Evalwazzjoni tar-riskju – is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

21
Evalwazzjoni tar-riskju – is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskju

description

Evalwazzjoni tar-riskju – is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri. Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar- r iskju. L-għan tal-preżentazzjoni. - PowerPoint PPT Presentation

Transcript of Evalwazzjoni tar-riskju – is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

Page 1: Evalwazzjoni tar-riskju –  is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

Evalwazzjoni tar-riskju – is-soluzzjoni għal postijiet tax-

xogħol siguri Kampanja Ewropea

dwar l-evalwazzjoni tar-riskju

Page 2: Evalwazzjoni tar-riskju –  is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

L-għan tal-preżentazzjoni

• Biex ngħinu lill-intrapriżi, speċjalment lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jifhmu l-proċess ta’ l-evalwazzjoni tar-riskju (RA) u l-importanza tiegħu.

• Biex nipprovdu strument li jippermettilhom iwettqu RA huma stess.

• Biex nipprovdu aċċess għal sorsi importanti ta’ informazzjoni.

Page 3: Evalwazzjoni tar-riskju –  is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

Il-Liġi – Evalwazzjoni tar-Riskju

• Min iħaddem għandu dmir ġenerali sabiex jassigura s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema f’kull aspett relatat max-xogħol.

• L-RA tippermetti lil min iħaddem sabiex idaħħal fis-seħħ il-miżuri neċessarji sabiex jipproteġi s-saħħa u s-sigurta tal-ħaddiema tiegħu.

• Skond il-liġi dwar is-saħħa u s-sigurtà, il-ħaddiema kollha jridu jwettqu RA regolari (Direttiva Qafas 89/391, implimentata fil-liġi nazzjonali).

• Din il-preżentazzjoni hija bbażata fuq il-prinċipji gwida dwar l-RA (inti għandek tfittex kjarifika tal-leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika li tista’ tapplika għalik).

Page 4: Evalwazzjoni tar-riskju –  is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

X’inhi evalwazzjoni tar-riskju? • L-RA hija l-proċess ta’ valutazzjoni tar-riskji għas-

saħħa u s-sigurtà minn perikli fuq il-post tax-xogħol. Hija eżaminazzjoni sistematika ta’ l-aspetti kollha tax-xogħol li tikkunsidra:►X’jista’ jikkawża korriment jew ħsara►X’inhuma l-perikli li jistgħu jiġu eliminati u, jekk le, ►X’miżuri preventivi jew protettivi jeħtieġu li jkunu fis-

seħħ sabiex ir-riskji jiġu kkontrollati.

• RA hija l-bażi tal-maniġment ta’ suċċess tas-saħħa u s-sigurtà u hija s-soluzzjoni sabiex jitnaqqsu l-aċċidenti u l-mard relatati max-xogħol.

Page 5: Evalwazzjoni tar-riskju –  is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

Tfakkira: perikli u riskji

• Periklu jista’ jkun kollox – kemm jekk materjal tax-

xogħol, apparat, metodi ta’ ħidma jew prattiċi – li għandu l-potenzjal li jikkawża l-ħsara.

• Riskju huwa l-possibilità, kbira jew żgħira, li xi ħadd jista’ jweġġa’ minħabba l-periklu.

Page 6: Evalwazzjoni tar-riskju –  is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

Min iwettaq l-RA?

• Il-persuna li twettaq l-RA tista’ tkun: ►Persuna li taħdem għal rasha►Impjegat magħżul minn min iħaddem►Assessur estern jew fornitur li joffri s-servizz, JEKK

hemm nuqqas ta’ personal kompetenti fuq il-post tax-xogħol

• L-assessur(i) għandu jiġi pprovdut (għandhom jiġu pprovduti) bl-informazzjoni, taħriġ, riżorsi, ħin u appoġġ neċessarju.

• Irrispettivament minn min jagħmel l-RA, huwa min iħaddem li fl-aħħar mill-aħħar huwa responsabbli għall-Evalwazzjoni.

Page 7: Evalwazzjoni tar-riskju –  is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

Kif tagħmel RA?

