10,500 student f'700 kors fl-Universita' - Futur fis-Sod

8
Il-Ġimgħa, 15 ta’ Frar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 1,030 student Għawdxi qed jattendu l-Università ta’ Malta L-opportunitajiet tat-tagħlim u t-taħriġ illum il-ġurnata nfirxu u twessgħu Scicluna, sieħeb Muscat, hu xettiku ħafna dwar is-sistema tal-istipendji ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN 10,500 student f’700 kors fl-Università ta’ Malta Malta għandha waħda mill-eqdem universitajiet fid-dinja u llum kibret għal 10,500 student li qed jattendu 703 korsijiet L-Università ta’ Malta tgawdi minn storja kbira ta’ suċċess. Mhux b’kumbinazzjoni, iżda għaliex matul is-snin sar fiha investiment qawwi mill- Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista. Matul din il-leġiżlatura komplew jiżdiedu l-istudenti fl-Università ta’ Malta li żiedet ukoll għal 703 korsijiet li torganizza fuq livell kemm full- time, kif ukoll part-time. Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fetaħ il-bibien tal-Università ta’ Malta għal dawk l-istudenti kollha li xtaqu jkomplu jistudjaw u jinvestu fil-ħiliet tagħhom. F’dawn il-ħames snin ta’ din il-leġiżlatura ggradwaw b’kollox aktar minn 20,000 student. Dawn sabu impjiegi fost l-20,000 impjieg ġdid li l-Gvern ħoloq fl-ekonomija Maltija. Dan hu f’kuntrast kbir ma’ kif il-MLP kien isabbat il-bibien tal-Università ma’ wiċċ l-istudenti li ħteġilhom ikollhom il-parrinu biex jittantaw jidħlu fl-Università ta’ ftit korsijiet. Kuntrast kif ma’ dak li esperjenzajna f’dawn il-ħames snin – f’Malta l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jgħin lill-istudenti biex ikomplu javvanzaw u jistudjaw, u barra minn Malta ż-żgħażagħ jiffaċċjaw problemi kbar minħabba li ma kellhomx il- finanzi fis-sod. Bi Gvern Nazzjonalista matul il-ħames snin li ġejjin din l-istorja ta’ suċċess tkompli u l-popolazzjoni tal-Università, li llum taqbeż l-10,500 student, tkompli tiżdied b’sodisfazzjon kbir għal kulħadd. L-investiment fl-Università ta’ Malta kiber minn sena għal sena tul din il-leġiżlatura u minn €30 miljun fl-2008 żdied għal €50.6 miljun fl-2012. Dawn huma flus ivvutati direttament fiż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin li jridu jkomplu jistudjaw u jimxu ‘l quddiem biex hekk jippreparaw lilhom infushom ħalli jagħmlu karriera ta’ suċċess. Il-Gvern hu determinat li jkompli jinvesti fl-Università ta’ Malta u għalhekk imbarka fuq proġett ta’ tkabbir bl-iskop li l-istudenti Maltin u Għawdxin ikollhom Fl-Università ta’ Malta: Investiment ta’ €50.6 miljun aktar fejn jimirħu filwaqt li l-Università ta’ Malta jkollha fejn tkompli żżid is-servizzi li toffri. Illum kulħadd jieħu gost li anki l-istudenti Għawdxin, minkejja ċertu diffikultajiet li jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom, qed jiżdiedu fl-ammont fost il-popolazzjoni studenteska. Fil-fatt matul din is-sena akkademika l-għadd ta’ studenti Għawdxin ilaħħaq għal aktar minn 1,030 student – id-doppju ta’ kemm kienu għaxar snin ilu.

description

Suppliment il-Ġimgħa 15 ta' Frar 2013

Transcript of 10,500 student f'700 kors fl-Universita' - Futur fis-Sod

Page 1: 10,500 student f'700 kors fl-Universita' - Futur fis-Sod

Il-Ġimgħa, 15 ta’ Frar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

1,030 student Għawdxi qed jattendu l-Università ta’ Malta

L-opportunitajiet tat-tagħlim u t-taħriġ illum il-ġurnata nfirxu u twessgħu

Scicluna, sieħeb Muscat, hu xettiku ħafna dwar is-sistema tal-istipendjiii iii viFaTTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUScaT jaGħżEL ħażIN

10,500 student f’700 kors fl-Università ta’ MaltaMalta għandha waħda mill-eqdem universitajiet fid-dinja u llum kibret għal 10,500 student li qed jattendu 703 korsijiet

L-Università ta’ Malta tgawdi minn storja kbira ta’ suċċess. Mhux b’kumbinazzjoni, iżda għaliex matul is-snin sar fiha investiment qawwi mill-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista.

