Post on 24-Oct-2020
Paġna 1 |
1. INTRODUZZJONI
Għad li ma teżisti ebda definizzjoni
uffiċjali ta’ xogħol mhux iddikjarat, fl-UE dan hu mifhum li jfisser “kwalunkwe
attività mħallsa li hi legali fir-rigward tan-natura tagħha, iżda li mhix
iddikjarata lill-awtoritajiet pubbliċi, b’kunsiderazzjoni tad-differenzi fis-
sistemi regolatorji tal-Istati Membri”12.
Il-provvista ta’ oġġetti u ta’ servizzi
illegali (eż. il-produzzjoni jew it-traffikar tad-drogi, tal-armi tan-nar jew tan-nies
jew il-ħasil tal-flus) hi parti mill-ekonomija kriminali ġenerali. L-
“ekonomija moħbija” spiss tiġi ddefinita
bħala waħda li tinkludi kemm l-ekonomija mhux iddikjarata kif ukoll l-
ekonomija kriminali.
1 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea “L-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat”, p. 2 COM(2007) 628. 2 Ma hemm ebda definizzjoni waħda ta’ xogħol mhux iddikjarat (“UDW”) f’użu komuni madwar l-UE. Ċerti definizzjonijiet jinkludu
firxa wiesgħa ta’ tipi ta’ UDW, bħal xogħol imwettaq iżda mhux iddikjarat lill-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali, kontribuzzjonijiet u taxxi mhux imħallsa u obbligi mhux imwettqa ta’
żamma ta’ rekords, u attivitajiet ekonomiċi
sħaħ mhux iddikjarati; oħrajn jiffokaw fuq obbligi speċifiċi, bħar-rekwiżit ta’ notifika
formali tal-awtoritajiet rilevanti fil-bidu ta’ kuntratt tax-xogħol. Ara: Osservatorju Ewropew tal-Politiki dwar ix-Xogħol (EEPO) 2016, European Platform tackling undeclared
work, Member State Factsheets and Synthesis Report.
Ix-xogħol mhux iddikjarat iġib miegħu sfidi politiċi għal diversi raġunijiet:
hu forma ta’ evażjoni tat-taxxa li xxekkel is-sostenibbiltà tal-finanzi
pubbliċi u l-istabbiltà fiskali3; dan itellef ukoll il-prospetti ta’ tkabbir
billi jbaxxi l-kwalità tal-impjiegi (eż. billi jipprevjeni lill-ħaddiema milli
jidħlu għat-tagħlim tul il-ħajja) u
permezz ta’ tfixkil tal-kompetizzjoni fost id-ditti li jirriżulta f’ineffiċjenzi fil-
produzzjoni: in-negozji informali tipikament jevitaw l-aċċess għas-
servizzi formali u jkollhom nuqqas ta’ aċċess adegwat għall-kreditu;
f’termini soċjali, dan hu kkaratterizzat minn:
- kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena
- nuqqasijiet f’termini tar-rekwiżiti
tas-saħħa u tas-sikurezza - introjti inferjuri
- ebda sigurtà soċjali. Dawn in-nuqqasijiet jirriżultaw
f’dumping soċjali u f’eżiti soċjali aktar batuti.
It-tendenzi soċjoekonomiċi li ġejjin qed iżidu l-iskala li fiha jseħħ ix-xogħol mhux
iddikjarat:
it-tkabbir tal-flessibilità tar-
relazzjonijiet kuntrattwali, speċjalment iż-żieda tal-impjiegi
indipendenti, tas-sottokuntrattar u tal-esternalizzazzjoni;
3 Ara wkoll l-Iskeda Informattiva Tematika
tas-Semestru Ewropew — Is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.
SKEDA INFORMATTIVA TEMATIKA
TAS-SEMESTRU EWROPEW
XOGĦOL MHUX IDDIKJARAT
Paġna 2 |
it-tkabbir fin-negozju transfruntier, li jeħtieġ kooperazzjoni internazzjonali
effiċjenti bejn il-korpi ta’ monitoraġġ
u ta’ infurzar; ir-riorjentazzjoni tal-ekonomija lejn
setturi li huma l-aktar affettwati mix-xogħol mhux iddikjarat (is-servizzi
għall-unitajiet domestiċi u tal-indukrar);
iż-żieda fl-għawġ soċjali f’ċerti pajjiżi tal-UE, b’xi nies li jistgħu jippruvaw
jikkumpensaw għat-telf fl-introjtu permezz ta’ xogħol mhux iddikjarat.
Ix-xogħol mhux iddikjarat jaqa’ taħt tliet
kategoriji bażiċi:
1. xogħol mhux iddikjarat
f’kuntest kummerċjali formali. Dan jista’ jkun mhux iddikjarat
fis-sħuħija tiegħu, jew f’parti minnu, b’parti mill-paga li
titħallas b’mod uffiċjali, u parti fi flus fl-idejn u b’mod mhux
uffiċjali; 2. xogħol awtonomu jew
indipendenti mhux iddikjarat,
li fih jiġu pprovduti servizzi jew lil negozju formali jew lil klijenti
oħra, bħall-familji; 3. il-provvista ta’ oġġetti u ta’
servizzi lill-ġirien, lill-familja, lill-ħbieb jew lil persuni
familjari (il-bini jew it-tiswijiet, it-tindif, l-indukrar tat-tfal jew l-
indukrar tal-anzjani). Kultant dan
ikun simili għal għajnuna reċiproka.
In-natura mqassma fuq diversi lati tax-
xogħol mhux iddikjarat tirriżulta mid-differenzi fl-istruttura produttiva, mis-
saħħa istituzzjonali tal-korpi pubbliċi u
mis-sistemi regolatorji, jew mill-ambitu tas-sistemi tal-istat soċjali. Kemm l-
iskala kif ukoll l-istruttura tax-xogħol mhux iddikjarat f’pajjiż partikolari
għandhom bżonn jiġu analizzati; dawn jistgħu jitqiesu li jirriflettu n-nuqqasijiet
fis-suq tax-xogħol formali tiegħu. Hu ċar li l-għan finali hu li tiġi limitata l-iskala li
fuqha jseħħ ix-xogħol mhux iddikjarat
b’mod ġenerali. Hawnhekk l-għan ewlieni hu li dan jiġi ttrasformat f’xogħol
iddikjarat.
