Daħliet għall baħar mediterran
-
Upload
naomi-zammit -
Category
Art & Photos
-
view
75 -
download
8
Transcript of Daħliet għall baħar mediterran
-Daħliet għall-Baħar Mediterran.
L-Ewwel Daħla: L-Istrett ta' Ġibiltà
Din il-mappa tispjega kif Ġibiltà, fiżikament hija magħquda ma' Spanja. Fil-passat l-Ingilterra rebħet lil Ġibiltà u għamlitha parti mir-Renju Unit. Hekk għadha sal-lum. Parti minn Ġibiltà hija magħrufa bħala THE ROCK. Innota li Ġibiltà hemm ajruport kif ukoll port.
Il-lighthouse ta' Ġibiltà
Xena li turina l-baħar sabiħ li jdawwar il-peniżola ta' Ġibiltà.
Ritratt li jurina r-raġuni għala biċċa minn Ġibiltà hija magħrufa bħala THE ROCK
Dan huwa ritratt tal-Istrett ta' Ġibiltà meħud mill-ajru.L-art in-naħa ta' fuq hija Spanja, isfel insibu l-Marokk.
it-Tieni Daħla: Id-DARDANELLI
Mappa li turina kif mill-Baħar Mediterran tista' tidħol mid-Dardanelli, tiġi fil-Baħar ta' Marmarà, u tibqa' dieħel għall-Baħar l-Iswed.
Mappa oħra tad-Dardanelli; il-parti l-ħadra kollha tagħmel parti mit-Turkija.
Ritratt meħud bis-satellita; jurina d-Dardanelli.
Id-Dardanelli
Ir-ritratt jurina Limnos li tiġi fuq ix-xtut tad-
Dardanelli
it-Tielet Daħla: Il-Kanal ta' Swejs
Filwaqt li d-Dardanelli u l-Istrett ta' Ġibiltà nsibuhom hemm minn dejjem, jiġifieri huma naturali, Il-Kanal ta' Swejs ġie mħaffer mill-bniedem fid-dsatax-il seklu. IL-KANAL TA' SWEJS INIFFED IL-BAĦAR MEDITERRAN MAL-BAĦAR L-AĦMAR.Ipprova fittex fuq mappa tad-dinja biex tara qabel infetaħ il-Kanal ta' Swejs, vjaġġ mir-Renju Unit għall-Awstralja jew l-Indja kemm kien ikun itwal. Il-ftuħ tal-Kanal ta' Swejs ġab kummerċ kbir lejn Malta, li dak iż-żmien kienet kolonja tar-Renju Unit.Fir-ritratt jidher vapur għaddej mill-Kanal ta' Swejs.
Mappa li turina kemm hu twil il-Kanal ta' Swejs. Il-Kanal dam jitħaffer għaxar snin. Infetaħ f'Novembru 1869 biex min ikun irid imur l-Asja, ma jkollux għalfejn joqgħod idur id-dawra kollha tal-Afrika.Innota li Port Said huwa l-port fil-Baħar Mediterran li minnu tidħol għall-Kanal ta' Swejs
Vapur għaddej isalpa mill-Kanal ta' Swejs.
Vapur jaħdem bil-faħam għaddej mill-Kanal ta' Swejs
Żewġ mapep oħra li juruna t-tul tal-Kanal ta' Swejs.