuri meta nikber.

Lili teħodni fuq il-vapur tiegħek?

Iva. Diġà pinġejtu tafx! Trid tarah?

Dażgur! Ejja ċ-ċentru għada wara l-iskola u urihuli!

53

Page 56: Ghajnuna Konkreta

Kif int ma?

Mhux ħażin… Kemm nistrieħ ftit… Ajma! Santa Marija!

Għax ma tmurx għand

tabib!?

Ħallini kwieta, trid? Mur ilgħab

barra.

L-GĦADA Wasalt, Malva? Qiegħda nieħu

gost narak.

Ġibt stampi?

Iva! ħafna!

Mela x'qed tistenna biex

turihomli?

54

Page 57: Ghajnuna Konkreta

Ara, Nora, din jiena, il-kaptan!

Kemm tixraqlek l-uniformi! U l-kabina forma ta' dar,

togħġobni ħafna!

Jekk għandek oħrajn, niġi narahom għandek. Isservini bħala skuża biex

nipprova nikkonvinċi lil ommok ħalli jaraha tabib… X'taħseb?

Famuż! Hekk inkun nista' nurik id-dar tagħna!

Komplu doqqu! Xi ġmiel!! Din silta ta' Grigoras Dinicu?

Iva, tafu?

55

Page 58: Ghajnuna Konkreta

Nippreferi narakhom tiżfnu milli tiġġieldu…

Fikhom aktar grazzja!

Għandi pjaċir sinjura!Din Nora,

ma. Ġiet tara t-tpinġijiet

tiegħi.

Nista' ndaħħalha? Jekk jogħġbok…

Emmm… Għandna kollox ta' taħt fuq, ma kontx qed

nistenna…

Toqgħodx tħabbel rasek għal

daqshekk.

Xi jfuħ l-ikel sinjura!

Qed nagħmel stju!

Jien vera nħobb il-basal

u l-karrotti!Sejjaħli Dimitra.

56

Page 59: Ghajnuna Konkreta

Ajma!!!

Ma, ejja naqra! Weġġgħajt! Ħiereġ ħafna demm!!!

Ejja 'l hawn!

Imn'Alla dejjem inġorr il-kaxxa tal-ewwel għajnuna miegħi… Vizzju

minħabba x-xogħol.

Grazzi! Grazzi f'ismu!! U għat-tifla…

U t-tqala tiegħek? Kif inhi sejra?

Insomma, mhux ħażin. Mhix bħall-

oħrajn… Spiss ikolli uġigħ kbir u jkolli

nimtedd.

Wiegħdni li għada tiġi ċ-ċentru. Issa nkellem lit-tabib dwarek… Issa tara, bniedem mill-aħjar u kompetenti ħafna.

Ma rridx karità… M'għandix flus.

Tinkwieta xejn, Dimitra. Aħna

ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew. Il-kura

hija bla ħlas.

57

Page 60: Ghajnuna Konkreta

SITT ĠIMGĦAT WARA

Aaaaħħħħħ!!

Weeee!!

Għandkom tifla: Gabriela

L-GĦADA

Kemm għandek libsa

sabiħa!

Bonġu, Nora!

Grazzi, tfal. Dik ħititha Ivana,

ħabiba t'ommi li tgħix l-Italja!

58

Page 61: Ghajnuna Konkreta

Alex, Nataline, Ivana u Dimitra rnexxielhom jibdlu d-destin tagħhom bl-għajnuna tal-programmi ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE).

Iżda x’inhu l-FSE eżattament?

L-FSE twaqqaf aktar minn 50 sena ilu, eżattament fl-1957. Huwa l-għodda finanzjarja ewlenija li għandha l-Unjoni Ewropea biex tinvesti fir-riżorsi umani. L-għan tiegħu huwa li jippromwovi l-impjiegi billi jtejjeb il-prospetti tal-ħaddiema. Huwa jagħti appoġġ, pereżempju, lill-persuni li għandhom diffikultajiet partikolari biex isibu impjieg, bħan-nisa, iż-żgħażagħ u l-ħaddiema avvanzati fl-età. Jgħin ukoll lill-impriżi jew l-intraprendituri żgħażagħ. Il-Fond jinvesti wkoll fl-edukazzjoni u t-taħriġ matul il-ħajja kollha.