Hemm żewġ prinċipji li wieħed dejjem għandu jżomm f’moħħu meta jkun sejjer jagħmel RA:

• L-RA għandha tkun strutturata sabiex jiġi assigurat li l-perikli u r-riskji relevanti kollha jiġu indirizzati (eż. li xogħolijiet sekondarji, bħat-tindif, ma jiġux injorati).

• Meta jiġi identifikat riskju, RA għandha tibda mill-ewwel prinċipji, billi ssaqsi jekk ir-riskju jistax jiġi eliminat.

Page 8: Evalwazzjoni tar-riskju –  is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

Approċċ ta’ Ħames Passi għall-RA

Hemm metodi oħra li jaħdmu daqstant tajjeb, b’mod partikolari għal riskji u ċirkostanzi aktar kumplessi.

Pass nru 1. Identifika l-perikli u dawk li qegħdin f’riskju

Pass nru. 2 Evalwa u qiegħed ir-riskji f’ordni ta’

prijorità

Pass nru 3. Iddeċiedi fuq azzjonijiet preventivi

Pass nru 4. Ħu azzjoni!

Pass nru. 5. Agħmel monitoraġġ u rrevedi s-sitwazzjoni

Il-RA għandha ssir bl-invoviment attiv ta’ l-impjegati

Ħafna organizzazzjonijiet, kull ma jkollhom bżonn huwa approċċ ta’ ħames passi għall-RA:

Page 9: Evalwazzjoni tar-riskju –  is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

Pass nru 1: Identifika l-perikli u dawk li qegħdin f’riskju (1)

Pariri sabiex jgħinuk tidentifika perikli importanti jinkludu:• Imxi mal-post tax-xogħol u ara x’jista’ jikkawża l-ħsara.• Ikkonsulta lill-ħaddiema u/jew lir-rappreżentanti tagħhom

dwar il-problemi li jkunu ltaqgħu magħhom. • Ikkunsidra perikli fit-tul għas-saħħa (livelli għoljin ta’

storbju jew espożizzjoni għal sustanzi perikolużi) u tikkunsidrax biss perikli ovvji jew immedjati.

• Ara r-rekords ta’ aċċidenti u ta’ saħħa ħażina tal-kumpanija.

• Fittex informazzjoni minn sorsi oħra bħal: ►Manwali ta’ istruzzjoni jew folji ta’ dejta tal-manifatturi u

tal-fornituri ►Websajts dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ►Rekords ta’ rekwiżiti legali u rekwiżiti oħra relatati mal-post

tax-xogħol.

Page 10: Evalwazzjoni tar-riskju –  is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

Eżempju ta’ għodda utli sabiex jiġu identifikati l-perikli: lista ta’ kontroll

Le Periklu: IN-NAR IVA LE

1 Qegħdin jintużaw sustanzi li jossidizzaw jew li jieħdu n-nar?

2 Is-sustanzi li jossiddizzaw jew li jieħdu n-nar qegħdin jinħażnu fi kmamar bl-arja?

3 Hemm sorsi li bihom jista’ jaqbad in-nar?

4 Hemm sinjali xierqa fl-oqsma li fihom jista’ jaqbad in-nar?

5 Hemm pjanijiet ta’ emerġenza u għall-ħarba?

6 Hemm allarmi għal twissija ta’ ħruq?

7 Ir-rotot għall-ħarba huma mmarkati?

Page 11: Evalwazzjoni tar-riskju –  is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

Pass nru 1: Identifika l-perikli u dawk li qegħdin f’riskju (2)

• Għal kull periklu huwa importanti li tkun taf ►Min/liema huma l-gruppi ta’ persuni li tista’ ssirilhom ħsara: dan

jista’ jgħin sabiex tidentifika l-aħjar mod kif tamministra r-riskju►Kif dawn il-persuni jinteraġġixxu mal-periklu (eż. permezz ta’

espożizzjoni diretta jew indiretta) ►Kif tista’ ssirilhom il-ħsara, eż. x’tip ta’ korriment jew mard jista’

jseħħ • Għanda tingħata attenzjoni partikolari lil kwistjonijiet ta’ sess u lill-

gruppi ta’ ħaddiema li jistgħu jkunu f’riskju akbar jew li għandhom rekwiżiti partikolari: ►Personal b’diżabilità►Ħaddiema żgħar u kbar fl-età►Nisa li se jkollhom tarbija u l-ommijiet li qegħdin ireddgħu ►Staff mingħajr taħriġ jew mingħajr esperjenza (eż. impjegati

