CEF Presention & Touring Guidelines MLT

22
Fergħa 2: Presentation & Touring Linji gwida u Regolamenti

description

For more information visit www.maltaculture.com

Transcript of CEF Presention & Touring Guidelines MLT

Page 1: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

| 1Guidelines and Regulations

Malta Arts Fund

Komunitajiet Kreattivi(Creative Communities)

Fergħa 2: Presentation & TouringLinji gwida u Regolamenti

Page 2: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

Skadenzi fl-2015 Notifika tar-riżultatPerjodu ta’

implimentazzjoni tal-proġett

Tul tal-proġett

22 ta’ Ġunju 2015 15 ta’ Lulju 2015 1 ta’ Awwissu 2015 1 ta’ Frar 2017

Mhemmx restrizzjonijiet sakemm il-proġett ta’

mobilità jseħħ fil-perjodu ta’ implimentazzjoni. 1

18 ta’ Settembru 2015 14 ta’ Ottubru 2015 1 ta’ Novembru 2015 1 ta’ Mejju 2017

Mhemmx restrizzjonijiet sakemm il-proġett ta’

mobilità jseħħ fil-perjodu ta’ implimentazzjoni. 2

Għotja Massima Baġit allokat għal kull sessjoni

€8,000 €24,000

Fergħa 2: Presentation & Touring

1 F’każ li l-proġett tiegħek jaqbeż dan il-perjodu, inti ġentilment mitlub li tinforma lill-evalwaturi u tipprovdi r-raġunijiet eżatti għal dan. L-evalwaturi jikkunsidraw estensjonijiet skont il-każ.

2 F’każ li l-proġett tiegħek jaqbeż dan il-perjodu, inti ġentilment mitlub li tinforma lill-evalwaturi u tipprovdi r-raġunijiet eżatti għal dan. L-evalwaturi jikkunsidraw estensjonijiet skont il-każ.

Page 3: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

Werrej

X’għandek tagħmel biex tapplika 3

Kif tressaq l-applikazzjoni tiegħek 3

Definizzjonijiet 5

X’inhu ‘Presentation & Touring’ 7

X’inhuma l-għanijiet tal-fond? 7

X’se jkopri dan il-fond? 7

X’għandek tippreżenta – Id-dokumenti meħtieġa 8

Eliġibbiltà 10

X’inhuma l-kriterji tal-fond? 12

Il-proċess ta’ evalwazzjoni 13

X’jiġri wara li tissottometti l-applikazzjoni tiegħek? 15

Komunikazzjoni tar-riżultati 15

Proċedura ta’ lment 17

Implimentazzjoni u monitoraġġ tal-proġett 19

Rapport 20

Page 4: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

| 4 Cultural Export Fund Fergħa 2: Presentation & Touring

X’għandek tagħmel biex tapplika?1. Aqra sew dawn il-linji gwida u regolamenti

2. Ara jekk l-idea tiegħek tistax tiġi indirizzata permezz ta’ dan il-fond

3. Niżżel l-applikazzjoni minn fuq is-sit www.maltaculture.com

4. Imxi pass pass mal-applikazzjoni. Imla t-template tal-baġit u ppreżenta l-istimi.

5. Huwa importanti li tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek sad-data li għandek indikata fil-linji gwida u r-regolamenti

F’każ ta’ diffikultà, jew mistoqsijiet, ċemplilna fuq 2339 7000 matul il-ġimgħa bejn id-09:00 u n-12:30 jew bejn is-14:00 u l-17:00. Tista’ wkoll tiktbilna fuq [email protected].

Kif tressaq l-applikazzjoni tiegħekNiżżel l-applikazzjoni minn www.maltaculture.com. Imla l-applikazzjoni tiegħek pass pass u wieġeb il-mistoqsijiet kollha.

Tista’ tressaq l-applikazzjoni tiegħek flimkien mad-dokumenti kollha meħtieġa kif ġej:

� Billi tibgħat email fuq [email protected] sa nofsinhar tad- data tal-iskadenza. Huwa importanti li f’din l-istess email tinkludi d-dokumenti addizzjonali kollha meħtieġa skont kif rikjest minn dawn il-linji gwida u regolamenti. Fl-aħħar paġna tal-applikazzjoni li titlob il-firma tal-applikant trid tinkludi l-firma tiegħek (firma elettronika jew scan tal-aħħar paġna).