Din l-iskeda informattiva hi strutturata kif ġej. It-taqsima 2 tħares lejn kif
imorru l-pajjiżi tal-UE fir-rigward tal-isfidi
tal-politika. It-taqsima 3 tiddiskuti l-evidenza dwar il-politiki biex dawn l-isfidi
jiġu indirizzati b’mod effettiv, u t-taqsima 4 tagħti ħarsa lejn il-prattika
tal-politika tajba fost il-pajjiżi tal-UE.
2. L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-ISFIDI
Jistgħu jintużaw diversi indikaturi biex
jiġu identifikati l-isfidi fil-qasam tax-xogħol mhux iddikjarat. Peress li x-
xogħol mhux iddikjarat hu varjabbli mhux osservat, dawn l-indikaturi huma
assoċjati mad-diversi fatturi li jimmotivawh, kif diskuss hawn taħt.
(1) Fatturi ekonomiċi strutturali:
Il-livelli għoljin ta’ tassazzjoni u l-
ispejjeż għoljin tal-konformità (li jinkludu dawk li jirriżultaw mir-
regolamenti dwar ix-xogħol). Madankollu, l-istudji tal-Eurofound
sabu li, bħala medja, ir-reġimi tax-
xogħol u tal-assistenza soċjali mmirati biex inaqqsu t-taxxi, inaqqsu
r-regolamentazzjoni u jimminimizzaw l-intervent mill-istat ma jnaqqsux l-
iskala tax-xogħol mhux iddikjarat fl-ekonomija. Fattur ewlieni aktar
b’saħħtu hu l-perċezzjoni ta’ tassazzjoni għolja u ta’ spejjeż għolja
tal-konformità: mhux bilfors li fil-
pajjiżi bl-ogħla rati ta’ tassazzjoni li n-nies jipperċepixxu t-taxxi bħala
fattur li jwassal gal xogħol mhux iddikjarat. L-għażla li ma jiġix
iddikjarat ix-xogħol tista’ tirrifletti nuqqas ta’ sodisfazzjon bis-servizzi
pubbliċi li jirċievu għat-taxxi li jħallsu (ara aktar ’il quddiem “fatturi
soċjetali”). Il-“burokrazija żejda”
tista’ tiġi stamta skont il-klassifikazzjoni tal-pajjiżi fl-istħarriġ
“Doing business” tal-Bank Dinji.
Paġna 3 |
Il-kompożizzjoni tal-ekonomija: ċerti setturi4 huma partikolarment esposti
għal xogħol mhux iddikjarat. Id-daqs
tad-ditta jgħodd ukoll; l-impjegati dipendenti li jirċievu “pagi fl-
envelopp” għandhom probabbiltà akbar li jkunu qed jaħdmu għal
organizzazzjonijiet iżgħar, b’56% minnhom li jaħdmu f’ditti b’anqas
minn 20 impjegat.
4 Settur tal-kostruzzjoni; servizzi għall-
unitajiet domestiċi, li jinkludu servizzi tat-tindif domestiku, indukrar tat-tfal u indukrar
tal-anzjani; servizzi personali; is-sigurtà privata; it-tindif industrijali; l-agrikoltura; u s-settur tal-lukandi, tar-ristoranti u tal-forniment tal-ikel.
Paġna 4 |
Tabella: Id-daqs stmat tal-ekonomija moħbija u tax-xogħol mhux iddikjarat (UDW) fl-UE
Pajjiż UDW (% f’termini tal-
input ta’ xogħol, stimi
tal-LIM għall-2013
Ekonomija
moħbija
(f’% tal-PDG), 20151
UDW (% tal-
PDG),
1992-20062
UDW, data jew
stimi tal-pajjiżi3
(% tal-PDG)
Xogħol
informali4
(% tal-forza tax-
xogħol estiża)
Domanda tal-
UDW5 (% tar-
rispondenti għall-Istħarriġ
tal-Ewrobarometr
u (EBS) 2013)
Provvista tal-
UDW6 (% tar-
rispondenti għall-Istħarriġ
tal-Ewrobarometr
u 2013)
Pagi fl-envelopp7
(% tal-impjegati li jirċievu pagi fl-
envelopp EBS 2013)/% tas-salarju
gross riċevut bħala paga fl-envelopp
L-Awstrija 8,7 8,2 1.5 (1995) L-ebda data 19,7 14 5 2/10
Il-Belġju 11,9 16,2 6-20 L-ebda data 10,5 15 4 4/5
Il-Bulgarija 17,8 30,6 22-30 (2002) 20 (2011) 13,2 16 5 6/30
Ċipru 13,8 24,8 10 (2007) 19.1 (2012) 53,0 16 2 2/50
Il-Kroazja 14,2 27,7 L-ebda data L-ebda data L-ebda
data
17 7 8/35
Ir-Repubblika
Ċeka
7,7 15,1 9-10 (1998) L-ebda data 12,5 19 4 5//25
Id-Danimarka 9,6 12,0 3 (2005) L-ebda data 11,5 23 9 2/1
L-Estonja 14,8 26,2 7-8 (2007) 8 (2011) 9,8 12 11 5/40
Il-Finlandja 9,3 12,4 4.2 (1992) L-ebda data 11,2 11 3 ¼
Franza 8,8 12,3 4-6.5 (1998) L-ebda data 10,3 9 5 1/6
Il-Ġermanja 4,4 12,2 7 (2007) L-ebda data 11,9 7 2 1/30
Il-Greċja 12,4 22,4 24-30 (2007) 36.3 (2012) 46,7 30 3 7/10
L-Ungerija 17,3 21,9 18 (1998) 16-17 (2006) 9,4 11 4 6/20
L-Irlanda 8,6 11,3 8 (2002) L-ebda data 33,0 10 2 2/8
L-Italja 12,9 20,6 6.4 (2006) 12.1 (2011) 22,4 12 2 2/65
Il-Latvja 18,3 23,6 16-18 (2007) L-ebda data 8,0 28 11 11/50
Il-Litwanja 19,8 25,8 15-19 (2003) L-ebda data 6,4 14 8 620
Il-Lussemburgu 5,4 8,3 L-ebda data L-ebda data L-ebda
data
14 5 3/11
Malta L-ebda data 24,3 25 (1998) L-ebda data L-ebda
data
23 1 L-ebda data
In-Netherlands 5,2 9,0 2 (1995) L-ebda data 12,6 29 11 3/5
Il-Polonja 20,8 23,3 12-15 (2007) 4.6 (2010) 21,6 5 3 5/20
Il-Portugall 6,6 17,6 15-37 (2004) 22,4 10 2 3/100
Ir-Rumanija 18,9 28,0 16-21 (2007) 31,4 11,8 10 3 7/9
Is-Slovakkja 13,4 14,1 13-15 L-ebda data 12,2 17 5 7/20
Is-Slovenja 13,2 23,3 17 (2003) L-ebda data 14,1 22 7 4/20
Spanja 8,8 18,2 12,3 (2006) 17 (2011) 18,8 8 5 5/100