ġodda, ħaddiema temporanji u ħaddiema staġjonali)

Page 12: Evalwazzjoni tar-riskju –  is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

Pass nru 2: Evalwa u qiegħed ir-riskji f’ordni ta’ prijorità

• Sabiex tiddeċiedi jekk ir-riskju huwiex żgħir, medju jew għoli, ikkunsidra:

►Kemm huwa probabbli li periklu jikkawża ħsara►Kemm huwa probabbli li dak il-periklu jkun serju►Kemm jistgħu jiġu esposti spiss il-ħaddiema (u kemm ħaddiema

jiġu esposti). • Għandu jkun biżżejjed proċess sempliċi bbażat fuq il-ġudizzju u li ma

jeħtieġ l-ebda kapaċità speċjalizzata jew teknika komplikata:►Attivitajiet b’perikli ta’ ftit tħassib ►Postijiet tax-xogħol fejn ir-riskji huma magħrufa sew jew

identifikati faċilment u fejn hemm mezzi ta’ kontroll disponibbli • Fil-każ ta’ perikli jew attivitajiet aktar kumplessi, jista’ jkun

neċessarju għarfien professjonali, sostenn u konsulenza.

Page 13: Evalwazzjoni tar-riskju –  is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

Pass nru 3: Iddeċiedi fuq azzjonijiet preventivi

Meta tkun qiegħed tiddeċiedi fuq il-miżuri preventivi u protettivi li għandek iddaħħal fis-seħħ huwa neċessarju li tikkunsidra:

• Jekk huwiex possibbli li tneħħi (telimina) r-riskju, u jekk le:

• Kif ir-riskji jistgħu jiġu mminimizzati jew ikkontrollati sabiex ma jikkompromettux is-saħħa u s-sigurtà ta’ dawk esposti. Dan jista’ jsir billi:

► Tiġġieled ir-riskju hekk kif dan jinqala’ ► Taddatta x-xogħol għall-individwu► Taddatta għall-progress tekniku u għall-iskambju ta’ informazzjoni ► Tissostitwixxi dak li huwa perikluż b’dak li mhuwiex perikluż / anqas

perikluż ► Tapplika miżuri organizzattivi jew protettivi kollettivi minflok miżuri

protettivi individwali (li huma l-aħħar soluzzjoni) ► Tagħi istruzzjonijiet u informazzjoni xierqa lill-ħaddiema.

Page 14: Evalwazzjoni tar-riskju –  is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

Pass nru 4: Ħu azzjoni

• Daħħal fis-seħħ il-miżuri preventivi u protettivi.

• L-implimentazzjoni effettiva tinvolvi l-iżvilupp ta’ pjan li jispeċifika: ►Min jagħmel x’hiex ►Meta xogħol għandu jitlesta►Il-mezzi allokati sabiex il-miżuri jiġu implimentati.

Page 15: Evalwazzjoni tar-riskju –  is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

Pass nru 5: Agħmel monitoraġġ u reviżjoni

• L-effettività tal-miżuri preventivi implimentati għandha tiġi mmontorjata.

• L-evalwazzjoni għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid u għandha tiġi riveduta kif meħtieġ, inkluż: ►Kull meta jseħħu bidliet sinjifikanti fl-organizzazzjoni►Bħala riżultat tas-sejbiet ta’ investigazzjoni ta’ aċċident

jew inċident ►F’każijiet meta l-miżuri preventivi fis-seħħ ma jkunux

biżżejjed jew ma jibqgħux adegwati►Sabiex jiġi assigurat li s-sejbiet ta’ l-RA għadhom

relevanti.

Page 16: Evalwazzjoni tar-riskju –  is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

Żomm l-Evalwazzjoni f’Reġistru (1)

• L-RA għandha tinżamm f’reġistru.

• Dan ir-reġistru jista’ jintuża bħala bażi sabiex:►Tingħata informazzjoni lill-persuni konċernati►Jiġi evalwat jekk il-miżuri neċessarji jkunux ġew

introdotti ►Jingħataw provi lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza►Jiġi riveduti l-miżuri jekk iċ-ċirkostanzi jinbidlu.

