Ħarsa lejn l-istorja tal-Ispettorat tas-Sahha f’Malta · Gżejjer Maltin, inħass il regolatorju...
Transcript of Ħarsa lejn l-istorja tal-Ispettorat tas-Sahha f’Malta · Gżejjer Maltin, inħass il regolatorju...
Settembru 2013
Direttorat għas-Saħħa Ambjentali
Ħarġa Nru. 5 DEH | L-Ispettorat tas-Saħħa 1
Ħarsa lejn
l-istorja tal-Ispettorat
tas-Sahha f’Malta
Il-pożizzjoni strategika ġewwa l-
Mediterran tal-gżejjer Maltin kienet dejjem
ir-raġuni għaliex ċiviltajit differenti
ddominaw fuq il-gżejjer tagħna magħtul is-
snin. Imma għalkemm il-maltin għaddew
minn żminijiet ta’ kalma kif ukoll turbolenti
taħt imperi differenti, il-bżonn li tiġi
mħarsa s-saħħa pubblika kienet dejjem
prijorita` għal ħakkiema tal-gżejjer Maltin.
L-ewwel evidenzi dokumentati Waħda mill-ewwel evidenzi dokumentati
fuq it-twaqqif ta’ organizzazzjoni bil-għan li
tiġi ssalvagwardjata s-Saħħa Pubblika
f’Malta nsibuwha fil-ktieb ta’ Andrew P.
Vella ‘Storja ta’ Malta’ (1993), fejn hemm
indikazzjoni li fi żmien tal-ħakma tal-
Aragoniżi (ċirka 1283-1438), uffiċċjali tas-
saħħa pubblika jew ‘kattapani’ kienu
jiffurmaw parti
mill-amministrazzjoni tal-gżejjer Maltin.
Dawn kienu responsabbli mill-kwalita` tal-
ikel u l-prezzijiet tal-laħam, prodotti tal-
ħalib, inbid, eċċ.
Fil-ktieb ta’ Charles Savona Ventura
ippubblikat fl-1997, li jġib l-isem “Outlines
of Maltese Medical History” hemm
indikazzjoni li fl-1458 vapuri li kienu jkunu
suspettati li qed iġorru passiġġieri nfettati
bil-marda tal-pesta, kienu jinżammu
f’kwarantina `l bogħod minn vapuri oħra
f’Marsamxett. Kienu jeżistu pieni ħarxa
kontra dawk il-persuni li kienu jinqabdu
jittraffikaw oġġeti minn vapuri li kienu
jkunu miżmuma f’kwarantina.
Iż-Żminijiet tal-Kavallieri Sa min snin bikrin wara l-wasla tal-
Kavallieri tal-Ordni ta’ San Gwann fil-
Gżejjer Maltin, inħass il-bżonn ta’ korp
regolatorju viex jinforza regoli sanitarji. Il-
kavallieri applikaw għa lMalta il-kodiċi ta’
liġijiet tas-saħħa li kienu mplimentaw
huma stess f’Rodi.
Settembru 2013
Direttorat għas-Saħħa Ambjentali
Ħarġa Nru. 5 DEH | L-Ispettorat tas-Saħħa 2
li kien
Ġiet imwaqqfa kummissjoni għas-saħħa
sabiex jintaqqas ir-riskju li mard jinxtered
minn fuq il-vapuri. L-entita` ta’ nfurzar il-
‘Magistri Sanitatis’ ġiet imwaqqfa fl-1538.
L-arma antika li kienet tintuża mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, fejn hemm indikazzjoni tal-għeruq ta’ dan id-
Dipartment – ‘Magistri Sanitatis 1538’
Interess fl-indafa tat-toroq f’Malta imur lura
sas-sittax-il seklu. L-istorja turina li fl-1586,
xi ħadd li kien jinqabad jarmi żibel fit-toroq
ta’ Valletta, l-Isla, u l-Birgu kien ikollhom
iħallsu multa.
Żmien l-Ingliżi Lejn l-aħħar tas-seklu dsatax, meta l-Ingliżi
kienu jikkmandaw dawn il-gżejjer, ġie
ffurmat id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.