Matul din il-leġiżlatura komplew jiżdiedu l-istudenti fl-Università ta’ Malta li żiedet ukoll għal 703 korsijiet li torganizza fuq livell kemm full-time, kif ukoll part-time.

Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fetaħ il-bibien tal-Università ta’ Malta għal dawk l-istudenti kollha li xtaqu

jkomplu jistudjaw u jinvestu fil-ħiliet tagħhom.

F’dawn il-ħames snin ta’ din il-leġiżlatura ggradwaw b’kollox aktar minn 20,000 student. Dawn sabu impjiegi fost l-20,000 impjieg ġdid li l-Gvern ħoloq fl-ekonomija Maltija.

Dan hu f’kuntrast kbir ma’ kif il-MLP kien isabbat il-bibien tal-Università ma’ wiċċ l-istudenti li ħteġilhom ikollhom il-parrinu biex jittantaw jidħlu fl-Università ta’ ftit korsijiet.

Kuntrast kif ma’ dak li

esperjenzajna f’dawn il-ħames snin – f’Malta l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jgħin lill-istudenti biex ikomplu javvanzaw u jistudjaw, u barra minn Malta ż-żgħażagħ jiffaċċjaw problemi kbar minħabba li ma kellhomx il-finanzi fis-sod.

Bi Gvern Nazzjonalista matul il-ħames snin li ġejjin din l-istorja ta’ suċċess tkompli u l-popolazzjoni tal-Università, li llum taqbeż l-10,500 student, tkompli tiżdied b’sodisfazzjon kbir għal kulħadd.

L-investiment fl-Università ta’ Malta kiber minn sena għal sena tul din il-leġiżlatura u minn €30 miljun fl-2008 żdied għal €50.6 miljun fl-2012.

Dawn huma flus ivvutati direttament fiż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin li jridu jkomplu jistudjaw u jimxu ‘l quddiem biex hekk jippreparaw lilhom infushom ħalli jagħmlu karriera ta’ suċċess.

Il-Gvern hu determinat li jkompli jinvesti fl-Università ta’ Malta u għalhekk imbarka fuq proġett ta’ tkabbir bl-iskop li l-istudenti Maltin u Għawdxin ikollhom

Fl-Università ta’ Malta: Investiment ta’ €50.6 miljun

aktar fejn jimirħu filwaqt li l-Università ta’ Malta jkollha fejn tkompli żżid is-servizzi li toffri.

Illum kulħadd jieħu gost li anki l-istudenti Għawdxin, minkejja ċertu diffikultajiet li jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom, qed jiżdiedu fl-ammont fost il-popolazzjoni studenteska. Fil-fatt matul din is-sena akkademika l-għadd ta’ studenti Għawdxin ilaħħaq għal aktar minn 1,030 student – id-doppju ta’ kemm kienu għaxar snin ilu.

Page 2: 10,500 student f'700 kors fl-Universita' - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni Il-Ġimgħa, 15 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalità

€50.6 miljun

f’investiment dirett fl-Università ta’ Malta mill-Gvern

għal matul is-sena 2012

10,500 student u studenta bħalissa

qed jattendu xi kors full-time jew part-time fl-Università ta’ Malta

Fatti u Ċifri

703 korsijiet - rekord - huma organizzati

mill-Università ta’ Malta fuq bażi full-time

jew part-time

20,000 student u studenta ggradwaw f’dawn l-aħħar ħames snin -

għax illum kulħadd għandu l-opportunità

li jimxi ‘l quddiem

Dawk kollha li jkunu jridu jidħlu l-Università ta’ Malta biex ikomplu

bl-istudji tagħhom illum għandhom kull ċans li jagħmlu dan grazzi għall-Gvern immexxi mill-Partit

Nazzjonalista li kabbar l-Università u żied il-korsijiet b’aktar minn 208

għal total li jaqbeż is-700 kors

1,030student u studenta

Għawdxin matul din is-sena akkademika qed jattendu

l-Università ta’ Malta

aktar investiment għat-tul fl-infrastruttura tal-UniversitàIl-Partit Nazzjonalista jkompli jieħu l-inizjattivi biex isaħħaħ l-Università ta’ Malta u jinvesti fir-riċerka, it-tagħlim, l-isport u l-faċilitajiet rikreattivi

MILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

47. culture card għall-istudenti kollha

Nifirxu mal-istudenti kollha l-Culture Card li qed tingħata bħalissa lill-istudenti ta’ Form I u Form II. Din tibda tingħata lill-istudenti kollha tal-primarja u s-sekondarja biex ikunu jistgħu jżuru siti storiċi u attivitajiet kulturali.

