Karru tal karnival

Post on 27-Jun-2015

794 views 8 download

Transcript of Karru tal karnival

Il-Karru tal-Karnival

Jonathan Zammit (Ms Craig: yr 2.4)

Judith Zammit(Ms Abela Craus: kinder 1.7)

San Ġorġ Preca College Paola Primary A School

Aħna ġbarna kaxxa tal-ġablow tal-karozza li qala’ Jonathan għal għeluq snienu.

Iċ-ċumnija hija magħmula minn roll tal-’kitchen wipes’ vojt.

Judith penġiet iċ-ċmieni bl-oranġjo u l-blu. Tant ħadet gost tpinġi li kompliet tpinġi bir-roża.

Judith ferħana biċ-ċumnija tagħha!

Aħna poġġejna fojl li kien għar-rimi bħala l-ilma fejn jgħumu l-’polar bears’.

Jonathan u Judith poġġew karti blu fuq il-fojl bħala l-baħar.

Jonathan sab roti ta’ karozza u waħħalhom bħala roti tal-karru.

Jonathan kiteb u waħħal messaġġ li jgħid: ‘Save the polar bears!’.

David penġa l-orsijiet polari.

Wieħed mil-orsijiet inqabad ġo xibka! Miskin!

Dan l-ors sab skart li kien fil-baħar.

“U le jaħasra dawn l-orsijiet!”

Poġġejna iktar orsijiet u waħħalna l-qlub għax aħna nħobbu dawn l-annimali!

Judith qalet, “Xi pjaċir kemm għandna karru sabiħ!”

U fl-aħħar il-karru lest!

Aħna nippreżentaw il-karru tagħna! Issa ħa mmorru norqdu għax għada skola! Il-lejl it-tajjeb!