F’dak iż-żmien uffiċċjal sanitarju tal-armata
kien appuntat membru tal-kummissjoni
sanitarja ċivili, li kienet tiltaqa spiss sabiex
jiġu diskussi kwistjonijiet dwar il-ġid
sanitarju tal-gżejjer Maltin.
Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ta’ dak
iż-żmien kellu rwol attiv fl-eżaminazzjoni
ta’ mogħoż li kienu jġorru l-mikrobu li kien
kien jikkawża il-‘Malta Fever’ (Bruella
melitensis). F’dak iż-żmien, id-Dipartiment
tas-Saħħa Pubblika ma kellux ir-riżorsi biex
jispezzjona il-mogħoż kollha, għalhekk l-
ispezzjonijiet kienu restritti f’lokalitajiet fejn
kienet tfaċċat il-marda. Kien ukoll propost li
l-mogħoż ikunu esklużi mill-Valletta u bliet
oħra, imma din il-proposta ma ġietx
infurzata peress li kien hawn ftit baqar u n-
nies kienu jiddependu mill-mogħoż għall-
ħalib.
Fl-istess bini li sal-1998 kien jospita l-
uffiċċju prinċipali tad-Dipartiment tas-
Saħħa Pubblika, Palazzo Castellania ġo Triq
il-Merkanti, il-Belt Valletta, It-Tabib Sir
Temi Żammit għamel ir-riċerka ta’ kif tiġi
trasmessa l-marda tal-Bruċellosi. Il-kamra li
kienet isservi bħala laboratorju għadha
teżisti, imma mhix aċċessibli għall-
pubbliku.
Plakka memorabbli li tinsab fl-entratura ta’ palazzo Castellania, il-Belt Valletta
(ritratt korteżija tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali – 2013)
Settembru 2013
Direttorat għas-Saħħa Ambjentali
Ħarġa Nru. 5 DEH | L-Ispettorat tas-Saħħa 3
F’Awwissu tal-1907, it-Taqsima Sanitarja tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika f’Malta kienet ġiet maqsuma f’distretti.
Il-laboratorju fejn It-Tabib Temi Żammit għamel ir-riċerka fuq il-Bruċellosi ġewwa Palazzo Castellania, il-Belt Valletta (Ritratt korteżija tad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali 2013)
Malta kienet maqsuma fi tliet distretti,
b’uffiċċjal mediku fil-kariga ta’ kap f’kull
distrett. Kull distrett kien maqsum fi tliet
sezzjonijiet. Kapijiet ta’ dawn is-sezzjonijiet
kienu Spetturi Sanitarji fl-Ewwwel Grad,
b’numru ta’ Spetturi Sanitarji fit-Tieni u t-
Tielet Grad taħt il-kariga tiegħu. Dawn il-
persuni kienu maqsumin f’sezzjonijiet
skond il-bżonn tal-lokalita`. Spetturi
Sanitarji tal-Ewwel Grad kienu jiġu
mħarrġin fl-Ingilterra. Ix-xogħolijiet ta’
Spettur Sanitarju fl-Ewwel Grad kienu
jikkonsistu fi spezzjonijiet ta’ bini ġdid,
xogħolijiet tad-drenaġġ, l-isolazzjoni u
disinfettar ta’ persuni u postijiet infetati,
teħid ta’ kampjuni ta’ ikel u xorb għall-
analiżi, spezzjonar ġo ħwienet tal-ikel u
postijiet li jippreparaw ikel u xorb, stallel,
postijiet ta’ divertiment u skejjel privati.
Nhar il-Ħamis 27 ta’ Ġunju 1912, il-gazzetta
‘Daily Malta Chronicle’ irrapurtat li diversi
persuni kienu ġew imressqa quddiem it-
Taqsima Sanitarja tad-Dipartiment tas-
Saħħa Pubblika, fuq diversi ksur ta’
regolamenti li kienu jvarjaw minn żewġ
persuni li kienu mressqa għaliex biegħu
nbid li kellu fih miżjud kulur għal persuni
oħra li kienu mmultati 10 liri ngliżi kull
wieħed talli biegħu żejt tal-qoton mingħajr
tikketta xierqa.