� Billi tibgħat kopja stampata u oħra elettronika fuq pen drive bil-posta rreġistrata f’dan l-indirizz:

Kunsill Malti għall-Arti16, Casa Scaglia,Triq Mikiel Anton Vassalli,Valletta.

Page 5: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

| 5 Cultural Export Fund Fergħa 2: Presentation & Touring

� Huwa importanti li t-timbru tal-posta jkun jindika d-data ta’ skadenza jew data qabel id-data ta’ skadenza.

jew

� Billi tippreżenta kopja stampata u oħra elettronika inti stess fl-indirizz li ġej:

Kunsill Malti għall-Arti16, Casa Scaglia,Triq Mikiel Anton Vassalli,Valletta.

Inti mitlub/a tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek direttament fl-uffiċċji tal-Kunsill Malti għall-Arti mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9:00 u 12:00 u bejn is-13:30 u l-16:30. Dakinhar tal-iskadenza indikata, naċċettaw applikazzjonijiet biss sa nofsinhar (12:00).

Ma nistgħux naċċettaw applikazzjonijiet li jaslu wara l-ħin indikat.

Huwa importanti li f’kull każ tiffirma l-applikazzjoni u d-dikjarazzjonijiet mehmużin magħha qabel dawn jingħataw lill-Kunsill Malti għall-Arti. B’hekk tkun qed tikkonferma li taċċetta l-kundizzjonijiet tal-fond hekk kif spjegati permezz ta’ dawn il-linji gwida u regolamenti, u fl-applikazzjoni nnifisha. Applikazzjonijiet li mhumiex iffirmati awtomatikament ma jiġux aċċettati.

Tinħareġ konferma għal kull applikazzjoni li tasal għand il-Kunsill. F’każ li ma tirċivix ilkonferma mingħand l-Amministraturi tal-Fond fi żmien jumejn, nitolbuk tibgħat tgħidilna minnufih.

F’idejk biex tippreżenta applikazzjoni kompluta u ddettaljata kif meħtieġ u mfisser f’dawn

ir-regolamenti. F’każ li ma jkunx hemm l-informazzjoni kollha meħtieġa, l-applikazzjoni tiegħek ma tkunx tista’ tiġi pproċessata u evalwata.

L-applikazzjonijiet u d-dokumenti ma jingħatawx lura lill-applikanti wara l evalwazzjoni.

Page 6: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

| 6 Cultural Export Fund Fergħa 2: Presentation & Touring

Definizzjonijiet

Applikant

Applikant huwa l-individwu li japplika għall-fond/l-għajnuna jew ir-rappreżentant legali tal-organizzazzjoni li tapplika għall-fond/l-għajnuna.

Applikazzjoni

Applikazzjoni hija l-ġabra ta’ dokumenti li jitressqu għand il-Kunsill, li tinkludi d-dokumenti kollha obbligatorji u kull anness għall-formola tal-applikazzjoni mressqa minn applikant eliġibbli.

Benefiċjarju

Benefiċjarju huwa dak li jirċievi l-fond/l-għajnuna. Il-benefiċjarju huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-proposta ffinanzjata mill-Cultural Export Fund.

Eliġibbiltà

L-applikazzjonijiet jiġu analizzati l-ewwel nett f’termini ta’ eliġibbiltà. Il-proposti li ma jitqisux eliġibbli f’termini tal-punti stabbiliti ma jiġux ipproċessati u ma jgħaddux mill-proċess ta’ evalwazzjoni.

Evalwatur

Il-Kunsill Malti għall-Arti jaħtar tim ta’ evalwaturi għal kull sejħa.

Grupp

Grupp jista’ jkun iffurmat minn għadd ta’ persuni kemm jekk għandhom personalità ġuridika kemm jekk le. Wieħed jew waħda mill-persuni involuti jrid/trid tieħu/jieħu r-rwol ta’ mexxej/ja u jkollhom ir-responsabbiltà legali prinċipali biex jimmaniġġjaw dan il-proġett u l-għotja. Din il-persuna trid tkun ċittadin/a Malti/ja jew ikollu/ha permess ta’ residenza Maltija jew ċertifikat ta’ ċittadinanza Maltija jew passaport Malti.