L-Iżvezja 7,7 13,2 5 (2006) L-ebda data 8,2 16 7 1/5
UK 2,7 9,4 2 (2000) L-ebda data 21,7 8 3 2/20
Sorsi: 1. Williams, C.C., Horodnic, I.A., Bejakovic,P., Mikulic. D.,Franic, J., Kedir, A. (2017) An evaluation of the
scale of undeclared work in the European Union and its structural determinants: estimates using the Labour Input
Method (LIM).2: Schneider, F. (2015), “Size and development of the Shadow Economy of 31 European and 5 other
OECD Countries from 2003 to 2015: Different Developments”; 3: Il-Kummissjoni Ewropea (2004, 2007), European
Employment Observatory Review, Spring 2004 u Spring 2007; 4: Eurofound (2012), EU Member States and Norway
fact sheets on estimates and approaches to measure undeclared work; 5: Hazans, M. (2011), “Informal workers
across Europe: Evidence from 30 European countries, “World Bank Policy Research Working Paper, (5912); 6:
Ewrobarometru 2013, Tweġibiet għall-mistoqsija “Have you in the last 12 months paid for any goods or services of
which you had a good reason to assume that they included undeclared work (e.g. because there was no invoice or
VAT receipt)?”; 7: Ewrobarometru 2013, Tweġibiet għall-mistoqsija “Apart from a regular employment, have you
yourself carried out any undeclared paid activities in the last 12 months?”; 8: Ewrobarometru 2013, Tweġibiet għall-
mistoqsija “Sometimes employers prefer to pay all or part of the salary or the remuneration (for extra work,
overtime hours or the part above a legal minimum) in cash and without declaring it to tax or social security
Paġna 5 |
authorities. Has your employer paid you any of your income in the last 12 months this way?” / Williams, C., Horodnic A. (2017) Under-declaring work, falsely declaring work: under-declared employment in the European Union.
Għal aktar informazzjoni dwar id-diversi metodoloġiji, ara l-anness, “Kif jiġi stmat ix-xogħol mhux iddikjarat”.
(2) Fatturi ekonomiċi ċikliċi. Kuntest diffiċli għan-negozju jista’ jimbotta lill-
impjegaturi lejn tentattivi ta’ evażjoni jew ta’ limitazzjoni tal-obbligazzjonijiet
ta’ taxxa. Għall-impjegati, dawn li ġejjin ġeneralment jitqiesu li jwasslu għal
xogħol mhux iddikjarat:
perjodi dejjem itwal ta’ qgħad5 u numri ta’ impjegati potenzjali
skuraġġuti;
is-sitwazzjoni tal-gruppi vulnerabbli,
li jinkludu l-immigranti illegali;
l-għafsa ’l isfel fuq il-pagi.
L-Ewrobarometru 2013 juri li l-fornituri ta’ xogħol mhux iddikjarat għandhom
probabbiltà akbar li jkunu żgħażagħ,
persuni qiegħda jew studenti.
Kaxxa: Pagi fl-envelopp għal
xogħol mhux iddikjarat kollu Impjieg mhux iddikjarat kollu jseħħ meta
impjegatur formali jħallas lil impjegat formali paga ddikjarata uffiċjali iżda
jżidha b’paga (“fl-envelopp”) mhux iddikjarata biex jevati s-sigurtà soċjali
sħiħa u l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa sħaħ.
L-analiżi turi li l-pagi għandhom probabbiltà li jkunu rrapportati f’parti
minnhom biss f’ekonomiji b’dawk il-karatteristiċi:
PDG/capita anqas; burokraziji mhux modernizzati tal-
istat b’korruzzjoni akbar fis-settur pubbliku;
livelli ogħla ta’ deprivazzjoni
materjali estrema; inugwaljanza akbar fl-introjtu;
anqas infiq fuq interventi fis-suq tax-xogħol biex jiġu protetti gruppi
vulnerabbli.
Is-soluzzjoni tal-problema tax-xogħol mhux iddikjarat kollu ser tfisser l-
5 Skont l-analiżi tal-2013 tal-Kummissjoni,
“Employment and Social Developments in Europe”, il-qgħad fit-tul bħala proporzjon tal-qgħad ġenerali juri korrelazzjoni ftit aktar
b'saħħitha max-xogħol mhux iddikjarat mill-qgħad fit-tul bħala proporzjon tal-popolazzjoni attiva (ara t-Tabella 12 ta’ dan
ir-rapport).
indirizzar ta’ dawn id-determinanti sistemiċi. Il-varjazzjoni fi ħdan l-UE hi
sinifikanti; is-sehem ta’ impjegati li jirċievu pagi fl-envelopp hu akbar fl-
Ewropa ċentrali u fl-Ewropa tal-Lvant (6% tal-impjegati) u fin-Nofsinhar tal-
Ewropa (4%) milli fil-Punent tal-Ewropa
(1%) u fir-reġjun Nordiku (1%)6.
(3) Fatturi legali bħaċ-ċarezza relattiva
tal-leġiżlazzjoni, jew l-aġġustament tal-leġiżlazzjoni biex tkopri tipi ġodda ta’
xogħol.
(4) Fatturi istituzzjonali, eż. l-infurzar
tal-liġi u b’mod partikolari l-eżistenza ta’ organizzazzjoni waħda jew korp ta’
koordinazzjoni wieħed li jiġġieldu kontra
x-xogħol mhux iddikjarat. Jekk il-mekkaniżmi ta’ kontroll ikunu nieqsa, ma
jkunux ċari u/jew ineffiċjenti, in-nies jaf ikunu aktar suxxettibbli li jevadu t-taxxi
billi jwettqu xogħol mhux iddikjarat.
