Diskors Kunsill Ġenerali - 8 ta' Marzu 2015

4
Diskors Kunsill Ġenerali Partit Nazzjonalista Antonello Cuschieri 8 ta’ Marzu 2015 Huwa b’unur u b’sodisfazzjon li llum qed nindirizza lill- Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista – il-Partit tal-opportunitajiet. Tant li b’sodisfazzjon ninnutaw li fost il-Kandidati għall- Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, hemm numru kbir ta’ uċuħ ġodda, jien wieħed minnhom. Kull meta ġie fdat fit-tmexxija, il-Partit Nazzjonalista dejjem ħadem biex il-pajjiż jimxi l-quddiem. Filfat, iktar kmieni din il- ġimgħa ilqajt l-istedina tal-Partit Nazzjonalista, u flimkien mal- Kap Dr. Simon Busuttil, żort il-Careers Convention ġewwa l- Universita ta’ Malta – kienet ‘wirja’ tal-opportunitajiet li Gvern Nazzjonalista ħoloq għal kulħadd fil-qasam tal-edukazzjoni u li b’effett t’hekk, fetaħ ukoll orizzonti ġodda għall-industrija lokali. Tisma dwar oqsma ġodda li studenti Maltin jistgħu jiksbu kwalifiki fihom, kumpaniji li minn żgħar kibru tul is-snin tant li llum qed iħaddmu mijjiet ta’ nies, investimenti ġodda f’industriji li għal Malta kienu estranji iżda li Gvern Nazzjonalista irnexxielu joħolqilhom ambjent attraenti biex huma ġew jinvestu f’pajjiżna. Dan kollhu hu xempju ta’ Partit li għandu għal qalbu l-iżvilupp tal-poplu u l-pajjiż. Din il-ġimgħa fil-każ tal-Café Premier, rajna ċar kif il-Gvern preżenti, jidher li għandhu prijoritajiet differenti għall-pajjiżna. Jidher li l-Gvern preżenti jidhirlu li l-miljuni aħjar jintefqu fuq individwi jew każi speċifiċi milli għal ġid komuni. Għal Gvern Laburista m’hix problema jberbaq 4 miljun mit-taxxi tal-

description

Diskors Kunsill Ġenerali Partit Nazzjonalista Antonello Cuschieri - Kandidat Kunsill Lokali Ħamrun 8 ta' Marzu 2015

Transcript of Diskors Kunsill Ġenerali - 8 ta' Marzu 2015

Page 1: Diskors Kunsill Ġenerali - 8 ta' Marzu 2015

Diskors Kunsill Ġenerali Partit Nazzjonalista Antonello Cuschieri 8 ta’ Marzu 2015

Huwa b’unur u b’sodisfazzjon li llum qed nindirizza lill-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista – il-Partit tal-opportunitajiet. Tant li b’sodisfazzjon ninnutaw li fost il-Kandidati għall-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, hemm numru kbir ta’ uċuħ ġodda, jien wieħed minnhom. Kull meta ġie fdat fit-tmexxija, il-Partit Nazzjonalista dejjem ħadem biex il-pajjiż jimxi l-quddiem. Filfat, iktar kmieni din il-ġimgħa ilqajt l-istedina tal-Partit Nazzjonalista, u flimkien mal-Kap Dr. Simon Busuttil, żort il-Careers Convention ġewwa l-Universita ta’ Malta – kienet ‘wirja’ tal-opportunitajiet li Gvern Nazzjonalista ħoloq għal kulħadd fil-qasam tal-edukazzjoni u li b’effett t’hekk, fetaħ ukoll orizzonti ġodda għall-industrija lokali. Tisma dwar oqsma ġodda li studenti Maltin jistgħu jiksbu kwalifiki fihom, kumpaniji li minn żgħar kibru tul is-snin tant li llum qed iħaddmu mijjiet ta’ nies, investimenti ġodda f’industriji li għal Malta kienu estranji iżda li Gvern Nazzjonalista irnexxielu joħolqilhom ambjent attraenti biex huma ġew jinvestu f’pajjiżna. Dan kollhu hu xempju ta’ Partit li għandu għal qalbu l-iżvilupp tal-poplu u l-pajjiż. Din il-ġimgħa fil-każ tal-Café Premier, rajna ċar kif il-Gvern preżenti, jidher li għandhu prijoritajiet differenti għall-pajjiżna. Jidher li l-Gvern preżenti jidhirlu li l-miljuni aħjar jintefqu fuq individwi jew każi speċifiċi milli għal ġid komuni. Għal Gvern Laburista m’hix problema jberbaq €4 miljun mit-taxxi tal-