Tibdil fin-nomenklatura Permezz tal-Kapitlu 153 – Att li jbiddel l-Isem tal-ispetturi Sanitarji tat-12 ta’ Diċembru 1957, l-isem ġie mibdul minn Spettur Sanitarju għall-Spettur tas-Saħħa. Dan l-isem baqa jintuża sal-2003, meta kien reġa ġie mibdul għall-Spettur tas-Saħħa Ambjentali. L-isem ‘Dipartiment tas-Saħħa Pubblika’ inbidel ukoll riċentament għall- ‘Direttorat għas-Saħħa Ambjentali’.
Spetturi Sanitarji msemmija fl-istorja F’Jannar 1799, Mattew Pulis, Spettur Sanitarju kien maqtul mill-Franċiżi għaliex permezz tad-‘dritt tad-dħul’ kien jgħaddi nformazzjoni bejn il-Maltin ġewwa u barra l-ħitan tal-Valletta. Il-kittieb Malti Ninu Cremona kien maħtur Spettur Sanitarju fl-1904 wara li attenda kors fl-‘Ashton School of Hygiene’ fl-Universita ta’ Liverpool. Żmien ilu lir-rwol ta’ Spettur Sanitarju kien fil-passat jimtela biss minn irġiel. Fil-fatt, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ra l-ewwel Spettur Sanitarju ta’ sess femminili fl-1979.
Settembru 2013
Direttorat għas-Saħħa Ambjentali
Ħarġa Nru. 5 DEH | L-Ispettorat tas-Saħħa 4
Parti mill-gazzeta ‘The Times of Malta’ tas-27 ta’ Ġunju 2012.
Grupp ta’ Spetturi Sanitarji ma’ Dr. Pawlu Boffa Ministru tas-Saħħa u Servizzi Soċjali (1953) (Ritratt korteżija ta’ Dr. John Seychell Navarro)
Mix-xellug għal-lemin: Is-Sur John Perici Calascione, is-Sur Joseph
Scicluna, is-Sur John Attrad Kingswell, is-Sur Paul Attard,
is-Sur Joseph Cilia
(Ritratt korteżija tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali)
Kapijiet tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika matul is-snin Illum il-ġurnata, il-kap tad-Direttorat huwa id-Direttur tas-Saħħa Ambjentali, kariga li ilha okkupata biss ftit taż-żmien. Qabel din il-kariga ma kienetx teżisti, iżda min flok kien hemm numru ta’ tobba mediċi li kienu jservu bħala Diretturi tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Il-kapijiet tal-ispetturi tas-Saħħa kienu numru ta’ ‘Chief Health Inspectors’ – isem li maż-żmien inbidel għall-‘Manager Health Inspector’. Fil-lista li ssegwi jissemmew numru ta’ persuni li kellhom il-kariga ta’ ‘Chief/Manager Healh Inspectors’. Din il-lista nbniet minn riċerka interna. Is-Sur Paul Calleja – ‘Chief Health Inspector’ (1948-1958) Is-Sur Lawrence Vassallo (isem li jissemma fis-Suppliment tal-‘London Gazette’ tal-1 ta’ Jannar, 1944 - http://www.london-gazette.co.uk/issues/36309/supplements/32/page.pdf) (1958-1960) Is-Sur Anton Grech Scerri – ‘Chief Health Inspector’ (1960-1964) Is-Sur John Satariano – ‘Chief Health Inspector’ (1964-1970) Is-Sur Albino Cardona – ‘Chief Health Inspector’ (1970-1973) Is-Sur Joseph Caruana Scicluna – ‘Chief Health Inspector’ (1973-1978) Is-Sur Joseph Scicluna – ‘Chief Health Inspector’ (1978-1980) Is-Sur John Perici Calascione - ‘Chief Health Inspector’ (1980-1991) Is-Sur Joseph Naudi – ‘Chief Health Inspector’ (1991-1991) Is-Sur John F. Grech – ‘Chief Health Inspector’ (1991-1992) Is-Sur Paul Attard – ‘Chief Health Inspector’ (1992-1994) (l-isem ‘Chief Health Inspector’ inbidel għall- ‘Manager Health Inspector’ matul dawn is-snin) Is-Sur Joseph Cilia – ‘Manager Health Inspector’ (1994-1999) Is-Sur John Attard Kingswell – ‘Manager Health Inspector’ (1999-sa’ llum)
Mill-1993, il-Ministeru responsabbli ħass il-ħtieġa li tinħatar persuna fil-grad ta’ Direttur tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Għal diversi snin, din il-kariga