48. Inkomplu ninvestu fl-Università

L-Università hija l-għajn ta’ dak li jwassal lil pajjiżna lejn soċjetà bbażata fuq l-għarfien, li taspira li tħaddem ekonomija msejsa fuq l-innovazzjoni. Il-PN isarraf it-twemmin tiegħu f’din l-istituzzjoni ewlenija f’pajjiżna b’inizjattivi ta’ sostenn:i. Sabiex tkun salvagwardata s-sostenibbiltà

tal-Università tagħna, nipproponu mudell finanzjarju għall-Università li jirrifletti l-bżonnijiet ta’ din l-istituzzjoni ħames snin bil-quddiem. B’hekk l-Università tkun tista’ tippjana u timplimenta l-viżjoni tagħha b’futur fis-sod.

ii. Nagħtu titolu tal-proprjetà li l-Università diġà qed tuża, jew li jista’ jkollha bżonn tuża aktar ’il quddiem biex timplimenta l-missjoni pubblika tagħha.

iii. Nagħrfu l-bżonn ta’ tibdil sostanzjali fil-Kampus tal-Imsida u ninvestu fl-infrastruttura għar-riċerka, it-tagħlim, l-isport u l-faċilitajiet rikreattivi. Niżviluppaw Ċentru għall-Komunità fuq il-Kampus biex l-istudenti u l-akkademiċi Maltin u barranin jevolvu f’komunità ta’ tagħlim, riċerka, innovazzjoni, kreattività u rikreazzjoniġ

iv. Il-Kampus tal-Belt Valletta jkompli jiġi msebbaħ biex jirrifletti l-identità tal-Università fid-dawl tal-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura fis-sena 2018.

Sabiex tkun salvagwardata s-sostenibbiltà tal-Università

tagħna, nipproponu mudell finanzjarju għall-Università

li jirrifletti l-bżonnijiet ta’ din l-istituzzjoni ħames snin

bil-quddiem. B’hekk l-Università tkun tista’ tippjana u

timplimenta l-viżjoni tagħha b’futur fis-sod

Page 3: 10,500 student f'700 kors fl-Universita' - Futur fis-Sod

Il-Ġimgħa, 15 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemL-opportunitajiet tat-tagħlim u t-taħriġ illum il-ġurnata nfirxu u twessgħu u min irid itejjeb il-ħiliet tiegħu, għandu kull ċans li jagħmel dan għaliex il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista f’din il-leġiżlatura investa anke f’Università tat-Tielet Età għall-anzjani li jridu jistudjaw

L-edukazzjoni hi milja kontinwa tul il-ħajja kollhaIl-milja tal-edukazzjoni qatt ma għandha tmiem. It-tagħlim iseħħ kuljum mingħajr waqfien, u wieħed irid ikun kapaċi jlaħħaq mal-progress edukattiv.

Qabel, wieħed kien jaħseb li ladarba tkun ilħaqt jew spiċċajt l-istudji tiegħek, it-tagħlim akkademiku jieqaf hemm, iżda llum jidher li dan mhux veru, u l-kultura tat-tagħlim baqgħet tinxtered fis-soċjetà, kemm fuq livell ta’ komunità iżda wkoll fuq livell nazzjonali.

Fuq livell ta’ komunità ssib it-taħriġ mogħti mill-Kunsilli fosthom dak relatat mal-użu tal-kompjuter u t-tagħlim tal-lingwi. Fuq livell nazzjonali, hemm il-ħidma fl-Università anke għal dawk tat-tielet età.

L-Università tat-Tielet Età hi nifs ġdid għall-anzjaniL-edukazzjoni ħadet spinta ’l quddiem matul dawn l-aħħar snin, b’mod speċjali matul din il-leġiżlatura li fiha kulħadd ingħata l-opportunità li jitgħallem, b’mod speċjali l-adulti.