L-FSE ma jaħdimx waħdu, iżda jinsab fil-qalba ta’ sħubija multipla. Il-proġetti li jappoġġja huma kofinanzjati mill-Istati Membri, u proposti minn stabbilimenti tat-tagħlim u tat-taħriġ, assoċjazzjonijiet, trejdjunjins, eċċ. Dawn il-proġetti jintgħażlu mill-awtoritajiet nazzjonali biex jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiżi u tar-reġjuni.

Illum, l-FSE huwa suċċess reali. Kull sena, jiġu investiti 10 biljun ewro biex jiffinanzjaw id-diversi proġetti fis-27 Stat Membru. Dan jippermetti li tiġi mtejba l-ħajja ta’ 10 miljun persuna kull sena billi jgħinhom isibu impjieg jew biex javvanzaw.

Mir-realtà għall-finzjoni

Il-komik Għajnuna Konkreta huwa ispirat minn stejjer veri. Fil-fatt, il-Kummissjoni Ewropea ġabret ir-rakkonti ta’ 54 ċittadin Ewropew li lkoll ibbenefikaw mill-programmi ffinanzjati mill-FSE. Quddiem il-kamera, huma rrakkontaw l-istorja tagħhom u kif kellhom aċċess għal opportunitajiet ġodda fl-oqsma tal-impjiegi u t-taħriġ. Tista’ ssib dawn ir-rakkonti fuq il-websajt: http://ec.europa.eu/employment_social/esf/video/videos_mt.htm

Għal aktar informazzjoni

59

Page 62: Ghajnuna Konkreta

Storja

Rudi MielRudi Miel twieled f’Tournai fl-1965 u ggradwa fil-ġurnaliżmu. Barra milli huwa konsulent fil-komunikazzjoni u jikteb l-istejjer għall-komiks, huwa l-koawtur tal-album Troubled Waters, li ġie ppubblikat mill-Parlament Ewropew, li rebaħ il-premju Alph Art għall-komunikazzjoni f’Angouleme fl-2003. L’Arbre des deux Printemps (Is-siġra taż-żewġ rebbigħat) (stampi ta’ Will & Co – ippublikat minn Le Lombard), li għalih kiteb l-istorja, rebaħ il-premju tal-aħjar album barrani fil-festival tal-komiks ta’ Sobreda fl-2001 (il-Portugall). Rudi Miel huwa wkoll koawtur flimkien ma’ C. Cuadra u P. Teng ta’ l’Ordre Impair (Ordni Stramba) (Le Lombard), li l-edizzjoni sħiħa tiegħu ġiet ippubblikata fl-aħħar tal-2009. Għall-kitba ta’ Għajnuna Konkreta, ħadem f’kollaborazzjoni mal-kittieb tal-iskritt Jean-Luc Cornette.

Tpinġija

Maud Millecamps — NatalineImwielda f’Charleroi fl-1982, Maud Millecamps iggradwat mill-École Supérieure des Arts Saint-Luc (Liège) u mill-Académie des Beaux-Arts (Brussell). Hija ħadet sehem fil-kollezzjoni Amour & désir għal La Boîte à Bulles (2008) qabel ma ffirmat l-ewwel album tagħha, Les gens urbains, ma’ Quadrants fl-2010, fuq xeni ta’ Jean-Luc Cornette. Maud tgħix fi Brussell.