Page 2: Diskors Kunsill Ġenerali - 8 ta' Marzu 2015

poplu, il-flus li verament huma tagħna lkoll, fuq negozju fallut minflok jonfoqhom f’oqsma bħal edukazzjoni, skejjel, industrija biex jiġġenera x-xogħol jew housing li hija problema oħra li qed tikber. Dan huwa biss punt wieħed dwar in-nuqqasijiet tal-Gvern preżenti. Kien hemm ħafna iktar nuqqasijiet f’dawn is-sentejn ta’ Gvern Laburista, pero llum huwa l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Illum jeħtieġ li flimkien mal-Kap naqbdu it-triq li twassal lill-Partit Nazzjonalista għal riżultati elettorali pożittivi. Iż-żmien tan-Nazzjonalisti b’konvenjenza spiċċa – dan huwa ż-żmien tan-Nazzjonalisti b’konvinzjoni bħalna sabiex inkomplu naħdmu id f’id mal-Kap u t-tmexxija, għat-tiġdid tal-Partit. Żbalji fil-passat saru, pero issa jeħtieġ li dawk l-iżbalji ndwaruhom f’tagħlimiet. Bl-istes mod, t-telfiet jeħtieġ li ndawruhom f’esperjenzi. Huwa fatt, li numru ta’ nies fl-aħħar elezzjonijiet, ma vvutawx jew bidlu l-vot tagħhom biex jgħatu sinjal għal ċertu nuqqasjijiet – bil-vot tagħhom, dawn in-nies riedu jgħatu tagħlima. Illum qegħdin hawn, mhux biex niġġustifikaw, iżda biex nippjanaw il-futur tal-Partit Nazzjonlista u ngħatu konferma li l-messaġġ irċivejnieh u li t-tagħlima ħadniha. Pero l-iżbalji tal-passat, għadhom iservu ta’ tagħlima u mhux biex itappnu l-futur tal-Partit. Għalhekk jeħtieġ li issa niġbdu ħabel wieħed, naħdmu id f’id, biex inkomplu it-tiġdid tant neċessarju tal-Partit Nazzjonalista. Issa jeħtieġ li l-Partit Nazzjonalista jaqbad it-triq, twila u iebsa iżda perkorribbli, li twassal tas-suċċessi. Qegħdin fuq l-għatba ta’ test elettorali. L-aħħar test elettorali qabel immorru għall-elezzjoni ġenerali tlett snin oħra. Test importanti anke għan numru ta’ żgħażagħ li għall-ewwel

Page 3: Diskors Kunsill Ġenerali - 8 ta' Marzu 2015

darba se jkunu qed jivvutaw. Test elettorali li jkollna nammettu li fallejna kemm il-darba – fallejna għaliex ħafna nies tilfu l-fiduċja li għandhom fil-Kunsilli Lokali. Dan minħabba n-nuqqas ta’ riżultati li jaraw, pero frott ta’ nuqqasijiet fit-tmexxija ta’ Kunsilli b’maġġoranza Laburista. Din il-ġimgħa kelli l-opportunita li nkun mistieden fil-program newsdesk flimkien ma kollegi kandidati oħra. Ikolli nistqar li r-riżultati fil-Ħamrun, immexxi minn kunsill laburista, huma l-oppost tar-rizultati miksuba minn kunsilli bi tmexxija Nazzjonalista. Filwaqt li kunsilli qed jirranġaw it-toroq, jiksbu fondi tal-Ewropa biex jirranġaw bankini u postijiet ta’ rikreazzjoni, għal Ħamruniżi dan kollhu huwa melħ fil-ferita għaliex dawn huma proprju l-bżonnijiet tar-residenti li l-Kunsill mhux qed jindirizza. Biss nemmen, li dawn in-nuqqasjiet huma riżultat ta’ tmexxija li ma tarax, jew ma tidentifikax, il-funzjoni li l-Kunsill Lokali għandhu jkollu fis-soċjeta tal-lum. Dawn huma riżultat ta’ tmexxija Laburista għaliex il-Partit Laburista sa mill-bidu m’emminx fil-Kunsilli Lokali – tant hu hekk, li Gvern Laburista preżenti saħansitra naqqas il-flus allokati għall-Kunsilli Lokali. Agħar minn hekk, il-Gvern Laburista laqas ried li jsiru dawn l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali – fatt li jkompli juri li l-Kunsilli Lokali għal dan il-Gvern huma sekondarji minkejja li huma element importanti għall-iżvilup tal-lokal u l-ambjent li intom tgħixu fih. Kien il-Partit Nazzjonalista li sa mill-bidu emmen li l-Kunsilli Lokali, bħal ma huma f’pajjiżi oħra, jistgħu ikunu effettivi għal ġid tas-soċjeta u għall-għixien tar-residenti. Kien il-Partit Nazzjonalista li waqqaf il-Kunsilli Lokali biex ir-residenti jkollhom sehem fit-tmexxija tal-lokalita li jgħixu fiha. Kien il-Partit Nazzjonalista li dejjem ikkontesta l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. U għalhekk nemmen li għandu jkun il-Partit

Page 4: Diskors Kunsill Ġenerali - 8 ta' Marzu 2015

Nazzjonalista l-għażla tal-elettorat meta xhar ieħor imur jivvota għal min għandhu jmexxi l-Kunsill Lokali fil-lokalita tiegħu. Illum huwa pass ieħor lejn it-tiġdid fil-Partit Nazzjonalista li tant nies xtaqu. Filwaqt li napprezzaw il-kontribut ta’ dawk kollha li servew bħala Kandidati u Kunsilliera fil-passat, illum il-Partit Nazzjonalista qed jippreżenta wkoll team ta’ kandidati b’uċuħ ġodda, b’ideat ġodda u b’esperjenzi ġodda. Aħna Kandidati b’viżjoni ġdida Aħna Kandidati b’enerġija Aħna Kandidat li rridu nġibu r-riżultati. Iżda issa jeħtieġ li jekk intom tridu il-ġid tal-lokal tagħkom u rappreżentanza denja għar-resident, allura għandkom tappoġġawna u toħorġu bi ħġarkom, biex fil-11 t’April tivvutaw lill-Kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista għaliex aħna verament nistgħu nagħmlu d-differenza fil-lokalita tagħkom.