L-Università tat-Tielet Età wkoll ħadet spinta ’l quddiem tant li għexieren ta’ nies, fosthom anzjani, qegħdin jagħżlu li jidħlu f’din l-istituzzjoni fejn jitgħallmu dawk is-suġġetti li meta kienu żgħar lanqas biss kellhom l-opportunità jitgħallmuhom, minħabba xi ċirkustanza jew oħra.

In-numru ta’ studenti adulti jew anzjani li qegħdin jagħżlu li jkomplu jistudjaw kulma jmur qiegħed dejjem jiżdied u dan hu inkoraġġiment kbir.

Anzjani jiggradwaw b’Diploma u BaċelleratWieħed irid jirrikonoxxi kemm l-anzjani tagħna ħadmu bis-sħiħ biex sawru s-soċjetà tal-lum. Meta kienu għadhom żgħażagħ, għamlu s-sagrifiċċji tant li wħud ħallew l-iskola qabel iż-żmien u ma komplewx biex setgħu jaslu fejn xtaqu.

L-opportunitajiet mogħtija permezz tal-Università tat-Tielet Età jgħinu biex dak li jkun ikun jista’ jidħol f’dik l-istituzzjoni li jkun xtaq jidħol fiha, u jkompli jimxi mal-progress li qiegħed isir.

Numru kbir ta’ anzjani saħansitra qegħdin iġibu l-kwalifiki tagħhom b’Diploma u Dottorat, bħalma xtaqu jagħmlu meta kienu iżgħar.

Dan kollu jgħin lill-ekonomija Maltija timxi ’l quddiem għax aktar anzjani qegħdin jagħżlu li jkomplu jistudjaw.

L-edukazzjoni hi ċ-ċavetta tas-suċċessBiex l-ekonomija tkompli tikber u tagħti aktar frott jeħtieġ li jkollha aktar ħaddiema fiha, ħaddiema li ġejjin minn kull faxxa soċjali u ta’ kull età.

Illum l-età medja żdiedet u l-anzjani li jirtiraw, ħafna minnhom għadhom iħossuhom li jistgħu jibqgħu jagħtu kontribut fis-soċjetà. Dan jistgħu jagħmluh billi jkomplu jitħarrġu f’diversi oqsma edukattivi.

Waħda mill-għodod l-aktar importanti li ta l-Gvern permezz tal-Università tat-Tielet Età hi dik li l-anzjani jingħataw l-opportunità li jidħlu f’din l-istituzzjoni u jkomplu jew jibdew jistudjaw u b’hekk ikomplu jkunu relevanti fl-impjieg tagħhom.

Infetħu l-bibien kollha tal-opportunitajietIl-kunċett tal-Università tat-Tielet Età hu kunċett ġdid, tant li ġibed l-attenzjoni ta’ diversi individwi, li ftit tas-snin ilu konna naħsbu li issa li rtiraw jistgħu joqogħdu d-dar u daqshekk.

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista f’din il-leġiżlatura offra l-opportunitajiet kollha biex dak li jkun, jitħajjar jistudja u jġib ċertifikati rikonoxxuti f’diversi oqsma, permezz tad-dipartiment tal-edukazzjoni iżda fuq kollox, kompla jiftaħ il-bibien fl-Università wkoll.

Dan wassal biex l-anzjani jħossuhom parti mis-soċjetà progressiva u teknoloġika u ma jinqatgħux lura.

JOSEPh CIAPPARA

LAURA BORG

ROSE AGIUSĦAL GĦAXAQMIChELLE

VELLARAĦAL ĠDID

MARIA ZAMMITL-IMQABBA

Page 4: 10,500 student f'700 kors fl-Universita' - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni Il-Ġimgħa, 15 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Fl-Università ta’ Malta kattarna l-opportunitajiet tat-tagħlim b’żieda fl-għalliema u b’iżjed korsijiet lil ħafna aktar studenti Maltin u Għawdxin

Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fetaħ il-bibien tal-Università għal kulħadd... u matul dawn il-ħames snin li

għaddew l-Università ta’ Malta introduċiet 208 korsijiet ġodda u b’hekk illum qed toffri 703 korsijiet differenti li minnhom jistgħu

jagħżlu l-istudenti biex ikomplu jistudjaw u jagħmlu karriera

F’din il-leġiżlatura nfetħu għaxar fakultajiet, istituti jew ċentri ġodda. Dawn wessgħu u kabbru l-opportunitajiet ta’ tagħlim għall-istudenti kif ukoll ħajru studenti barranin biex jiġu jistudjaw f’Malta

Page 5: 10,500 student f'700 kors fl-Universita' - Futur fis-Sod

Il-Ġimgħa, 15 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Rekord assolut ta’ studenti fl-Università ta’ Malta li huma l-mexxejja futuri ta’ pajjiżna.