Page 7: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

| 7 Cultural Export Fund Fergħa 2: Presentation & Touring

Individwu

Individwi li japplikaw għall-fond/l-għajnuna jridu jkunu ċittadini Maltin jew ikollhom permess ta’ residenza hawn Malta jew ċertifikat ta’ residenza Maltija jew passaport Malti.

Preżentazzjoni internazzjonali ta’ darba

Il-preżentazzjoni ta’ kontenut artistiku fl-arti performattiva, arti viżiva, disinn, letteratura u s-settur awdjoviżiv lil udjenzi barra mill-gżejjer Maltin.

Tour

Serje ta’ preżentazzjonijiet ta’ kontenut artistiku fl-arti performattiva, disinn, arti viżiva, letteratura u s-settur awdjoviżiv lil udjenzi barra mill-gżejjer Maltin.

Page 8: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

| 8 Cultural Export Fund Fergħa 2: Presentation & Touring

Fergħa 2

Presentation & Touring

1. X’inhu ‘Presentation & Touring’?‘Presentation & Touring’ huwa parti mill-istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti għall- internazzjonalizzazzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi. Il-fond jgħin l-esportazzjoni tax-xogħlijiet artistiċi Maltin u/jew tours internazzjonali ta’ artisti Maltin jew artisti bbażati f’Malta u li huma attivi fis-settur.

Il-fond jgħin kemm preżentazzjonijiet jew wirjiet li jsiru darba barra minn Malta kif ukoll tours.

2. X’inhuma l-għanijiet tal-fond?Bl-introduzzjoni ta’ ‘Presentation & Touring’ il-Kunsill Malti għall-Arti għandu l-għan li:

�� Jaqsam l-eċċellenza kreattiva ma’ udjenzi barranin

�� Jrawwem sens ta’ kooperazzjoni kulturali transnazzjonali ma’ programmaturi u aġenti responsabbli ghall-ipprogrammar ta’ festivals u siti għall-arti internazzjonali

�� Iżid il-potenzjal ta’ attività sostenibbli fl-oqsma kulturali u kreattivi permezz tal-esportazzjoni

�� Jgħin il-firxa ġeografika tax-xogħol artistiku u/jew kulturali minn Malta

�� Isostni u jiżviluppa xogħol professjonali

Se tingħata prijorità lil:

�� Preżentazzjonijiet u touring f’festivals u spazji ta’ ċertu importanza

�� Xogħol żviluppat f’kollaborazzjoni jew bħala koproduzzjoni ma’ sħab nazzjonali jew internazzjonali

�� Xogħol li huwa parti minn pjan fit-tul min-naħa tal-applikant għal ‘engagement’ fuq livell internazzjonali

Page 9: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

| 9 Cultural Export Fund Fergħa 2: Presentation & Touring

3. X’se jkopri dan il-fond?Dan il-fond jista’ jkopri sa 80% tal-ispejjeż totali biex jiġi implimentat il-proġett. L-ispejjeż jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

� L-ivvjaġġar (fl-economy class)

� Akkomodazzjoni (standard)

� Tariffi marbuta mal-produzzjoni (kiri tal-ispazju/spazji u tagħmir)

� Assikurazzjoni u Visa

� Freight

Jistgħu jingħataw EUR 2,000 addizzjonali bħala għajnuna u assistenza fil-każ ta’ vvjaġġar ta’ artisti b’diżabbiltà.

Kull applikazzjoni se tiġi evalwata individwalment abbażi tal-kriterji tal-istess skema.

Il-baġit għandu jinkludi wkoll kull dħul li hu assigurat, dak li għadu mhuwiex assigurat, u kwalunkwe dħul ieħor ippjanat mill-proġett ta’ mobbiltà tiegħek. L-ammonti li mhumiex assigurati u li huma mitluba mill-fond għandhom jiġu kwantifikati u allokati bħala ‘Ammont mitlub’ mill-fond. Inti tista’ titlob sa’ 80% tal-ispejjeż marbuta mal-proġett ta’ mobbiltà.