(5) Fatturi soċjali, bil-komprensjoni
komuni tal-qafas istituzzjonali, tat-tassazzjoni u soċjali ġenerali, u l-
ġustizzja u t-trasparenza perċepita ta’
dan, biex titrawwem kultura ta’ konformità mat-taxxa. Pereżempju,
hemm korrelazzjoni negattiva b’saħħitha bejn ix-xogħol mhux iddikjarat u l-infiq
fuq il-protezzjoni soċjali (esklużi l-pensjonijiet). L-analiżijiet urew li aktar
ma jkun għoli s-CPI (l-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni ta’
Trasparency International), jiġifieri,
aktar ma tkun baxxa l-perċezzjoni tal-korruzzjoni, aktar tkun baxxa l-
probabbiltà li sehem mill-pagi tal-impjegati se jitħallas fuq l-idejn. Hemm
evidenza b’saħħitha li settur pubbliku li ċ-ċittadini jistgħu jafdaw jiskoraġġixxi
xogħol mhux iddikjarat.
3. IDENTIFIKAZZJONI TAL-GĦODOD
TA’ POLITIKA LI JINDIRIZZAW L-
ISFIDI
Il-prevenzjoni u d-deterrenza tax-xogħol
mhux iddikjarat huma kompiti li
6 Williams, C., Horodnic, A. (2017); Under-declaring work, falsely declaring work: under-
declared employment in the European Union.
Paġna 6 |
primarjament jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvernijiet nazzjonali.
Kif ġie osservat aktar ’il fuq, ix-xogħol mhux iddikjarat hu problema b’diversi
lati li ssejjaħ għal rispons komprensiv
imfassal apposta.
L-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat
filwaqt li l-ħidma biex ix-xogħol formali jsir attraenti jeħtieġ it-taħlita t-tajba ta’
miżuri politiċi. L-approċċ għandu jitfassal għall-karatteristiċi istituzzjonali tal-pajjiżi
individwali (organizzazzjoni amministrattiva, kompożizzjoni settorjali
tal-ekonomija, tipi ta’ impjieg), biex jiġu
indirizzati l-fatturi speċifiċi li jwasslu għal xogħol mhux iddikjarat.
Il-Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-
indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat, stabbilita permezz tad-
Deċiżjoni (UE) 2016/344 tad-9 ta’ Marzu 20167, tiġbor flimkien l-awtoritajiet u l-
organizzazzjonijiet li jiġġieldu kontra x-
xogħol mhux iddikjarat, bi sforzi biex il-kwistjoni tiġi indirizzata b’mod aktar
effettiv u effiċjenti. Il-Pjattaforma:
7 Il-Ġurnal Uffiċjali L65 tal-11 ta’ Marzu
2016.
Paġna 7 |
tgħin lill-pajjiżi tal-UE jindirizzaw id-diversi forom ta’ xogħol mhux
iddikjarat b’mod aktar effettiv; tixpruna l-bidla fil-livell nazzjonali;
u tippromwovi kundizzjonijiet tax-
xogħol aħjar u l-impjiegi formali.
Il-Pjattaforma daħlet fi proċess tat-
tagħlim reċiproku u ta’ skambju ta’ informazzjoni8. Fil-ġejjieni din tista’
taħdem fuq għodod tal-kejl imsejsa fuq l-evidenza, tippromwovi l-analiżi
komparattiva u l-istrumenti metodoloġiċi rilevanti u tiżviluppa l-analiżi tal-effikaċja
tal-miżuri politiċi differenti.
Il-ħidma riċenti għall-Pjattaforma9 identifikat relazzjoni ferm sinifikanti bejn
ix-xogħol mhux iddikjarat u: il-PDG per capita fl-istandards
tal-kapaċità tal-akkwist (aktar ma jkun għoli l-livell tal-PDG f’PPS,
aktar tkun baxxa l-prevalenza tax-xogħol mhux iddikjarat); ara t-
Tabella 1.
il-kwalità tal-gvern (fuq il-bażi tal-Indiċi Ewropew tal-Kwalità tal-
Gvern): aktar ma tkun għolja l-kwalità tal-gvern, aktar tkun baxxa
l-prevalenza tax-xogħol mhux iddikjarat; ara t-Tabella 2.
Relazzjoni sinifikanti moderata teżisti ma’:
l-indiċi dwar il-Perċezzjonijiet tal-
Korruzzjoni ta’ Trasparency International (li jikklassifika l-
pajjiżi skont il-korruzzjoni perċepita fis-settur pubbliku);
indiċi tal-“fiduċja fl-awtoritajiet” ibbażat fuq l-indikaturi tal-Forum
Ekonomiku Dinji; l-impatt tat-trasferimenti soċjali
fuq it-tnaqqis tal-faqar;
in-nefqa pubblika fuq interventi fis-suq tax-xogħol biex jiġu protetti
gruppi vulnerabbli; ir-rata tal-migrazzjoni;
il-koeffiċjent Gini u l-inugwaljanza fl-introjtu.
B’mod ġenerali, aktar ma jkun għoli l-livell perċepit tal-korruzzjoni, aktar ma
jkun baxx il-livell ta’ fiduċja fl-
awtoritajiet pubbliċi, u, aktar ma jkun għoli l-livell perċepit ta’ inugwaljanza,
aktar ikun għoli l-livell ta’ xogħol mhux iddikjarat.
It-Tabella 1 turi varjazzjonijiet transnazzjonali fid-daqs tal-ekonomija mhux iddikjarata
(bl-użu tal-istimi LM ta’ xogħol mhux iddikjarat bħala perċentwal mill-inputs totali ta’ xogħol fis-settur privat) u varjazzjonijiet transnazzjonali fil-PDG per capita fl-istandards
tal-kapaċità tal-akkwist (PPS). Aktar ma jkun għoli l-livell ta’ PDG per capita fil-PPS,
aktar ma se tkun baxxa l-prevalenza ta’ xogħol mhux iddikjarat.
8http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1299&langId=mt. 9 Williams, C.C., Horodnic, I.A., Bejakovic,P., Mikulic. D.,Franic, J., Kedir, A. (2017) An evaluation of the scale of undeclared work in the European Union and its structural determinants: estimates
using the Labour Input Method (LIM).
http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1299&langId=mt
Paġna 8 |
Tabella 1. Ir-relazzjoni bejn ix-xogħol mhux iddikjarat u l-PDG per capita, 201310
10 Biex tiġi evitata influwenza eċċessiva, il-PDG tal-Lussemburgu ġie limitat għal 150 fl-analiżijiet ippreżentati hawnhekk. Ta’ min jinnota li bl-użu tal-figura oriġinali ta’ 262, il-koeffiċjent ta'
korrelazzjoni jibqa’ l-istess.