L-Università ta’ Malta hi fost l-aqwa universitajiet fl-Ewropa. Grazzi għall-viżjoni tal-Gvern immexxi

mill-Partit Nazzjonalista, l-Università ta’ Malta kompliet tiżviluppa u tilqa’ aktar studenti li jridu

jissoktaw bl-istudji tagħhom

Il-popolazzjoni fl-Università ta’ Malta llum hi ta’ madwar

10,500 student. Qabża minn meta kien hemm il-Malta

Labour Party fil-gvern u meta kien hemm anqas studenti

milli hemm korsijiet illum

Page 6: 10,500 student f'700 kors fl-Universita' - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni Il-Ġimgħa, 15 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

F’rapport li kiteb għall-Federazzjoni tal-Industrija fl-2005 Edward Scicluna jgħid hekk dwar l-istipendji: “This clearly unsustainable scheme has no precedent in other countries. It’s a very generous scheme of conspicuous consumption (cars, mobiles and entertainment). It is very unproductive. These persons should get a loan.”

F’intervista mal-gazzetta Illum fis-7 t’Ottubru 2008, Edward Scicluna jgħid hekk: “Illum għandna ‘baqar sagri’ fl-Università bil-Gvern imbeżża’ milli jmiss l-istipendji.”

F’intervista mal-MaltaToday fl-24 ta’ Mejju 2009, Edward Scicluna jgħid hekk: “There are a number of ways the system can be revised. They (stipends) could be converted to loans... It’s not up to me to decide how to reform the system”... jekk ikun Ministru tal-Finanzi, issa up to him!

...u tbati int

Muscat jagħżel ħażin...

LEZZJONIJIET TAL-PROfS GĦAL wARA D-9 TA’ MARZU

Page 7: 10,500 student f'700 kors fl-Universita' - Futur fis-Sod

Il-Ġimgħa, 15 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

Mela issa qed inkomplu nieħdu idea tajba ta’ kif ikun Gvern tal-Labour jekk Muscat jirbaħ l-elezzjoni tad-9 ta’ Marzu.

Meta Muscat jitkellem quddiem il-kameras, jipprova jintgħoġob u jagħti l-impressjoni li hu differenti mill-bqija tan-nies li qed jaħbi. Imma meta l-Labour ta’ vera jitkellem ‘il bogħod mill-kameras u jaħseb li mhu jisimgħu ħadd ħlief dawk li għandu quddiemu, hemmhekk storja oħra.

Puxxjatura għall-kuntratti u Pulizija wieqfaIssa nafu li bi Gvern tal-Labour, jekk tkun trid puxxjatura għal xi kuntratt tal-Gvern, hemm Tony Zarb. U jekk tkun trid li l-Pulizija twaqqaf xi azzjoni kontra xi ħadd, hemm Tony Abela li jsib xi Pulizija Laburist u jgħidlu biex iwaqqaf kollox.

Dikjarazzjonijiet gravi miż-żewġ Tonys, Zarb u abela

Żewġ dikjarazzjonijiet mill-aktar gravi taż-żewġ Tonys, Zarb u Abela, b’leħinhom stess. Żewġ dikjarazzjonijiet li kieku l-Labour hu serju jġibu mill-ewwel l-apoloġija bla ebda riżerva ta’ Muscat u r-riżenja immedjata u bla ebda kundizzjoni ta’ Tony Zarb u ta’ Tony Abela mill-karigi tagħhom.

Iż-żewġ dikjarazzjonijietF’konversazzjoni li Tony Zarb kellu ma’ nies oħrajn, ingħad hekk: “Jekk ikollok relazzjoni tajba magħna, aħna ħa nkunu hand in hand miegħek... jekk ikollok relazzjoni tajba mal-union, tgħinek anke fit-tenders... meta joħorġu nagħtuk puxxjatura... inti employer qed taħdem mal-union, taħseb li xi darba ħa joħroġ artiklu bħalma ħareġ fil-gazzetta tagħna?”