NB: Kull baġit irid jinkludi kemm id-dħul kif ukoll l-ispejjeż.

Jekk jogħġbok ara t-tabella tal-baġit fil-formola ta’ applikazzjoni.

Dokumentazzjoni mal-baġit

Inti mitlub/a tippreżenta kopji ta’ kwalunkwe stima li tista’ tagħti indikazzjoni tal-ispiża stmata mal-baġit tiegħek. Fil-każ li l-istimi ma jkunux jistgħu jiġu pprovduti, inti tista’ tipprovdi l-ispiża stmata abbażi ta’ spejjeż standard għal proġetti ta’ mobbiltà.

Trid tiġi pprovduta dokumentazzjoni wkoll f’każ ta’ sorsi oħra ta’ fondi, u sponsorships (u sponsorships in kind).

Page 10: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

| 10 Cultural Export Fund Fergħa 2: Presentation & Touring

4. X’għandek tippreżenta – Id-dokumenti meħtieġaId-dokumenti msemmija f’punti 1 sa 4 huma kollha obbligatorji u meħtieġa għall-analiżi qabel ma l-applikazzjoni titressaq għall-evalwazzjoni. Jekk ma tippreżentax dawn id- dokumenti, l-applikazzjoni titqies ineliġibbli.

1. Applikazzjoni mimlija, iffirmata u ddatata.

2. Kopja tal-karta tal-identità Maltija tiegħek jew tal-permess ta’ residenza hawn Malta jew taċ-ċertifikat ta’ ċittadinanza Maltija tiegħek jew tal-passaport Malti tiegħek.

3. Ittra ta’ konferma u/jew invit mill-aġenti responsabbli għall-ipprogrammar ta’ festivals u siti għall-arti jew promotur fil-pajjiż ospitanti.

4. CV/profil tal-applikant u l-artisti involuti fil-proġett

Hija r-responsabbiltà tiegħek li tippreżenta d-dokumenti kollha mitluba fl-applikazz-joni u permezz ta’ dan id-dokument qabel l-iskadenza indikata. Ir-rappreżentanti tal- Kunsill Malti għall-Arti mhux se jivverifikaw l-applikazzjoni tiegħek meta tkun qed tippreżentaha.

Applikazzjonijiet li jingħataw wara 12:00 (nofsinhar) tal-iskadenza rispettiva ma jiġux aċċettati.

Id-deċiżjoni dwar il-finanzjament tittieħed abbażi tal-livell tal-informazzjoni mressqa.

Page 11: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

| 11 Cultural Export Fund Fergħa 2: Presentation & Touring

5. EliġibbiltàIl-proġetti mressqa jiġu l-ewwel nett analizzati f’termini ta’ eliġibbiltà mill-evalwaturi. Il-proposti ineliġibbli f’termini tal-punti hawn taħt ma jibqgħux jiġu pproċessati u ma jgħaddux għall-evalwazzjoni.

Eliġibbli

�� Mobbiltà

�� Preżentazzjonijiet ta’ darba

�� Tours

Ix-xogħol propost irid ikun diġà ġie ppreżentat tal-anqas darba.

�� Żmien

Il-mobbiltà artistika trid isseħħ fiż-żmien stipulat.

�� Spejjeż

Spejjeż eliġibbli:

�� L-ivvjaġġar (fl-economy class)

�� Akkomodazzjoni (standard)

�� Tariffi marbuta mal-produzzjoni (kiri tal-ispazju/i u tagħmir)

�� Assikurazzjoni u Visa

�� Freight

Jistgħu jingħataw EUR 2,000 addizzjonali bħala għajnuna u assistenza fil-każ ta’ vvjaġġar ta’ artisti b’diżabbiltà.