Settembru 2013
Direttorat għas-Saħħa Ambjentali
Ħarġa Nru. 5 DEH | L-Ispettorat tas-Saħħa 5
kienet okkupata minn tobba mediċi, imma fl-aħħar sitt snin il-kariga ta’ Direttur ġiet okkupata minn Spettur tas-Saħħa Ambjentali. Il-lista tad-Diretturi s’issa tidher hawn taħt: Dr. Andrew Joseph Amato Gauci (1993-1996) Dr. Dennis Falzon (1996-1997) Dr. Malcolm P. Micallef (1997-2007) Mr. John Attard Kingswell (2007-s’issa)
Illum Illum, in-numru ta’ Spetturi tas-Saħħa Ambjentali impjegati mad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali jammonta għal 85. Il-gradi jvarjaw minn l-ewwel post ta’ Spettur tas-Saħħa Ambjentali Każwali għal-gradi suċċessivi sal-għola grad ta’ Spettur (Prinċipali Anzjan) tas-Saħħa Ambjentali. Il-kap tad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali huwa d-Direttur għas-Saħħa Ambjentali, li kien beda l-karriera tiegħu bħala Spettur tas-Saħħa. L-isem ‘Spettur tas-Saħħa Ambjentali’ qiegħed bħalissa fil-fażi li jerġa jinbidel għal ‘Prattikant’. Illum, l-istruttura tal-iSpettorat tas-Saħħa, bid-differenza għal ftit taż-żmien ilu fejn kien hemm Spettur Sanitarju ġo uffiċċju tas-Sanita` fi kważi kull belt u villaġġ, insibu numru limitat ta’ uffiċini. Fil-fatt mill-2004, in-numru ta’ uffiċċji tas-Sanita` tnaqqas drastikament, imma l-popolazzjoni għadha tista tintlaħaq kollha minn seba’ uffiċċji prinċipali u numru ta’ uffiċini oħra sepċjaliżżati.
Sorsi Biography - Dr. Andrew Joseph Amato Gauci - http://www.ecdc.europa.eu/en/ESCAIDE/Documents/ESCAIDE2010_A_Amato_biography.pdf Health Inspectorate history – Historical background - https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/public_health/environmental-health/health_inspectorate/health_inspectorate_history.aspx Royal Army Medical Corps Malta Garrison 1904 – Sanitary Inspectors - http://maltaramc.com/regsurg/rs1900_1909/rmo1904.html Royal Army Medical Corps Officers of The Malta Garrison 1907 – Eredicating Infected Goats http://maltaramc.com/ramcoff/1900_1909/ramcoff1907.html Standard protocols for investigating major communicable diseases in Malta – Mr. Paul Spiteri, 2002 The Times of Malta – 27th June 2012 – A century ago, Daily Malta Chronicle: Thursday, June 27, 1912 Wikipedia, the free encyclopedia - Ninu Cremona - - http://en.wikipedia.org/wiki/Ninu_Cremona
Ringrazzjamenti Mr. Mario Camilleri – SPEHO Environmental Health Directorate Mr. Clifford Cauchi – PEHO Environmental Health Directorate Mr. Joe Vella – ex Health Inspector Mr. Nicholas Farrugia – ex Principal Health Inspector Mr. Tommy Micallef – ex Principal Health Inspector
Tim Editorjali
Awtriċi
D. Rota
Edituri
D. Rota
S. Sammut
Kontributuri
Health Inspectorate Services
Disinn
P. Grech
Indirizz
The Environmental Health Directorate
Continental Business Centre,
Old Railway Track,
Santa Venera SVR9018,
Malta
Phone +356 21 337 333
Fax +356 21 344 767
Link
Web www.ehealth.gov.mt
Ilmenti [email protected]
Dikjarazzjoni
L-informazzjoni provduta f’dan ir-rapport
ġiet miġbura minn ħaddiema
tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali. Il-
figuri użati f’dan ir-rapport huma
pprovduti bħala informazzjoni
biss u huma suġġetti għal reviżjoni. L-
awtur u d-Direttorat għas-
Saħħa Ambjentali m’humiex
responsabbli għal xi żbalji jew
omissjonijiet li jista jkun hemm f’dan
ir-rapport