Paġna 9 |
Hekk kif turi t-Tabella 2, aktar ma tkun għolja l-kwalità tal-gvern kif imkejla mill-Indiċi Ewropew tal-Kwalità tal-Gvern (EQI,11 anqas ikun hemm xogħol mhux iddikjarat. Il-pajjiżi
bħal RO u BG, ikklassifikaw ’l isfel fil-kwalità tal-gvern, u għandhom livelli ogħla ta’
xogħol mhux iddikjarat. Pajjiżi bħal DK, FI u SE, b’punteġġi għola fl-indiċi tal-EQG, għandhom livelli relattivament inferjuri ta’ xogħol mhux iddikjarat.
Tabella 2: Ir-relazzjoni bejn ix-xogħol mhux iddikjarat u l-Indiċi Ewropew tal-Kwalità tal-Gvern, 2013
11 Charron, N., Dijkstra, L. u Lapuente, V. (2015). Mapping the Regional Divide in Europe: A Measure for Assessing Quality of Government in 206 European Regions. Social Indicators Research. 122(2): 315-346.
Paġna 10 |
Tabella 3: Ir-raġunijiet għax-xogħol mhux iddikjarat fl-UE-27
Il-politika qed timxi dejjem aktar minn
sforzi għall-qerda tal-ekonomija mhux iddikjarata lejn ix-xogħol mhux iddikjarat
fl-ekonomija ddikjarata.
Konsegwentement, l-approċċ tal-politika
li bħalissa jiddomina madwar l-UE – id-deterrenza, imsejsa fuq il-bażi taż-żieda
tar-riskju ta’ detezzjoni u ta’ penali – qed
jiġi kkumplimentat dejjem aktar minn firxa wiesgħa ta’ miżuri, li jinkludu
approċċi li jippermettu li tinżamm konformità u li jittieħed impenn. Approċċ
olistiku tal-politika għall-indirizzar tal-ekonomija mhux iddikjarata jagħmel użu
strateġiku u koordinat mill-medda sħiħa ta’ approċċi ta’ deterrenza, li jippermettu
li tinżamm il-konformità, u li jittieħed
impenn:
Mil-“lat tal-ispejjeż” tal-ekwazzjoni,
l-approċċ ta’ deterrenza neċessarju għandu l-għan li jżid il-perċezzjoni
tar-riskju permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post tax-xogħol, sanzjonijiet
amministrattivi u penali għall-kumpaniji u għall-impjegati, ir-
reġistrazzjoni tal-ħaddiema qabel
ma jibdew ix-xogħol jew fl-ewwel jum tax-xogħol, iċ-ċertifikazzjoni
tan-negozju, iċ-ċertifikazzjoni tal-pagamenti tal-kontribuzzjonijiet
soċjali u tat-taxxi, l-ID obbligatorja fuq il-post tax-xogħol, il-
koordinazzjoni tal-qsim tad-data u tal-operazzjonijiet fi ħdan il-gvern.
Iż-żieda tal-probabbiltà ta’
detezzjoni ntwera li tnaqqas il-parteċipazzjoni fl-ekonomija mhux
iddikjarata.
Qed jiġi rikonoxxut dejjem aktar li
l-proporzjon kostijiet-benefiċċji jista’ jinbidel ukoll billi jitbiddel il-
“lat tal-benefiċċji” tal-ekwazzjoni.
L-approċċ li jippermetti li tinżamm konformità, li dan l-aħħar qabad
jinfirex,12 għandu l-għan li jiffaċilita l-konformità mar-regoli eżistenti
jew billi jipprevjeni lin-negozji u lin-nies milli jidħlu f’xogħol mhux
iddikjarat jew billi jħeġġiġhom u jippermettilhom jittrasferixxu t-tali
xogħol fl-ekonomija formali. Dan l-
approċċ jinkludi miżuri preventivi u ta’ rimedju, għad li b’kompromessi
f’ċerti każijiet, bħal leġiżlazzjoni li tkopri tipi ġodda ta’ xogħol (li
tiżgura li l-liġi tqis mudelli ġodda ta’ xogħol), li kultant jistgħu jsarrfu
f’segmentazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol. Ta’ min jinnota li l-
amnestiji kultant mogħtija b’mod
12 Filwaqt li l-approċċ ta’ deterrenza għandu
predominanti f’ħafna mill-pajjiżi tal-UE, approċċ abilitanti beda jiġi adottat dejjem
aktar minn żmien ir-reċessjoni. (Eurofound (2013), Tackling undeclared work in 27 EU Member States and Norway: Approaches and measures since 2008).
Paġna 11 |
universali jew inkella individwali lil dawk li jirregolarizzaw is-
sitwazzjoni tagħhom jistgħu
jinċentivaw l-evitar tat-taxxa fil-ġejjieni jekk jintużaw ħażin jew
jitfasslu mhux kif suppost.
L-approċċ tat-teħid ta’ impenn
jimplika miżuri li jħeġġu attitudnijiet aktar etiċi għat-
tassazzjoni u kultura ta’ impenn, pereżempju permezz ta’ kampanji
ta’ sensibilizzazzjoni fuq il-konsegwenzi individwali u kollettivi
tax-xogħol mhux iddikjarat, u billi
jittejbu l-ġustizzja perċepita tat-taxxi u l-ġustizzja proċedurali u
ridistributtiva perċepita.
Qafas ta’ referenza li fi ħdanu l-pajjiżi
tal-UE jistgħu jiżviluppaw u jimplimentaw politiki fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropea
dwar l-Impjiegi ġie propost fir-riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar it-
trasformazzjoni tax-xogħol mhux
iddikjarat f’Impjieg regolari13.
4. EŻAMINAZZJONI KOMPARATTIVA
TAL-ISTAT TAL-POLITIKA
Diversi pajjiżi ħadu miżuri politiċi ta’ tipi differenti biex jindirizzaw ix-xogħol mhux
iddikjarat14.
