Di ċ embr u 2013

24
Diċembru 2013 Kelma Kelma tal- tal- Ħajja Ħajja

description

Kelma tal-Ħajja. Di ċ embr u 2013. « Jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-imħabba għal xulxin u lejn kulħadd » ( 1 Tess 3,12). - PowerPoint PPT Presentation

Transcript of Di ċ embr u 2013

Page 1: Di ċ embr u  2013

Diċembru 2013 Diċembru 2013

Kelma Kelma

tal-tal-

ĦajjaĦajja

Kelma Kelma

tal-tal-

ĦajjaĦajja

Page 2: Di ċ embr u  2013

«Jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-

imħabba għal xulxin u lejn kulħadd»

(1 Tess 3,12).

Page 3: Di ċ embr u  2013

Dan hu kliem li San Pawl kien imdorri juża biex jibgħat l-awguri lill-komunitajiet tiegħu u fl-

istess ħin jitlob lill-Mulej grazzji speċjali għalihom.

(Ara Ef 3,18; Fil 1,9 eċċ.).

Page 4: Di ċ embr u  2013

Hawn hu qiegħed jitlob biex it-Tessalonikin jaqilgħu l-grazzja li jinħabbu bejniethom u biex din l-imħabba

tibqa’ tikber.

Page 5: Di ċ embr u  2013

Dan il-kliem ma kitbux biex bħal speċi jwiddibhom, għax huma ma kinux jinħabbu bejniethom, imma għax ried

ifakkarhom f’liġi li nsibuha fl-imħabba nnifisha: li din trid dejjem tikber.

Page 6: Di ċ embr u  2013

«Jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-

imħabba għal xulxin u lejn kulħadd»

(1 Tess 3,12).

Page 7: Di ċ embr u  2013

Billi l-imħabba tinsab fil-qalba tal-ħajja nisranija, jekk din ma timxix ’il quddiem, il-ħajja kollha tan-nisrani tħoss dan l-effett,

bir-riżultat li tibred sa ma tasal ukoll biex tintefa.

Page 8: Di ċ embr u  2013

Mhux biżżejjed tifhem b’mod ċar il-kmandament tal-imħabba tal-proxxmu u lanqas tibda tħoss entużjażmu

kbir u ħeġġa meta tikkonverti għall-Vanġelu.

Page 9: Di ċ embr u  2013

Jeħtieġ tkabbar din l-imħabba u tibqa’ żżommha dejjem

ħajja u attiva.

Page 10: Di ċ embr u  2013

Issa dan iseħħ

jekk b’ġenerożità

kbira nkunu

dejjem lesti li

naħtfu l-

okkażjonijiet ta’

kuljum li

toffrielna l-ħajja.

Page 11: Di ċ embr u  2013

«Jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-

imħabba għal xulxin u lejn kulħadd»

(1 Tess 3,12).

Page 12: Di ċ embr u  2013

Skont San Pawl il-komunitajiet insara jrid ikollhom dik il-freskezza u għożża ta’ familja

vera.

Page 13: Di ċ embr u  2013

Għalhekk nistgħu nifhmu l-intenzjoni tiegħu meta wissiehom biex joqogħdu attenti mill-perikli li kienu

qed jhedduhom: l-individwaliżmu, is-superfiċjalità u l-medjokrità.

Page 14: Di ċ embr u  2013

Imma San Pawl ried ukoll iħarishom minn periklu kbir ieħor, marbut ma’ dak ta’ qablu: li jintelqu u jgħixu ħajja ordnata u trankwilla, imma magħluqin fihom infushom.

Page 15: Di ċ embr u  2013

Hu ried komunitajiet miftuħa, għax l-imħabba titlob lil dawk tal-istess twemmin li jħobbu ’l sħabhom u fl-istess ħin jgħinu ’l

kulħadd; riedhom joqogħdu attenti għall-problemi u l-ħtiġiet ta’ kulħadd.

Page 16: Di ċ embr u  2013

Biex tħobb sew trid tagħraf tilqa’ lil kull persuna, twaqqa’ kull firda, tagħraf it-tajjeb li hemm fl-oħrajn, kif ukoll tgħaqqad ix-

xewqat tiegħek u l-ħeġġa biex tagħmel il-ġid ma’ dawk kollha ta’ rieda tajba.

Page 17: Di ċ embr u  2013

«Jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-imħabba għal xulxin u lejn kulħadd»

(1 Tess 3,12).

Page 18: Di ċ embr u  2013

Kif se ngħixu l-Kelma tal-Ħajja ta’ dan ix-xahar?

Page 19: Di ċ embr u  2013

Aħna wkoll irridu nfittxu li nikbru fl-imħabba ta’ bejnietna fil-familji tagħna, fuq il-post tax-

xogħol, fil-komunitajiet jew għaqdiet tagħna, fil-parroċċi, eċċ. .

Page 20: Di ċ embr u  2013

Din il-Kelma titlob minna mħabba mill-aktar kbira, jiġifieri mħabba li tagħraf tmur lil hinn

mill-kejl medjokru u mill-ħafna ostakli li jiġu mill-egoiżmu fin tagħna.

Page 21: Di ċ embr u  2013

Biżżejjed naħsbu f’ċerti aspetti tal-imħabba (nittolleraw, nagħdru, nilqgħu lil xulxin, nieħdu paċenzja, inkunu lesti naqdu, inħennu

għan-nuqqasijiet veri jew li jidhrilna li huma veri li aħna naraw fil-proxxmu tagħna, ngħinu lill-oħrajn bil-ġid tagħna, eċċ.) biex

niskopru ħafna okkażjonijiet li fihom nistgħu ngħixuha.

Page 22: Di ċ embr u  2013

Hija ħaġa ċara li jekk imbagħad, fil-komunità tagħna, ikun hemm din il-klima ta’ mħabba bejnietna, żgur li hi

jirnexxilha tinfirex fuq kulħadd.

Page 23: Di ċ embr u  2013

Anki dawk li għadhom ma skoprewx il-ħajja nisranija, iħossuhom miġbudin lejha u xejn ma trid li, bla ma

jindunaw, jidħlu fiha sa ma jħossuhom huma stess parti minn din il-familja.

Page 24: Di ċ embr u  2013

Kitba ta’ Chiara Lubich, pubblikata f’Città Nuova, 1994/20, pp.32-33.

Grafika Anna Lollo bis-sehem ta’ Fr Placido D’Omina (Sqallija, Italja)

* * *

Il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb kull xahar f’96 lsien u djalett,

u jilħaq miljuni ta’ persuni madwar id-dinja

permezz ta’ ġurnali, radju, TV jew internet.

Għal iżjed tagħrif żur is-sit www.focolare.org

Dan il-PPS, f’diversi ilsna, huwa mxandar fuq www.santuariosancalogero.org

Kitba ta’ Chiara Lubich, pubblikata f’Città Nuova, 1994/20, pp.32-33.

Grafika Anna Lollo bis-sehem ta’ Fr Placido D’Omina (Sqallija, Italja)

* * *

Il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb kull xahar f’96 lsien u djalett,

u jilħaq miljuni ta’ persuni madwar id-dinja

permezz ta’ ġurnali, radju, TV jew internet.

Għal iżjed tagħrif żur is-sit www.focolare.org

Dan il-PPS, f’diversi ilsna, huwa mxandar fuq www.santuariosancalogero.org

«Jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-imħabba

għal xulxin u lejn kulħadd»(1 Tess 3,12).