Alexandre Tefenkgi — AlexAlexandre Tefenkgi twieled fl-1979 f’Montpellier. Wara li studja fl-École Supérieure des Arts Saint-Luc (Liège), huwa ltaqa’ mal-artist Mauricet, li llum qed jaħdem miegħu fl-istess uffiċċju. Huwa kiteb xi stejjer qosra fir-rivista Spirou, qabel ma kiteb l-ewwel album tiegħu Tranquille courage għal Bamboo.

Vanyda — IvanaVanyda, ta’ dixxendenza Franċiża u Laosjana, twieldet fl-1979. Waqt li kienet qed tistudja fl-Academie des Beaux-Arts ta’ Tournai, taqsima tal-komiks, hija saret taf lil François Duprat, li miegħu hija kkollaborat fuq is-serje L’annee du dragon (Carabas) u li ħadem fuq it-tpinġija ta’ “Ivana” (kuluri Virginie Vidal). Fil-komiks tagħha, hija tiżviluppa univers intimu u kontemporanju, bħal f’L’immeuble d’en face (La Boite a Bulles), fejn wieħed isir jaf il-ħajja ta’ kuljum tal-ġirien fuq l-istess sular, jew fis-serje Celle que... (Dargaud) li jirrakkonta l-iżvilupp ta’ adolexxenti, mis-sekondarja sas-sixth form.

You — DimitraImwielda fil-Korea t’Isfel fl-1978, You hija artista li tgħallmet waħedha. Wara taħriġ fl-infografija hija pinġiet diversi kotba għat-tfal, tlieta minnhom fil-ġabra Moi je sais tal-editur Auzou. L-ewwel album ta’ komiks tagħha deher fis-serje Sorcières ta’ Dupuis. Bħalissa qiegħda tħejji storja ġdida għall-istess editur, ibbażata fl-aħħar tas-seklu 19.

L-awturi

60

Page 63: Ghajnuna Konkreta

Il-Kummissjoni Ewropea

Għajnuna Konkreta

Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

2011 — 60 pp. — 17.5 x 24.5 ċm

ISBN 978-92-79-16911-3doi:10.2767/55727

Kif jiġu akkwistati l-pubblikazzjonijiet tal-UE

Pubblikazzjonijiet għall-bejgħ:• permezztal-EUBookshop(http://bookshop.europa.eu);• mill-ħanuttal-kotbatiegħekbillitikkwotat-titlu,il-pubblikaturu/jewin-numrutal-ISBN;• billitikkuntattjadirettamentlilwieħedmill-aġentitagħnainkarigatmill-bejgħ.Tista’ takkwista d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom permezz tal-websajt (http://bookshop.europa.eu), jew billi tibgħat faks fin-numru +352 2929-42758.

Pubblikazzjonijiet mingħajr ħlas:• permezztal-EUBookshop(http://bookshop.europa.eu);• mir-rappreżentanzital-KummissjoniEwropeajewmid-delegazzjonijiet.Tista’takkwista d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom permezz tal-websajt (http://ec.europa.eu/) jew billi tibgħat faks fin-numru +352 2929-42758.

Page 64: Ghajnuna Konkreta

KE-32-10-446-MT-C

Kulħadd għandu dritt għal possibbiltà oħra

Erba’ ħajjiet, erba’ toroq. Skopri fil-komik il-ġdid Għajnuna Konkreta kif Alex, Nataline, Ivana u Dimitra rnexxielhom jibdlu d-destin tagħhom.Skopri kif dawn l-erba’ Ewropej laqgħu sfida ġdida f ’ħajjithom bl-għajnuna tal-appoġġ tal-Ewropa, permezz tal-Fond Soċjali Ewropew.Wara s-suċċess tal-komik Nifs Ġdid, ippubblikat fl-2010 fi 23 lingwa, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tipproponi din it-tieni sensiela b’sensibilità kbira. Ispirati minn stejjer reali, dawn l-avventuri umani tqiegħdu fi stampi minn erba’ kittieba ta’ talent: Maud Millecamps, Alexandre Tefenkgi, Vanyda u You fuq xeni ta’ Rudi Miel.