L-Italja stabbilixxiet awtorità nazzjonali ġdida, l-Ispettorat Nazzjonali għall-
Ispezzjonijiet fuq il-Postijiet tax-Xogħol (NLI). Din tiġbor fi ħdanha tliet partijiet
ikkonċernati: il-Ministeru tal-Politiki dwar ix-Xogħol u Soċjali, l-Istitut Nazzjonali
tas-Sigurtà Soċjali (INPS) u l-Istitut Nazzjonali għall-Assigurazzjoni. Fl-2012,
il-Ministeru ta’ Franza għax-Xogħol,
għall-Impjiegi, għat-Taħriġ Vokazzjonali u għad-Djalogu Soċjali beda jirriforma l-
Ispettorat tax-Xogħol u jwaqqaf unitajiet reġjonali biex jappoġġjaw u jissorveljaw
il-miżuri tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat. Din ir-riforma tfasslet biex
13 (2003/C 260/01). 14 Ara l-prattika tajba identifikata mill-
Pjattaforma Ewropea li tindirizza x-xogħol
mhux iddikjarat fuq http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=12
99&langId=mt u l-istudji tal-każ tal-Eurofound fuq: https://www.eurofound.europa.eu/mt/data/tackling-undeclared-work-in-europe/database
ittejjeb il-koordinazzjoni f’livelli differenti.
Il-proċess ta’ detezzjoni jista’ jittejjeb
permezz ta’ sorveljanza bejn il-pari. Pereżempju fin-Netherlands, l-ispettorat
tal-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali stabbilixxa hotline fl-2012 għar-
rapportar ta’ aġenziji tal-impjiegi temporanji illegali jew diżonesti.
Dan jista’ jibbenefika wkoll minn kooperazzjoni msaħħa bejn il-korpi
pubbliċi (bi spezzjonijiet konġunti u bi skambju ta’ data) u minn kooperazzjoni
aħjar mal-organizzazzjonijiet tal-
impjegaturi u mat-trade unions. Pereżempju, il-Finlandja waqqfet Unità
tal-Informatika tal-Ekonomija Informali biex tiġbor informazzjoni u twettaq
investigazzjonijiet. Fil-Ġermanja, il-Ministeru Federali tal-Finanzi u ż-żewġ
naħat tal-industrija stabbilixxew alleanzi ta’ azzjonijiet kontra x-xogħol mhux
iddikjarat u l-impjiegi illegali. Id-
Danimarka waqqfet programm ta’ azzjoni ta’ spezzjonijiet konġunti billi involviet
lill-awtorità tat-taxxa, lill-awtorità tal-ambjent tax-xogħol u lill-pulizija.
L-użu sħiħ ta’ għodod awtomatizzati u ta’ tekniki ta’ ġestjoni tar-riskju jippermetti
li jiġu ffokati riżorsi umani u baġitarji limitati fuq kompiti ta’ investigazzjoni u
ta’ innovazzjoni b’valur miżjud għoli.
Il-kooperazzjoni transfruntiera permezz ta’ ftehimiet formalizzati bħal dak bejn l-
Ispettorat tax-Xogħol tal-Portugall u l-Ispettorat tax-Xogħol u tas-Sigurtà
Soċjali ta’ Spanja tista’ tgħin biex jittejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni.
Il-proċess ta’ detezzjoni jista’ jittejjeb ukoll billi jiġu kkalibrati l-indikaturi ta’
referenza tal-kostijiet lavorattivi
disaggregati kif xieraq skont is-settur, il-kategorija tal-kumpanija u r-reġjun, u
miftiehma bejn l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi u t-trade unions.
Il-miżuri preventivi għandhom diversi lati:
l-użu ta’ innovazzjonijiet teknoloġiċi għall-monitoraġġ aħjar,
bħal cash registers iċċertifikati fl-
Iżvezja mill-2010; aġġustamenti fil-qafas legali, biex
jitqiesu kategoriji ġodda ta’ xogħol,
http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1299&langId=mthttp://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1299&langId=mthttps://www.eurofound.europa.eu/mt/data/tackling-undeclared-work-in-europe/databasehttps://www.eurofound.europa.eu/mt/data/tackling-undeclared-work-in-europe/database
Paġna 12 |
biex dawn ma jintużawx ħażin, iżda jipprovdu mod kif il-kumpaniji u l-
ħaddiema jirrikonċiljaw il-ħtiġijiet
tagħhom; miżuri ta’ simplifikazzjoni u tal-
gvern elettroniku li jiffokaw fuq l-impjieg indipendenti jew it-twaqqif
ta’ ditti ġodda. Eżempju minnhom hu l-programm Portugiż Simplex, li
jippermetti li kumpanija titwaqqaf f’uffiċċju f’ġurnata;
paga minima u appoġġ għall-introjtu jistgħu jgħinu wkoll biex
inaqqsu l-proporzjon ta’ pagi mhux
iddikjarati, rispettivament billi jipprevjenu lill-impjegaturi milli
jħallsu pagi uffiċjali anqas mill-paga ta’ riżerva15, jew billi jagħmlu
x-xogħol mhux iddikjarat anqas attraenti għall-ħaddiema. Wieħed
mill-argumenti biex tiġi skjerata żieda fil-paga minima fl-Estonja,
pereżempju, kien il-ħtieġa li
jitnaqqas il-proporzjon ta’ pagi mhux iddikjarati16.
Il-miżuri ta’ rimedju jinkludu dawk imfassla biex iħeġġu lill-akkwirenti jixtru
oġġetti jew servizzi ddikjarati permezz ta’ ħelsien mit-taxxa jew tnaqqisiet tat-
taxxa, sussidji jew kupuni ta’ servizzi mmirati. L-eżempji jinkludu d-
Danimarka, li, fl-2011, introduċiet il-
possibbiltà li jitnaqqsu sa €2000 mill-kostijiet tal-impjegar ta’ assistenti
domestiċi taħt il-proġett “pjan għall-impjiegi fid-djar”; L-Awstrija, b’sussidji
għal infirmiera ġerjatriċi privati; u Franza u l-Belġju, bis-sistemi ta’ kupuni
tagħhom.
Saru kampanji ta’ sensibilizzazzjoni fil-
Portugall, fis-Slovenja, fil-Latvja, fil-
Litwanja u fl-Estonja, li jinkludu eżempji konkreti ħafna ta’ servizzi pubbliċi fil-
ħajja ta’ kuljum (il-kura tas-saħħa, il-pulizija, l-edukazzjoni, eċċ).
Data: 10.11.2017
15 Il-livell tal-pagi li fih in-nies huma lesti li jaħdmu. 16 Għal aktar eżempji, ara Eurofound (2013).
ANNESS: KIF JIĠI STMAT IX-XOGĦOL MHUX IDDIKJARAT
Ma hemm ebda data aggregata affidabbli
u armonizzata dwar ix-xogħol mhux iddikjarat fil-livell tal-UE. Madankollu,
jeżistu metodi differenti biex jiġi stmat id-daqs tax-xogħol mhux iddikjarat, u
dak tal-ekonomija moħbija. Importanti li jiġi stmat id-daqs tax-xogħol mhux
iddikjarat — l-ewwel biex jiġu mifhuma n-natura tax-xogħol mhux iddikjarat u t-
tendenzi fih, u t-tieni biex jinxteħet dawl fuq il-progress li sar fl-indirizzar tiegħu.