Page 12: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

| 12 Cultural Export Fund Fergħa 2: Presentation & Touring

Ineliġibbli

�� Mobbiltà li mhijiex direttament relatata mal-arti

�� Proġetti ta’ mobbiltà ta’ natura self-sustainable

�� Mobbiltà lejn il-gżejjer Maltin

�� Spejjeż ta’ mobbiltà għall- akkumpanjaturi1

�� Mobbiltà fl-arċipelagu Malti

�� Spejjeż tal-mobbiltà li huma diġà koperti minn organizzazzjonijiet kulturali pubbliċi, minn programm ieħor ta’ fondi pubbliċi mmexxi minn jew immexxi mal-Kunsill Malti għall-Arti jew minn aġenzija pubblika oħra, jew minn dipartiment tal-Gvern jew minn Ministeru

�� Spejjeż diġà koperti mill-pjattaforma li qed tospita x-xogħol artistiku

�� Tariffi artistiċi

�� Proġetti li ma jkollhomx il-pjattaforma li se tospita xogħolhom ikkonfermata

�� Preżentazzjonijiet/tours li jkunu diġà seħħew qabel in-notifika tar-riżultati

�� Proġetti ta’ mobbiltà li jkunu diġà bdew

�� Spejjeż retrospettivi, bl-eċċezzjoni tal-biljetti għall-ivvjaġġar u dawk l-ispejjeż li jsiru sabiex tiġi kkonfermata l-parteċipazzjoni fl-attività relatata mal-mobbiltà qabel ma jiġu kkomunikati r-riżultati

�� Applikazzjonijiet li mhumiex kompluti, kif spjegat aktar ’il fuq

NB: F’każ li jsir ħlas minn qabel, dan ma jinfluwenzax u ma jaffettwax il-proċess tal- evalwazzjoni.

Kull applikazzjoni eliġibbli tiġi mbagħad evalwata skont il-kriterji stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida u Regolamenti.

1 F’każ ta’ mobbiltà ta’ individwi taħt is-sittax-il sena u artisti b’diżabbiltà, jistgħu jiġu kkunsidrati l-ispejjeż tal- akkumpanjaturi, skont il-każ.

Page 13: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

| 13 Cultural Export Fund Fergħa 2: Presentation & Touring

6. X’inhuma l-kriterji tal-fond?Kull applikazzjoni eliġibbli tiġi evalwata abbażi tal-kriterji ta’ evalwazzjoni li ġejjin :

�� Il-mertu artistiku tal-proġett

�� L-engagement fuq livell internazzjonali u l-kollaborazzjoni

�� L-immaniġġjar professjonali u finanzjarju tal-proġett ta’ mobbiltà

Dawn li ġejjin huma l-punti marbuta direttament mal-kriterji u li se jintużaw mill- evalwaturi biex jaslu għad-deċiżjoni tagħhom.

Kriterju 1: Mertu artistiku

1. Il-mertu artistiku tal-proposta (ix-xogħol propost irid ikun diġà ġie ppreżentat tal-anqas darba) (10 punti)

2. It-track record artistiku tal-applikant u l-kollaboraturi involuti fil-proġett (kif ippreżentat fis-CVs u fil-materjal kollu li tressaq) (10 punti)

Total: 20 punt

Kriterju 2: L-engagement fuq livell internazzjonali u l-kollaborazzjoni

1. Il-profil tal-avveniment jew tal-ispazju li qed jospita l-proġett flimkien ma’ deskrizzjoni tar-relazzjoni tal-applikant mal-organizzazzjoni li qed tospita x-xogħol (20 punt)

2. Il-livell ta’ kollaborazzjoni artistika u/jew sħubija ma’ sħab nazzjonali u/jew internazzjonali (10 punti)

3. Il-mod kif dan il-proġett jifforma parti mill-programm internazzjonali tal- applikant għal terminu twil ta’ żmien (20 punt)

Total: 50 punt

Page 14: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

| 14 Cultural Export Fund Fergħa 2: Presentation & Touring

Kriterju 3: Immaniġġjar

Il-punti marbuta ma’ dan il-kriterju se jiffukaw fuq l-abbiltà tal-applikant li jwettaq il-proġett propost. L-evalwazzjoni se tiffoka fuq:

1. It-track record li juri l-kompetenza tal-applikant u ta’ dawk kollha involuti fl-immaniġġjar, l-amministrazzjoni u t-twettiq tal-proġett (5 punti)

2. Il-livell ta’ involviment jew impenn tas-sħab identifikati fl-istess proġett u tal-pjattaforma li qed tospita l-istess proġett (10 punti)

3. Evidenza tal-abbiltà tal-applikant li jmexxi l-attività (inkluż l-immaniġġjar finanzjarju) b’mod responsabbli u b’suċċess (10 punti)

4. Il-livell ta’ sorsi oħra ta’ dħul u/jew tal-għajnuna in kind (5 punti)

Total: 30 punt

Page 15: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

| 15 Cultural Export Fund Fergħa 2: Presentation & Touring

7.Il-Proċess ta’ EvalwazzjoniDan il-fond huwa kompetittiv, bi kriterji fissi.