Page 17: Evalwazzjoni tar-riskju –  is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

Żomm l-Evalwazzjoni f’Reġistru (2)

Huwa rakkomandat li għallinqas tinżamm reġistrazzjoni tad-dettalji li ġejjin:

• L-isem u l-kariga tal-persuna(i) li twettaq l-eżaminazzjoni

• Identifikazzjoni tal-perikli u tar-riskji• Il-gruppi ta’ ħaddiema li qegħdin jiffaċċjaw riskji

partikolari• Stima/evalwazzjoni tar-riskji• Il-miżuri preventivi u protettivi neċessarji• Dettalji ta’ l-introduzzjoni tal-miżuri (min jagħmel x’hiex

u meta) • Dettalji ta’ l-involviment tal-ħaddiema u tar-

rappreżentanti tagħhom fil-proċess ta’ l-RA.

Page 18: Evalwazzjoni tar-riskju –  is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

Ir-responsabbiltajiet ta’ min iħaddemMin iħaddem għandu obbligu li:• Jorganizza l-RA• Jagħżel lill-persuna(i) u jassigura li hija (huma) kompetenti• Jevalwa r-riskji u jimplimenta l-miżuri protettivi• Jinvolvi lill-ħaddiema fil-proċess ta’ l-RA• Jikkonsulta lill-ħaddiema jew lir-rappreżentanti tagħhom dwar l-

organizzazzjoni ta’ l-RA, u lill-persuni li jwettqu l-RA u jimplimenta l-miżuri preventivi

• Ikun fil-pussess ta’ evalwazzjoni tar-riskju• Jabbozza rekords ta’ l-RA, wara li jkun ikkonsulta lill-ħaddiema u/jew

lir-rappreżentanti tagħhom, jew saħansitra jinvolvihom fix-xogħol, u jagħmel ir-reġistri disponibbli lilhom

• Jassigura li l-persuni kollha affettwati huma informati bi kwalunkwe periklu ta’ kwalunkwe ħsara li jistgħu jkunu f’riskju għalih u bil-miżuri protettivi kollha meħudin sabiex dan il-periklu jiġi evitat.

Page 19: Evalwazzjoni tar-riskju –  is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

Id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-ħaddiema

Il-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom id-dritt/l-obbligu li:• Ikunu ikkonsultati fuq arranġamenti għall-organizzazzjoni ta’ l-RA u għall-

ħatra ta’ dawk li li qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol • Jipparteċipaw fl-RA• Javżaw lis-superviżuri tagħhom jew lil min iħaddimhom bir-riskji perċepiti • Jirrapportaw kwalunkwe bidla fil-post tax-xogħol• Jiġu infurmati bir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà u bil-miżuri neċessarji sabiex

dawn ir-riskji jiġu eliminati jew imnaqqsa• Jitolbu lil min iħaddem sabiex idaħħal fis-seħħ miżuri adatti u sabiex

jissottometti proposti sabiex inaqqas kemm jista’ jkun il-perikli jew sabiex inaqqas il-perikli hekk kif dawn jinqalgħu

• Jikkooperaw sabiex jippermettu lil min iħaddem sabiex jassigura li l-ambjent tax-xogħol ikun wieħed sigur

• Jieħdu ħsieb tas-saħħa u s-sigurtà tagħhom u ta’ persuni oħra affettwati mill-azzjonijiet tagħhom.

Page 20: Evalwazzjoni tar-riskju –  is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

Fejn għandek tmur għall-għajnunaFuq il-websajt ta’ l-Aġenzija hemm ħafna informazzjoni u gwida disponibbli sabiex tgħinek :

►Informazzjoni dwar il-kampanja ta’ l-RA kif tinvolvi ruħek materjal għall-kampanja:

http://hw.osha.europa.eu

►Taqsima tal-Web ta’ l-RA aktar dettaljata li tinkludi: İnformazzjoni dwar l-RA eżempji dwar prattika tajba minn madwar l-Ewropa għodda prattika: gwidi, listi għall-iċċekkjar etc:http://osha.europa.eu/topics/riskassessment

Page 21: Evalwazzjoni tar-riskju –  is-soluzzjoni għal postijiet tax-xogħol siguri

http://hw.osha.europa.eu

Tajjeb għalik. Tajjeb għall-kumpanijaKampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskju