L- Aljen li ltqajt miegħu

Post on 06-Jan-2016

124 views 1 download

description

L- Aljen li ltqajt miegħu. Kitba ta ’ Geordie Schembri. - PowerPoint PPT Presentation

Transcript of L- Aljen li ltqajt miegħu

L-Aljen li ltqajt miegħu

Kitba ta’ Geordie Schembri

Darba waħda,jien kont il-bandli mal-ħbieb.Aħna bdejna nilagħbu noli. Kif mort nistaħba,rajt dawl iteptep.Jien minn dejjem kont kurjuża.Għalhekk mort nara x’inhu.Kif kont mixja bdejt nisma’ l-istorbju.Jien bdejt nibża’ xi ftit.

Kif wasalt ħdejn id-dawl,jien rajt vettura spazjali u aljen fiha.Qalbi ħebrietni li kien sa jkolli avventura.

Dan l-aljen kellu idejh twal u saqajh qosra.Għajnejh kienu sofor lellux u widnejh bħal tal-ljun.Kien liebes flokk aħmar nar,qalziet blu u żarbun iswed faħma.Il-kulur tal-ġilda tiegħu kienet blu skura.

Huwa ħareġ minn ġol-vettura spazjali.Il-vettura spazjali kienet nadifa tazza u kull kulur.

Jien ippruvajt inkellmu imma ma fehmnix,għalhekk ippruvajt nikkomunika bis-sinjal.Jien stedintu jilgħab magħna u hu aċċetta.

Aħna bdejna nilagħbu u nieħdu pjaċir,għalhekk malajr għadda l-hin. Kien sar il-ħin biex immorru lura d-dar. L-aljen wassalna bil-vettura.Kif dħalt id-dar inħsilt u dħalt norqod b’daħka fuq wiċċi. Kienet l-isbaħ esperjenza ta’ ħajti.Qabel ma irqadt qgħadt naħseb fuq li ġara. Wara ftit għajni marret bija.

TMIEM !!!!