Kif hemm speċifikat aktar ’il fuq, kull kriterju għandu abbinat miegħu numru ta’ marki. Biex proġett jiġi kkunsidrat għall-finanzjament, irid iġib mhux anqas minn marka medja ta’ 60 marka.

Xorta waħda dan jiddependi mil-livell ta’ kompetizzjoni u mid-disponibbiltà tal-fondi. Għalhekk ma jfissirx li jekk ġibt 60 marka jew aktar, awtomatikament se tikkwalifika għall-fondi. Il-Bord ta’ Evalwazzjoni jista’ jiddeċiedi li ma jallokax it-total tal-fondi disponibbli għal dik is-sejħa, fil-każ li l-proġetti ma jilħqux ċertu livell f’termini tal-kriterji tal-fond.

Meta joħorġu r-riżultati, tiġi ppubblikata l-ordni tal-proġetti skont il-marki li jkunu ngħataw. Jiġu ppubblikati biss l-ismijiet tal-applikazzjonijiet magħżula u ffinanzjati, filwaqt li fil-każ ta’ proġetti li ma jintgħażlux għall-fond, jiġi ppubblikat biss in-numru ta’ referenza ta’ dawk l-istess applikazzjonijiet.

Il-Bord ta’ Evalwazzjoni jista’ jitlob kjarifika min-naħa tiegħek matul l-evalwazzjoni; madankollu dan ma jfissirx li l-proġett tiegħek se jingħata l-fondi. Il-korrispondenza tintbagħat biss mill-Amministratur tal-Fondi tal-Kunsill Malti għall-Arti.

Page 16: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

| 16 Cultural Export Fund Fergħa 2: Presentation & Touring

8. X’jiġri wara li tissottometti l-applikazzjoni tiegħek?Il-proposti l-ewwel jiġu analizzati f’termini ta’ eliġibbiltà. Il-proposti li mhumiex eliġibbli f’termini tal-proċedura stabbilita b’dawn il-linji gwida ma jiġux ipproċessati u ma jiġux evalwati.

Wara li tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek lill-Kunsill Malti għall-Arti, isir proċess ta’ evalwazzjoni minn Bord imwaqqaf apposta li jevalwa l-proposta tiegħek. Fid-data indikata hawn fuq, tirċievi t-tweġiba min-naħa tal-Bord tal-Evalwazzjoni.

Mal-ittra jkun hemm il-formola tal-evalwazzjoni li fiha jiġi spjegat għaliex il-Bord ħa dik id-deċiżjoni partikolari, skont il-kriterji tal-Fond.

F’każ ta’ diffikultajiet dwar ir-riżultat tiegħek, iktbilna fuq [email protected] fi żmien ħamest (5) ijiem minn meta tirċievi r-riżultat.

Page 17: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

| 17 Cultural Export Fund Fergħa 2: Presentation & Touring

9. Komunikazzjoni tar-riżultatiIr-riżultati ta’ kull sejħa (jekk il-proġett hux se jingħata l-fondi, jekk il-proġett mhuwiex se jingħata fondi, jekk huwiex ineliġibbli) joħorġu fid-dati indikati fil-linji gwida. Ma tingħata l-ebda informazzjoni dwar il-proċess ta’ evalwazzjoni qabel ma joħroġ ir-riżultat uffiċjali finali. Kull forma ta’ solleċitazzjoni awtomatikament tiskwalifika l-applikazzjoni tiegħek.

L-informazzjoni kollha li tasal għand l-Amministrazzjoni tal-Fond, il-Manager tal-Fond u l-evalwaturi se tiġi kkunsidrata bħala informazzjoni kunfidenzjali, kemm matul u kemm wara l-proċess ta’ evalwazzjoni. Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-kunfidenzjalità fil-każ ta’ proġetti li jingħataw il-fondi se tiġi inkluża fil-kuntratt li jingħata mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Page 18: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

| 18 Cultural Export Fund Fergħa 2: Presentation & Touring

10. Proċedura ta’ lmentJekk tressaq ilment, dan mhux se jaffettwa l-possibbiltà li tirċievi għajnuna mill-fond fil-futur. L-ilmenti kollha se jiġu trattati b’mod kunfidenzjali.

