Ambjent Naturali u Ambjent Socjali

10
IR-RABTA BEJN L-AMBJENT NATURALI U L-AMBJENT SOĊJALI. Kulleġġ Santa Klara, Skola Primarja ta’ Tas-Sliema. Il-Ħames Sena. Mr. O. Camilleri

description

Social Studies Year 5 Primary

Transcript of Ambjent Naturali u Ambjent Socjali

Page 1: Ambjent Naturali u Ambjent Socjali

IR-RABTA BEJN L-AMBJENT NATURALI U L-AMBJENT SOĊJALI.

Kulleġġ Santa Klara, Skola Primarja ta’ Tas-Sliema.

Il-Ħames Sena. Mr. O. Camilleri

Page 2: Ambjent Naturali u Ambjent Socjali

X’nifhmu meta ngħidu l-kelma ‘ambjent’?

L-ambjent jinqasam fi tnejn:

L-ambjent Naturali

L-ambjent Soċjali

Dak kollu li hawn madwarna.

Kulma hawn madwarna fid-dinja u fl-univers.

Dan jirreferi għall-gruppi li aħna membri tagħhom fil-ħajja ta’ kuljum tagħna.

Dan huwa magħmul mir-relazzjonijiet u l-imġiba tagħna mal-membri f’dawn il-gruppi.

Page 3: Ambjent Naturali u Ambjent Socjali

F’liema gruppi jkunu tfal tal-eta’ tagħna?F’liema gruppi jkunu tfal tal-eta’ tagħna?

D _ _ SK_ _ _ D _ T _ R _ _ _ P _ _ R G _ _ _ Pa r tu i n a ee r o uo l a

Kif nistgħu nuru imġiba tajba f’dawn il-Kif nistgħu nuru imġiba tajba f’dawn il-postijiet?postijiet?

Fl-iskola?

Fid-dar? Fid-duttrina? Fil-peer group?

X’inhuma d-dmirijiet tagħna f’dawn il-postijiet?

Għaliex taħseb li jekk nuru imġiba tajba f’dawn il-postijiet iservina tajjeb għall-futur tagħna?

Page 4: Ambjent Naturali u Ambjent Socjali

Hawnhekk għandna nkunu konxji li s-soċjeta’ hija Hawnhekk għandna nkunu konxji li s-soċjeta’ hija magħmula minn individwi li kollha qegħdin f’xi grupp magħmula minn individwi li kollha qegħdin f’xi grupp jew ieħor. Jekk kulħadd jagħmel il-parti tiegħu jew ieħor. Jekk kulħadd jagħmel il-parti tiegħu għandna ngħixu f’ambjent soċjali aħjar. Dan, għandna ngħixu f’ambjent soċjali aħjar. Dan, b’edukazzjoni tajba, għandu jsarraf f’ambjent b’edukazzjoni tajba, għandu jsarraf f’ambjent naturali aħjar. Għandna nkunu kburin b’dak kollu li naturali aħjar. Għandna nkunu kburin b’dak kollu li għandna madwarna u naħdmu flimkien biex għandna madwarna u naħdmu flimkien biex insebbħuh u ntejbuh!insebbħuh u ntejbuh!

Fis-soċjeta’ tagħna nsibu nies li:

Jgħinuna nibżgħu għall-ambjent ta’ madwarna.Jgħinuna nevitaw il-perikli.

Min jiġik f’moħħok li qed jagħmel dan ix-xogħol?

Page 5: Ambjent Naturali u Ambjent Socjali

Il-Persuni li jgħixu fid-dar tagħna.

Il-Qassisin.

L-ewwel edukazzjoni noħduha mill-familja. Dawk li jieħdu ħsiebna għandhom jgħinuna billi jrawmuna b’karattru li bih inkunu nafu negħlbu l-perikli li nistgħu niltaqgħu magħhom. Aħna min-naħa tagħna rridu nobduhom u nirrispettawhom!

Jaraw li l-membri ta’ diversi reliġjonijiet jgħixu r-reliġjon tagħhom u jgħinuhom fl-ispiritwalita’ tagħhom.

Għandhom irwol importanti fil-ħajja tagħna l-Maltin għax jifformaw il-karattru tagħna permezz tat-tagħlim fuq Ġesu’.