Il-metodi indiretti spiss ikunu bbażati fuq
tqabbil ta’ aggregati makroekonomiċi (kontijiet nazzjonali, konsum tal-
elettriku, tranżazzjonijiet bi flus kontanti). Dawn għandhom tendenza li
jkopru aspetti ġenerali tal-“ekonomija mhux osservata” (NOE), li jmorru lil hinn
mid-definizzjoni standard ta’ xogħol mhux iddikjarat billi jkopru l-attivitajiet
illegali jew il-produzzjoni mill-unitajiet
domestiċi għall-użu proprju. Bħala riżultat ta’ dan, l-iskala tax-xogħol mhux
iddikjarat spiss tkun stmata akbar milli hi. Approċċ li jintuża ta’ spiss f’paraguni
internazzjonali bħal dawn hu bbażat fuq il-mudell ta’ Indikaturi Multipli, Kawżi
Multipli (MIMIC), li jassumi relazzjoni bejn l-ekonomija moħbija mhux
osservata u sett ta’ makrovarjabbli
osservabbli. Madankollu, din il-metodoloġija hi kkritikata ferm. Żewġ
dgħjufijiet allegati huma tendenza ta’ stima eċċessiva tal-livell ta’ xogħol mhux
iddikjarat u d-diffikultà fit-tqabbil tal-pajjiżi. Fl-2006 il-Grupp ta’ Ħidma
Intersegretarjat dwar il-Kontijiet Nazzjonali (ISWGNA)17 wissa kontra l-
użu tal-indikaturi tal-metodi
“makromudell”.
Il-metodi diretti huma bbażati fuq
stħarriġijiet statistiċi, u b'hekk jipprovdu dettall u komparabilità akbar, għad li
dawn għandhom tendenza li
17 Dikjarazzjoni tal-ISWGNA (2006),
Estimates of the unrecorded economy and
national accounts. L-ISWGNA jiġbor rappreżentanti tal-ħames organizzazzjonijiet
internazzjonali (il-Kummissjoni Ewropea, il-FMI, l-OECD, in-NU, il-Bank Dinji) li huma kofirmatarji għall-manwal internazzjonali “System of National Accounts”, 1993.
Paġna 13 |
jissottovalutaw ix-xogħol mhux iddikjarat; dawn normalment jiffokaw
fuq ix-xogħol mhux iddikjarat minn
individwi, li spiss ikun irrapportat anqas milli hu, u jonqsu milli jkopru ħafna mill-
attivitajiet mhux iddikjarati mwettqa mill-kumpaniji, bħas-sottokuntrattar.
Stħarriġ bħal dan li jkopri l-Ewropa sħiħa sar għall-ewwel darba fl-2007
(Ewrobarometru Speċjali 284) u ġie ripetut fl-2013 (Ewrobarometru Speċjali
402), filwaqt li l-Osservatorju Ewropew tax-Xogħol (EEO) ġabar data nazzjonali
dwar is-sehem ta’ xogħol mhux
iddikjarat fl-2004 u fl-2007(peress li l-figuri korrispondenti huma bbażati fuq
taħlita ta’ metodi diretti u indiretti, huma ferm anqas milli taħt l-approċċ MIMIC).
Fil-livell globali, ir-riċerka tal-Bank Dinji fuq il-ħaddiema informali tinkludi xogħol
mingħajr kuntratt, impjieg indipendenti informali, u xogħol tal-familja mhux
imħallas. Madankollu, dan il-kejl jista’
jkun anqas xieraq għal ekonomiji avvanzati milli għal dawk emerġenti.
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) irrakkomanda l-adozzjoni ta’
metodu indirett komuni biex jitkejlu l-iskala, l-impatt u l-iżvilupp ta’ xogħol
mhux iddikjarat. Dan il-metodu, żviluppat mill-istitut statistiku Taljan, hu
bbażat fuq l-input ta’ xogħol: it-tqabbil
tad-dikjarazzjonijiet propji tas-sigurtà soċjali u d-dikjarazzjonijiet imputati fuq
il-bażi tal-Istħarriġ Ewropew tal-Forza tax-Xogħol18. Il-metodu tal-input ta’
xogħol (ara l-figura 1, kolonna 1) juża data makroekonomika biex ikejjel, għal
kull pajjiż, id-diskrepanza bejn il-provvista rrapportata ta’ inputs ta’
xogħol (mill-Istħarriġ tal-Forza tax-
Xogħol) u d-data mil-lat tad-domanda dwar id-domanda għall-ħaddiema
rreġistrata (eż. minn stħarriġijiet tal-intrapriżi, mid-dikjarazzjonijiet tal-
kumpaniji lill-awtoritajiet tat-taxxa jew tas-sigurtà soċjali, jew mill-uffiċċji
nazzjonali tal-istatistika). Id-diskrepanza
18 Ciccarone, G. et al. (2009) Study on indirect measurement methods for
undeclared work in the EU, GHK & Fondazione G. Brodolini, Final report to the European Commission, DĠ għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs.
bejn dawn it-tnejn tipprovdi stima tax-xogħol mhux iddikjarat.
Ġeneralment, il-figuri ppubblikati mis-
sorsi nazzjonali uffiċjali jkollhom tendenza li jkunu anqas minn dawk li
jidhru fi studji mwettqa minn esperti u minn organizzazzjonijiet internazzjonali.
Id-definizzjoni eżatta użata għandha implikazzjonijiet importanti19.
19 Għal ħarsa ġenerali lejn l-istimi statistiċi
uffiċjali, ara Gyomai, G. u van de Ven, P. (2014), “The non-observed economy in the
system of national accounts”, OECD Stat. Brief, 18 (2014) u Eurostat (2013) “Essential SNA: Building the Basics”, Eurostat, il-Lussemburgu.