Bażi għall-ilmenti

Inti tista’ tilmenta rigward:

Anomaliji u irregolaritajiet proċedurali matul il-proċess ta’ sottomissjoni u evalwazzjoni f’termini tal-proċeduri stipulati f’dawn il-linji gwida u regolamenti.

Ma jistgħux isiru lmenti dwar:

• Il-policies u l-proċeduri tal-Kunsill għall-Arti jew tal-Gvern;

• Il-merti tal-applikazzjoni f’termini tal-kriterji stipulati f’dawn il-linji gwida u regolamenti. L-ilmenti jistgħu jsiru biss mill-applikant innifsu/innifisha.

Kif tressaq ilment

L-ewwel fażi:

L-ilmenti għandhom isiru bil-miktub u b’mod ċar kemm jista’ jkun. L-ilment irid jiddikjara l-bażi tal-ilment u r-raġunijiet li wasslu għalih, filwaqt li jipprovdi spjegazzjoni ddettaljata b’dokumentazzjoni u testimonjanzi rilevanti dwar ir-raġuni għaliex dak/dik li jkun/tkun qed iressaq/tressaq l-ilment iqis/tqis li seħħew irregolaritajiet fil-proċedura/i stipulata/i f’dawn il-linji gwida u regolamenti jew fir-regoli u r-regolamenti standard ta’ governanza tajba li jiggvernaw is-settur pubbliku. Id-deċiżjoni fl-aħħar tal-proċess tal-ilment hija finali.

L-ilmenti għandhom jintbagħtu lid-Direttur Strateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti. Għandek tagħmel dan fi żmien ħamest (5) ijiem mill-ġurnata li fiha jintbagħatlek ir-riżultat. Normalment inti tirċievi tweġiba għall-ilment tiegħek fi żmien għaxart (10) ijiem mingħand id-Direttur Strateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti.

F’każ illi t-tweġiba ma tkunx waħda sodisfaċenti, il-Kunsill Malti għall-Arti jsejjaħ Bord u l-ilment tiegħek jerġa’ jiġi diskuss.

Meta tkun qed tuża l-proċedura ta’ lment tagħna, qed taċċetta li nistgħu nużaw l-informazzjoni għall-iskop ta’ dan l-ilment.

Id-deċiżjoni ta’ dan il-Bord hija waħda finali.

Page 19: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

| 19 Cultural Export Fund Fergħa 2: Presentation & Touring

It-tieni fażi:

Jekk il-kwistjoni ma tiġix solvuta fl-ewwel stadju, tista’ tirreferi l-ilment tiegħek lill- Ombudsman.

L-Ombudsman j/tipprovdi servizz indipendenti u imparzjali bejn il-Gvern u l-istituzzjonijiet u l-pubbliku. Hu jew hi għandu/ha s-setgħa li j/tiddeċiedi jekk j/tinvestigax l-ilment jew le.

Jekk l-Ombudsman j/tinvestiga l-ilment tiegħek u jsib/ssib li dan huwa ġustifikat, hu jew hi se j/tirrakkomanda modi kif il-Kunsill Malti għall-Arti jista’ jindirizza din il-kwistjoni u kif jevita sitwazzjonijiet simili fil-futur.

L-Ombudsman j/taħdem skont il-linji gwida u l-proċeduri tiegħu jew tagħha, u aħna nissuġġerixxu li tkun familjari magħhom. Tista’ ssibhom fuq www.ombudsman.org.mt.

L-Ombudsman ma jistax ibiddel deċiżjonijiet li jittieħdu mill-fond jew ibiddel ir-responsabbiltajiet legali tagħna jew il-policies dwar kif jingħataw il-fondi.

