Fil

3
Fil-bidu tal-ktieb tal-Genesi, naqraw li “fuq xbihitu Alla halaq il-bniedem, ragel u mara halaqhom” (Gen 1:27). Fil-vers ta’ wara nsibu wkoll l-iskop ta’ dan: “U Alla berikhom u qalilhom ‘nisslu u oktru’” (Gen 1:28). Fid-dawl ta’ kwotazzjonijiet bhal dawn li jirriflettu l- ghaqda taz-zwieg irridu nifhmu s-sitt Kmandament “La tiznix” mibni fuq il-kliem li naqraw fil- ktieb ta’ l-Ezodu: “La taghmilx adulterju” (Ez 20:14; Dewt 5:17). B’adulterju l-Lhud kienu jifhmu meta ragel kien imur joqghod mal-mara ta’ xi ragel iehor, jew mal-gharusa tieghu stess. L-adulterju hu meqjus fl-Iskrittura bhala dnub serju. Hekk naqraw fl- istorja ta’ Guzeppi, iben Gakobb, meta l-mara ta’ Sidu xehtet ghajnejha fuqu minhabba li dan Guzeppi “kien ta’ sura sabiha u wiccu helu” (Gen 39:6). Hija stednitu biex jimtedd maghha (v.7). Imma Guzeppi rrifjuta u r-raguni li jaghtiha hija din: “Kif nista’ naghmel dan il-hazen hekk kbir u nidneb kontra Alla?” (v.9). Mad-dnub ta’ l-infedeltà kien hemm marbuta kastigi iebsa. Il-ktieb tad-Dewterenomju jghid li “jekk ragel isibuh mimdud ma’ mara mizzewga, ghandhom imutu t-tnejn” (Dewt 22:22). Jekk ragel jizzewweg mara, u dan jakkuzaha li ma sabhiex vergni hija kien ikollha tmur ghand missierha biex jiddefendiha. Jekk jinstab li l-akkuza

Transcript of Fil

Page 1: Fil

Fil-bidu tal-ktieb tal-Genesi, naqraw li “fuq xbihitu Alla halaq il-bniedem, ragel u mara halaqhom” (Gen 1:27). Fil-vers ta’ wara nsibu wkoll l-iskop ta’ dan: “U Alla berikhom u qalilhom ‘nisslu u oktru’” (Gen 1:28). Fid-dawl ta’ kwotazzjonijiet bhal dawn li jirriflettu l-ghaqda taz-zwieg irridu nifhmu s-sitt Kmandament “La tiznix” mibni fuq il-kliem li naqraw fil-ktieb ta’ l-Ezodu: “La taghmilx adulterju” (Ez 20:14; Dewt 5:17).

B’adulterju l-Lhud kienu jifhmu meta ragel kien imur joqghod mal-mara ta’ xi ragel iehor, jew mal-gharusa tieghu stess. L-adulterju hu meqjus fl-Iskrittura bhala dnub serju. Hekk naqraw fl-istorja ta’ Guzeppi, iben Gakobb, meta l-mara ta’ Sidu xehtet ghajnejha fuqu minhabba li dan Guzeppi “kien ta’ sura sabiha u wiccu helu” (Gen 39:6). Hija stednitu biex jimtedd maghha (v.7). Imma Guzeppi rrifjuta u r-raguni li jaghtiha hija din: “Kif nista’ naghmel dan il-hazen hekk kbir u nidneb kontra Alla?” (v.9).

Mad-dnub ta’ l-infedeltà kien hemm marbuta kastigi iebsa. Il-ktieb tad-Dewterenomju jghid li “jekk ragel isibuh mimdud ma’ mara mizzewga, ghandhom imutu t-tnejn” (Dewt 22:22). Jekk ragel jizzewweg mara, u dan jakkuzaha li ma sabhiex vergni hija kien ikollha tmur ghand missierha biex jiddefendiha. Jekk jinstab li l-akkuza kontriha hija vera, il-mara kienet tigi mhaggra. Filwaqt li jekk kienet tinstab innocenti, ir-ragel li jakkuzaha kien jigi msawwat u kien ikollu jhallas lil missierha 100 xekel tal-fidda (Dewt 22:13-21).

L-ezempju klassiku fil-Bibbja ta’ l-adulterju huwa dak tas-Sultan David u Batseba, il-mara ta’ Urija l-Hitti li “maghha mtedd” is-Sultan David (2 Sam 11:4). Fit-Testment il-Gdid ukoll insibu adulterji li bhal dak ta’ David gab mieghu konsegwenzi koroh. Qed nirreferu ghas-Sultan Erodi t-Tetrarka, bin Erodi l-Kbir. Dan kien izzewweg lil Erodja, il-mara ta’ huh Filippu. Quddiem din is-sitwazzjoni ta’ dnub, Gwanni l-Battista kien iwissih: “Ma tistax izzommha int il-mara ta’ huk” (Mk 6:17).

Page 2: Fil

Bhalma David spicca biex qatel lil Urija, ir-ragel ta’ Batseba biex b’hekk seta’ jizzewweg lil din il-mara, hekk ukoll Erodi spicca biex kellu joqtol lil Gwanni l-Battista biex dan ihallih kwiet u ma jkomplix icanfru. Kemm hu minnu dak li turina l-Iskirttura, li dnub igib dnub iehor!

Gesù wkoll jitkellem fuq dan is-sitt kmandament. Fid-diskors tal-Muntanja jghid hekk: “Smajtu xi ntqal, ‘La taghmilx adulterju.’ Imma jien nghidilkom li kull min ihares lejn mara biex jixtieqha jkun ga ghamel adulterju maghha f’qalbu” (Mt 5:27-28).

Gesù ried jurina li l-ksur ta’ dan is-sitt kmandament jibda minn qalbna u bil-hsieb taghna, imbghad hafna drabi jghaddi ghall-ghemil.