Paġna 14 |
5. RIŻORSI UTLI
Dokumenti tal-Kummissjoni
2014, Employment and Social Developments in Europe 2013 (ESDE), Kapitlu IV:
http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=738&langId=en&pubId=7684
2013, Ewrobarometru Speċjali 402 “Undeclared work in the European Union”:
http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_402_en.pdf
2012, “Pakkett dwar l-Impjiegi”: Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Lejn irkupru li
jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi” http://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=mt&catId=101&newsId=1270&furtherNews=yes
2012, rieżami bejn il-pari tal-Progress Mutual Learning Programme dwar “Combating undeclared work as a growing challenge in the context of high unemployment”:
http://www.mutual-learning-employment.net/index.php?mact=PeerReviews,cntnt01,detail,0&cntnt01template=displa
y_by_year&cntnt01year=2012&cntnt01orderby=start_date%20DESC&cntnt01returnid=5
9&cntnt01item_id=96&cntnt01returnid=59 2007, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, “L-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol
mhux iddikjarat” http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52007DC0628:MT:HTML
2007, Stħarriġ tal-Ewrobarometru Speċjali dwar ix-xogħol mhux iddikjarat: http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_284_en.pdf
Studji
2017, Il-Pjattaforma Ewropea li tindirizza x-xogħol mhux iddikjarat, studji, prattika tajba,
eċċ. fuq: http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1299&langId=mt
2017, Williams, C.C., Horodnic, I.A., Bejakovic,P., Mikulic. D.,Franic, J., Kedir, A. (2017) An evaluation of the scale of undeclared work in the European Union and its structural
determinants: estimates using the Labour Input Method (LIM), pendenti, se tkun disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1299&langId=mt
2017, Williams, C., Horodnic, A.: Under-declaring work, falsely declaring work: under-declared employment in the European Union, pendenti, se tkun disponibbli fuq:
http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1299&langId=mt
2016, Osservatorju Ewropew tal-Politiki dwar ix-Xogħol (EEPO), European Platform
tackling undeclared work, Member State Factsheets and Synthesis Report:
http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=706&intPageId=2983&langId=mt
2013, “Labour Inspection and Undeclared Work in the EU”, (proġett konġunt bejn ILO u
COM:) http://www.ilo.org/labadmin/info/pubs/WCMS_220021/lang--en/index.htm
2013, “Tackling undeclared work in 27 European Union Member States and Norway”,
Eurofound: http://www.eurofound.europa.eu/publications/report/2013/labour-market/tackling-undeclared-work-in-27-eu-member-states-and-norway-approaches-and-
measures-since-2008
2013, “Tackling undeclared work in Croatia and four EU candidate countries”, Eurofound:
http://www.eurofound.europa.eu/publications/report/2013/labour-market/tackling-
undeclared-work-in-croatia-and-four-eu-candidate-countries
2012, rapport tal-Bank Dinji: “In From the Shadow: Integrating Europe's Informal
Labor.”
2012, studju tal-Prof. F. Schneider, “Size and development of the shadow economy of 31
European and 5 other OECD countries from 2003 to 2012: some new facts”: http://www.econ.jku.at/members/Schneider/files/publications/2012/ShadEcEurope31.pdf
http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=738&langId=en&pubId=7684http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_402_en.pdfhttp://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=mt&catId=101&newsId=1270&furtherNews=yeshttp://www.mutual-learning-employment.net/index.php?mact=PeerReviews,cntnt01,detail,0&cntnt01template=display_by_year&cntnt01year=2012&cntnt01orderby=start_date%20DESC&cntnt01returnid=59&cntnt01item_id=96&cntnt01returnid=59http://www.mutual-learning-employment.net/index.php?mact=PeerReviews,cntnt01,detail,0&cntnt01template=display_by_year&cntnt01year=2012&cntnt01orderby=start_date%20DESC&cntnt01returnid=59&cntnt01item_id=96&cntnt01returnid=59http://www.mutual-learning-employment.net/index.php?mact=PeerReviews,cntnt01,detail,0&cntnt01template=display_by_year&cntnt01year=2012&cntnt01orderby=start_date%20DESC&cntnt01returnid=59&cntnt01item_id=96&cntnt01returnid=59http://www.mutual-learning-employment.net/index.php?mact=PeerReviews,cntnt01,detail,0&cntnt01template=display_by_year&cntnt01year=2012&cntnt01orderby=start_date%20DESC&cntnt01returnid=59&cntnt01item_id=96&cntnt01returnid=59http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52007DC0628:MT:HTMLhttp://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52007DC0628:MT:HTMLhttp://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_284_en.pdfhttp://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1299&langId=mthttp://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1299&langId=mthttp://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1299&langId=mthttp://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=706&intPageId=2983&langId=mthttp://www.ilo.org/labadmin/info/pubs/WCMS_220021/lang--en/index.htmhttp://www.eurofound.europa.eu/publications/report/2013/labour-market/tackling-undeclared-work-in-27-eu-member-states-and-norway-approaches-and-measures-since-2008http://www.eurofound.europa.eu/publications/report/2013/labour-market/tackling-undeclared-work-in-27-eu-member-states-and-norway-approaches-and-measures-since-2008http://www.eurofound.europa.eu/publications/report/2013/labour-market/tackling-undeclared-work-in-27-eu-member-states-and-norway-approaches-and-measures-since-2008http://www.eurofound.europa.eu/publications/report/2013/labour-market/tackling-undeclared-work-in-croatia-and-four-eu-candidate-countrieshttp://www.eurofound.europa.eu/publications/report/2013/labour-market/tackling-undeclared-work-in-croatia-and-four-eu-candidate-countrieshttp://www.econ.jku.at/members/Schneider/files/publications/2012/ShadEcEurope31.pdf
Paġna 15 |
2008, rapport tal-Eurofound, “Tackling undeclared work in the European Union”: http://www.eurofound.europa.eu/pubdocs/2009/25/en/1/EF0925EN.pdf
2010, “Feasibility of establishing a European platform for cooperation between labour
inspectorates, and other relevant monitoring and enforcement bodies with the aim of preventing and fighting undeclared work” (studju Regioplan):
http://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=6676&langId=en
2010, “Indirect measurements methods for undeclared work in EU”:
ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=4546&langId=en
http://www.eurofound.europa.eu/pubdocs/2009/25/en/1/EF0925EN.pdfhttp://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=6676&langId=enhttp://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=4546&langId=en
1. Introduzzjoni2. L-identifikazzjoni tal-isfidi3. Identifikazzjoni tal-GĦODOD ta’ politika li jindirizzaw l-isfidi4. Eżaminazzjoni KOMPARATTIVA tal-istat tal-politikaANNESS: Kif jiġi stmat ix-xogħol mhux iddikjarat5. Riżorsi utli