Hawn nies differenti li jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom. Aħna għandna nirrispettawhom ukoll għalkemm ikunu differneti minna.

Page 6: Ambjent Naturali u Ambjent Socjali

Il-Pulizija

Jipproteġu liċ-ċittadini billi jaraw li l-liġijiet qed jiġu mħarsa u obduti.

Huma jżommu l-ordni u l-paċi fil-pajjiż.

Għandna narawhom bħala l-ħbieb tagħna li jgħinuna u mhux xi ħadd li nibżgħu minnu.

Il-Gwardjani Lokali

(Wardens)

Jgħinu lill-pulizija billi jżommu aktar ordni fil-pajjiż fosthom fit-traffiku u fl-ambjent.

Page 7: Ambjent Naturali u Ambjent Socjali

It-tobba.

L-għalliema.

Huma jgħinu lis-soċjeta’ billi jfejqu lill-pazjenti u jwaqqfu l-mard milli jkompli jinxtered.

Fl-isptar ikollhom l-għajnuna tal-infermiera wkoll.

Jedukaw lit-tfal tal-komunita’. Dan sabiex il-quddiem ikollhom valuri sodi. B’hekk is-soċjeta’ tibqa’ dejjem b’saħħitha.

L-iskola hija t-tieni d-dar tagħna u għalhekk għandna nisimgħu minn dak li jgħidulna l-għalliema għax huma jixtiqulna l-ġid.

Page 8: Ambjent Naturali u Ambjent Socjali

Qabbel l-istampa mas-servizz li qegħdin jagħtu lis-soċjeta’

Kunsill Lokali

Kenniesa

Tal-ġbir tal-iskart

Tat-tifi tan-nar

Pustiera

Aħna grupp ta’ nies immexxija mis-sindku li nieħdu ħsieb l-ambjent tar-raħal jew belt tagħna.

Aħna nqassmu l-ittri fid-djar tan-nies.

Aħna niġbru l-affarijiet li ċ-ċittadini jarmu sabiex ma jkunx hawn ħmieġ u b’hekk jitnaqqas il-mard.

Ix-xogħol tagħna huwa li nitfu n-nar li jista’ jaqbad fejn mhux suppost bħal djar, hotels u postijiet pubbliċi oħra.

Aħna nieħdu ħsieb li nħallu l-ambjent naturali nadif billi nnaddfu t-toroq ta’ kuljum.

Page 9: Ambjent Naturali u Ambjent Socjali

Biex inżommu aktar ordni u nkunu protetti, fit-toroq insibu diversi sinjali tat-traffiku. Dawn huma importanti kemm għas-sewwieqa kif ukoll għal min ikun għaddej bil-mixi. Iddiskuti ma’ sħabek dwar qatt rajtx dawn is-sinjali u tistgħu tgħinu lil xulxin biex issibu t-tifsira tagħhom.

Page 10: Ambjent Naturali u Ambjent Socjali

Kull xogħol, kull imġiba – kemm individwali kif ukoll fi grupp, hija bżonjuża u meħtieġa għas-soċjeta’ tagħna. B’ambjent soċjali b’saħħtu bejnietna, aħna kapaċi nagħmlu l-ambjent naturali li ngħixu fih aħjar.

Huwa importanti li l-ambjent li ngħixu fih ma jkunx perikoluż. Dan sabiex iċ-ċittadini kollha jgħixu, jaħdmu u jqattgħu l-ħin liberu tagħhom bl-aħjar mod possibli. Biex ngħixu aħjar irid ikun hemm:

SAĦĦA PERSONALI (indafa personali, fid-djar, fit-toroq, fix-xogħol, f’postijiet pubbliċi)

SAĦĦA MENTALI (protetti, ngħixu fil-paċi u bla biża’, nuqqas ta’ ħsejjes esaġerati)

L-Unjoni Ewropeja għandha programmi sħaħ biex tiżgura li l-pajjiżi membri kollha jkollhom ambjent nadif u biex igawdu minnu ċ-ċittadini kollha.

BL-IMĠIBA TA’ KULL WIEĦED U WAĦDA MINNA NISTGĦU INTEJBU L-AMBJENT SOĊJALI KIF UKOLL L-AMBJENT NATURALI

TAGĦNA U NGĦIXU AĦJAR!