Page 20: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

| 20 Cultural Export Fund Fergħa 2: Presentation & Touring

11. Implimentazzjoni u monitoraġġ tal-proġettJekk l-applikazzjoni tiegħek tiġi approvata u tiġi allokat il-fondi, inti se tintalab li tiġi l-Kunsill Malti għall-Arti biex tiffirma l-kuntratt li jispeċifika l-kundizzjonijiet tal-għajnuna. Meta taċċetta l-fondi, inti qed taċċetta li l-isem fuq l-applikazzjoni, it-titlu tal-proġett u deskrizzjoni żgħira tal-proġett flimkien mal-ammont mogħti jistgħu jiġu ppubblikati mill-Kunsill Malti għall-Arti.

70% tal-ammont allokat lilek mill-fond jiġi pproċessat wara l-iffirmar tal-kuntratt. L-aħħar 30% jingħatawlek wara li r-rapport tiegħek jiġi approvat mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Il-logo tal-fond irid jintuża f’kull materjal relatat mal-proġett u, f’kull promozzjoni tal-proġett, għandu jiġi speċifikat li l-proġett ġie megħjun mill-Fond.

Inti għandek tuża l-għajnuna biss għar-raġunijiet li ngħatatlek, skont il-proposta li ressaqt u skont il-kuntratt. F’każ ta’ bidla fil-proġett propost tiegħek, għandek tavża lill-Kunsill Malti għall-Arti immedjatament u tistenna l-approvazzjoni qabel ma timplimenta l-bidla. Il-Kunsill Malti għall-Arti jista’ jibdel jew jirtira l-għotja mogħtija f’każ ta’ tibdil fil-proġett li ma jiġix approvat minn qabel jew li ma jitqiesx konformi mal-proposta inizjali kif iġġudikata mill-Bord ta’ Evalwazzjoni.

Il-Kunsill Malti għall-Arti jirriżerva d-dritt li jibgħat rappreżentanti tiegħu kull ħin biex jagħmlu monitoraġġ tal-proġett tiegħek waqt li jkun qed iseħħ u wara li jkun seħħ.

Il-Kunsill Malti għall-Arti jirriżerva wkoll id-dritt li jirrevedi l-ħlas finali jekk in-nefqa totali tkun inqas minn dik stmata fil-formola tal-applikazzjoni.

Page 21: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

| 21 Cultural Export Fund Fergħa 2: Presentation & Touring

12. RapportMalli jispiċċa l-proġett, inti għandek tibgħat rapport iddettaljat (inkluż kopji tal-biljetti tal-embarkazzjoni u fatturi kif ukoll ritratti u materjal awdjoviżiv, fejn applikabbli) li juri x-xogħol li twettaq u kif żviluppa l-proġett, sa mhux aktar tard minn sitt (6) ġimgħat wara li jintemm il-proġett tiegħek. Għandek tippreżenta wkoll kopji ta’ materjal pubbliċitarju, marketing u kull forma oħra ta’ dokumentazzjoni marbuta mal-proġett.

Huwa importanti li tippreżenta wkoll il-baġit finali flimkien mal-irċevuti kollha.

Il-Kunsill Malti għall-Arti jirriżerva d-dritt li juża l-materjal relatat mal-proġett.

L-informazzjoni mogħtija tiġi evalwata mill-Uffiċjali tal-Kunsill Malti għall-Arti u, jekk titqies sodisfaċenti, jingħatawlek l-aħħar 30% tal-ammont allokat lilek mill-Fond.

Il-Kunsill Malti għall-Arti jirriżerva d-dritt li jirrevedi l-ammont allokat f’każ li n-nefqa totali tkun inqas minn dik stmata jew jekk il-proġett ma jsirx skont kif indikat fl-applikazzjoni mressqa.

Il-Kunsill Malti għall-Arti jirriżerva d-dritt li jieħu lura l-fondi f’każ li dawn mhux qed jintużaw u/jew qed jintużaw ħażin u/jew mhux skont il-baġit imressaq mal-applikazzjoni.

Page 22: CEF Presention & Touring Guidelines MLT

| 22 Cultural Export Fund Fergħa 2: Presentation & Touring

Kuntatt :Manager tal-Fond (interim): Elaine Falzon

Amministratriċi tal-Fond: Annalise Buttigieg

Għal iktar informazzjoni, tista’ tkellimna fuq 2339 7000

jew [email protected].