U Tony Abela qal hekk: “Kellna noħorġu apoloġija biex

nidhru sbieħ mal-istampa... illum aħna qegħdin b’seba’ għajnejn... għalfejn taħsbu li jiena mort l-għassa u sibt lil xi ħadd hemmhekk li hu Laburist?.. għedtilhom... tmexxux... għax jien kont naf diġà li ħa nsib dar-rapport fil-gazzetti.”

Xi jfissru dawn iż-żewġ dikjarazzjonijiet?

Użu baxx tal-ġurnaliżmuGħal Tony Zarb, il-gazzetta tal-GWU qiegħda biex tattakka lil min ma joqgħodx għal dak li trid il-union u tieqaf tattakkah jekk joqgħod għal dak li trid il-GWU. Għal Tony Zarb, il-gazzetta tal-GWU ma tattakkax l-abbuż dejjem u kullimkien imma tattakka biss lill-persuna skont x’tagħmel fil-konfront tal-GWU.

Għal Tony Abela, il-ġurnali jeżistu biex iġorru stqarrijiet ta’ apoloġija li l-Labour Party joħroġ biex jidher sabiħ.

La regoli l-istess għal kulħadd...Dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ Tony Zarb u Tony Abela jfissru li l-ogħla nies fil-Labour Party – id-deputy leader u dak li jmexxi l-union li kienet nofs l-hekk imsejjaħ Moviment tal-Ħaddiema – qed jiddikjaraw b’leħinhom stess li għal-Labour la jeżistu regoli u lanqas istituzzjonijiet indipendenti.

Hi l-istess idea ta’ qabel l-iżvilupp tal-Istat modern aktar minn mitejn sena ilu meta r-Re u l-Istat kienu l-istess ħaġaġ idea antika attribwita lir-Re Lwiġi Erbatax ta’ Franza, ir-Re Xemx, fit-tliet kelmiet L’Etat C’Est Moi: L-Istat Hu Jien.

… u lanqas istituzzjonijiet indipendentiGħal-Labour tal-lum, bħalma kien għal-Labour tas-snin tmenin, biex tieħu kuntratt

tal-Gvern mhux tosserva r-regoli u tkun nadif imma li jagħtik puxxjatura xi ħadd tal-qalba. U għal-Labour tal-lum ma teżistix Pulizija indipendenti li tmexxi kontra kull min ikun hemm x’juri li kiser xi liġi, hu min hu, bħalma qed tagħmel illum, imma Pulizija mbagħbsa bħal meta 26 sena ilu, f’Diċembru 1986, akkużat lil Pietru Pawl Busuttil bi qtil li kienet taf tajjeb li m’għamilx hu.

Dan hu l-Labour ta’ veruDin hi l-gravità tal-ideat taż-żewġ Tonys, Zarb u Abela: li għal-Labour min jagħtik puxxjatura jgħodd u mhux jekk ħaqqekxġ u mhux istituzzjonijiet indipendenti għandu jkollna imma istituzzjonijiet imbagħbsin.

Dan hu l-Labour ta’ veru meta jintfew il-kameras, jitneħħew l-ingravajjet u jaqgħu l-maskri.

LENTI FUQ...

Issa nafu li bi Gvern tal-Labour, jekk tkun trid puxxjatura għal xi kuntratt

tal-Gvern, hemm Tony Zarb. U jekk tkun trid li l-Pulizija twaqqaf xi azzjoni kontra xi ħadd, hemm Tony

Abela li jsib xi Pulizija Laburist u jgħidlu biex iwaqqaf kollox

Page 8: 10,500 student f'700 kors fl-Universita' - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni Il-Ġimgħa, 15 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

“f’din il-leġiżlatura investejna bis-sħiħ fl-Università ta’ Malta tant li fl-aħħar ħames snin żdiedu b’aktar minn 200 il-korsijiet offruti lill-istudenti biex telgħu għal aktar minn 700 kors differenti. Illum fl-Università ta’ Malta jattendu ‘l fuq minn 10,500 student li qed jaħtfu l-opportunitajiet ta’ tagħlim biex itejbu l-kwalitajiet tagħhom ħalli jaħtfu l-opportunitajiet tax-xogħol ta’ kwalità li qed jinħolqu f’industriji ġodda li ġab il-Gvern. Dan hu parti mis-suċċess li ġab f’pajjiżna l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi